Xhieda ta’ Raymond Zammit – 13 ta’ Jannar 2020
L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Seduta miżmuma llum it-Tnejn 13 ta’ Jannar 2020, fis-2:30 p.m. fit-Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.
L-Ex Kummissarju Raymond Zammit bin il-mejjet Carmelo, imwieled u residenti l-Mosta, bil-Malti u bil-gurament jghid :
Chairman Imhallef M Mallia :
Sur Zammit, tista’ tghidilna l-perjodu li ghamilt Kummissarju jew Agent Kummissarju meta kien?
Xhud :
Kien fil-bidu ta’ Lulju 2014 u spiccajt fil-bidu ta’ Dicembru ta’ l-istess sena.
Chairman Imhallef M Mallia :
December 2014; sewwa. Nimmagina li taf fuq xiex ser jistaqsuk. Issa fi zmienek x’ kienet is-sitwazzjoni tas-sigurta` ghal dak li jirrigwarda s-sinjura Caruana Galizia? X’ tista’ tghidilna fuq dak li sibt, jekk ghamiltx xi haga differenti, u kif hallejtha?
Xhud :
Fil-perjodu li kont hemmhekk jiena naf li kien hemm frequent patrol, kemm fil-vicinanza tar-residenza tas-sinjura Daphne u kemm anke fl-entratura biex nghid hekk li taghti ghar-residenza. Pero` bhala fixed point ma jidhirlix li kien hemm; bhala fixed point mar-residenza ezatti ma kienx hemm.
Chairman Imhallef M Mallia :
U din is-sitwazzjoni damet tul dawn ix-xhur li inti ghamilt bhala agent…; inti Agent jew ..?
Xhud :
Agent Kummissarju.
Chairman Imhallef M Mallia :
Agent hux kont? ehe. U din is-sitwazzjoni damet tul dawn ix-xhur li kont Agent Kummissarju?
Xhud :
Iva, jiena ovvjament kienet hekk u hija responsabbilta` ta’ l-ufficjali tad- Distrett illi dawk il-key points ikunu monitored. Pero` ma kien hemm l-ebda talba min-naha tad-Distrett lejja biex ovvjament ikun hemm xi fixed point mar-residenza tas-sinjura Daphne. U lanqas kien hemm biex nghid hekk evaluation tas-sitwazzjoni. Jien ma kelli l-ebda ..
Chairman Imhallef M Mallia :
Kont ser nistaqsik fuqha dik. Jekk qattx kien hemm evaluation xi ..
Xhud :
Kemm domt hemm hekk jien ..
Chairman Imhallef M Mallia :
.. xi konferenza waqt xi assessment..
Xhud :
No qatt, qatt.
Chairman Imhallef M Mallia :
..dwar it-treat ta’ sigurta` fuq is-sinjura.
Xhud :
Qatt. Li nista’ nikkonfermalkom huwa li jiena qatt ma rcivejt xi talba la minn ghand xi hadd, la minn ghand il-familjari tas-sinjura, la bil-kitba, la bil-fomm, qatt ma kelli dik it-tip ta’ talba. Kieku kien hemm dik it-tip ta’ talba ma kelli ebda oggezzjoni li wiehed jaghmilha.
Chairman Imhallef M Mallia :
U min-naha tieghek, xi inizjattiva biex taghmel xi evaluation differenti hadt jew..?
Xhud :
Fil-perjodu qasir li ghamilt nista’ nghidlek ….
Chairman Imhallef M Mallia :
Ma kienx hemm.
Xhud :
… dak iz-zmien ukoll, anzi minn qabel li dhalt bhala agent Kummissarju, jien kont ukoll qed responsabbli mill-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin. Ovvjament kont inlahhaq ix-xoghol kif nista’; Pero` qatt ma kien hemm evaluation ghax
ma kienx hemm l-ebda talba after all, ha nghid hekk, lanaqs; ma kienx hemm talba biex..
Chairman Imhallef M Mallia :
U lanqas ma mmaginajt….you perceive a treat dak iz-zmien..?
Xhud :
Le le, ma kienx hemm. Ma hassejtx li kien hemm; kienet sitwazzjoni ghalija normali ha nghid hekk hu.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ghandek xi domanda?
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri inti kemm domt int qatt ma kellek indikazzjoni li s-sinjura Caruana Galizia kellha bzonn jew kien hemm xi incident li pprovokak biex ..
Xhud :
Qatt. Qatt ma xi hadd ressaqli, la minn l-ufficjali tad-Distrett, ghax kieku ovvjament kienu jressquha ghal diskussjoni, u lanqas b’ xi mod b’ xi kitba jew gara xi haga li jien stajt nifhem – li isma’ l’ hawn, ejja ha naraw x’ ser naghmlu.
Imhallef J Said Pullicino :
Pero` kienet persuna li ..
Xhud :
Naturalment..
Imhallef J Said Pullicino :
…. ghandha bzonn il-protezzjoni
Xhud :
Naturalment
Imhallef J Said Pullicino :
Mhux fuq l-istess livell, xi protezzjoni, tant hu hekk li kontu taghmlu r-rondi intom.
Xhud :
Ezatti. Kienet parti mir-ronda.
Imhallef J Said Pullicino :
U s-sitwazzjoni baqghet kif kienet. Baqghet hekk.
Xhud :
Baqghet kif kienet. Baqghet kif kienet.
Imhallef A Lofaro :
Dan il-fatt tar-rondi illi kontu taghmlu kien jirrizulta minn xi ktieb – minn xi dokument?
Xhud :
Li jkun hemm Sinjura Mhallef zgur ovvjament tohrog mid-detail tad-Distretti, l-ufficjal tad-Distretti d-detail officer. Barra minn hekk, meta kien ikun hemm fixed point, jien hekk nafha almenu, anke fi zmien li dhalt Agent Kummissarju jiena, illi jkun hemm letter minute – police letter minute fejn jghidlek wiehed fejn ghandu dawk il-key points. Imma l-bija.., f’ dak il-perjodu qed nghidlek.
Imhallef A Lofaro :
Tal-fixed point biss mela kienet imnizzla bil-miktub.
Xhud :
Jista’ ikun ukoll illi tohrog anke biex wiehed isir frequent patrol. Pero` bhal ma qed nghid, biex niccara ezatti; l-ufficjal ta’ kull Distrett fil-Pulizija huwa li jaghraf dawk il-key points; u mbaghad ikollok – per ezempju jekk ghandek il- banek trid tiehu hsiebhom ir-ronda. Jekk ghandek kazini trid tiehu hsiebhom. Dik hija parti mir-ronda. Pero` mbaghad meta jkollok dawn il-key points ovvjament ser tiehu iktar interess fihom skont ic-cirkostanzi li jkunu.
Imhallef A Lofaro :
U fil-kaz tas-sinjura qatt ma nhass fi zmien li kont inti bhala Agent Kummissarju ..
Xhud :
Jiena li niftakar biss tas-sinjura Daphne li niftakar biss huwa li mmur lura nahseb jiena ‘l fuq minn ghaxar snin nahseb, ma kontx f’ dik il-pozizzjoni zgur, illi dak iz-zmien naf li kellha point, naf li kellha fixed point maghha. U proprju darba minnhom qed nghidlek, dak iz-zminijiet ma niftakarx, imma li naf zgur..
Imhallef A Lofaro :
Meta nharqitilha … kien tentattiv li jaharqulha d-dar?
Xhud :
Iva kellha kellha ..
Imhallef A Lofaro :
Fuq dik qed tghid hux?
Xhud :
No kellha point maghha illi mbaghad jiena kont ircivejt telefonata minn ghand dak iz-zmien il-Kummissarju Rizzo biex ovvjament imur ninformaha illi l- fixed point ser tispicca ghax is-sitwazzjoni kienet biex nghid hekk stabbli. Jiena mort inkellimha, cert li kien il-Hadd il-gurnata wara nofsinhar. Pero` li naf ukoll huwa li pprovajt inkellem lilha. Kif wasalt fejn id-dar hareg is-sinjur taghha Dr Peter, gharraftu li xtaqt inkellem lis-sinjura. Qalli ma kienx hemm ghalfejn. Ghedtlu jekk nista’ l-messagg huwa ghas-sinjura, jekk tista’ nghid lilha. Qalli ma jimpurtax, ghid lili. Ovvjament jiena hassejt li baqa’ jinsisti li nkellem lilu. Informajtu. Pero` l-instructions tal-Kummissarju Rizzo kienet illi ovvjament li jibqa’ ikun hemm patrol ovvjament mar-residenza taghha kif ghandu jkun.
Imhallef A Lofaro :
U l-instructions kienu wkoll allura li tieqaf il-fixed point.
Xhud :
Li jieqaf il-fixed point
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri jekk……iktar informazzjoni fuq ir-rondi minn l-Ghassa tal-Mosta iggibuhom dawn hux hekk?
Xhud :
Sorry ma fhimtekx.
Imhallef J Said Pullicino :
Jekk hemm xi record ta’ dawn ir-rondi minn l-Ghassa tal-Mosta rridu ingibuhom.
Imhallef A Lofaro :
Il-patrols.
Xhud :
Id-detail sheets minn hemm johorgu.
Imhallef J Said Pullicino :
Id-details minn hemm ..
Dr Jason Azzopardi :
Xtaqt mil-permess tas-Sinjuriji Taghkom insaqsi lis-Sur Zammit; meta huwa gie appuntat Acting Commissioner kien Lulju 2014.
Xhud :
Naqblu.
Dr Jason Azzopardi :
Min kien hatru u ghaliex kien inghata l-hatra ta’ Acting Commissioner?
Xhud :
Jiena dak iz-zmien kont kelli kariga ta’ Deptuat Kummissarju, u ovvjament kont qrib nahdem hafna mal-Kummissarju ta’ qabli, dejjem tajtu il-lealta` tieghu kull wiehed, kien is-sema’ Kummissarju tieghi, sa l-ahhar sekonda; u f’ dik il-gurnata jiena wara nofsinhar kont mghajjat minn l-OPM biex immur l- OPM. Ovvjament jiena mort navza lill-Kummissarju, ghedtlu baghtuni minn l- OPM. Ghedtlu ovvjament nemmen li xi haga konness kemm mal-Facilta` Korrettiva ta’ Kordin jew xi haga mal-Pulizija. Qalli le, qalli jekk tmur, qalli mur ghax dik hija l-ordni; qalli pero` jiena ha nirrezenja mill-Korp, qalli jekk lilek joffrulek li inti tkun Kummissarju qalli qis li tehodha. Jiena informajtu u ghedtlu ma nahsibx li hija the right time li inti titlaq. Kienet waslet il-Police Day biex nghid hekk, kien hemm hafna daqsxejn ta’ affarijiet, ghedtlu ma nahsibx. Qalli le, qalli mur. Qalli d-decizjoni tieghi hija dik, qalli u inti trid tmur biex tara jaraw xi jridu l-OPM.
Jiena mort l-OPM. Ovvjament kellimni anke dak iz-zmien l-ex Prim Ministru Joseph Muscat, fejn qalli – isma’ l’ hawn, qalli nixtieq li inti tiehu over tal- Korp. Ghedtlu on what grant? Qalli ovvjament qalli jiena nixtieqek li dan, qalli rridu naghmlu hafna affarijiet. Ghedtlu all right. Ghedtlu jiena leali lejn il-gurament u jekk inti qed tghidli hekk jiena nobdi dak il-gurament.
Imhallef A Lofaro :
Imma ghaliex acting u mhux commissioner mall-ewwel?
Xhud :
Ma nafx hu
Imhallef A Lofaro :
Staqsejt?
Xhud :
Ghadni sal-lum ma nafx. Pero` ovvjament jiena li nista’ nghidlek huwa illi jiena ma tlabtx ghal kariga, ha nkun onest, pero` ghadni sal-lum ma nafx ghalfejn kont Agent Kummissarju. Fl-istorja tal-Korp f’ mitejn u hames (205) snin tal-Korp nahseb kien hemm hames agenti ohra Kummissarji, u jien nahseb kont is-sitt wiehed.
Chairman Imhallef M Mallia :
Inti gejt ezatt wara s-Sur Cassar, hux hekk?
Xhud :
Wara Peter Paul.
Chairman Imhallef M Mallia :
Wara Peter Paul? Mela xejn.
Xhud :
Wara Peter Paul, ezatt.
Imhallef J Said Pullicino :
…ghax Cassar l-ewwel ..
Xhud :
Imbaghad Cassar kien gie.
Chairman Imhallef M Mallia :
Imbaghad Cassar gie warajk.
Xhud :
Yes.
Dr Jason Azzopardi :
Ma nahsibx illi qallek, pero` ser nistaqsik just in case. Is-Sur Zammit Peter Paul kien informak ghalfejn kien ser jirrizenja? Ma tantx kien ilu Kummissarju.
Xhud :
Lanqas qatt, lanqas qatt ma qalli. Jiena nerga’ nirrepeti kont leali lejh sa l- ahhar, staqsejtu u daqshekk biss. Qalli inti mur u obdi l-ordni.
Dr Jason Azzopardi :
Issa meta inti ma’ tul it-tinier tieghek July 2014 sa Dicembru 2014, il-Ministru ta’ l-Intern dak iz-zmien kien..?
Xhud :
L-ex Ministru Manuel Mallia.
Dr Jason Azzopardi :
Dr Mallia. Li ghandi nifhem hemm parantela bejnietkom.
Xhud :
Min-naha ta’ missieri Alla jahfilru. Sekondi kugini jew xi haga hekk.
Dr Jason Azzopardi :
Issa nigu ghall-incident bil-permess tas-Sinjurji Taghkom, illi wassal imbaghad ghal nista’ nghid ir-rezenja tieghek f’ Dicembru 2014 the shooting incident ta’ PC Sheehan..
Imhallef J Said Pullicino :
Imma Dr…x’ inhi r-relevanza ghal din l-inkjesta?
Dr Jason Azzopardi :
Ghaliex Sur President, ir-relevanza hija illi dak l-incident partikolari fejn kien hemm dak ix-shooting incident ta’ driver ta’ Ministru kien hemm allegazzjoni illi l-Ministru koncernat ta’ l-Intern kien prezenti fejn is-Sur Zammit – fejn il- Kummissarju. Ta certu struzzjonijiet, harget stqarrija tal-gvern li ma qalitx il- verita` kollha, u jidher illi l-gvern, u patri mir-remit ta’ terms of refernce ta’ l- inkjesta huwa li naslu ghal verita`, ma huwiex konducenti biex ikun hemm saltna ta’ dritt meta jkun hemm entita` governattiva li tigdeb jew li ma tghidx il-verita` kollha u tkun onoesta man-nies mill-ewwel.
Chairman Imhallef M Mallia :
Qed iggebbida hawnhekk eh!
Imhallef J Said Pullicino :
Kollox fil-kontest; ghax kollox fil-kontest ta’ l-assassinju. Jigifieri ahna ghalkemm ghandna veru remit wiesa’, pero` li kollox irid jikkonduci ghall- assassinju. Jigifieri ma nistghux naghmlu inkjesta fuq ….
Chairman Imhallef M Mallia :
Jekk ma jimpurtax ..
Dr Jason Azzopardi :
Ok. Mela t-tieni domanda li xtaqt naghmel ara jekk is-Sinjoriji Taghkom jaqblux jew jippermettux; is-sinjura Caruana Galizia fil-blog taghha kienet kitbet diversi drabi rapporti oggettivi iswed fuq l-abjad ta’ negozju bejn wiehed mit-tfal tas-Sur Zammit li kien ufficjal tal-Korp u persuni ohrajn fid-
dinja tal-kummerc fosthom ta’ Len Dancing. Issa nahseb huwa parti mir-remit ta’ dan il-Bord nissottometti bil-qima illi f’ pajjiz fejn ghandu jkun hemm certu standard l-ufficjal gholi tal-Korp ikun fin-negozju ma’ …. ma nahsibx illi tghin ghall-image tal-Korp…. Dan insaqsi, xtaqt insaqsi jekk dan kienx korrett, kienx minnu. Jien naf li kien minnu ghax hija l-verita` oggettiva; u t- tieni x’ passi ha l-Kummissarju de facto anke jekk huwa acting f’ dan l-istat ta’ fatt meta kellek gurnalista li harget..; ejja nghidu ma kienx jaf, imma sar jaf meta harget il-gurnalista dawn l-istejjer.
Imhallef J Said Pullicino :
Again … mhux tieghu allura, tat-tfal tieghu.
Imhallef A Lofaro :
It-tifel tieghu.
Imhallef J Said Pullicino :
Ghax ..
Dr Jason Azzopardi :
Iva; imma hu kien Kummissarju waqt li t-tifel tieghu qieghed fl-economic crimes; suppost qed jiddiskuti – qed jinvestiga l-money laundering.
Xhud :
Fil-fatt kellu zewgt itfal; it-tnejn kienu spetturi
Dr Jason Azzopardi :
Yes ghalhekk. Dejjem bil-permss taghkom kif tghiduli intom
Imhallef J Said Pullicino :
Le d-diffikulta` tal-Bord hija r-relevanza ghal…biss; donnu qeghdin nohorgu daqsxejn ..
Chairman Imhallef M Mallia :
Qeghdin .
Dr Jason Azzopardi :
Ha nghidlek ghaliex Sur President.
Imhallef J Said Pullicino :
Ghax mhux kull abuzz irid iwassal ghal …
Dr Jason Azzopardi :
Le; Sur President, jiena nissottometti illi domanda li tista’ titfa’ dawl dwar kemm l-istat ha bis-serjeta` jew ma hax bis-serjeta`. Il-glieda kontra l-hasil tal- flus iggib maghha ammont ta’ kriminalita`. Il-hasil tal-flus u l-kriminalita` jimxu id f’ id – lambrezzetta. Issa ..
Imhallef J Said Pullicino :
Mela ha naghmlu hekk.
Dr Jason Azzopardi :
Ghalhekk jiena ; pero` kif tghidli inti.
Imhallef J Said Pullicino :
…id-domanda
Chairman Imhallef M Mallia :
Irrizerva d-domanda .
Imhallef J Said Pullicino :
Ghax inkella li jigrilna hu.., taf ghaliex? Ghax inkella nispiccaw nispostjaw l- attenzjoni fuq affarijiet immaginarji u nitilfu l-focus fuq affarijiet li..; allura rregistra d-domanda, jekk ghandna bzonn inkellmuh fuq is-suggett ..
Dr Jason Azzopardi :
Kif tghidli naghmel.
Imhallef J Said Pullicino :
Hekk l-ahjar hu. .
Dr Jason Azzopardi :
Grazzi Sur President.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ghandek xi haga ohra?
Dr Jason Azzopardi :
No ..
Imhallef A Lofaro :
Sur Zammit, fi zmien illi kont Agent Kummissarju tal-Pulizija kellek rapporti gejjin minn ghand l-FIAU?
Xhud :
No qatt.
Imhallef A Lofaro :
Qatt.
Xhud :
Qatt ma waslu rapporti hemmhekk minn dak il-branch
Imhallef A Lofaro :
Meta ridt tinvestiga xi haga jew issir taf b’ xi haga, jien naf?, xi hasil tal-flus, qatt kien hemm investigazzjonijiet?
Xhud :
Qatt ma kelli f’ dak il-perijodu li kont hemmhekk..
Imhallef A Lofaro :
F’ dawk il-hames xhur ma kien hemm xejn.
Xhud :
No. Qatt.
Chairman Imhallef M Mallia :
Fuq l-istess vena; is-Security Services qatt gibdulek l-attenzjoni ta’ xi theddida jew xi sitwazzjoni hi x’ inhi fil-konfront tas-sinjura?
Xhud :
Ma hadtekx, hu pacenzja
Chairman Imhallef M Mallia :
Is-Security Services, id-direttur tas-Security Services qatt gibidlek l-attenzjoni ta’ xi information li seta’ kellu ghal dak li jirrigwarda s-security tas-sinjura Caruana Galizia?
Xhud :
Qatt qatt u qatt. Qatt qatt qatt u qatt. Qatt.
Imhallef A Lofaro :
Il-briefings li kienu jsiru mis-Security Services kienu jigu ghandek u jaghtu briefings? U jekk iva kien ikun hemm xi hadd prezenti minn Kastilja jew mill- Ministeru?
Xhud :
Jekk kien hemm fuq xi affarijiet ohrajn kont nghaddihom lill-ufficjali li kienu nkarigati per ezempju mill-Criminal Investigation Department; dak biss hu. Il- bqija ..
Imhallef A Lofaro :
Pero` huwa fatt maghruf illi jsiru l-briefings mis-Security Services lill- Kummissarju.
Xhud :
Gie li tkun informazzjoni imma biss li ha jsir xi haga hekk hekk u hekk, u nghaddiha.
Imhallef A Lofaro :
Meta kienet tinghadda lilek din l-informazzjoni kien ikun hemm xi hadd prezenti min l-OPM jew kont tinformhom?
Xhud :
No; qatt qatt u qatt. Wahdi.
Imhallef A Lofaro :
Lanqas kont tinformhom x’ qed jigri?
Xhud :
No no.
Imhallef A Lofaro :
..dwar briefings mis-Security…
Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
Xejn qatt.
Xhud :
No. Qatt qatt u qatt
Imhallef A Lofaro :
Ok grazzi.
Dr Jason Azzopardi :
Bil-permess tas-Sinjuriji Taghkom jistax ikun mistoqsi s-Sur Zammit wara li rrezenja minn kariga ta’ Acting Commissioner f’ Dicembru 2014 jekk inghatax kariga pubblika ohra mill-gvern u jekk ghadux izomm dik il-kariga pubblika sal-lum?
Xhud :
Li nista’ nghidlek huwa jien qatt ma rrezenjajt mill-Korp.
Dr Jason Azzopardi :
Ok. Meta spiccajt f’ Dicembru 2014 ..
Chairman Imhallef M Mallia :
Said the record.
Xhud :
Jiena qatt ma rrezenjajt. Jiena bhal ma ghedtilkom jiena kont Agent Kummissarju. Ovvjament giet id-direzzjoni biex jiena ma nibqax Agent Kummissarju u mmur lura fil-post li kelli ta’ Deputat Kummissarju. Bhal ma ghedt jiena qatt ma tlabt biex nilhaq Kummissarju. Jiena ergajt mort lura fil- kariga ta’ Deputat Kummissarju. Komplejt f’ dik il-kariga mbaghad sa Mejju tas-sena ta’ wara.
Chairman Imhallef M Mallia :
‘15
Xhud :
Imbaghad irrezenjajt biex nghid hekk tlabt jien stess biex f’ Novembru nispicca anke mill-Facilita` Korrettiva ta’ Kordin. Jiena dak iz-zmien li spiccajt mill-Korp kont kwazi ghamilt erbghin (40) sena shih fil-Korp, I am a ranker fil-Korp u hassejt li ta’ 61 sena ghandi nispicca mir-rank – mill-Korp tal-Pulizija. Fil-fatt jiena tlabt biex nispicca on completion off service. Imma mhux irrezenjajt ghax kien hemm dik il-bicca tax-xoghol.
Dr Jason Azzopardi :
Mela wara l-completion of service tieghek ..
Xhud :
Sewwa. Sewwa
Dr Jason Azzopardi :
U grazzi tal-kjarifika tieghek. Imbaghad gejt mahtur ..
Xhud :
Tajjeb, imbaghad jiena f’ dak iz-zmien ftit qabel li kont ser nispicca mill-Korp ovvjament bdejt infittex – ghedt ha nara x’ ser naghmel; bhal ma’ forsi jaghmel haddiehor, naf li kienet ser tilhaq.. il-gvern ser jaghmel agenzija. Naf li dak iz-zmien tkellimt ukoll mal-Ministru Owen Bonnici fejn urejt ix-xewqa li jekk ikun hemm post li nista’ naghti s-servizz tieghi. Qalli ha nerga inkellmek. Kellimtu, qalli meta ha tispicca. Jekk mhux sejjer zball spiccajt f’ xi mid May 2015 u hassejt li ghandi naghti l-kontribut fl-agenzija ta’ l- enforcement illum fen ghadni hemmhekk sal-lum.
Imhallef A Lofaro :
Il-LESA hu?
Xhud :
Il-LESA – Local Enforcement System Agency
Imhallef J Said Pullicino :
L-ahhar domanda, ghal li jista’ jkun qatt tawk raguni ghaliex inti gejt spostjat minn Kummissarju ghal x’ imkien iehor? Qatt kien hemm raguni?
Xhud :
Ovvjament sa meta..
Imhallef J Said Pullicino :
Apparti .. tas-servizz ta jigifieri. Jigifieri …. mintix kapaci jew ghamilt xi zball jew inkella …?
Xhud :
No xejn affattu. Naf li kien hemm inkjesta ovvjament wara l-incident tad- driver tal-Ministru Mallia; saret l-inkjesta. Informawni li jiena ghandi mmur lura u hassejt li mmur lura.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri inti tatribwija ghal dak l-incident basically.
Xhud :
Ifhimni jiena Sur Imhallef.
Imhallef J Said Pullicino :
X’ hassejt dak iz-zmien jghodd ..
Xhud :
..jiena nobdi l-ordni. Kemet hemm; leali dejjem kont lejn il-gurament. Li qaluli biex naghmel ghamilt. Kien hemm decizjonijiet li jiena forsi hassejt li ma kienux tajbin, pero` jien kelli nirrispetta bhal ma dejjem irrispettajt.
Chairman Imhallef M Mallia :
Thank you.
Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Raymond Zammit dettata minnu stess fil- prezenza ta’ l-istess xhud.
Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.
Saviour Scicluna Traskrittur