Xhieda ta’ Keith Cutajar – 19 ta’ Ġunju 2020

Xhieda ta’ Keith Cutajar – 19 ta’ Ġunju 2020

Differita 28 ta’ Gunju 2006


L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum il-Gimgha 19 ta’ Gunju 2020, fid-9:30 a.m. fit- Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.


Xhud Keith Cutajar, iben Philip imwieled il-Pieta` u residenti Haz-Zebbug bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid :


Chairman Imhallef M Mallia :

Qed tipprezenta r-relazzjoni. Ha nibdew hekk –


Ix-Xhud :

(dettata mic-Chairman) Fuq inkarigu moghti lili minn dan il-Bord jiena ghamilt il-konstatazzjonijiet tieghi u qed nipprezenta r-rapport tar-rizultanzi illi wasalt ghalihom.


Chairman Imhallef M Mallia :

Dan ir-rapport huwa finali jew jista’ jigi emendat b’ xi mod?


Ix-Xhud :

Le, ir-rapport teknikalment huwa finali, fis-sens li ghalkemm ghadna fil- process li qed nistennew xi data u bghatna kemm-il darba chasers u ghamilna kwazi perjodu ta’ xahar – xahar u nofs nibghatu chasers kemm min-naha tieghi u kemm anke rapprezentanti ta’ l-istess service providers lokali, tipikalment peress li r-retention period ta’ barra specjalment f’ dan il-kwistjoni partikolari tal-Germanja tmur lura l-iktar l-iktar perjodi ta’ gimghat, jigifieri qed nitkellmu l-obbligu taghhom huwa ghaxar (10) gimghat legalment il- Germanja; u qed nitkellmu ta’ informazzjoni datata fit-2017 hija most probably li mhux ser nircievu assolutament l-ebda tip ta’ feedback. Actually wiehed mis-service providers provdilna xi informazzjoni imma kienet just ibbazata fuq antenna wahda. Allura ghal fini ta’ triangulazzjoni ma tistax tasal ezatti approximation. Li naf, u huwa infatti anke d-dokumentajt fl-istess rapport huwa informazzjoni generali biex insejhulhom hekk ta’ certu antennas kemm iwasslu ranges, qed nitkellmu fuq close to 50 almost 150 kilometres, range; jiddependi jekk hux pjanura, line of sight, jekk hix belt, etc etc., u mil- location ta’ fejn qieghda l-antenna sa belt vicin li hija Essen, qed nitkellmu kwazi 4 – 5 kilometre range. Issa hemm hafna bliet fil- ..

Chairman Imhallef M Mallia :

Fid-dintorni.


Ix-Xhud :

Fl-intorni. Li teknikalment within its range taqbaz mizerjament kwazi 30 belt. Issa fid-data provduta originarjament fl-atti tat-30/3/2017 hemm l-istess informazzjoni hija ibbazata fuq zewg mobiles li z-zewg mobiles gew ikkonfermati li kienu ma’ dik l-antenna. Tajjeb? Issa ovvjament qed nitkellmu over a spread of 2 days connections kontinwament fuqha; jigifieri kienu mhux just travelling but actually jigifieri residing close to it, imma ezatt ezatti fejn kienu la ma ghandix informazzjoni ohra ta’ xi antenna almenu ohra hija daqsxejn problematika biex nasal ghaliha.

Jiena xorta bqajt mas-service providers li jekk jisimghu xi haga tipo minn korrispondenzi barranin jew jekk let alone jiena nisma’ b’ xi haga ohra jigifieri nircievu xi informazzjoni ohra ninforma lil dan il-Bord minnufih. Imma preparajt rapport biex speci ta’ nirrikoncilja l-informazzjoni s’ issa s’ ghandi u sa fejn nista’ intikom bhala informazzjoni; u l-istess ghamilt zewg kopji ghad- difiza u ghaz-zewg partijiet bazikament ta’ l-istess rapport fuq DVD.


As such as such dak kollox. Jigifieri sfortunatament we were very limited. Ir- rapport huwa dettaljat; anke jispjega l-antennas kif jahdmu u kollox. jekk hemm xi mistoqsijiet fuqu. ..


Chairman Imhallef M Mallia :

F’ dan l-istadju ma nahsibx..


Dr Therese Comodini Cachia :

Jiena ghandi mistoqsija….


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghandek xi domanda?


Dr Therese Comodini Cachia :

Ehe. ‘l ghaliex is-Sur Cutajar qed jghid illi ghandu.. nifhem illi ma jistax jaghmel triangulation, pero` qed tghid, jekk fhimtek sew, li ghandek l- informazzjoni minn tower wiehed, u tista’ bejn wiehed u iehor tikkalkula dak i-tower sakemm ikopri bhala distanza. Jigifieri l-belt ta’ Velbert dik tigi koperta b’ dak l-antenna – b’ dak it-tower? Jew le? Ma nafx.


Ix-Xhud :

Kemm nikkonfermalek wahda jekk ma jimputax. Ha intella’ wahda il-maps ha nara ezatti d-distnza. Velbert il-Germanja hux?

Dr Therese Comodini Cachia :

Iva. It-tower huwa f’ Essen, le?


Ix-Xhud :

Huwa ftit north; jigifieri qed nitkellmu kwazi 2 – 3 kilometres north of Essen. Tajjeb? Jigifieri jekk jiena ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Ehe, jigifieri minn dak it-tower ghal Velbert.


Ix-Xhud :

Velbert in particular jiena hrigt screenshot tal-Google maps biex niftehmu tal- mezz satellitari, u Velbert tidher fl-istess stampa. Issa jekk nikkalkula jigifieri offhand on to ratio qed nitkellmu kwazi 20 kilometre .


Dr Therese Comodini Cachia :

Qed naraw nineteen point three (19.3) kilometre ehe…


Ix-Xhud :

20 kilometres – 30 kilometres forsi dan; that is definitely within a very reasonable range.


Dr Jason Azzopardi :

A very reasonable range.


Ix-Xhud :

Ghax l-antenna, again, iddokumentata kollox fir-rapport, kemm 3G, 4G u anke il-5G antennas tradizzjonali li tintuza mis-service providers iwasslu between 50 to 150 kilometres.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jigifieri we are well within the range.


Ix-Xhud :

Issa wiehed irid izomm f’ mohhu li l-ebda antenna ma hi ser twassal l- maximum ghal diversi ragunijiet.


Dr Jason Azzopardi :

Ghandek il-bini..


Ix-Xhud :

Noises ta’ antennas, bini, jekk hemmx ..

Chairman Imhallef M Mallia :

Temp ..


Ix-Xhud :

Temp, shana per ezempju; dawk kollha. Nizzilt mizerjament jiena kwazi tmien

(8) items li jistghu jaghmlu xi forma ta’ rezistenza fl-antenna, ukoll fir-rapport stess


Imhallef A Lofaro :

Kien fix-xitwa imma. Fix-xitwa kien.


Ix-Xhud :

Again; xitwa ghandek kemm visibility fis-sens ta’ high humidity, dawk huma kollha rezistenza go l-antenna. Meta qed nghidu per ezempju shana jew per ezempju xita, per ezempju heavy rain jew sajjetti per ezempju tipikalment anke jwaqqghu to 20 – 30 up of its maximum. Jigifieri qed nghidu waqghet 100.

Issa wiehed izomm f’ mohhu la ghandek capital city vicin tipikalment hemm antennas ohrajn, minhabba .. ta’ performance. Jigifieri tipikalment is-service providers iqeghedu iktar minn wahda. Din fejn qieghda qieghda outskirts, jigifieri designed biex twassal bhala antenna. Jigifieri iktar milli qieghda fuq xi bejt ta’ xi ufficcju per ezempju statali jew hekk, billi qieghda fl-outskirts tipikalment qieghda biex twassal long range, fhimt? Ghandha, jien naf?, pjanuri long line of sight. Issa jekk qed nara sew anke.. ghax Velbert qieghda ezatti fil-Google map tieghi jigifieri qieghda ezatti bottom taghha jigifieri. Qieghda a pagna numru 5 tar-rapport. Verlbert qieghda ezatti south, kwazi south ezatt minn l-antenna fejn qieghda.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ezatt.


Ix-Xhud :

Jigifieri Essen qieghda south-west taghha. Jigifieri allura tipikalment la ma ghandekx il-belt fin-nofs tipikalment ser twassalha; jigifieri ser twassalha dik ir-range. Belt generalment taghmel rezistenza konsiderevoli hafna fuq antenna. Gie li kwazi full ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Jigifieri qed nitkellmu fuq antenna li ghandha maximum range ta’ 150 kilometres li tista’ tinzel b’ xi interference b’ xi twenty percent (20%) minn dawk il-150 u allura forsi tista’ tinzel ghal 100 kilometres, pero` qed nitkellmu fuq distanza bejn l-antenna u l-post Velbert ta’ xi 20 kilometres.

Ix-Xhud :

Exactly. Infatti ghalhekk ghedtlek daqsxejn.. ghedtilkom fic-certezza kwazi qieghda within range. Ghax ovvjament antennas hawn producers u manufactures differenti. Mhux kulhadd ser iwassal l-istess. Mhux kulhadd ghandu l-istess performance. Provider u iehor ikollhom differenza. Imma li kieku qed nitkellmu at a 100 kilometre range nghidlek pretty much uncertain li ha twassal. 20 qieghda in a very comfortable range


Dr Jason Azzopardi :


Ix-Xhud :

Yes definitely; inhoss jien almenu fl-opinjoni tieghi.


Imhallef J Said Pullicino :

Ha nifhem daqsxejn jiena; jigifieri qed nitkellmu fuq telephone fejn qieghed basically.


Ix-Xhud :

Yes.


Imhallef J Said Pullicino :

Mela jekk jiena nghid, jiena dan it-telephone qieghed fil-belt X; ir-ricerka tista’ twassal ta’ dak it-telephone f’ certu zmien jew f’ certu gurnata ma baqax fil-belt X imma mexa ghal belt Y per ezempju? Jew le?


Ix-Xhud :

Mela l-process ta’ kif tahdem fuq fuq minghajr ma nidhol fid-dettal hafna huwa l-ewwel haga qed nitkellmu fuq zewg telephones hawnhekk partikolari, zewg mobile phones, zewg SIM cards, li hemm wahda rregistrata fuq Mimcol

– fuq l-entita` Mimcol, u l-ohra rregistrata fuq l-Avukat Cardona. Jigifieri dawk huwa l-informazzjoni in partikolari at hand.

Issa meta ghandek zewg mobiles li t-tnejn li huma ihhitjaw antenna, tipikalment dawk il-mobiles qeghdin vicin. Jigifieri ghax qed tahdem bl-istess teknologija ta’ l-istess antenna.


Imhallef J Said Pullicino :

Li qeghdin vicin jigifieri qeghdin f’ post partikolari.


Ix-Xhud :

Qeghdin tipikalment qeghdin vicinissmi. Jigifieri qed nitkellmu within 20 – 30 kilometre range jew inqas. Tajjeb? Jigifieri per ezempju bhal fil-kaz ta’ Malta generalment anke hemm meters qed nitkellmu, jigifieri to that extend.

Issa jekk jiena qieghed bhal issa l-qorti u qed imqabbad (ha naghti ezempju fittizzju), qieghed imqabbad ma’ l-antenna li hawn fuq il-qorti, tajjeb?, u jien niccaqlaq, u ghal mod tal-kelma hrigt mil-belt u mort il-Furjana and so on and so forth, tipikalment jekk hemm antenna li qieghda ahjar bhala f’ pozizzjoni minn din tal-qorti automatically isir il-hoping, nghidulu. Jigifieri jiena awtomatikalment nigi isservissjat minn antenna ohra. Allura jekk jien qed nara logs, l-antenna tal-qorti ha tigi invizibbli mbaghad. Issa f’ dawn il-logs hawn hafna ta’ service provider partikolari, qed nitkellmu l-O2 in partikolari, l-O2 Germany, huwa service provider tat-telekomunikazzjoni, id-data tieghu hija iktar fruitful, ta’ sustanza; u kontinwament qed izzomm l-istess linja fuq l- istess antenna.


Is-service providers l-ohrajn li qed nitkellmu fuq it-T-Mobile primarjament, huwa service provider kompetitur, dawn jaghmlu sharing ta’ l-istess antenna; ghandhom arrangement li juzaw l-istess makkinarju biex ma joqghodux jinstallaw antennas vicin. It-tnejn li huma qed jippuntaw fuq l-istess antenna. It-T mobile ghandu l-inqas informazzjoni u infatti huwa l-iktar wiehed biex insejhulu hekk biex inkun ezatt actually it-T mobile totalment ma smajniex minn ghandu. L-O2 wegibna. Jigifieri qalilna from my latest records dak huwa l-informazzjoni li nista’ nipprovdilek.


Chairman Imhallef M Mallia :

Taf x’ nixtieq insaqsik?, mela ahna qeghdin nitkellmu fuq il-mawra li kien ghamel il-Germanja fuq xoghol ufficjali ta’ l-avukat Cardona. Issa din il- konferenza fejn kellu jmur ghaliha u l-hotel fejn kellu jalloggja kemm qeghdin ‘il boghod minn din l-antenna illi inti semmejt illi qieghda within range ta’ din il-belt – ta’ ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Ta’ Velbert.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ta’ Velbert.


Ix-Xhud :

Mela sfortunatament ma nafx ezatti fejn qieghda, kemm il-hotel u anke l- venue biex insejhulu hekk ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Ma tafx fejn kienu dawn.


Ix-Xhud :

No ma ghandix informazzjoni fuqha.

Chairman Imhallef M Mallia :

M’ ghandekx informazzjoni fejn kienu dawn.


Ix-Xhud :

Jekk tghiduli vicin jew pressappoco fejn qieghda, jew jekk qieghda fil-belt ta’ Velbert, Velbert tidher jigifieri anke fil- ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Velbert covered.


Ix-Xhud :

Yes Velbert covered well and good; jigifieri ma nsib l-ebda raguni teknika ghala ma ghandhiex tkun covered minn din l-antenna l-belt ta’ Velbert.


Chairman Imhallef M Mallia :

Pero` ma’ ghandekx informazzjoni fejn kienu dawn is-siti.


Ix-Xhud :

No no. No ma ghandix informazzjoni


Chairman Imhallef M Mallia :

M’ ghandekx, all right.


Ix-Xhud :

Jekk thossu li fis-sens li huwa importanti nista’ naghmel rapport addizzjonali fuqhom u


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghandkom intom informazzjoni?


Dr Therese Comodini Cachia :

Jien jidhirli li kienet fil-pubbliku ta’ fejn kien! L-indirizz specifiku u l-isem tal-hotel le; imma nahseb illi jekk infittxu..; tant kien hemm rapporti fuq din il- mawra li nahseb b’ xi mod insibu.


Dr Jason Azzopardi :

Nista’ nikkonferma iva open source ovvjament, dana mill-blog tas-sinjura Caruana Galizia tal-31 ta’ Jannar 2017. Essen fejn kien hemm il-konferenza li kien jisimha FUTURIUM; its just half an hour by car from Velbert where FKK Acapulco l-burdell is located.


Chairman Imhallef M Mallia :

Voldieri ..

Dr Jason Azzopardi :

Jigifieri din x’ qalet is-sinjura Caruana Galizia.


Chairman Imhallef M Mallia :

Essen would be within the range ta’ din il-..


Dr Jason Azzopardi :

Essen would be in the range.


Ix-Xhud :

X’ jisimha l-hotel jekk tippermettili?


Dr Therese Comodini Cachia :

Le l-hotel ma ghandniex. L-isem tal-konferenza ghandna….


Dr Jason Azzopardi :

Il-konferenza hija kien jisimha Futurium Implementing the Digitising European Industry Actions; kienet gewwa Essen fuq medda ta’ gurnata u nofs. Pero` m’ hawnx miktub..


Ix-Xhud :

Il-venue ma ghandekx tal-konferenza?


Dr Jason Azzopardi :

Essen where the conference is being held.


Ix-Xhud :

Essen.


Dr Jason Azzopardi :

Pero` jekk naghmlu ‘Futurium’ nimmagina li nsibu.


Ix-Xhud :

Le Essen kif spjegajt anke qieghda miktuba fir-rapport. 4 – 5 kilometre range; jigifieri iktar u iktar bil-Malti!


Dr Jason Azzopardi :

Iktar u iktar, mhux hekk?!


Dr Therese Comodini Cachia :

Il-konferenza jisimha Futurium?

Dr Jason Azzopardi :

Iva iva, Futurium, Futurium Digitising, hekk qalet. Fuq bazi ta’ probabbilita` Sur Cutajar, qeghdin hemm.


Ix-Xhud :

Ma nsib l-ebda raguni teknika ghala le jien.


Dr Jason Azzopardi :

Ma nsib l-ebda raguni teknika ghala le. Thank you.


Ix-Xhud :

Jigifieri ovvjament wiehed irid jara..; jiena a small landscape l-informazzjoni li ghandi. Jigifieri jekk hemm antennas ohra fil-vicin and they were closer to Velbert ovvjament ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Jiena ghandi l-indirzz, jekk il-konferenza kien jisimha Digitising European Industry Stakeholder Forum dina allura kienet organizzata mill-European Commission u ghalhekk taghmel sens illi kienet mawra statali jew ufficjali, u l-location kien .. (ha nurihielek ghaliex lanqas naf naqraha);


Dr Jason Azzopardi :

L-istess belt; l-istess.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jigifieri Essen, imma l-hotel u Futurium ma hijiex l-isem tal-konferenza imma hija l-isem tal-post. ‘L ghaliex meta inti tfittex Futurium huwa l-building innifsu.


Ix-Xhud :

Mela l-post muri huwa ..il-venue tal-post muri huwa certu post Zekozole Varain (jekk dejjem il-pronunciation tippermettili)


Dr Jason Azzopardi :

Hekk hu.


Ix-Xhud :

Issa qed nitkellmu l-post tal-konferenza ghal din l-antenna nazzarda nghidlek 1 – 2 kilometres jew inqas. Jigifieri, ghax l-istess qieghda north-east ta’ Essen. Jigifieri ovvjament wiehed irid jahdem id-distances ezatti minn ma’ l-antenna. Ghandi l-GPS coordinate l-istess fir-rapport. Imma offhand biex nghdilek il- verita` dhalt fl-images biex nara ezatti fejn qieghda l-antenna u l-Google maps

ghandu screenshot ta’ fejn kienet l-antenna fuq bejt ta’ fabrika. We are talking kwazi meters away. Jigifieri hundreds of meters yes but very close.


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri l-fatt li ma ghandekx informazzjoni minn second provider inti kif taffettwalek din il-konkluzjoni inti? Jigifieri dina certa jew inkella tista’ tigi varjata minhabba f’ hekk?


Ix-Xhud :

Le, l-informazzjoni li ghandi jigifieri li l-antenna fejn qieghda u d-distanzi li semmejt dawk huma evidenza ghalija, fhimt?


Imhallef J Said Pullicino :

All right.


Ix-Xhud :

Jigifieri ghax is-service provider obbligat bil-ligi li jzommhom; saret fil- kumpilazzjoni ta’ 30/3/2017 quddiem l-Imhallef Depasquale saret din it-talba u s-service providers irrispondew. Jigifieri for me that’s evidence. Il-problema li nsib mhux fejn qieghda l-antenna jew fejn qeghdin il-postijiet.


Dr Therese Comodini Cachia :

It-triangulation.


Ix-Xhud :

It-triangulation; which is li jkolli.., meta nahdmu t-triangulation jigifieri jien qed nipprova naghlaq ic-cirku tieghi tar-range rather than kilometres squared, biex insejhulu hekk, kwazi nidhol in meters, proximately. Jigifieri nghidlek kwazi to nearest 50 – 20 meters fejn qieghed inti bl-ezatt. Ovvjament tipikalment b’ dak il-process ikollok bzonn tlieta, ghalhekk triangulation. Jiena bhal issa ghandi wahda biss, allura nista’ nghidlek ma xiex kont imqabbad. Li kieku kien vicin id-data dawk huma obbligati bil-ligi li jzommuha bhal ma huma obligati s-service providers lokali li jzommuha, u tipikalment li naghmlu bhal ma gie li sar fi processi passati f’ numru ta’ inkjesti jew investigazzjonijiet, nitolbu, nghidulhom id-data anke li mhix ufficjali min- naha taghhom ta’ l-antennas ohrajn li bazikament il-mobile as he was moving, tajjeb?, biex insejhilha hekk, li kif hu kien miexi hu kien qed jihhoppja minn antenna ghal ohra. Allura jien inkun nista’ nohrog pattern ta’ direzzjoni velocita` per ezempju; u hu jekk kien miexi b’ velocita` baxxa per ezempju walking street, kwazi nista’ nidhol to the nearest 10 meters.


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri bl-informazzjoni li ghandek ma tistax tasal ghal konkluzjoni

Ix-Xhud :

No.


Imhallef J Said Pullicino :

It-telephone mill-post A mexa, u jekk nghidlek dan it-telephone baqa’ f’ dak il-post ma tistax tghidli le imma mexa minn dak inhar…


Ix-Xhud :

Le, nista’ nghidlek ..


Imhallef J Said Pullicino :

F’ dik il-guranta, f’ dak il-hin, jekk it-telephone baqax f’ post wiehed jew inkella mexiex? Mara fejn mar jigifieri.


Ix-Xhud :

Ehe f’ dik il-gurnata, biex nghidlek ezatti ezatti jigifieri ghax ghandi l-logs quddiemi, ha nirreferi specjalment ghax il-mobile tal-Mimcol is- “7 9” biex insejhulu hekk, dak kull ma ghandi hit fuq antenna li qed naf biha jiena huwa a single hit on the 31st of January at circa 6:00 p.m. in the evening. Jigifieri qed nitkellmu f’ dak ir-range a single hit. Il-mobile l-iehor ta’ Dr Cardona n- 9 9, tajjeb?, dak jien ghandi mizerjament ghandi 12 to 15 hits. ‘Hits’ x’ jigifieri? Li kontinwament qed jillogja go l-antenna u l-antenna tikkonferma li ghandek within range ha tibqa’ sservissjat minni.


Issa bhala perjodu qed nitkellmu kollha fit-31st of January 2017 u l-hin huwa pjuttost a rave vast. Qed nitkellmu mis-saghtejn u jibqa’ sejjer mis-sebgha and so on and so forth, ta’ filghaxija dejjem. Jigifieri l-logs jieqfu at eighteen forty (18:40). Jigifieri at 18:40 jieqfu l-logs, jigifieri qed nitkellmu is-sebgha neqsin ghoxrin. Imma kontinwament kienu ma’ l-antenna imqabbdin.


Issa ovvjament ma nafx kien kien il-verbal tal-kumpilazzjoni jew l-inkjesta ta’ quddiem l-Imhallef Depasquale; jigifieri jaf it-talba kienet titlob s’ hemmhekk biss. Imma l-logs ghalija huma cari li baqa’ imqabbad ma’ dik l-antenna ghal tul ta’ zmien; mizerjament qed nara sitt (6) sieghat jien. Jigifieri kontinwament ma’ l-istess antenna.


Imhallef J Said Pullicino :

Jista’ ikun li mar il-…. dak il-hin?


Ix-Xhud :

Jista’ ikun. Again, it-talba jidher li saret fuq dawk it-timeframes partikolari. Kieku t-talba kienet (ha intik ezempju) ghal hamest ijiem inkun nista’ nikkonfermalek ezatt ..

Imhallef J Said Pullicino :

Kien jaghtik il-gurnata iktar fit-tul.


Ix-Xhud :

Ezatt.


Imhallef J Said Pullicino :

Per ezempju sa l-ghaxra, sal-hdax.


Ix-Xhud :

Jista’ ikun. Ma’ ghandniex informazzjoni f’ idejna imma.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma tkun tista’ iggibha dik?


Ix-Xhud :

Le; ghax again, id-data retention taghhom jigifieri kemm huma obbligati bil- ligi li jzommuhom iwassal ghaxar (10) gimghat. Dik hija l-ligi Germaniza.


Imhallef J Said Pullicino :

Anke dan li kkopera mieghek.


Ix-Xhud :

Ehe, actually, again, jigifieri biex ma ingerfixx is-service providers biex nghidlek bl-ezatt; miz-zewg service providers it-telefonika l-O2, jigifieri ghax dawk ghandhom multiple names skont kif inhuma rregistrati bhala kumpanija, wegbitni bil-GPS coordinate ta’ fejn kienet l-antenna. Hi data t-tnejn li huma ma ghandhomx. Jigifieri jekk sarx iktar hopping, jekk sarx xi forma ta’ messaggi; dawk ihassruhom. Tipikalment huma jhassruhom wara granet jew gimghat wara r-retention period ghal diversi ragunijiet. Imma l-O2 qaltilna, qaltilna l-antenna ma ghadhiex administered minni, jigifieri lanqas ghadha fil- proprjeta` tieghi, dawk normali li gie li jbieghu l-antenna ibieghu l-airtime taghhom, bejn service provider ghal iehor; imma skont records antiki tieghi dak iz-zmien kienet illogjata fuq dan il-PGS coordinate; XY coordinate latitude u longitude; u ghandi kollox fir-rapport.

Issa x’ sar wara biex insejhulha hekk is-sebgha neqsin ghoxrin ta’ billejl ovvjament ma ghandix logs taghhom jigifieri ma nistax nitkellmu fuqqhom.


Imhallef J Said Pullicino :

M’ ghandekx u ma tistax iggibhom.


Ix-Xhud :

Huwa impossibbli nazzarda nghid li ggibhom.

Fih hemm zewg DVDs; kopja biex jghaddu lill-partijiet.

Dak l-envelope dak kien l-esebit originali li irtirajt minn l-Onorevoli Imhallef Mallia li kien fil-kumpilazzjoni ta’ 30/3/2017, biex ovvjament jigi rritornat lura fl-atti.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ok; u s-CDs li semmejt huma kopja tar-rapport? Jigifieri nista’ nirtira kopja.


Ix-Xhud :

Yes huma kopja ta’ l-istess rapport biex ma nipprintjax bazikament ikunu fuq DVD. Hemm tliet kopji; kopja biex tinzamm fl-atti ta’ l-Inkjesta Pubblika b’ dak li jkun ikun irid jaqra il-PDF b’ mod forma digitali qieghed hemmhekk. U hemm zewg kopji identici forensic loans ta’ l-istess DIVD li jista’ jghaddi lill- partijiet. Qeghdin fuq in-naha ta’ wara f’ annex 1.


Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Keith Cutajar, kif dettata minnu stess fil- prezenza ta’ l-istess xhud.


Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Saviour Scicluna Traskrittur