Xhieda ta’ Paul Azzopardi – 11 ta’ Marzu 2020

Xhieda ta’ Paul Azzopardi – 11 ta’ Marzu 2020

Bord tal-Inkjesta – Paul Azzopardi 11/03/20 ……….

L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum il-Erbgha 11 ta’ Marzu, 2020 fis-2:00pm fit-tieni sular, Awla 20, il-Qorti.


Paul Azzopardi bin il-mejjet Paul u Carmen nee’ Camilleri imwieled r- Rabat Malta u residenti l-Gudja bil-Malti bil-ġurament jgħid:


Tahlef li tghid is-sewwa, is-sewwa kollu xejn hlief is-sewwa. Hekk Alla Jghinek.


Xhud:

Nahlef.


Imh. M. Mallia:

Illum inti l-kariga tieghek hija ta’ Direttur tad-D.O.I. hux hekk?


Xhud:

Hekk hu. Id-Dipartiment tal-Informazzjoni, hekk hu.


Imh. M. Mallia:

Kemm ilek f’din il-kariga?


Xhud:

Erba’ snin.

Imh. M. Mallia:

Erba’ snin. Ghal dak li ghandu x’jaqsmu l-istqarrijiet tal-Gvern x’inhija l- procedura? Kif tohorguhom dawn?


Xhud:

Jigu…


Imh. M. Mallia:

L-ewwel nett halli naghmluha cara, l-ufficcju tieghek fejn qieghed?


Xhud:

Tlieta, Pjazza Kastilja, il-Belt.


Imh. M. Mallia:

Il-Pjazza ta’ Kastilja, il-Belt.


Xhud:

Pjazza Kastilja, il-Belt. Biswit fejn qabel kien hemm il-Word for Word biex niftiehmu u llum hemm il-binja l-gdida tal-Banif. Ghadha qed tinbena.


Imh. M. Mallia:

O.K. I see. Allright, allright, ehhe. Kompli.


Xhud:

Jintbaghtulna mill-ufficcju tal-komunikazzjoni tal-Prim Ministru u jinhargu. Dejjem jigu imbaghad vvettjati minn naha taghna li ma jkunx hemm lingwagg mhux xieraq.


Imh. M. Mallia:

Jigifieri allavolja tkun harget mill-Ufficcju tal-Prim Ministru wkoll tivvettjawha?

Xhud:

Le, le jekk ahna nqisu illi l-istqarrija jkun hemm verbosita’ eccessiva fiha nigbdu l-attenzjoni. Hemm mod u mod.


Imh. A. Lofaro:

Imma qed tghid hekk ghaliex diga’ kellek xi esperjenza simili?


Xhud:

Le dejjem ikun hemm esperjenza simili, kemm jiena, kemm ta’ qabli jigifieri mhumiex, few and far in between veru …


Imh. A. Lofaro:

Imma jkun hemm minnhom dawn il-kazijiet.


Xhud:

Ikun hemm stqarrijiet miktubin mill-qalb biex nghid hekk.


Imh. A. Lofaro:

Ehhe.


Xhud:

U biex taghmilhom aktar maleabbli biex nghid hekk.


Imh. A. Lofaro:

Ehhe. Nimmagina illi ghandkom linji gwida cara kif taghmluhom aktar maleabbli, kif ghidt inti?


Xhud:

Ehhe kien hemm imma dan l-ahhar il-Kummissarju Hyzler kien aktar skjett u ahna stess ghidna ejja ghandna aktar linea, tarka, biex nghid hekk biex inti internament u esternament l-affarijiet ikunu aktar cari.


Imh. A. Lofaro:

Hemm linji gwida. Ahjar. Prosit.

Xhud:

U kulhadd ikun aktar komdu biex jopera.


Imh. A. Lofaro:

Ehhe.


Imh. M. Mallia:

Meta inthom you edit wahda minn dawn l-istqarrijiet ghax jidhrilkom forsi inthom tirreferu minn fejn tkun harget?


Xhud:

You refer back.


Imh. M. Mallia:

You refer back, jigifieri meta tohorgu imbaghad, meta tippubblikaw tkun bil-kunsens ta’ minn fejn harget.


Xhud:

Hekk hu.


Imh. M. Mallia:

U l-pubblikazzjoni kif issir on line, tibghatu messagg lil media houses, ma ghandkomx mezzi ta’ xandir taghkom biex taghmluha din?


Xhud:

U ma jaghmilx sens. Il-mezz ta’ komunikazzjoni hija via email bhal issa, ghaliex it-teknologija dejjem tavvanza u concurrently, dak il-hin stess titpogga on line fuq il-website tad-D.O.I., Press Releases fil-website gov.mt imma huma affarijiet concurrently. Tintbaghat u on line.


Imh. J. Said Pullicino:

L-Avukata ser turik sett ta’ stqarrijiet li nizzlet ovvjament mill-internet.


Xhud:

Yes.

Imh. J. Said Pullicino:

Kemm tghidilna jekk humiex huma bhala forma mhux jekk hux korretti jew le, jekk humiex taghkom dawk.


Xhud:

Niehu gost ghaliex inti stess, is-sors taghhom huma …


Imh. J. Said Pullicino:

Huma mill-website taghkom.


Xhud:

Il-format fuq, bhala P.R. prima facie nista’ nghid illi iva huma mill- website. Ghandna d-data base taghna ahna jigifieri jekk tghiduli biex nivverifika ma ghandhiex problema imma prima facie


Imh. J. Said Pullicino:

Sakemm ma jkollniex dubbju ma hemmx ghalfejn. Nohduhom illi hekk huma.


Imh. A. Lofaro:

Ghax dawn qed tesebihom issa hux?


Imh. M. Mallia:

Id-Dipartiment izomm registru tal-edituri tal-gazzetti, tal-whatever li…


Imh. A. Lofaro:

Media houses?


Imh. M. Mallia:

Media houses?


Xhud:

Il-print inzommu ghax huma obbligatorji iva. L-ohrajn inzommu wkoll, jigifieri nafu min huma l-Edituri, tal-online ma nzommux.

Imh. M. Mallia:

On line ma zzommux.


Xhud:

Ghax l-on line huma volontarji.


Imh. A. Lofaro:

Meta tghid volontarji?


Xhud:

Meta inti tirregistra mad-Dipartiment tal-Informazzjoni ma ghandekx rabta legali biex tghid min huwa l-Kap Editur jew inkella l-Head of News ta’ portal, ta’ on line kontra stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju u/jew gurnal, the print version, imma on line version kif giet issa d- Defamation Act ma hemmx rabta fuq l-operatur u ahna ma ghandniex rabta biex nghidulu tina.


Imh. A. Lofaro:

U dawn ikunu avzati minnkom jew mill-entitajiet tal-Gvern jekk ikun hemm xi attivita’ pubblika?


Xhud:

F’liema sens?


Imh. A. Lofaro:

Per ezempju ser ikun hemm xi Konferenza Stampa minn xi Ministeru jew il-Prim Ministru?


Xhud:

Il-Press Coverages johorgu ghal media, fis-sens via email, imma nerga’ nghid concurrently jitpoggew on line. Dak li jghidulu d-data tal- coverages bhal press releases huma open source. They are open source accessibbli mhux biss ghall-gurnalisti imma accessibbli anke ghall- pubbliku in generali.

Imh. A. Lofaro:

Jigifieri dawn ma humiex trattati ahjar minn membri tal-pubbliku ghaliex mhumiex as such qishom regolati dawn.


Xhud:

Trattati ahjar f’liema sens?


Imh. A. Lofaro:

Le fis-sens illi ma tavzawhomx, tibghatulhom email? Xejn.


Xhud:

Halli naghmel distinzjoni halli niccara aktar milli distinzjoni. Jiena naf min huma the registered media a, b, c, d, e, f, g…


Imh. A. Lofaro:

Ezatt. Ezatt.


Xhud:

U jidhlu fid-data base tal-email addresses.


Imh. A. Lofaro:

Ezatt.


Xhud:

Biex jintbaghtu.


Imh. A. Lofaro:

Ezatt.


Xhud:

Jiena, illum il-gurnata aktar u aktar u l-mod kif qed tinfirex it-teknologija hemm barra ma nistax nghid min huwa portal u min ma huwiex portal. U b’inizjattiva tad-Dipartiment ghidna ghalli naghtu dan is-sors ghal kulhadd, jigifieri jekk hemm a budding journalist jew a budding portal

illi ghadu jibda the ropes xorta ser naghtih access nghidlu isma’ din hija

your, ix-xoghol tal-gurnata press coverages events, press events ….


Imh. A. Lofaro:

Tibghatulhom xorta jigifieri …


Xhud:

Le mhux…


Imh. A. Lofaro:

Le!


Xhud:

I put them on line, qed naghmel distinzjoni …


Imh. A. Lofaro:

O.k.


Xhud:

Dawk li huma registrati nibghat via email dawk li huma registrati…


Imh. M. Mallia:

Direttament lilhom.


Xhud:

Dawk li huma registrati.


Imh. M. Mallia:

Ghax ghandek isem.


Xhud:

Exactly.


Imh. A. Lofaro:

Allright.

Xhud:

Dawk illi l-press releases jintbaghtu lil dawk li huma registrati flimkien ma’ utenti ohra. Dawk illi ma humiex is-sors huwa l-website tad-D.O.I.


Imh. M. Mallia:

Tad-D.O.I.


Imh. A. Lofaro:

U allura ejja nghidu li dawn li ma humiex registrati ilhom imqabbdin, mhux budding, imma established, imma ma humiex registered x’jigri f’dak il-kaz?


Xhud:

Bhal min?


Imh. A. Lofaro:

Bhal The Shift News per ezempju, dawn ilhom issa!


Xhud:

Imorru fuq www.gov.mt


Imh. A. Lofaro:

Ma tistghux tibghatulhom email?


Xhud:

Imma hemm l-ghodda, hemm l-r, dik li jghidulha R.S.S. feed, jigifieri l- ghodda, halli nipprova nfiehem…


Dr. Veronique Dalli:

Dan diga’ spjega….


Imh. A. Lofaro:

Jiena mhux qed nikkritika lix-xhud ta’, halli nipprova nifhem il- procedura …

Xhud:

Huwa lingwagg….


Dr. Veronique Dalli:

Sur Imhallef nahseb li hemm sistema ohra, hemm mekkanizmu in place li nahseb li ghadu ma giex spjegat mix-xhud li huwa dan l-R.S.S. Feed li ha jispjega kif xorta tasal informazzjoni li wiehed ikollu interess…


Imh. A. Lofaro:

Mhux qieghdha nikkritikah ta’.


Dr. Veronique Dalli:

Li jkollu interess li jirceviha.


Imh. A. Lofaro:

Bl-ebda mod ma jien qed nikkritika l-operat.


Xhud:

Halli nispjega l-R.S.S. Feed x’inhuwa.


Imh. A. Lofaro:

Ser tispjega mela R.S.S. Feed, ehhe.


Xhud:

Dik il-buttuna li meta tikklikja fuqha, tnizzel id-dettalji tieghek bl-email address u dan bazikament kull darba li tohrog stqarrija jiena m’hiniex fil-lista tad-D.O.I. li nircievi press releases….


Imh. A. Lofaro:

Fhimtek issa.


Xhud:

Halli niftiehmu….

Dr. Veronique Dalli:

Mhux fis-sistema tal-email.


Xhud:

Hekk hu.


Imh. A. Lofaro:

Pero’ tista’ tirregistra fuq l-R.S.S. Hux?


Xhud:

concurrently tigi uploaded online….


Imh. A. Lofaro:

Fhimtek.


Xhud:

… is-sistema tibghatlek u tghidlek biss hemm Press Release, harget Press Release …


Imh. A. Lofaro:

O.K. Imbaghad jiena nidhol fid-D.O.I. stajt u naraha.


Xhud:

Stajt u jekk tghodd ghalik


Imh. A. Lofaro:

Fhimtek, mela biex naghmel hekk…


Xhud:

Mela rcevejtha via email u trid tiftaghha biex taraha, u jekk ma tinreressanix …


Imh. A. Lofaro:

Ehhe biex naghmel hekk irrid nirregistra fuq l-R.S.S. Feed. Fhimtek.

Xhud:

Iva. Imma jista’ jaghmilha l-pubblika, tista’ taghmilha inti…


Imh. A. Lofaro:

Nista’ naghmilha jiena o.k.


Xhud:

Facilment.


Imh. A. Lofaro:

Ehhe, o.k.


Dr. Veronique Dalli:

U l-R.S.S. Feed tahdem b’sistema, bil-permess tal-Qorti…


Imh. A. Lofaro:

Yes, yes fhimtu ta’ pero’…


Dr. Veronique Dalli:

Tahdem b’sistema ta’ notifikazzjoni le?


Xhud:

Ehhe, iva, kif …


Imh. A. Lofaro:

Jghidli isma’, harget xi haga…


Xhud:

Kull haga li tohrog …


Imh. A. Lofaro:

Harget xi haga, u imbaghad jiena nidhol D.O.I. website u nsibha.


Dr. Veronique Dalli:

Biex tircievi alert, biex niftiehmu.

Xhud:

Hekk hu.


Imh. A. Lofaro:

In time.


Xhud:

Ehhe, ehhe.


Imh. A. Lofaro:

In good time hux?


Dr. Veronique Dalli:

In real time.


Imh. A. Lofaro:

O.k.


Xhud:

Halli nerga’ ninsisti fuq dan il-punt, ghaliex? Under my watch, under my watch, concurrently l-affarijiet …


Imh. A. Lofaro:

Prosit.


Xhud:

Kif tohrog il-Press Release dak il-hin stess mill-back end, mis-sistema, titla’ on line.


Imh. A. Lofaro:

Very good. U cara issa, nirringrazzjak ghax iccarajtieli. Grazzi.


Xhud:

Hekk tahdem is-sistema.

Imh. A. Lofaro:

Grazzi.


Imh. J. Said Pullicino:

Pero’ dawn ma humiex kunsidrati edituri ghall-fini tad-D.O.I.


Imh. A. Lofaro:

No ma humiex.


Imh. J. Said Pullicino:

Jigifieri inthom, ifhimni ftit…


Xhud:

Le imma xorta – le ma humiex. Il-ligi ma taghtihomx hekk.


Imh. J. Said Pullicino:

Id-domanda hija din.


Imh. A. Lofaro:

Ghax hemm il-ligi.


Imh. J. Said Pullicino:

Meta d-D.O.I. johrog Press Call ghal haga ufficjali tillimita ruhha ghall- edituri biss?


Xhud:

Le, le, tkun on line wkoll.


Imh. J. Said Pullicino:

Imur min irid jigifieri?


Xhud:

Iva. Imur min irid, ghall-argument, jekk cittaddin, halli tifmhuni fil- kuntest lokali …

Imh. A. Lofaro:

Anke cittadin normali jista’ jmur.


Xhud:

Jekk cittadin ra the events of the day u hemm Ministru X ser …


Imh. J. Said Pullicino:

Ser jaghmel Press Conference …


Xhud:

Ehhe, jekk hija barra iva jista’ jmur ic-cittadin iva, imma imbaghad sta ghalih biex ihalluh jidhol.


Imh. A. Lofaro:

Imma gewwa mhux ser ihalluk tidhol.


Xhud:

Imma!


Imh. J. Said Pullicino:

Minn dejjem kienet hekk?


Xhud:

Le under my watch ghamiltha.


Imh. J. Said Pullicino:

U kemm ilha? Ilha qabel erba’ snin biex…


Xhud:

Le, le, saret is-sena li ghaddiet lil hawn.


Imh. A. Lofaro:

Ma tantx ilha.

Imh. J. Said Pullicino:

Halli naraw daqsxejn.


Imh. A. Lofaro:

It’s an improvement.


Xhud:

Dawn l-affarijiet teknologici, il-portal gov.mt huwa l-akbar portal f’Malta.


Imh. A. Lofaro:

Da zgur.


Xhud:

Dan l-ahhar trid u ma tridx trid taghmel avvanz fit-teknologija, ghamilna dak li jghidulu migration fuq share point qed nitkellem tekniku ghax tghallimtu ghax qaluli, ghalija Grieg xorta, …


Imh. A. Lofaro:

Migration ghidtilna?


Xhud:

Migration ta’ dak il-materjal minn xkafef f’librerija antika taqla’ kollox u titfa’ fi xkafef godda f’librerija aktar irpuzata li tista’ tahdem biha. U meta sar dan l-ezercizzju we enhanced dawn il-facilitajiet kollha.


Imh. A. Lofaro:

Sena ilu roughly.


Xhud:

Sena ilu hekk hu. F’dawn l-ahhar xhur jigifieri.


Imh. A. Lofaro:

U nimmagina illi dejjem izzommu ruhkom aggornati mat-trends li qed jizviluppaw il-hin kollu hux?

Xhud:

Tipprova dejjem.


Imh. A. Lofaro:

Ghax iva mhux hekk, tipprova.


Xhud:

U ghidt hekk ghaliex il-pass illi jmiss ma nibqghux nohorgu aktar Press Releases. Il-pass li jmiss, li nixtieq, l-istess bhar-ritratti, ikollok an F.T.P. site jew Cloud …


Imh. A. Lofaro:

Cloud ehhe.


Xhud:

Biex niftiehmu…


Imh. A. Lofaro:

Yes, yes, naf x’inhi Cloud.


Xhud:

Illi inti you log in bil-credentials tieghek and you pull down dak li trid inti.


Imh. A. Lofaro:

Anke jiena nista’ naghmilha li m’hiniex tal-press jigifieri.


Xhud:

Yes, ghalfejn le.


Imh. A. Lofaro:

Nista’ naghmilha. Pero’ ma nistax immur il-Press Conference. U nsaqsi d-domandi per ezempju.

Xhud:

Heq…


Imh. A. Lofaro:

Ghax ma ghandhiex il-Press Card taghkom …


Xhud:

Zomm daqsxejn, issa diehla f’qasam iehor.


Imh. A. Lofaro:

Halli nhalli f’idejk tispjegalna ta’.


Xhud:

Issa diehel f’qasam iehor. Id-Dipartiment, qieghed again, under my watch, nehhejt il-kelma Press Cards. Dejjem kienet Press Card imma it’s a gross misnomer. It isn’t a press card, hija oxxenietha tghid illi Dipartiment tal-Gvern johrog kredenzjali, a card lil xi hadd li jghid inti gurnalista. Min jiena jien li nghid li jiena gurnalista …


Imh. A. Lofaro:

Fhimt.


Xhud:

U qed nitkellem hekk minhabba l-background tieghi fil-qasam gurnalistu wkoll, lanqas biss tidholli f’mohhi u …


Imh. J. Said Pullicino:

U allura tohrog excess card inti.


Xhud:

Allura ghall-anqas biddilt l-isem u nghidu Access Card for Government Events. Period.


Imh. J. Said Pullicino:

Access Card for Government Events.

Xhud:

It’s an access card for government events.


Imh. A. Lofaro:

U min jista’ jakkwistaha din?


Xhud:

Kulhadd.


Imh. A. Lofaro:

Min hu eligibbli? Jien? Le hux.


Xhud:

Zomm daqsxejn, teknikament jekk issib – tieni cans – …


Imh. A. Lofaro:

Mela le.


Xhud:

Jekk issib Editur registrat li jiffirmaghhielek tista’ taghmilha on line l- applikazzjoni.


Imh. A. Lofaro:

U jekk ma nsibx!


Xhud:

Issa step by step.


Dr. Veronique Dalli:

Hemm Plan B.


Xhud:

Imma halli niehdu x-xenarji. Jekk issib Editur registrat li jiffirmalek, l- Editur ighid li unur tieghu li huwa gurnalista. Jiena ma nidholx fiha.

Imh. A. Lofaro:

Allright fhimt.


Xhud:

Jigifieri the authenticity illi jekk l-applikant huwiex gurnalista l-Editur ighidli mhux jiena.


Imh. A. Lofaro:

L-Editur.


Xhud:

Mentri hemm il-firma tal-Editur il-Card harget.


Imh. A. Lofaro:

L-Access Card.


Xhud:

Hekk hu.


Dr. Veronique Dalli:

U l-Editur jerfaghha dik id-decizjoni.


Xhud:

Iva jerfaghha imma I rarely question them….


Imh. A. Lofaro:

Imma forsi dak li jkun ma nsibx Editur jiena naf!


Xhud:

Mela inti ser tibda fotografu jew inkella anke gurnalista u m’inthiex Editur, hekk hu, jekk jiena ser nibda a new portal ….


Dr. Veronique Dalli:

Ma ghandekx editur.

Xhud:

Ma ghandhiex editur, tieghi f’tieghi.


Imh. A. Lofaro:

Mhux hekk.


Xhud:

Tmur fuq process iehor ighidulu temporary access card, temporanja.


Imh. A. Lofaro:

I see.


Xhud:

Issa jigifieri l-kowt tieghu biex nghidu hekk, filwaqt li l-gurnalisti naghtuhom il-kulur isfar vizwalment taghrafhom kollha meta …


Imh. A. Lofaro:

Iva mhux hekk, mela.


Xhud:

Dawn ikollhom kulur ahmar.


Imh. A. Lofaro:

Red.


Xhud:

Ikun temporanju.


Imh. A. Lofaro:

Ahmar.


Xhud:

U nohorguhielu ghal zmien limitat. Issa nispjega ukoll l-operat….

Imh. A. Lofaro:

Yes, yes, o.k. Zmien limitat.


Xhud:

Jista’ jkun limitat, per ezempju media organisation tahdem, ghandha biss erba’ fotografi imma gejja z-zjara tal-papa, halli nohduha hekk, …


Imh. A. Lofaro: Per ezempju ehhe.


Xhud:

U minn erbgha jqabbad tlett fotografi ohra bil-kuntratt biex jaghmilhom tmienja. Mela b’erbgha jista’ jopera illi l-erbgha l-ohra ma ghandhomx il-credentials, naghtuhulhom, ighidilna li huma temporanji u nohorguhulhom il-card u tkun valida, time specific.


Imh. A. Lofaro:

Per ezempju ghaz-zjara tal-papa biss.


Xhud:

Ezempju ghaz-zjara tal-papa biss.


Imh. A. Lofaro:

Ezatt.


Xhud:

Ghal Editur li ser jibda naghtuhielu ghal sitt xhur, imma ghax anke ahna rriedu nkunu buona fede ….


Imh. A. Lofaro:

Hekk hu, hekk hu.


Xhud:

Taghtih is-sitt xhur, giebli l-carnet tieghek …

Imh. A. Lofaro:

X’inhu? Skuzi ma fhimtekx.


Xhud:

Skuzi hija kelma teknika “carnet”, il-folder tieghek biex nghidu hekk.


Imh. A. Lofaro:

Eh il-carnet fhimt, naf x’inhu ehhe.


Xhud:

Gieb il-carnet tieghek naraw, ghax nista’ niftah portal u naghmel storja darba f’gimgha u allura that’s a news portal?


Imh. A. Lofaro:

Heq!


Xhud:

Darba f’gimgha! Le ghalija mhuwiex.


Imh. A. Lofaro:

Hemm guidelines, imma hemm guidelines cari?


Xhud:

Il-guidelines huma …


Imh. A. Lofaro:

Ma nafx!


Xhud:

Mhumiex daqshekk cari.


Imh. A. Lofaro:

Ma tantx hux!

Xhud:

Nammetti, ma humiex daqshekk cari. Fotografu jghidli ara gibt dawn ir- ritratti f’dan il-gurnal, f’dan il-gurnal, f’dan il-gurnal all well and good, imma l-fatt jibqa’ illi xorta for events tajnik il-card biex inti topera.


Imh. A. Lofaro:

O.k.


Xhud:

Wara dawk it-tlett xhur….


Imh. A. Lofaro:

Tlett xhur applikabbli din.


Xhud:

It can be extended for another three months jew inkella jekk inti vera, we do follow the media or try to follow the on line media jekk qbadt by all means imxi for a full access card….


Imh. A. Lofaro:

U inti imma taccettani jekk nikteb kif qed nghidu just one article a week, forsi part time jiena nahdem.


Xhud:

Imma dak mhux jiena, naccettaha wkoll imma tinsiex inti biex taghmel fuq il-portal jew biex taghmel fuq gurnal?


Imh. A. Lofaro:

Fuq il-portal tieghi, per ezempju ghandi on line portal jiena.


Xhud:

Naghtihielek. Tista’ tkun, naghtihielek.


Imh. A. Lofaro:

Mhux problema din.

Xhud:

Le ma hijiex problema.


Dr. Veronique Dalli:

Imma wiehed irid jitlob ghaliha. Wiehed irid jitlob ghaliha.


Xhud:

Imma trid titlob ghaliha.


Imh. A. Lofaro:

Jekk nitlob ghaliha taghtihieli imma.


Xhud:

L-applikazzjonijiet online. Illum il-gurnata, yet again, ghamilnihom on line you just….


Dr. Veronique Dalli:

Tista’ tispjega l-mekkanizmu ta’ kif wiehed jaghmel request, jaghmel talba biex jinghata din l-access card.


Xhud:

Yet again, tidhol….


Imh. A. Lofaro:

Imma fuq temporary Dr. Dalli?


Xhud:

It-tnejn.


Dr. Veronique Dalli:

It-tnejn li huma l-istess….


Xhud:

It-tnejn ghaliex inti ghandek ….

Dr. Veronique Dalli:

Din ghandha ghalfejn fizikament tigi ghandek jew …?


Xhud:

Hemm a’s, hemm b’s, hemm klassifici differenti.


Imh. A. Lofaro:

Allright.


Xhud:

Ghall-argument naghtu cards specifici lill-gurnalista colour coded imma hemm cards ohra llum il-gurnata ghal min huwa fotografu, ghal min huwa tekniku.


Imh. A. Lofaro:

Allright.


Xhud:

Illum il-gurnata l-istazzjonijiet tat-televizjoni per ezempju…


Imh. A. Lofaro:

Per ezempju sound, light, mhux hekk?


Xhud:

Hekk hu. Il-camera man.


Imh. A. Lofaro:

Hekk hu.


Xhud:

Infallibbilment qabel kull elezzjoni jkollna mewga….


Imh. A. Lofaro:

Mhux hekk. Min jaf!

Xhud:

Kulhadd min tilef il-card, min tilef hekk, insomma jkollna mewga. Imma tista’ taghmilhom on line. Biex innaqqsu wkoll….


Dr. Veronique Dalli:

It-talbiet kollha jistghu jsiru on line jew le?


Xhud:

Kollha. Kollha. Jigifieri tista’ taghmel you download u fizikament tigi, tibghatu u tigi biha eccetra.


Imh. A. Lofaro:

Kien hemm kaz fejn ma accettajtux applikazzjoni? I am asking ghax vera ma nafx!


Xhud:

Jiena qatt ma ltqajt …


Imh. A. Lofaro:

Qatt.


Xhud:

Ma’ kaz fejn accettajt, kien hemm kaz wiehed…


Imh. A. Lofaro:

Fejn ma accettajtx you mean


Xhud:

Imma fil-kaz nghidilkom min hu, imma nixtieq nghidha in full confidence….


Imh. A. Lofaro:

Le, le ma hemmx ghalfejn…

Xhud:

Imma kien hemm kaz lejliet elezzjoni.


Imh. A. Lofaro:

Oh I see.


Xhud:

Ezatt lejliet l-ahhar elezzjoni biex inkun specifiku.


Imh. A. Lofaro:

O.k.


Xhud:

Fejn minkejja li kien endorsed minn Editur ghidt mhux xieraq, kellna bizzejjed esperjenzi fl-imghoddi, u kontroversji fl-imghoddi.


Imh. A. Lofaro:

O.k.


Xhud:

Erfajtha jien u hallejtha fl-inbox tieghi.


Imh. A. Lofaro:

U ma nqalghux problemi.


Xhud:

Le ma nqalghux, imma erfajtha jiena.


Imh. A. Lofaro:

Dik biss mela kien hemm.


Xhud:

Il-bqija kull applikazzjoni ma ghandhiex problemi…

Imh. A. Lofaro:

Anke jekk inkun part-timer jien…


Xhud:

Ma ghandhiex problemi illi I endorse them, xejn affattu.


Imh. A. Lofaro:

Le, le hekk qal.


Xhud:

No, no xejn affattu.


Imh. A. Lofaro:

O.k.


Imh. J. Said Pullicino:

Nigu ftit ghall-meritu taghna ghaliex issa qed nespandu. Il-posizzjoni hija din illi d-D.O.I. ma jirregola bl-ebda mod il-professjoni tal- gurnalista. Hux hekk? Naqblu?


Xhud:

Of course not.


Imh. J. Said Pullicino:

Bl-ebda mod.


Xhud:

Id-D.O.I. jidhol biss biex jiddeciedi fejn hemm Press Call tal-Gvern jew lil min jistieden u lil min jibghat ic-cirkolari.


Xhud:

Halli nerga’ nghid jiena ma niddecidiex lil min nistieden.

Imh. J. Said Pullicino:

Iva, iva, ic-cirkolarijiet huma kollha on line llum u kull min irid imur jaccessjahom.


Xhud:

Hekk hu.


Imh. J. Said Pullicino:

Issa d-domanda hija din. F’okkazzjonijiet fejn hemm press calls specifici ghal avvenimenti specifici tal-Ministeru jew ta’ Kastilja jew whatever dawka johorgu press calls minn ghandkom jew le? Dik l-ewwel domanda.


Xhud:

Generalment iva imma jkollok okkazzjonijiet….


Imh. J. Said Pullicino:

Fejn ma jkunux hekk, imma ….


Xhud:

Jekk tippermettieli. Jiena bhala Dipartiment nohrog il-Press Calls illi nircievi biex nohrog….


Imh. J. Said Pullicino:

Sewwa.


Xhud:

Imma jiena ma ghandhiex kontroll jekk A, B, C, jew D iddecieda li johrog a Press Call ghal rasu.


Imh. J. Said Pullicino:

Allright, imma inti tohrog Press Call….


Xhud:

Imma jiena nohrog ….

Diskors f’xulxin u ma jinftiehemx.


Xhud:

Jiena nista’ nassigura illi meta tohrog il-Press Call, tohrog ghal kulhadd.


Imh. J. Said Pullicino:

Le ghal kulhadd x’jigifieri? Ghall-Edituri.


Xhud:

Ghall-gurnalisti kollha, qatt ma, qatt ….


Imh. J. Said Pullicino:

Mhux ghal gurnalisti kollha….


Dr. Therese Comodini Cachia:

Ghal gurnalisti registered kollha?


Imh. A. Lofaro:

Registered.


Imh. J. Said Pullicino:

Ghall gurnalisti registrati mad-D.O.I.


Xhud:

U tkun on line ehhe.


Imh. J. Said Pullicino:

U on line.


Dr. Veronique Dalli:

L-importanti li tkun on line.


Imh. J. Said Pullicino:

Jigifieri dik hi l-posizzjoni.

Xhud:

U on line.


Imh. J. Said Pullicino:

U … wkoll. Mhux hekk?


Dr. Veronique Dalli:

Sorry ma fhimtux.


Imh. A. Lofaro:

Ma fhimtux ta’!


Xhud:

Imma jiena qatt I never doctored, dik hija l-kelma….


Imh. J. Said Pullicino:

Ma allegajtx hekk jien.


Xhud:

Nieqaf hawn.


Imh. J. Said Pullicino:

Jigifieri dik hija l-posizzjoni.


Xhud:

O.k.


Imh. J. Said Pullicino:

Daqshekk.


Imh. M. Mallia:

U s-sitwazzjoni ghar-rigward ta’ International Press Card x’inhi? Kif tarawha inthom?

Xhud:

Yet again, hemm il-process qieghed on line spjegat, jigulna diversi agenziji tal-ahbarijiet ….


Imh. A. Lofaro:

Le nahseb ma nafx, imma fuq per ezempju, ejja nghidu jien Maltija u ghandi International Press Card dik inthom tohduha in konsiderazzjoni jew xorta rrid nirregistra maghkom jiena?


Xhud:

Nohduha in konsiderazzjoni, li tista’ l-aktar l-aktar, le trid tirregistra maghna xorta bilfors.


Imh. A. Lofaro:

Xorta bilfors.


Xhud:

Xejn ma hu bilfors, il-mewt bilfors.


Imh. A. Lofaro:

Imma xorta hux!


Xhud:

Obbligat li tirregistra, l-istess kif ghandhom media internazzjonali bil-

card taghhom jirregistrawha maghhom, hawn jirregistraw maghna.


Imh. A. Lofaro:

Mela jiena ghandi International Press Card imma rrid nirregistra maghkom.


Xhud:

Imma …


Imh. A. Lofaro:

Mhux qed nghid li hazin, biex inkun naf.

Xhud:

An International Press Card does not equate to a passe partout.


Imh. A. Lofaro:

Ma ghidtx hekk, ghalhekk qed insaqsik jien.


Xhud:

Le, le qed nghidha jiena.


Imh. A. Lofaro:

O.k. grazzi.


Xhud:

Qed nghidha jiena.


Imh. A. Lofaro:

Allright, ftehmna.


Imh. J. Said Pullicino:

Jigifieri mhux bhal International Driving Licence. Mhux bhal licenzja tas-sewqan internazzjonali.


Xhud:

No.


Imh. J. Said Pullicino:

Ghandek dik allura ssuq fejn trid.


Xhud:

No.


Imh. J. Said Pullicino:

Ftehmna, irid ikun registrat maghkom.

Xhud:

Kull pajjiz, entita’ jaghmel il-protokolli tieghu biex taccessa certi postijiet, ghalkemm ikollok an International Press Card ma tistax taqbad u tidhol fi kwalunkwe kancellerija fl-Ewropa.


Imh. J. Said Pullicino:

U dejjem qeghdin nitkellmu ghal dawk l-avvenimenti li ghalihom …


Xhud:

Tkun mistieden.


Imh. J. Said Pullicino:

Mistieden mill-Gvern jew tad-Dipartiment tal-Gvern eccetra.


Xhud:

Daqshekk hu.


Imh. A. Lofaro:

Dr. Dalli ghandha domanda ta’.


Dr. Veronique Dalli:

Peress li l-Qorti staqsietek dwar International Press Cards, mela meta jkollok gurnalisti barranin illi ghandhom fil-pussess taghhom u huma detenturi ta’ an International Press Card u jigu Malta….


Imh. A. Lofaro:

Per ezempju B.B.C. jiena naf!


Dr. Veronique Dalli:

Per ezempju gew tal-B.B.C. jew gew tar-R.A.I. x’jigri?


Xhud:

They follow the protocol japplikaw ghandi nohrogilhom l-Access Card …

Imh. A. Lofaro:

Jigifieri c-C.N.N. u hekk iridu japplikaw xorta!


Imh. J. Said Pullicino:

Japplikaw…


Xhud:

Issa halli …


Imh. A. Lofaro:

Dawn il-kbar! C.N.N., SKY u B.B.C….


Dr. Veronique Dalli:

Kollha japplikaw ghandek?


Xhud:

Ehhe. Japplikaw.


Imh. A. Lofaro:

Xorta jridu japplikaw.


Xhud:

Ehhe. Halli nghidlek ghalfejn.


Imh. A. Lofaro:

O.k., o.k.


Xhud:

Ghaliex, halli nispjega. Ghaliex jekk hemm certi avvenimenti li ser isiru ghaz-zjara tal-Papa dik o.k. multi-faceted. Ghaz-zjara tal-Papa jinholoq data base, an accreditation data base komuni fejn il-lokal u l-barranin, l-istess kif sar waqt il-presidenza,…


Imh. A. Lofaro:

Jahdmu flimkien nimmagina.

Xhud:

F’dawk meta jkunu specifici u veru high profile u ser tifhmuni wkoll isir

screening mis-Security Services lokali u barranin …


Imh. A. Lofaro:

Mhux hekk.


Xhud:

Trid xi haga komuni. Tohrog one accreditation card illi taqdi l- funzjonijiet ta’ kollox, kemm lil barranin, kemm lill-Maltin. Meta jkollna zjara ta’ personalita’ barranija li jgib il-media tieghu nohorgulhom l- access cards ukoll.


Imh. A. Lofaro:

Japplikaw jew tohorgulhom minn qabel?


Xhud:

Japplikaw jew inkella through protocol, halli tifhmuni tigi l-lista imma tigi through protocol


Imh. A. Lofaro:

Forsi mill-ambaxxati, ma nafx.


Imh. J. Said Pullicino:

Ikunu akkreditati mad-D.O.I. ghal din l-okkazzjoni.


Xhud:

U nakkreditawhom. U r-raguni hija semplici ghaliex b’dik il-card ghal diversi ragunijiet biex tidhol f’bieb…


Imh. J. Said Pullicino:

Mhux hekk.


Imh. A. Lofaro:

Da zgur.

Xhud:

Mela safra, allright mexxi. Jigifieri aktar ta’ pratticita’.


Imh. A. Lofaro:

Avolja jkunu media houses vera kbar bhal C.N.N.!


Xhud:

U qatt ma kellna problemi, ghaliex il-procedura hija dik li hi, kullimkien.


Dr. Veronique Dalli:

U barra minn Malta hekk hi?


Xhud:

L-istess.


Imh. A. Lofaro:

Jigifieri ma hemmx wahda komuni, wahda komuni ghall-E.U. ma hemmx?


Xhud:

Biex tmur ghall-E.U. trid taghmel applikazzjoni on line.


Imh. A. Lofaro:

Ukoll.


Xhud:

Jigifieri ghal Counsel ….


Imh. A. Lofaro:

O.k. ehhe per ezempju.


Xhud:

Taghmilha on line. U anke huma jaghmlu d-distinzjoni ghal min huwa residenti fi Brussell dejjem u tuzaha regolari jew inkella jkunu specifici jew ghal Council Meetings skont il-configuration whatever.

Imh. A. Lofaro:

Whatever.


Xhud:

U johorgulek il-card.


Imh. J. Said Pullicino:

Imma l-fatt li ma tkunx akkreditat mad-D.O.I. ma jfissirx illi inti m’inthiex gurnalista.


Xhud:

Le, le, le nerga….


Imh. J. Said Pullicino:

… dan il-punt kollu….


Xhud:

Nerga’ nishaq, jiena ….


Dr. Veronique Dalli:

L-ewwel affermazzjoni, min jiena jien biex nghid jekk inthiex gurnalist jew le.


Imh. A. Lofaro:

Hekk qal veru.


Xhud:

No way.


Dr. Veronique Dalli:

Mhux id-D.O.I. li jghid.


Imh. J. Said Pullicino:

U sa fejn taf inti, ghaliex inti ghandek l-esperjenza, gurnalisti bhala professjoni ma humiex regolati Malta, fil-livell ta’ professjoni.

Imh. A. Lofaro:

Hekk jidher li ma humiex hux!


Xhud:

Sfortunatament le.


Imh. J. Said Pullicino:

Hekk iva qed naqblu.


Xhud:

Mhux bhat-Taljani per ezempju.


Imh. A. Lofaro:

Ezatt.


Xhud:

Sfortunatament le.


Imh. J. Said Pullicino:

U jidher li ghandu jkun, hekk hu.


Dr. Veronique Dalli:

Bhat-Taljani…


Xhud:

It-Taljani ghandek, I stand to be corrected, imma sa fejn naf jiena taghmel anke ezami.


Imh. J. Said Pullicino:

It-Taljani ghandhom …


Xhud:

Ghandhom professjoni….

Imh. J. Said Pullicino:

Ghal kollox ghandhom professjoni ahseb u ara l-gurnalisti…


Xhud:

Without belitting them…


Imh. A. Lofaro:

Imma nahseb li ahjar jekk ikun hemm xi regulation….


Xhud:

L-Inglizi ma ghandhomx hekk bhat-Taljani u ghandhom tradizzjoni qawwija l-gurnalisti anke l-Amerikani, imma anke l-Amerikani ghandek protokolli qawwijin hafna …


Imh. A. Lofaro:

Ghandhom protocols.


Xhud:

Alla hares nimxu kif jimxu l-Amerikani per ezempju biex….


Dr. T. Comodini Cachia:

Jekk nista’, ma nafx jekk hemmx aktar…


Imh. A. Lofaro:

Dr. Therese ghandek xi domanda?


Dr. T. Comodini Cachia:

Sur Azzopardi inti ghidtilna illi l-Access Card allura hija obbligatorja li jkollok jekk inti ma ghandekx l-Access Card …


Dr. Veronique Dalli:

Le, le.


Xhud:

No.

Imh. A. Lofaro:

Inkella mhux ser tidhol!


Xhud:

Ghal x’hiex obbligatorja?


Dr. T. Comodini Cachia:

L-Access Card hija obbligatorja biex jiena mmur ghal events tal-Gvern.


Imh. A. Lofaro:

Biex tidhol gewwa bilfors.


Dr. T. Comodini Cachia:

Correct?


Xhud:

L-Access Card hija obbligatorja biex taccessa, u nghidlek ghalfejn ghaliex….


Dr. T. Comodini Cachia:

Imma hija obbligatorja biex tidhol …


Imh. A. Lofaro:

Biex tidhol gewwa nahseb.


Xhud:

For Government events yes it is.


Dr. T. Comodini Cachia:

Hija obbligatorja.


Imh. A. Lofaro:

Hekk fhimtu jien.

Dr. T. Comodini Cachia:

Jekk l-Access Card hija obbligatorja din hija policy interna tal-Gvern jew hija kwistjoni li tohrog minn xi ligi?


Xhud:

Hija policy interna tal-Gvern, l-istess kif inti tidhol f’Kazin u jghidlek ghandu dritt it-Tezorier halli nara t-tessera jekk joghgbok ….


Imh. J. Said Pullicino:

Meta tghid tal-Gvern, tad-Dipartimenti nifhem jiena.


Xhud:

Ehhe, d-dipartiment li ghall-anqas inti, jiena naf, comparisons are odious imma jiena naghmel card, press card ta’ Timbaktu, litteralment kwazi pajjiz fittizju u nigi Malta u jiena nghidilhom illi ghandi l-Press Card ta’ Timbaktu, ghandi dritt ghall-access?


Dr. T. Comodini Cachia:

Mela smajna illi l-Access Card hija kwazi kwazi an accreditation system, obbligatorja taht policy….


Dr. Veronique Dalli:

Le, le, le.


Imh. A. Lofaro:

No ma qal hekk.


Imh. J. Said Pullicino:

Ghall-Gvern biss.


Imh. A. Lofaro:

Ghall-Gvern, ghall-attivitajiet tal-Gvern.


Dr. T. Comodini Cachia:

Ghall-Gvern biss.

Imh. A. Lofaro:

Ghall-attivitajiet tal-Gvern iva tridha l-Access Card.


Dr. T. Comodini Cachia:

Ghal Gvern biss. Le qed naqblu li ghall-Gvern biss, qed nifhem sew. Mela l-Access Card hija obbligatorja biex jiena jkolli access ghall- avvenimenti tal-Gvern u qbilna wkoll jew jekk fhimtek sew li jekk jiena gurnalist illi ghandi Press Card minn barra rrid xorta napplika ghal Access Card.


Imh. A. Lofaro:

Iva hekk fhimtu jien.


Dr. T. Comodini Cachia:

Issa biex napplika ghal Access Card fhimtek sew illi jiena ghandi bzonn jew il-firma ta’ Editur jew inkella jkolli card temporanja?


Xhud:

Hekk hu.


Imh. A. Lofaro:

Iva.


Dr. Veronique Dalli:

U tista’ tibqa’ …..


Dr. T. Comodini Cachia:

U biex jiena jkolli card temporanja inti x’tip ta’ dettalji titlobni?


Xhud:

Dak li hemm online, l-isem, il-kunjom….


Imh. A. Lofaro:

L-ID Card nahseb.

Xhud:

L-ID Card, affarijiet bazici, qeghdin on line. Jigifieri jekk hemm xi haga li tmur….


Dr. T. Comodini Cachia:

Jigifieri jekk qed tiched li hemm on line ma ahniex narawh.


Xhud:

Iva allright, l-isem, il-kunjom, l-agenzija tal-ahbarijiet, l-indirizz tieghek…


Imh. J. Said Pullicino:

Imma l-informazzjoni konnessa mal-esperjenza tieghek bhala gurnalist?


Imh. A. Lofaro:

L-agenzija tal-ahbarijiet.


Xhud:

Bhala gurnalist.


Imh. A. Lofaro:

Jekk jiena ma nahdimx ma’ agenzija ta’ ahbarijiet!


Xhud:

Nerga’ nghidlek, tiehu wahda temporanja. Tiehu l-card temporanja.


Dr. Veronique Dalli:

Tiehu dik temporary.


Imh. A. Lofaro:

O.k.


Dr. Veronique Dalli:

Taghmel ta’ six months u tista’ terga’ tigi mgedda.

Imh. A. Lofaro:

Ghal three months qal.


Xhud:

Three months u tigi mgedda.


Imh. A. Lofaro:

Imma tibqa’ ggedidieli ad infinitum jew fl-ahhar tghidli isma’ hi sib Editur jew daqshekk tajtek.


Xhud:

No jekk inti wara sitt xhur …


Imh. A. Lofaro:

O.k. Jekk ma ssibx Editur?


Xhud:

…in buona fede ma ghandhiex, no qualms whatsoever


Imh. A. Lofaro:

In buona fede x’ezattament trid tghid, jiena naf xi tfisser imma inti xi tfisser biha?


Xhud:

Mela halli nitkellmu ehhe mill-esperjenza lokali, mix-xenarju lokali. Meta biddilt l-isem l-Access Card kien hemm daqsxejn ta’ ilmenti minn individwi, ma rridx nghidilhom gurnalisti ghaliex inholqotilhom problema u ma setghux jidhlu aktar b’xejn il-ground Ta’ Qali. Tidhqux. Tidhqux. What a difference a name makes. Il-Press Card mal-Access Card. Dak li ridt nipprova nispjega.


Imh. A. Lofaro:

Imma jekk jiena ma nsibx Editur inti kif tiddetermina jekk jiena hiniex in buona fide jew le?

Xhud:

Ghax nitolbok…


Imh. A. Lofaro:

X’ser titlobni?


Xhud:

Jekk inti fotografu nghidlek isma’ jekk inti fotografu tista’ ggibli r-ritratti tieghek illi…


Dr. T. Comodini Cachia:

Ara jekk access card temporanja, dik l-Access Card Temporanja kemm iddum valida?


Imh. A. Lofaro:

Three months.


Xhud:

Three months u ngeddida. Ingeddidlek.


Dr. Veronique Dalli:

Three months imbaghad tiddeggidlek.


Dr. T. Comodini Cachia:

Imma ggedded under another condition jew le?


Xhud:

No, no, tibqa’ l-istess.


Dr. T. Comodini Cachia:

Allura l-kondizzjonijiet li hemm online li inti rreferejtni ghalihom ghalfejn ighidu Category F and G li huma new freelance journalists u employees of media organisations publishing new local online news portals o.k.? Ghalfejn ghal dawn ighidu “following this period a

reference letter is to be produced as described in Category C and F respectively.” Jigifieri ghandhom bzonn ittra minn Editur registrat.


Xhud:

Le. O.k.


Dr. T. Comodini Cachia:

Jekk tara din ghax ser nipprezentaha ta’.


Imh. A. Lofaro:

Di fatti ghadni kif staqsejtielu illi jekk ma ssibx Editur?


Xhud:

Mela allright, o.k. Mela dina kif ghidt aktar qabel …


Imh. A. Lofaro:

Staqsejtielu din!


Xhud:

Aktar qabel l-Unuri taghkom ghamiltu osservazzjoni illi jistghu jkunu aktar cari. Anke bhala Guidelines.


Imh. A. Lofaro:

Hekk hu.


Dr. T. Comodini Cachia:

Mhux aktar cari. Hija kuntrarjament ghal dak illi ghidtli.


Imh. A. Lofaro:

Ma tantx hi cara.


Xhud:

Naqbel mieghek u ma baghbast xejn apposta, jigifieri ma baghbast xejn fis-sens qabel…

Imh. A. Lofaro:

Hekk hu, hekk hu.


Xhud:

Fis-sens qabel hemm iva l-oneru taghna huwa li nistghu naghmluh aktar car hafna aktar car imma yet again, jiena ma ghandi l-ebda problema illi minn xi haga temporanja ssir full, ma ghandhiex problemi, yet again, given illi inti, aktar qabel semmejtu The Shift News stabbilit, ma ghandhiex problema.


Imh. A. Lofaro:

Imma jekk jiena bhala part timer, per ezempju jiena Avukat, part timer jiena nkun inhobb naghmilha ta’ gurnalista per ezempju u naghmel xoghol tajjeb, imma min ser jiddeciedi jekk hiniex in buona fide jew le?


Xhud:

L-artikoli tieghek.


Imh. A. Lofaro:

Tarahom inti, inti ser tiddeciedi, tarahom inti?


Xhud:

Le ma jimpurtax meta nigu ghad-decizjoni nghidlek isma’ inti ser iggedded, l-ewwel darba ma hemmx problemi …


Imh. A. Lofaro:

Jigifieri kemm nurik l-artikoli tieghi dik bizzejjed dik ghalik.


Xhud:

Iva bizzejjed dik.


Imh. A. Lofaro:

Anke jekk ikunu on line.

Xhud:

Iva, of course.


Imh. J. Said Pullicino:

Peress illi ahna rriedu nharsu daqsxejn aktar ʼil quddiem. Taghmel il- hajja taghkom aktar facili jekk ikun hawn istituzzjoni li tirregola lill- gurnalisti u ticcertifika min huma l-gurnalisti ….


Imh. A. Lofaro:

Nahseb li jippreferi x-xhud.


Imh. J. Said Pullicino:

…halli inti …


Xhud:

Hafna aktar.


Imh. A. Lofaro:

Hux veru!


Xhud:

Hafna aktar.


Imh. J. Said Pullicino:

Hafna aktar.


Imh. A. Lofaro:

Ghaliex ahna dik li rriedu naraw, jekk hemm lok ta’ improvement


Imh. J. Said Pullicino:

Imma inti ghandek registrat x’imkien xi talba mis-Sinjura Caruana Galizia, qabel mietet ovvjament biex tkun….


Dr. T. Comodini Cachia:

Kont ser nasal ghaliha.

Xhud:

Ara b’mod informali I believe it was last year. Kont iltqajt ma’ zewg membri tal-istitut tal-gurnalisti Maltin.


Imh. A. Lofaro:

Ehhe.


Xhud:

U minn dak li qrajt …


Imh. A. Lofaro:

X’talbuk jekk joghgbok, x’talbuk?


Xhud:

Biex (1) mhux talbuni, spjegaw ir-realta’ taghhom illi hija dik li hi…


Imh. A. Lofaro:

Ehhe.


Xhud:

Primarjament in-nuqqas ta’ finanzi biex inti tibda imma imbaghad min ser jaghtik il-finanzi l-Gvern? Il-Gvern ser jissussidja l-…


Dr. T. Comodini Cachia:

Imma mhiex dik il-kwistjoni.


Imh. J. Said Pullicino:

Imma mhux dik.


Imh. A. Lofaro:

Imma mhux qed nitkellmu fuq hekk ta’!


Imh. J. Said Pullicino:

Jekk, hekk kien fi zmieni ma nafx ta’ jekk Mrs. Caruana Galizia ghal xi forma ta’ accreditation mad-Dipartiment jew qattx qalet talbitkom bis-

sahha tal-International Press Card li ghandha li ghandha tkun rikonoxxuta b’xi mod.


Xhud:

Ara kemm ilni jien Direttur qatt ma kelli talba. Qatt ma kelli talba.


Imh. J. Said Pullicino:

Minn ghandha.


Dr. T. Comodini Cachia:

Jekk saret talba qabel zmienek ikollok ir-registration taghha dik it-talba?


Imh. J. Said Pullicino:

Tkun registrata?


Xhud:

Infittixha u halli nghidlek ghalfejn. Bear with me, ahna minn mindu anke dahlet il-G.D.R.P. ir-retention policy taghna hija dik li hi, two, three years u narmu.


Imh. J. Said Pullicino:

Minhabba d-data protection tarmu kollox, le le mhux inthom biss hawn hafna interessi bhal dawn, minhabba d-data protection narmu kull ma ghandna.


Dr. T. Comodini Cachia:

Dak illi nafu ahna huwa illi Daphne Caruana Galizia kienet talbet Access Card specifikatament ghall-Access Card biex ikollha access. Izjed milli biex ikollha access ghall-kwistjoni u raguni ohra li nahseb li x-xhud forsi jrid jixhed fuqha. Jekk jiena ghandi l-Access Card jew kif kienet qabel il- Press Card li kienet tad-D.O.I. ….


Dr. Veronique Dalli:

Fi zmienu saret imma din it-talba imma Dottoressa?

Imh. A. Lofaro:

Kont ser insaqsiha fil-fatt.


Dr. T. Comodini Cachia:

Dik taghtini d-dritt illi jiena nressaq request taht il-Freedom of Information Act u jekk ma ghandhiex l-Access Card jew il-Press Card ta’ qabel dik allura tnehhieli l-poter li naghmel dik it-talba ghall- informazzjoni?


Imh. A. Lofaro:

Din grat fi zmienek l-ewwel nett? Fi zmienek grat din?


Xhud:

Le.


Imh. A. Lofaro:

Tista’ ticcekkjalna.


Dr. T. Comodini Cachia:

Id-domanda tieghi lanqas hija fuq id-domanda tal-Access Card. Ix-xhud qed nitolbu jispjega jekk jiena ma ghandhiex Access Card dik ittellifli mid-drittijiet tieghi li naghmel request taht il-Freedom of Information Act?


Imh. A. Lofaro:

Mela jirrispondiha.


Xhud:

Sa fejn naf jiena, m’hiniex espert legali imma F.O.I request jistghu jsiru minn kwalunkwe, kemm gurnalisti kif ukoll cittadini wkoll.


Dr. Veronique Dalli:

Din mid-D.O.I. jsiru l-F.O.I. requests?

Xhud:

Ehhe imma l-F.O.I. requests ma jigux …


Dr. Veronique Dalli:

Ma jsirux lid-D.O.I.


Xhud:

L-F.0.I requests qatt ma jircevihom id-Dipartiment tal-Informazzjoni imma m’hiniex espert legali imma jiena l-ligi sa fejn naf jiena to submit, to make an F.O.I. request ma tridx tkun gurnalist, tista’ tkun gurnalista, it’s open for all


Dr. Veronique Dalli:

…legali meta dawk it-tip ta’ requests ma jigux intavolati lid-Dipartiment li huwa jmexxi.


Imh. A. Lofaro:

Qatt ma kellkom F.O.I. requests.


Dr. Veronique Dalli:

Jigu ndirizzati lil dipartimenti specifici li minn ghandhom tkun trid iggib l-informazzjoni. Lid-D.O.I. ma jsirux l-F.O.I. requests.


Dr. T. Comodini Cachia:

Ix-xhud nahseb li jaqbel mieghi illi l-ligi l-gdida, il-Media Defamation Act dahlet fis-sehh f’Mejju tal-2018. Nahseb illi x-xhud probabbli jaqbel mieghi wkoll, jekk jaf, illi biex xi hadd jitlob access ghat-Tax Return ta’ Deputat tal-Parlament irid ikun Editur u allura taht il-ligi l-ohra ta’ qabel, ix-xhud jaf jekk kienx hemm request minn ghand Daphne Caruana Galizia biex hi tigi registrata b’dak il-mod?


Xhud:

Le ma nafx.

Imh. A. Lofaro:

Min jista’ jghidilna jekk joghgbok?


Imh. J. Said Pullicino:

Ir-risposta ghad-domanda dwar jekk kellux dritt jew le jaghmel id- domanda imbaghad irid jaghmilha irid jaghtiha d-Direttur tad-Data.


Dr. T. Comodini Cachia:

Iva.


Imh. J. Said Pullicino:

Tad-Data, allright. Jigifieri inti llimita ruhhek jekk kellekx xoghol fi zmienek din ir-request minn ghandha?


Xhud:

No.


Dr. Veronique Dalli:

Inti fi zmienek ma kellekx dik it-talba.


Xhud:

No.


Imh. A. Lofaro:

Mela qablek min kien hemm jekk joghgbok? Forsi rriedu nsejhulu mela.


Xhud:

Diane Oswald. Id-Direttrici ta’ qabli Diane Oswald.


Imh. A. Lofaro:

Oswald. O.k.


Xhud:

Imma fi zmieni zgur qatt ma kelli talbiet.

Imh. A. Lofaro:

O.k.


Xhud:

Anzi qatt ma kelli komunikazzjoni mas-Sinjura Caruana Galizia.


Dr. T. Comodini Cachia:

U li forsi ridt niccara huwa jigifieri jiena fhimtek sew illi Press Calls u t- time table tal-events governattivi, apparti illi jkunu online, inthom tibghatuhom biss lil min hu registrat maghkom?


Dr. Veronique Dalli:

Ma qalx hekk le.


Xhud:

Le ta’.


Imh. A. Lofaro:

Jibghat notifications.


Dr. T. Comodini Cachia:

Jekk trid tista’ titla’ tixhed imma x-xhud qieghed hawnhekk.


Dr. Veronique Dalli:

Tista’ titlob ghal alert.


Imh. A. Lofaro:

Ehhe tista’ tidhol bl-email….


Dr. Veronique Dalli:

Tista’ titlob ghan-notifications.


Imh. A. Lofaro:

Tidhol bl-email u titlob alert.

Xhud:

Il-Press Releases kif johorgu ahna ghandna d-data base taghna, fost l- ohrajn hemm anke gurnalisti, f’dan id-data base li jircievu l-Press Releases. Kif tohrog il-Press Release u titpogga online, jew trid tmur fizikament u tghid halli nara x’hargu llum u toqghod tiskrollja wahda, wahda jew inkella jekk trid taghmel hajtek aktar facli jew nippruvaw naghmlulek hajtek aktar facli…


Imh. A. Lofaro:

Tirregistra …


Xhud:

Fl-R.S.S. halli nkunu specifici…


Imh. A. Lofaro:

Kif ghidtilna qabel.


Xhud:

U taghmillek notification.


Dr. Veronique Dalli:

U ssir taf xorta.


Dr. T. Comodini Cachia:

Mela l-R.S.S. system hija sistema kwazi kwazi antika fil-computer systems bhal issa, imma insomma l-R.S.S. system hemm metodi kif tirregistra semplicement taghti l-email address, subscribe u tirceviha u hemm metodi illi trid taghti ruxxmata dettalji. Il-metodu taghkom liema hu?


Xhud:

L-aktar wiehed hafif, tirregistra. Jigifieri bl-email address.


Dr. T. Comodini Cachia:

Jigifieri kemm taghti l-email address?

Xhud:

Ehhe.


Dr. T. Comodini Cachia:

Ok.


Xhud:

Fost affarijiet ohra. Imma m’hemm xejn….


Imh. A. Lofaro:

Imma ma tircevihiex Dr. Therese Comodini Cachia, tircievi alert u trid tidhol inti bil-computer fil-feeds.


Dr. Veronique Dalli:

Tidhol fil-website hux!


Xhud:

Hekk hu.


Imh. A. Lofaro:

Le biex inkunu cari fl-affarijiet. Ghax hekk qal.


Dr. T. Comodini Cachia:

O.k.


Imh. A. Lofaro:

Grazzi hafna.


Dr. Veronique Dalli:

Jista’ jinzel ix-xhud?


Imh. A. Lofaro:

Iva mela le. Thank you.


Din hija x-xhieda ta’ Paul Azzopardi dettata minnu stess.


Niddikjara li ttraskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Rita Falzon Traskrittrici