Xhieda ta’ Marvin Gaerty – 6 ta’ Novembru 2020

Xhieda ta’ Marvin Gaerty – 6 ta’ Novembru 2020

06.11.20 xhud marvin gaerty

Fl-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum il-Gimgha 6 ta’ Novembru, 2020.


Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni Marvin Gaerty, bil-Malti bil-gurament jghid:


Imh. M. Mallia : Sur Gaerty inti gejt mitlub minn dan il-Bord biex iggib dispensa tal- Prim Ministru biex tixhed dwar kwistjonijiet ta’ taxxa u tghajniek lista tal-persuni u kumpaniji. Din id-dispensa gibtha jew le?

Marvin Gaerty : Sinjuri ma rcivejt l-ebda lista jien. Imh. M. Mallia : Ma rcivejt xejn?

Imh. A. Lofaro : Ma rcivejtx?

Marvin Gaerty : Ghandna l-avukata tad-Dipartiment jigifieri ma nafx. Fil-fatt skantajt ghax kont qed nistenniha biex naghmel it-talba, pero’ ma rcivejtx listi.

Imh. M. Mallia : Hazin.

Imh. J. Said Pullicino : L-ahhar darba meta xhed tiftakara din ‘il bicca xoghol. Marvin Gaerty : Iva, iva, iva. Fil-fatt jiena nternament qbadt ha nipprepara, imma ovvjament ridna nistennew il-lista minhabba biex inkun naf

fuq min.

Imh. A. Lofaro : Imma ma ticcekkjax ftit la darba kont qed tistenna?

Marvin Gaerty : Iva ccekkjajt kont insaqsi lill-avukata taghna kulljum biex nara jekk ghandix il-lista.

Imh. A. Lofaro : Ghax ghaddew gimghatejn issa.

Dr. T. Comodini Cachia : Nifhem li l-lista kellha tinghata mid-deputat jiena. Imh. A. Lofaro : Tghajnihiela. Tghajnihiela.

Dr. T. Comodini Cachia : Jiena nista’ . . .

Imh. A. Lofaro : Imma hu ma kkonsultax mal-Prim Ministru qal. Imh. M. Mallia : Ma kkonsultax. Ma jista jghidilna xejn.

Dr. T. Comodini Cachia : Jinghata kopja tal-lista llum u jerga jitla’ hu. Imh. A. Lofaro : For next sitting m’hemmx x’taghmel.

Dr. T. Comodini Cachia : Iva.

Imh. A. Lofaro : Ok. Naghtuhielu llum issa.

Imh. J. Said Pullicino : Ix-xhud fuq din ic-cirkostanza biss ridnieh le?

Dr. T. Comodini Cachia : Le hemm zewg (2) domandi ohra. Imma ma hemmx iktar minn zewg (2) domandi.

Marvin Gaerty : Jekk ikolli l-lista serhu raskom mhux ha ndum. Imh. A. Lofaro : Naghtuhielu llum issa, naghtuhielu llum.

Dr. T. Comodini Cachia : Ehe tista’ tinghata. Intom il-Bord kien iddegreta fuq dik il-lista ghax il- Bord kellu jiddeciedi l-ismijiet tal-kumpaniji u l- ismijiet tal-persuni u intom informajtu lil kullhadd illi hekk ghamiltu u li ordnajtu l-lista kollha.

Imh. A. Lofaro : Imma kien hemm xi misunderstanding u Rita ma baghtitiex.

Dr. T. Comodini Cachia : Il-probabilta illi d-Deputata ma fhemitx illi kellha tibghat il-lista wkoll mad-digriet.

Imh. A. Lofaro : Issa l-lista naghuhielu llum.

Imh. J. Said Pullicino : Nassumu li jkollu l-permess li jixhed dwar dawn in- nies, nistghu nispecifikawlu x’tip ta’ nformazzjoni rridu.

Dr. T. Comodini Cachia : Iva mela le.

Imh. J. Said Pullicino : Ghax irridu nkunu specifici halli ma noqghodux – informazzjoni mhux relevanti ghal din l-Inkjesta ahna ma jinteressaniex.

Imh. A. Lofaro : Hekk hu ma jinteressaniex.

Imh. J. Said Pullicino : Relevanti ghal din l-Inkjesta fil-parametri tat-termini taghna, halli jkun jaf x’ghandu jfittex ghax inkella jkollu hafna nformazzjoni li hija rrelevanti.

Dr. T. Comodini Cachia : Ehe ara jiena fil-konfront tal-lista li se tinghatalek nahseb li dak li huwa relevanti huwa one (1) jekk il-kunsens, id- dispensa tal-Prim Ministru inghatatlekx, fil-konfront ta’ min tkun inghatat jew fil- konfront ta’ min ma tkunx inghatat. Jekk ma nghatatx ikun utli li tinfurmana r-raguni ghalfejn li gejt infurmanti li ma nghatatlekx, jekk inghatatlek b’ristrizzjonijiet allura jkollna bzonn li nkunu nafu dawk ir-restrizzjonijiet biex inkunu nistghu nifhmu anke ahna kif nistghu noperaw, nimmagina.

Imh. A. Lofaro : Ehe, ehe.

Dr. T. Comodini Cachia : Jekk tkun michuda mportanti wkoll li nkunu nafu c- channel of communication kif tlabtha u r-risposta li tkun inghatatlek – jigifieri ma’ min tkun ikkorrispondejt.

Marvin Gaerty : Nistajekk joghgbok ikunu mnizllin mal-lista dawn, ma nafx jekk hux possibli ta’, biex inkun nista . . .

Imh. A. Lofaro : Ghandu ragun ghax kif ha jiftakar.

Dr. T. Comodini Cachia : Jiena kwazi, kwazi Sinjuri Imhallfin jien ghandi, jiena apparti, jekk nista’ nissuggerixxi xi haga Sinjuri Imhallfin.

Imh. A. Lofaro : Nahseb li hawn xi avukat. Min inti please, tghidilna x’jismek jekk joghgbok?

Dr. V. Vella : Dr. Vincienne Vella. Imh. A. Lofaro : Vincienne Vella.

Dr. V. Vella : . . . (speaking off microphone) . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Jiena ghandi suggeriment. Jiena ghandi soluzzjoni ghax jiena l-lista ghandi f’idejja ghax ovvjament jiena nafha l-lista. Mal-lista jien ghandi wkoll id-domandi li jien xtaqt nistaqsih li huma dawn. Jigifieri jekk jiena llum nistaqsih zewg (2) domandi illi m’humiex relatati mal-lista imma ma zvilupp illi gara dan l-ahhar, imma mbaghad jien naqbad il-lista tieghi nghaddiha lil kollega u tkun f’idejha bid- domandi b’kollox.

Imh. A. Lofaro : Prosit. Naghmlu hekk? Immexxu hekk? Dr. V. Vella : Jekk joghbok.

Imh. A. Lofaro : Imma fhimt Dottoressa x’qaltlek hi, kif trid tkun taf. Kif saret ic- channel of communications.

Dr. V. Vella : Channel of communications l-istess dejjem issir b’ittra. Imh. A. Lofaro : B’ittra, jigifieri inti se tiktiblu all right.

Imh. J. Said Pullicino : Jiena nifhem illi l-awtorizazzjoni tigi bil-miktub mhux bid-diskors.

Imh. A. Lofaro : Bil-miktub.

Imh. J. Said Pullicino : Bil-miktub jigifieri mbaghad ikollna . . .

Imh. A. Lofaro : U jekk ikun hemm xi restrizzjoni tkun bil-miktub ukoll hux hekk, ghax dak li trid id-Dottoressa.

Dr. T. Comodini Cachia : Jiena nista’ nghaddilha n-notamenti tieghi ikollok kollox kollega.

Imh. A. Lofaro : Yes please grazzi ok. Ahjar nivverbalizzaw din id-darba ta’. Imh. M. Mallia : L-ewwel aghmel id-domandi.

Dr. T. Comodini Cachia : Ok, mela insa ftit il-lista tal-kumpaniji u tal-persuni, peress illi kien hemm zviluppi u allura ahjar li jkunu ccarati hawnhekk ghax jolqtu wkoll ix-xiedha tieghek ta’ qabel. Mela skont il-media inti gejt mitkellem mill-pulizija dwar messaggi bejnek u bejn Yorgen Fenech. Inti llum qieghed taht investigazzjoni jew fuq xi police bail? Ha nibda minn hemmhekk.

Marvin Gaerty : No, assolutament. Imh. A. Lofaro : Le.

Marvin Gaerty : Jekk trid nispjega. Dr. T. Comodini Cachia : Ahjar.

Marvin Gaerty : Kienet a very informal jigifieri, it was a ten (10) fifteen (15) minute jigifieri fuq xi haga partikulari, kif jigifieri dak li bghatt fuq il-messagg bghattulu by e mail jigifieri wkoll tax-xoghol ghax it was a reply of work u lill-pulizija tghajthom kollox. Jigifieri dakinhar filghaxija bghattilhom il- communication kollha.

Imh. A. Lofaro : Mela inti m’intix taht l-ebda tip ta’ nvestigazzjoni? Marvin Gaerty : Xejn, xejn, xejn.

Imh. A. Lofaro : Ok grazzi.

Imh. J. Said Pullicino : U l-korrispondenza li kellek in konnessjoni max- xoghol.

Marvin Gaerty : Sorry?

Imh. J. Said Pullicino : Il-korrispondenza li kellek mieghu kienet in konnessjoni max-xoghol.

Marvin Gaerty : Max-xoghol assolutament.

Imh. A. Lofaro : Uza l-e mail tax-xoghol qalilna wkoll.

Dr. T. Comodini Cachia : Dina kienet korrispondenza fuq e mail jew korrispondenza fuq messaggi personali fuq il-mobile?

Marvin Gaerty : Le, le jiena li ghamilt kont bghattlu email u bghattlu messagg ukoll. Fil-fatt l-istess kliem ezatt qieghed fl-email u qieghed fil-messagg.

Dr. T. Comodini Cachia : Ghandi nifhem allura inti wkoll iltqajt ma’ Yorgen Fenech jew le?

Marvin Gaerty : Jiena gie li ltqajt mhux ma- Yorgen Fenech biss imma ma’ l- avukati tieghu. Jien bhalma niltaqa’, xogholi huwa nahseb kif tafu li fil-kamra tat-taxxa li qed ikun hemm problemi rridu niltaqghu, dak hu l- obbligu, xogholi, jigifieri nahseb li ltqajt ma’ hafna, hafna

. . .

Imh. J. Said Pullicino : Iltqajt mieghu fil-kors tax-xoghol?

Marvin Gaerty : Iva ezatti, ezatti, bl-avukati tieghu u kollox u tkellimna fuq ix-xoghol.

Dr. T. Comodini Cachia : Ridt niccara din il-kwistjoni peress li kienet qamet wara. U nassumi wkoll allura illi l-laqghat tieghek mieghu jew ma’ l-avukati tieghu sehhew dejem fl-ufficcju tieghek?

Marvin Gaerty : Iva, kellna wiehed partikulari kien fl-ufficcju tieghu bl- avukati tieghu . . .

Dr. T. Comodini Cachia : L-ufficcju tieghu Portomaso?

Marvin Gaerty : Portomaso ezatti. Gie li naghmluha ahna, jigifieri meta jkun hemm hafna avukati, ghax ma kienx hemm avukat wiehed jew tnejn, kienu ghaddejjin meetings, talbuni. Gie li ghamiltha wkoll, mhix xi haga komuni ta’ jigifieri, imma meta jkun hemm per ezempju hafna nies jistaqsuni u ma niddejjaq xejn jigifieri mmur. Normali hafna.

Dr. T. Comodini Cachia : Nassumi li l-mertu tad-diskussjoni jekk kienux dwar 17 Black, dika trid tghidilna wara d-dispensa jew tista tghidilna issa?

Marvin Gaerty : Nista’ nghidilkom, assolutament mhux fuq kumpaniji ta’ 17 Black, assolutament. Li nista’ nghidilkom ghax kif tafu marbut bis- sigriet kienet a VAT issue, kienet a VAT issue.

Imh. A. Lofaro : VAT.

Marvin Gaerty : VAT. Xi haga teknika hafna hafna.

Dr. T. Comodini Cachia : Is-sur Fenech huwa wiehed mil-lista jigifieri. Tiftakar id-data ta’ meta kienet din il-laqgha?

Marvin Gaerty : Jiena nahseb, nahseb jew end eighteen (’18) jew il-bidu tan- nineteen (’19).

Dr. T. Comodini Cachia : Tkun tista’ tivverifika biex x’hin terg’ titla’.

Dr. J. Azzopardi : Fuq l-istess vena, ha nkun specifiku hafna sur Gaerty u napprezza hafna t-twegiba li ghadek kemm tghajt. Meta harget l-

ahbar ta’ 17 Black li Fenech huwa s-sid tal-kumpanija u harget fil- public domain li kien l-ewwel gimgha ta’ Novembru elfejn u tmintax (2018), mhux is-sena li ghaddiet, ta’ qabel – f’dak il- perjodu, f’dak ix-xahar, f’dik il- gimgha, f’dawk il- granet, hu jew rapprezentanti tieghu ghamlu kuntatt mieghek biex jiltaqghu mieghek bit-telephone jew b’komunikazzjoni b’Whatsapp, b’telefonata, email, jekk joghgbok?

Marvin Gaerty : Qatt, qatt, qatt. Dr. J. Azzopardi : Qatt?

Marvin Gaerty : Qatt.

Dr. J. Azzopardi : U f’dak il-perjodu inti ma kellekx ghalfejn tmur fl-akkwati ta’ Portomaso?

Marvin Gaerty : L-issue jiena kont naf beforehand ovvjament, ghax ovvjament kieku qaluli li ha jkellmuni fuq hekk zgur li ma kontx immur, zgur. Jigifieri l- issue kienet xi haga teknikament . . .

Dr. J. Azzopardi : Ma rridx inkun naf fuqxiex kienet no, no, no. L-importanti qed tghidli bil-gurament tieghek int jew minn naha taghhom ma kien hemm ebda komunikazzjoni f’dak il-perjodu li harget jew kienet ser tohrog l-ahbar tas-17 Black?

Marvin Gaerty : Xejn, xejn ma qalu xejn, xejn. Dr. J. Azzopardi : Grazzi.

Imh. M. Mallia : Jigi rilevat illi nghatat kopja tal-lista ta’ persuni u kumpaniji lil Dr. Vincienne Vella rapprezentanti d-Dipartiment tal- Kummissarju tat- Taxxi minn liema lista x-xhud Marvin Gaerty ifittex biex jottjeni d-dispensa tal-Prim Ministru sabiex jaghti informazzjoni u jixhed dwar il-persuni u l-kumpaniji msemmija. Flimkien ma’ din il-lista hemm ukoll xi domandi li jindikaw informazzjoni ulterjuri.


Depozizzjoni sospiza.


Din hija x-xhieda tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni Marvin Gaerty dettata minnu stess.

Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Margaret De Battista Traskrittrici