Xhieda ta’ Neville Gafà – 19 ta’ Frar 2020

Xhieda ta’ Neville Gafà – 19 ta’ Frar 2020

19.02.20 xhud neville gafa

Fl-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum l-Erbgha 19 ta’ Frar, 2020.


Neville Gafa’, iben John Mary Gafa’ u Carmen nee’ Baldacchino, imwieled Pieta u residenti Mellieha bil-Malti bil-gurament jghid:


Imh. M. Mallia : Sur Gafa’ x’inhu xogholok illum?

Xhud: Illum ma ghandix xoghol. Waqaft. Kont co ordinator tal-Prim Ministru u rrizenjajt jidhirli fit-tnax (12) jew l-erbatax (14) ta’ Jannar.

Imh. M. Mallia : U qabel?

Xhud: Co ordinator tal-Prim Ministru kont. Imh. M. Mallia : Co ordinator.

Xhud: U qabel kont Projects Director fil-Ministeru tas-Sahha. Imh. M. Mallia : Projects – mela, meta bdejt mal-Medical Services? Xhud: Elfejn u tlettax (2013). Wara l-elezzjoni.

Imh. V. Said Pullicino : Sa April two ow one four (2014) hux hekk? Xhud: Exactly.

Imh. V. Said Pullicino : Sa April.

Imh. M. Mallia : Mela, two ow one three (2013) Projects Director ta’ l-FMS? Xhud: Hekk hu.

Imh. M. Mallia : Ta’ l-FMS.

Imh. V. Said Pullicino : Sa April two ow one four (2014).

Xhud: L-ewwel kont bdejt fl-ufficcju tal-Prim Ministru, imma kont assenjat fil-Ministeru tas-sahha. U mbaghad fl-elfejn u . . . .

Imh. M. Mallia : U kemm domt fil-Ministeru tas-Sahha? Xhud: Sa l-elfejn u hmistax (2015).

Imh. M. Mallia : Sal-fifteen (’15)?

Imh. V. Said Pullicino : Ghandek hemm. Imh. M. Mallia : Fejn?

Imh. V. Said Pullicino : Minn April – minn Gunju sa’ April.

Imh. A. Lofaro : Gunju two ow one three (2013) sa April two ow one four (2014). Hekk hu?

Imh. V. Said Pullicino : U mbaghad li semma’ two ow one eight (2018) kien co ordinator . . . . . .

Xhud: Fl-ufficcju tal-Prim Ministru.

Imh. A. Lofaro : Imbaghad kont fl-ufficcju tal-Prim Ministru hux hekk bhala person of trust?

Xhud: Hekk hu. Dejjem kont person of trust.

Imh. A. Lofaro : Ehe. Pero’ meta mort fl-OPM, minn meta sa meta jekk jghogbok?

Xhud: Le, mill-ahhar Novembru elfejn u dsatax (2019). Ftit. Imh. A. Lofaro : Bdejt f’Novembru?

Xhud: Hekk hu. Bhala co ordinator.

Imh. A. Lofaro : Imma kont xi haga ohra fl-ufficcju tal-Prim Ministru qabel?

Xhud: Jien dejjem kont qieghed taht l-ufficcju tal-Prim Ministru. Anke meta kont assenjat fil-Ministeru tas-Sahha.

Imh. A. Lofaro : U meta tghidilna co ordinator . . . .

Xhud: Kont nikkoordina bejn il-Prim Ministru u l-Ministeri. Imh. A. Lofaro : Jigifieri fl-ufficcju tal-komunikazzjoni?

Xhud: No.

Imh. A. Lofaro : No. Xhud: No, no.

Imh. M. Mallia : Meta tghidli co ordinator . . . Imh. A. Lofaro : Ma nistax nifhem.

Imh. M. Mallia : All right . . .

Xhud: Jiena kont fit-tieni sular, l-istess sular tal-Prim Ministru. Imh. A. Lofaro : Ok.

Xhud: Il-Prim Ministru kien jghaddili xi xogholijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-Ministeru. Jiena kont nikkoordina mal-Ministeri rispettivi.

Imh. A. Lofaro : Pero’ mhux fuq communications. Xhud: No, qatt ma kont . . . . .

Imh. A. Lofaro : Allura fuq xiex?

Imh. M. Mallia : Ma nafx, aghtina ezempju. Xhud: Customer care l-iktar.

Imh. M. Mallia : Aghtina ezempju.

Xhud: Per ezempju l-Prim Ministru kien jircievi mijiet ta’ e mail kulljum minghand ic-cittadini. Kien jghaddili specjalment dawk li huma relatati mas-sahha u jiena nikkoordina mal-Ministeru tas-Sahha.

Imh. A. Lofaro : Biex tkunu tistghu twiegbu ghal dawn l-e mails. Xhud: Ezatt, ezatt.

Imh. A. Lofaro : Ok.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri dan qed nghidu minn April two ow one four (2014) hux hekk . . . . .

Xhud: Dejjem hekk kien xogholi.

Imh. V. Said Pullicino : Minn April two ow one four (2014) . . . Xhud: Sa l-ahhar. Sa Jannar li ghadda. Sa Jannar li ghadda. Imh. V. Said Pullicino : U dak iz-zmien kont ma’ l-FMS.

Xhud: Ehe.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri f’Kastilja kien hemm kull Ministeru kellu coordinator? Kif qieghda?

Xhud: Kastilja ehe, kull – kien hemm team illi jkun coordinator jirrapprezenta l-OPM fil-Ministeri. Jiena kont nirrapprezenta fil- Ministeru tas-Sahha dak iz-zmien.

Imh. M. Mallia : U kull Ministeru kellu r-rapprezentant tieghu hemm hekk, hux hekk?

Xhud: L-ufficcju tal-Prim Ministru kellu rapprezentant f’kull Ministeru.

F’kull Ministeru.

Imh. M. Mallia : F’kull Ministeru kellu rapprezentant tieghu hemm hekk. Xhud: Hekk hu.

Imh. A. Lofaro : Ok. All right.

Imh. M. Mallia : U inti kont tikkoordina . . . . Xhud: Ezatt.

Imh. A. Lofaro : Jigifieri kont tahdem vicin tas-sur Keith Schembri hux hekk? Xhud: Iva.

Imh. A. Lofaro : U nifhem li intom hbieb? Xhud: Iva.

Imh. M. Mallia : Kemm ilkom hbieb?

Xhud: Mill-elfejn u tmienja (2008). Bdejna nahdmu flimkien fil-kampanja biex Dr. Muscat jinhatar leader tal-Partit Laburista u minn dak inhar ‘l hawn bqajna nahdmu flimkien hux.

Imh. A. Lofaro : Sirt tafu hemm hekk. Xhud: Iva.

Imh. A. Lofaro : Lis-sur Schembri. Xhud: Ezatt. Ezatt.

Imh. A. Lofaro : U l-ufficcju tieghek kien fuq l-istess sular ukoll. Xhud: Iva.

Imh. A. Lofaro : Kont tara lis-sur Yorgen Fenech hemm hekk? Xhud: Qatt ma rajtu.

Imh. A. Lofaro : Ghax smajna li kien ikun regolarment fl-ufficcju tas-sur Keith Schembri.

Xhud: Jiena qatt ma rajtu. Li nista’ nghidlek huwa li ghalkemm kont nahdem hemm hekk, jiena kelli boardroom ghaliha ghax kont nara hafna nies u kien ikolli hafna meetings. Gieli f’gurnata lanqas biss kellimtu lis-sur Schembri. Jew nithaddtu b’xi . . . .

Imh. A. Lofaro : Jigifieri la fil-lift ma rajtu, la fl-entratura . . . . Xhud: Le, qatt ma rajtu. Qatt ma rajtu.

Imh. A. Lofaro : Xejn.

Xhud: Jien qatt ma rajtu Kastilja.

Imh. A. Lofaro : Qatt. Qatt. U x’tghidilna dwar is-sur Kenneth Camilleri?

Xhud: Kenneth Camilleri huwa – kien kollega tieghi imma konna hbieb ukoll hux.

Imh. A. Lofaro : Hu kien jahdem l-OPM? Xhud: Ghadna hbieb.

Imh. A. Lofaro : Kien jahdem l-OPM?

Xhud: Ehe kien jahdem. Wiehed mis-sigurta’ tal-Prim Ministru. Imh. A. Lofaro : Security.

Xhud: Iva.

Imh. A. Lofaro : Qatt tkellimt mas-Sur Camilleri dwar il-kaz tas-Sinjura Caruana Galizia?

Xhud: Le.

Imh. A. Lofaro : Qatt.

Imh. M. Mallia : Qatt iddiskutejt ma xi hadd . . . Xhud: Le, jigifieri ddiskutejt . . . .

Imh. M. Mallia : Ma tkellimtx ma xi hadd hemm hekk . . . .

Xhud: Meta sar id-delitt, nahseb kulhadd tkellem fuqu, fuq id-delitt, imma . . . . .

Imh. A. Lofaro : Kulhadd. Mhux hekk.

Xhud: Imma ahna konna nidhlu fuq ix-xoghol, hu jkun fl-ufficcju fejn johrog il-Prim Ministru u jiena kont inkun in-naha ‘l ohra fl-ufficcju tieghi. In-naha ‘l ohra tas-sular.

Imh. A. Lofaro : U mas-sur Schembri bqajtu hbieb anke war li rrizenja s-sur Schembri?

Xhud: Iva da zgur.

Imh. A. Lofaro : Toqghodu vicin ta’ xulxin intom? Xhud: Iva. Iva.

Imh. A. Lofaro : Vicin hafna.

Xhud: Hafna vicin ta’ xulxin. Hames minuti ‘l boghod. Imh. A. Lofaro : Ok. Lil Dr. Adrian Vella tafu?

Xhud: Iva u jiena pazjent tieghu nghidlek il-verita.

Imh. A. Lofaro : Pazjent tieghu. U taf jekk hux it-tabib kuranti tas-sur Schembri per ezempju?

Xhud: Iva, iva.

Imh. A. Lofaro : Gie li ltqajt mas-sinjuri Alfred u jew George Degiorgio l- ahwa?

Xhud: Ma nafhomx u qatt ma rajthom. Imh. A. Lofaro : Hlief fuq il-media nimmagina. Xhud: Fuq il-media ovvjament hux.

Imh. A. Lofaro : U s-sur Melvin Theuma?

Xhud: Le ma nafux. Ma nafux. Qatt ma ltqajt mieghu lanqas. Imh. A. Lofaro : Kien gie Kastilja dan?

Xhud: Jien qatt ma rajtu. Imh. A. Lofaro : Qatt ma rajtu? Xhud: Jien qatt ma rajtu.

Imh. A. Lofaro : Jew kellimtu?

Xhud: Le qatt. Jien ma ghandi l-ebda relazzjoni mas-sur Theuma. Kastilja jigu hafna nies jigifieri.

Imh. A. Lofaro : Iva mhux ovvja. Mhux ovvja. Jigifieri ma tafux lil Melvin Theuma?

Xhud: Le ma nafux.

Imh. M. Mallia : Inti ghandek blog tieghek? Xhud: Iva.

Imh. M. Mallia : Ghandek blog. Xhud: Page, page.

Imh. M. Mallia : Page.

Imh. A. Lofaro : Facebook page?

Xhud: Ghandi Facebook page u kelli tnejn (2) profile page. Wahda minnhom ftit uzajtha pero’ ghax kienu hhekkjawli l-profile normali mbaghad kont ftahtha sakemm terga tigi ghan-normali l-profile.

Imh. A. Lofaro : Kemm ilu li sar il-hacking? Xhud: Sentejn ilu.

Imh. A. Lofaro : Ok. Issa dwar is-sinjura Daphne Caruana Galizia, mid-derha ghamilt hafna posts u ritratti . . .

Xhud: Jien ghamilt imma hija ghamlet ukoll fuqi u jekk taghuni l-permess nista’ nhalli dan il-file.

Imh. A. Lofaro : Mela le. Imh. M. Mallia : Mela le.

Imh. A. Lofaro : Kienet ittella jigifieri fir-Running Commentary li kienet taghmel?

Xhud: Kienet ittella ehe, ifhimni jiena qatt . . . Imh. A. Lofaro : Fuqek personalment.

Xhud: Fuqi ehe. L-aghar li kienet iggib ritratti tal-familja tieghi, jiena li ggib fuqi nifhimha ghax qieghed fil-politka, imma li ttella ritratti tal-mara u tat-tfal tieghi le.

Imh. A. Lofaro : Jigifieri dan id-dossier li qed tipprezentalna inti . . . Xhud: Dak xi haga zghira. Kemm ikolli . . . .

Imh. A. Lofaro : Hadthom mir-Running Commentary ta’ Daphne Caruana Galizia.

Xhud: Hekk hu, hekk hu, hekk hu.

Imh. A. Lofaro : Allura inti forsi ghamiltha b’ritaljazzjoni? Ma nafx, inti trid tghidli.

Xhud: Tista’ terga’ tistaqsi d-domanda?

Imh. A. Lofaro : Issa nghidlek.

Imh. M. Mallia : Dawn ir-ritratti hadithom minn ghandek. Xhud: Ezatt hekk hu.

Imh. M. Mallia : Minn ghandek hux hekk, mill-post tieghek. Xhud: Ezatt hekk hu.

Imh. M. Mallia : U ppowstjathom fuq taghha.

Xhud: Hekk hu. Imma ovjament kienet tikteb illi thoss li ghandha tikteb. Imh. A. Lofaro : Inti ghamilt li ghamilt dawn il-blog post etc, etc fuq il-

Facebook biex . . . . . .

Xhud: Minn rajja ghamilthom.

Imh. A. Lofaro : Le, le. Ha nara kif ha nispjegalek. Ghidtlek in ritaljazzjoni, ghalhekk ghamiltha?

Xhud: Jista’ jkun iva.

Imh. A. Lofaro : Jew kont ghamiltha qabel ma hi kitbet xi haga fuqek? Xhud: Le.

Imh. A. Lofaro : Dawn id-dati nistghu narawhom eh. Xhud: Le, le. U zgur, u zgur. Hi kienet bdiet tikteb fuqi. Imh. A. Lofaro : Hi bdiet?

Xhud: Hi kienet bdiet tikteb fuqi.

Imh. A. Lofaro : U speci ta’ biex tirritqalja.

Xhud: Ehe hekk hu, hekk hu. U qatt ma hassart xejn milli ktibt fuqha.

Imh. M. Mallia : Ha nurik dan id-dossier li gie prezentat illum. Ara tikkonfermax illi dawn huma . . . . .

Imh. A. Lofaro : U tara ftit ir-ritratti please. Mma: . . . . . ir-ritratti illi inti ppostjajt.

Imh. A. Lofaro : Jekk tmur pagni tlettax (13), erbatax (14) u hmistax (15).

Mhux biss ta’ imma . . . . .

Xhud: Nikkonferma.

Imh. A. Lofaro : Dawk il-pagni – tlettax (13), erbatax (14) u hmistax (15) jirrizulta li r-ritratt taghha – ippostjajt l-istess ritratt fi granet different. Kien hemm raguni ghaliha din?

Xhud: Ma kienx hemm raguni partikulari.

Imh. M. Mallia : Ritratt minghajr kummenti xejn, ritratt biss. Imh. A. Lofaro : Imma l-istess ritratt nghid jien.

Xhud: Dawn ir-ritratti jekk tippermettuli derhu fuq mijiet ohra ta’ pagni, jigifieri ma kienx Neville Gafa` biss li ppublikahom dawn ir-ritratti. Anzi dawn jiena hadthom minn fuq xi hadd iehor.

Imh. A. Lofaro : Mhux inti gbidthom dawn ir-ritratti? Hadthom minn ta’ xi hadd iehor.

Xhud: Le jiena qatt ma gbidt ritratti ta’ Daphne Caruana Galizia. Imh. A. Lofaro : Imma fuq dawk jigifieri le.

Xhud: Le, le. Dawn qed naghrafhom, dawn jekk titla’ fil-Google ssibhom .

. . . .

Imh. A. Lofaro : Imma kien hemm raguni ghalfejn ergajt ippostjajt l-istess ritratt ripetutament?

Xhud: Ma nahsibx ta’, ha nghid ma niftakarx imma ma nahsibx. Imh. A. Lofaro : Ma tiftakarx. Ma tiftakarx.

Xhud: Anzi normalment kont inbiddel ir-ritratti. Imh. A. Lofaro : Hekk hu.

Xhud: Bhal ma jista’ jixhed . . . . . .

Imh. A. Lofaro : Imma l-istess ritratt imma dak. Xhud: Ma niftakrx.

Imh. A. Lofaro : Qatt ma hadt ritratt taghha inti personalment? Xhud: Qatt.

Imh. A. Lofaro : Qatt, qatt? Xhud: Qatt.

Imh. A. Lofaro : Qatt. Per ezempju jekk tmur pagna tnax (12) . . . . . . Xhud: Iva mat-tabib.

Imh. A. Lofaro : Hemm ritratt li wzajtu f’Dicembru u f’Lulju fuq Facebook. Xhud: Pagna tnax (12) . . . .

Imh. A. Lofaro : Allura inti kont izzomm dak ir-ritratt issejvjat x’imkien biex imbaghad terga tuzah hafna xhur wara?

Xhud: Pagna tnax (12) li ghandi mat-tabib hux hekk? Qed naqblu? Dr. T. Comodini Cachia : Jien nahseb id-dossier . . . .

Imh. A. Lofaro : Jien nahseb li d-dossier ta’ l-ahhar darba rridu nuruh mhux dak.

Dr. T. Comodini Cachia : Jekk il-bord ma ghandux, jista’ juza tieghi. Imh. A. Lofaro : Le, le, mhux dak. Ta’ l-ahhar darba ta.

Dr. T. Comodini Cachia : Jekk il-bord ma ghandux, jista’ juza tieghi. Pero’ jiena nhazzez fuq kull ma jkolli quddiemi.

Imh. A. Lofaro : Ghax dak ipprezentawh nhar it-Tnejn li ghadda, imma billi tarah.

Xhud: Le mhux hekk.

Imh. A. Lofaro : Jekk jghogbok. Ghidtlek illi l-pagni kienu . . . . .

Xhud: Iva, tista’ tistaqsini terga’ d-domanda fuq pagna tnax (12) jekk joghgbok?

Imh. A. Lofaro : Hu pacenzja bija. Iva ha nghidlek, pagna tnax (12). Xhud: Iva.

Imh. A. Lofaro : Dak ir-ritratt intuza f’Dicembru u f’Lulju fuq Facebook. Xhud: Ehe.

Imh. A. Lofaro : Allura jfisser illi, jien ma nafx, tissejvjah u terga tuzah? Xhud: Iva. Iva.

Imh. A. Lofaro : Imma kien hem raguni ghaliex?

Xhud: Le mhux issejvjajtu, hadtu minn fuq, ehe ghax inti meta tippublika ritratt fuq il-Facebook taf ikun qieghed fl-images. Imbaghad jekk tfittex l-images tista ssibu.

Imh. A. Lofaro : Imma per ezemju jien, x’naghmel jien, biex nissejvja d-data, ma tantx niehu spazju dawk li mhux se nerga nuzahom innehhihom. Ma taghmilx hekk inti?

Xhud: Gieli iva, iva gieli, fil-fatt dawn tal-Facebook li rripetejt kolha hadthom minn fuq il-Facebook ergajt.

Imh. A. Lofaro : Imma biex ergajt uzajtu kien issejvjat jew? Xhud: Iva ssejvjat fil-pictures iva, tal-Facebook.

Imh. A. Lofaro : Ma jdejqekx li qed tuza d-data b’dak il-mod, l-istorage. Xhud: Gieli mbaghad wara xi sitt xhur inhassar xi sebghin (70) ritratt. Imh. A. Lofaro : Ehe all right.

Imh. M. Mallia : Qed nara illi – ara page thirty four (34). Xhud: Thirty four (34).

Imh. A. Lofaro : Stenna, stenna mhux dak Sur Gafa’. Thirty four (34) mela.

Thirty four (34).

Xhud: Ok. Grazzi.

Imh. M. Mallia : Jew page thirty one (31). Xhud: Iva.

Imh. M. Mallia : Dawk inti ppublikajthom dawk ir-ritratti? Xhud: Nikkonferma.

Imh. A. Lofaro : Ma hadthomx inti imma?

Xhud: Le da zgur li le. Dawn kienu ilhom jidhru. L-ewwel wiehed, anke t- tieni wiehed, rajt mijjiet ta’ pages bihom dawn, ta’ profiles ohra, jigifieri ma kienx Neville Gafa` illi kien l-ewwel wiehed li ghamilhom u lanqas kont l-ahhar wiehed, imma kont wiehed minnhom.

Imh. M. Mallia : Pero’ deherlek illi kellek taghmilha.

Xhud: Iva ghax kienet tweggani hafna bil-kitba taghha.

Imh. M. Mallia : Imma jien rajt, rajt id-dossier li pprezentajtli int. Xhud: Ehe.

Imh. M. Mallia : Ma hemmx dak it-tip ta’ . . . Xhud: Imma kitbet affarijiet.

Imh. M. Mallia : Ma hemmx dak it-tip ta’ . . . .

Xhud: Le naf, naf, naf. Imma l-kitba, il-kitba aghar mir-ritratti fl-opinjoni tieghi. Meta tasal ghalija, qed tifhimni?

Imh. M. Mallia : Hawnhekk hawn il-kitba kollha taghha? Imh. A. Lofaro : Le, hu qal li mhux kollox.

Xhud: Le, le, le.

Imh. A. Lofaro : Inti ghalik dawk kienu l-iktar li weggghuk forsi? Xhud: Le ta’.

Imh. A. Lofaro : Qbadt at random hekk? Xhud: Ar random hekk hu.

Imh. A. Lofaro : At random.

Imh. V. Said Pullicino : Fuq l-istess suggett Sur Gafa`, ara nghidx sewwa li inti bdejt tinteressa ruhek fis-sinjura Caruana Galizia u anke hi fik ghall- habta ta’ Lulju tat-two ow one six (2016) meta kien hemm il- kwistjoni tal-passaporti u din qabdet il-kwistjoni minn xi gazzetta ohra u cemplitlek. Naqblu li cemplitlek?

Xhud: Cemplitli kien il-Hadd filghodu. Imh. V. Said Pullicino : Sewwa.

Xhud: L-ewwel cemplitli u qtajtilha. Imh. A. Lofaro : Ghaliex?

Xhud: Ghax ma kontx naf min qed icempilli.

Imh. A. Lofaro : All right, all right.

Xhud: Jigifieri mhux ghaliha, naqta’ lil kullhadd ha naghmilha cara. Imh. A. Lofaro : Sewwa. Jekk ma tkunx taf min hu, taqtalu.

Xhud: U ktibt: can you text me? U bghatitli s-sinjura. U qaltli . . . . Imh. A. Lofaro : U hi identifikat ruhha.

Xhud: Ezatt hekk hu.

Imh. A. Lofaro : U x’qaltlek fit-text?

Xhud: Staqsietni jekk kellix x’naqsam vera.

Imh. V. Said Pullicino : B’xi mod lejn l-istorja hux hekk?

Xhud: Ehe, jiena ma wegibtiex u qaltli mela la ma wegibtiex nehodha li inti hekk huma l-affarijiet.

Imh. V. Said Pullicino : Imbaghad ghamlet l-istorja hi.

Xhud: Imbaghad bdiet taghmel l-istorja, l-Hadd kien, il-Hadd filghodu. Imh. V. Said Pullicino : U bniet fuq l-istorja li kien hemm, ma kienetx taghha. Xhud: Fuq il-Malta Independent.

Imh. V. Said Pullicino : Fuq il-Malta Independent. Minn dak inhar inti mbaghad bdejt tikteb.

Xhud: Ghax imbaghad ehe bdiet tassocjani f’Kabal u mafja u hafna affarijiet ohra.

Imh. V. Said Pullicino : Nghid sew illi inti ghamilt blog jew ghamilt entrata . . . Imh. A. Lofaro : Facebook page hu.

Imh. V. Said Pullicino : . . . xi wahda minn dawn tieghek. Xhud: Ghamilt Facebook page iva.

Imh. A. Lofaro : Ma kellekx blog essagg. Xhud: No qatt ma kelli blog.

Imh. A. Lofaro : NO. Facebook page.

Xhud: Facebook page kelli. Politka kienet il-Facebook page.

Imh. V. Said Pullicino : U inti hemm hekk ghamilt indikazzjoni talt-telephone number taghha.

Xhud: Iva.

Imh. V. Said Pullicino : U b’enfasi speci hija . . . . . .

Xhud: M’ghamiltux fuq il-page jidhirli fuq il-profile ghamiltu. Imh. V. Said Pullicino : Whatever.

Xhud: Kont ippublikajt in-numru. Imh. A. Lofaro : Fuq Facebook.

Xhud: Fuq Facebook qed naqblu.

Imh. V. Said Pullicino : Qed insaqsik dan taf ghaliex? Ghax ahna naturalment ix-xoghol taghna l-koll irridu naraw x’qalet hi tul hajjitha.

Imh. A. Lofaro : Mhux hekk.

Imh. V. Said Pullicino : U qed jirrizultalna li ‘l bicca l-kbira mill-fatti, l-fatti issa mhux opinjonijiet u kif tghidhom, ‘il bicca l-kbira mill-fatti jidhru li huma korretti, ma nghidx hundred per cent imma qeghdin vicini tajjeb. Allura li rrid inkompli naghmel huwa li hawn hawn huwa correct bhala fatt. Naqblu mbaghad li inti mwegga mod, hi mwegga mod iehor u nibqu sejrin, dika narawha l-quddiem.

Xhud: Hekk hu.

Imh. V. Said Pullicino : Imma bhala fatt huwa dak. Imbaghad ovvjament bdiet issegwik ghax bdiet issegwi lil kullhadd fil-politka. Kulltant ikollha ragun, kulltant ikollha tort, imma kienet issegwi lil kullhadd. Naqblu li inti, mhux ha nsaqsik fuq l-inkjesta tal- passaporti ghax dik ghaddejja inkjesta fuq hemm hekk mill- pulizija, anzi ghandi obbligu ma nsaqsikx. Ha nsaqsik biss haga wahda fuq din, il-pulizija f’xi zmien fuq dak is-suggett interrogawk?

Xhud: Iva gejt interrogat.

Imh. V. Said Pullicino : Interrogawk. Xhud: Iva ghal sighat, sighat twal.

Imh. V. Said Pullicino : Sewwa, mbaghad ittiehdu l-passi jigifieri li ttiehdu. Xhud: Hekk hu.

Imh. V. Said Pullicino : Hux hekk u ghadhom pendenti dawn. Xhud: Li hemm pendenti libelli li ftaht jien.

Imh. V. Said Pullicino : Il-kawza kriminali spicat? Xhud: Il-kawza kriminali ghadha ghaddejja.

Imh. V. Said Pullicino : Ghadha ghaddejja. Issa jigifieri . . . .

Xhud: Pero’ mhix kontija l-kawza kriminali. Ma hemm l-ebda kawza kriminali fil-konfront tieghi, halli naghmilha cara.

Imh. A. Lofaro : M’hemmx kawzi.

Xhud: M’hemm l-ebda kawza fil-konfront tieghi.

Imh. V. Said Pullicino : Fir-rigward ta’ l-allegazzjoni tal-korruzzjoni u hekk m’hemmx l-ebda kawza fil-konfront tieghek?

Xhud: No, anzi tressaq tressaq xi hadd iehor illi pprova jhammigni fuq din ‘il bicca xoghol.

Imh. V. Said Pullicino : Sewwa, jigifieri kontra tieghek m’hemmx proceduri? Xhud: No.

Imh. V. Said Pullicino : Allura nistghu nsaqsuk liberament la ma hemmx proceduri.

Xhud: Yes.

Imh. V. Said Pullicino : Ftehemna.

Xhud: Fil-konfront tieghi m’hemm l-ebda proceduri. Imh. A. Lofaro : Importanti li ma hemmx.

Imh. V. Said Pullicino : Pero’ l-allegazzjoni saret u l-allegazzjoni kienet pjuttost serja, kienet pjuttost serja.

Xhud: Da zgur li serja. U zgur.

Imh. V. Said Pullicino : Naqblu li normalment f’cirkostanzi bhal dawn min jaghmel allegazzjoni kontra wiehed fis-servizz publiku, hu x’inhu, person of trust, jittiehdu passi preventivi kontra tieghu. Jghidulu ara hares inti ghalissa sospiz sakemm johrog . . . .

Xhud: Fil-fatt jiena kont tkeccejt mill-Ministeru tas-Sahha u mort nahdem Ghawdex.

Imh. V. Said Pullicino : U mort tahdem il-Ministeru Ghawdex? Xhud: Kont nitla’ Ghawcex kulljum jigifieri.

Imh. V. Said Pullicino : Il-Ministeru Ghawdex.

Xhud: Il-Ministeru t’Ghawdex u kelli – u mbaghad bi zmien ftaht ufficcju x-Xewkija.

Imh. V. Said Pullicino : Fil-Ministeru tas-Sahha jigifieri bqajt dejjem? Xhud: Kont nara n-nies minn Ghawdex.

Imh. V. Said Pullicino : Imma ghas-sahha. Xhud: Fuq kollox.

Imh. V. Said Pullicino : Fuq kollox. Xhud: Fuq kollox, fuq kollox.

Imh. V. Said Pullicino : Imbaghad kif spiccajt Kastilja allura?

Xhud: Imbaghad gejt assenjat Kastilja. Ezatt wara l-elezzjoni generali. Ta’ l-elfejn . . . .

Imh. A. Lofaro : Tat-two ow one seven (2017). Xhud: Hekk hu. Hekk hu, hekk hu. Hekk hu.

Imh. V. Said Pullicino : U f’xi zmien allura kellek passaport inti diplomatiku hux hekk? Jew ma kellekx?

Xhud: Iva kelli passaport diplomatiku. Imh. V. Said Pullicino : Ghadu ghandek?

Xhud: Le, le, le rritornajtu ezattament kif irrezenjajt. Imh. V. Said Pullicino : U inti rrizenjajt meta bhala data?

Xhud: I stand to be corrected, jew twelfth (12) jew fourteenth (14) January.

Imh. V. Said Pullicino : January.

Imh. A. Lofaro : Two ow two ow (2020) mela. Xhud: Mall-hatra tal-Prim Ministru gdid iva. Imh. A. Lofaro : Two ow two ow (2020) iva.

Imh. V. Said Pullicino : Issa f’liema kapacita kellek dan il-passaport allura? Xhud: Uzajtu darba biss.

Imh. V. Said Pullicino : Le, le, le. F’liema kapacita tawulek? Ghax jiena kont Prim Imhallef . . . . .

Xhud: Fl-ufficcju tal-Prim Ministru.

Imh. V. Said Pullicino : Taf ghalfejn qed nghidlek hekk? Ghax jiena kont Prim Imhallef u qatt ma kelli passaport diplomatiku jigifieri u allura min ikollu ninteressa ruhi.

Xhud: Ha nwiegeb ghaliha yes.

Imh. V. Said Pullicino : Imma mhux kull min kien coordinator bhalek ikollu passaport hux hekk?

Xhud: No, kien sar ghaliex kont uzajtu biex immur il-Libja. Il-Libja kullhadd jaf kif inhi s-sitwazzjoni.

Imh. V. Said Pullicino : Sewwa.

Xhud: Allura l-ufficju hass illi ghandi jkolli passaport diplomatiku. Imh. A. Lofaro : Jigifirei mort il-Libja fuq xoghol ufficjali. Le?

Xhud: Ehe, ehe mort fuq xoghol ufficjali.

Imh. V. Said Pullicino : U anke mort fuq xoghol privat. Xhud: U zgur.

Imh. V. Said Pullicino : Xoghol privat. Xoghol privat kont tkun wahdek jew akkumpanjat minn xi haadd minn Malta wkoll?

Xhud: Iva kien jitla’ mieghi Kenneth Camilleri.

Imh. V. Said Pullicino : Kenneth Camilleri kien jitla’ mieghek ghax-xoghol privat li kellu mieghek jigifieri?

Xhud: No ma konniex nitilghu fuq xoghol privat, ha naghmilha cara. Imh. V. Said Pullicino : Fuq xoghol tal-Gvern.

Xhud: Iva. Unofficial. Dejjem tlajt bil-passaport tieghi pero’. Imma kien hemm cirkostanza wahda illi jiena kont qed nakkompanja lill- Ambaxxatur Malti, allura dak imbaghad inti . . .

Imh. V. Said Pullicino : . . . . . fejn hemm ir-ritratt tieghek ma xi hadd tal- Libja.

Xhud: Mal-Prim Ministru, d-Deputy Prim Mnister, ma’ Minstri.

Imh. V. Said Pullicino : . . . okkazjoni, f’liema okkazjoni u ma Keith Schembri qatt ma sifirt?

Xhud: Le qatt ma sifirt ma Keith Schembri.

Imh. A. Lofaro : Jew kont imsiefer u ltqajt mieghu x’imkien? Xhud: Le.

Imh. A. Lofaro : Qatt? Xhud: Le qatt.

Imh. V. Said Pullicino : Inti u Joseph Muscat kontu fl-istess klassi l-iskola hux hekk?

Xhud: Lil Joseph Muscat ilni nafu hamsa u tletin (35) sena. Imh. V. Said Pullicino : U Keith Schembri wkoll?

Xhud: Keith Schembri sirt nafu wara. Fl-elfejn u tmienja (2008). Imh. A. Lofaro : Le, qalilna meta. Qalilna.

Imh. V. Said Pullicino : U ma’ Keith Schembri int ghamilt hbiberija mill-qrib hux hekk?

Xhud: Da zgur hux.

Imh. V. Said Pullicino : Mill-qrib. X’inhi r-raguni ghal din il-hbiberija?

Kulhadd ikollu hbieb ta. Imma hemm xi raguni?

Xhud: Ma tantx ghandi hbieb jien, naf hafna nies imma ma tanx ghandi hbieb.

Imh. V. Said Pullicino : Imma li qed insaqsik huwa, x’kienet ir-raguni illi inti – x’attiratek ghal din il-hbiberija?

Xhud: Ir-raguni bdejna kif ghidtlek, bdejna l-ewwel hdimna l-kampanja ta’ Dr. Muscat biex lahaq mexxej.

Imh. A. Lofaro : Fit-two ow ow eight (2008).

Xhud: Imbaghad mexxejna ghaxar (10) kampanji elettorali flimkien. Imh. A. Lofaro : Inti u s-sur Keith Schembri.

Imh. V. Said Pullicino : Hemmhekk rabbejtu il-hbiberija jigifieri? Xhud: Iva.

Imh. V. Said Pullicino : U allura s-sur Schembri wkoll kellu problema mal-blog ta’ Mrs. Caruana Galizia. Tista’ tghidilna f’liema mument inti hassejt li s-sur Schembri hass xi haga illi dejqitu hafna f’dak il-blog? Hemm xi cirkostanza specjali?

Xhud: Nahseb mhux is-sur Schembri biss anke l-familja tieghu meta kienet qed tghid li ha jmut bil-cancer. Ifhem . . .

Imh. A. Lofaro : Dik tal-cancer.

Xhud: Tatu z-zmien ukoll, jidhirli li tatu tliet (3) xhur hajja. Imh. V. Said Pullicino : Dika mhux hassejt, taf illi huwa hass?

Xhud: Le dik u zgur. Miftakar darba minnhom giet it-tifla tieghu mill- iskola qaltlu : Da, inti veru ha tmut? Ghax hekk qed jghiduli l- iskola. Dik bqajna niftakruha hux.

Imh. V. Said Pullicino : Ok. U allura f’dawn ic-cirkostanzi l-atteggjament tas- sur Schembri, tieghek, ta’ min kien madwaru Kastilja lejn is-sinjura Caruana Galizia nbidel?

Xhud: Is-sur Schembri qatt ma rritalja. Jiena kont nikteb. Imh. A. Lofaro : Jigifieri inti rrabjajt minhabba fiha.

Xhud: Iva kont irrabjajt.

Imh. V. Said Pullicino : Qatt ma rritalja. Il-problema li issa persuna nteressata f’xi haga, imma nsomma. Kont tkellmu spiss allura lis- sur Schembri.

Xhud: Kulljum.

Imh. V. Said Pullicino : Kulljum all right. L-atteggjament tieghu x’inhu fuq din l-istorja kollha?

Xhud: Fuq l-istorja fuq il-qtil? Imh. V. Said Pullicino : Mhux hekk.

Xhud: Le nassigurak li kif sar omiciju kien inkwetat hafna u beda mill- ewwel ha l-passi necessarji biex tibda ssir investigazzjoni tajba.

Imh. A. Lofaro : Min? Is-sur Schembri? Il-Prim Ministru nahseb. Xhud: Il-Prim Ministru u Chief of Staff.

Imh. V. Said Pullicino : Fil-fatt ghamlu zmien kienu jghidu illi xi hadd minn taz-zejt, tal-mafja, bdew jghidu dawn l-affarijiet.

Xhud: Qatt ma smajt dawn l-affarijiet. Imh. V. Said Pullicino : Qatt ma smajt le? Xhud: Fuq il-media smajt iva.

Imh. V. Said Pullicino : Fuq il-media biss smajthom. Xhud: Fuq il-media biss.

Imh. V. Said Pullicino : Qatt ma smajtha din? Xhud: No.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri jekk nghidlek illi s-sur Schembri kien hu personalment li mexxiha din l-istorja?

Xhud: Le mija fil-mija li mhux li mhux hu.

Imh. V. Said Pullicino : Ma tafx biha. Le mhux mija fil-mija ghax qed nghidlek jiena bhala fatt.

Xhud: Hekk hu.

Imh. V. Said Pullicino : Inti ghalik hux hekk?

Xhud: Le jien inqatta sighat shah mas-sur Schembri.

Imh. A. Lofaro : Inti kont tiddiskuti ma’ gurnalisti? Kont tiltaqa’ ma’ gurnalisti lokali u barranin?

Xhud: Le.

Imh. A. Lofaro : Qatt? Xhud: Le qatt.

Imh. A. Lofaro : U dwar l-investigazzjoni issa dwar l-assasinju tas-sinjura Caruana Galizia?

Xhud: Jiena qatt ma kelli x’naqsam.

Imh. A. Lofaro : Le mhux l-assassinju, le, le. Xi diskussjonijiet li saru Kastilja wara li giet assassinata. Mela qed nghidu li l-Prim Ministur u s-sur Schembri raw x’se jaghmlu minhabba l-investigazzjoni biex tfittex issir malajr hux hekk u ssir sew. Hux hekk inti ghiditlna din. Inti ghidtilna din.

Xhud: U zgur u ssir korretta.

Imh. A. Lofaro : Kien hemm xi haga ohra per ezempju xi briefings mis-servizz

. . . . .

Xhud: Jiena qatt ma dhalt f’briefings u qatt ma rajt briefings. Kif bhal ma ghidtlek, vera kont inkun hemmhekk xi erbatax (14) –il siegha kulljum, pero’ kelli boardroom u kont nahdem minnha.

Imh. A. Lofaro : Mela ma tafx jekk sarux il-briefings . . . . Xhud: Qatt ma rajthom.

Imh. A. Lofaro : U wisq inqas ma attendejtx ghalihom. Xhud: Le qatt, qatt, qatt.

Imh. M. Mallia : Hin minnhom ippublikajt ritratti ta’ Daphne u zewgha mehuda l-Furjana lejliet l-assassinju taghha.

Xhud: Nikkonferma.

Imh. M. Mallia : Inti hadthom dawk ir-ritratti? Xhud: Le kont qieghed id-dar dak inhar jien. Imh. A. Lofaro : Baghtomlok xi hadd?

Xhud: Iva, baghtuhomli hafna nies li kienu prezenti l-Furjana dak inhar. Imh. M. Mallia : Mhux int hadthom?

Xhud: Le. Qatt, le.

Imh. M. Mallia : Ghalfejn deherlek li kellek tippublikhom? X’kien fihom dawn?

Xhud: Ifhimni . . . . . .

Imh. A. Lofaro : Mhux mar-ragel taghha kienet? Xhud: Iva, iva.

Imh. M. Mallia : X’kellhom interessanti li kienu jimmeritaw din il-publicita kollha?

Xhud: Ghaliex hi kienet taghmel hekk ukoll lil haddiehor. Qed naghtik l- opinjoni tieghi.

Imh. A. Lofaro : Pero’ lilek qatt ma ghamlitlek hekk hux?

Xhud: Le, le, pero’ ppublikat hafna ritratti ta’ hbieb tieghi ukoll hux li qeghdin waqt ikla per ezempju.

Imh. A. Lofaro : Tas-sur Schembri? Xhud: Le imma ta’ nies ohrajn hux.

Imh. M. Mallia : Imma r-ritratti li ppublikat hi dejjem hadithom minn ghandek.

Xhud: Iva.

Imh. M. Mallia : Inti ppublikajthom qabel.

Xhud: Iva ok imma l-kummenti li tikteb fuqhom imbaghad . . . . .

Imh. M. Mallia : Dak ir-ritratt inti dan gibtu minn ghand haddiehor. Xhud: Ircivejthom.

Imh. M. Mallia : Ircivejthom. Xhud: Minn ghand bosta nies.

Imh. M. Mallia : U deherlek illi kellhom interess pubbliku. Xhud: Mhux jien biss, jekk tfittxu dak inhar ittellghu hafna. Imh. M. Mallia : Inti hawn issa.

Xhud: Hekk hu. Jiena ma nichadx anzi, nikkonferma li tellajthom. Imh. M. Mallia : Inti mhux se titkellem ghal haddiehor zgur.

Xhud: Hekk hu.

Imh. V. Said Pullicino : Meta sehh l-assasinju taf jekk kienx hemm xi nies illi hadu pjacir?

Xhud: F’liema . . . .

Imh. V. Said Pullicino : Qed nistaqsi? Xhud: Fl-ufficcju jew barra?

Imh. V. Said Pullicino : Fl-ufficcju, barra kollox jista’ jigri. Jinteressani Kastilja jiena jew f’dawk l-inhawi nsomma.

Xhud: Ma rajtx celebrazzjonijiet zgur anzi nkwiet, inkwiet. Nies inkwetati rajt.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri kullhadd kien inkwett b’xi haga. Xhud: Fl-Ufficju tal-Prim Minstru ahna jigifieri.

Imh. V. Said Pullicino : Ma messux grat imma grat hux hekk? Xhud: Skuzani?

Imh. V. Said Pullicino : Kienu nkwetati b’xi haga li ma messux grat imma grat

. . . . . .

Xhud: U zgur bl-omicidju hux.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri mhix kwistjoni li xi hadd, fejn naf jiena, kien jaf li se tigri xi haga hekk?

Xhud: No, no, no.

Imh. V. Said Pullicino : No.

Xhud: Kullhadd kien fuq xogholu u sirna nafu mbaghad x’gara hu. Imh. V. Said Pullicino : Ghax il- koncidenza tar-ritratt antipatka eh.

Xhud: Iva imma . . . .

Imh. V. Said Pullicino : Sfortunata hafna. Xhud: Hekk hu sfortunata.

Imh. A. Lofaro : Tista’ tghidilna xi haga dwar 17 Black?

Xhud: Ma naf xejn fuq 17 Black. 17 Black sirt naf biha minn fuq il-media. Imh. A. Lofaro : Qatt ma smajt xejn hemm hekk fl-ufficcju tieghek . . .

Xhud: Le, qatt ma smajt xejn.

Imh. A. Lofaro : Jew barra l-ufficcju? Nimmagina mbaghad . . . . . Xhud: Ma tantx nohrog jien bix-xoghol . . . .

Imh. A. Lofaro : Fuq xoghol tohrog imma hux? Xhud: Fuq xoghol nohrog iva.

Imh. A. Lofaro : Ma tismaghhomx jitkellmu fuq 17 Black? Xhud: Fuq 17 Black kull ma smajt u naf through il-media.. Imh. A. Lofaro : Il-media. Ma ddiskutejtiex mas-sur Schembri? Xhud: Le ta’, kellna hafna iktar . . . . . .

Imh. A. Lofaro : Minhabba li rrizulta li hi ta’ Yorgen Fenech? Xhud: Qatt. Le, le, qatt.

Imh. M. Mallia : Kont taf illi Yorgen Fenech u Keith Schembri huma hbieb kbar.

Xhud: Iva naf li ghandhom hbiberija. Imh. M. Mallia : Kont taf.

Xhud: Jekk hu.

Imh. A. Lofaro : U minkejja li inti u s-sur Schembri hbieb kbar qatt ma nzertajtu d-dar tieghu lil Yorgen Fenech?

Xhud: Le qatt. Imh. A. Lofaro : Qatt.

Imh. M. Mallia : U qatt ma rajtu Kastilja?

Xhud: Jien qatt ma rajtu Kastilja lis-sur Fenech.

Imh. V. Said Pullicino : Ghal . . . interessat inti wkoll fil-progetti hux hekk? Xhud: Projects Director Health kont.

Imh. V. Said Pullicino : Projects Director. Imh. A. Lofaro : Health eh qallek Health.

Imh. V. Said Pullicino : Iva Health, Health, Health. Ghal li jista jkun mal- kwistjoni tal-bejgh ta’ l-isptarijiet ma kellekx . . .

Xhud: Qatt ma kelli x’naqsam.

Imh. V. Said Pullicino : Ma kellekx x’taqsam xejn? Xhud: Qatt ma kelli x’naqsam.

Imh. V. Said Pullicino : Min ittrattha din il-kwistjoni?

Xhud: Skuzani?

Imh. V. Said Pullicino : Min ittrattha dak il-progett kbir? Xhud: M’ghandix idea ta’.

Imh. V. Said Pullicino : M’ghandekx idea. Xhud: Kont iffukat fuq xogholi.

Imh. V. Said Pullicino : Imma nsomma progett eh.

Xhud: M’ghandix idea. Kullhadd kellu s-section tieghu, qed tifhimni.

Imh. A. Lofaro : Imma inti kellek dak il-connecton ma dawk il-Ministeri kollha, xorta ma kontx taf? Le.

Dr. T. Comodini Cachia : Jekk fhimtu sew fuq ir-relazzjoni tieghu ma’ Keith Schembri qal illi llum ghadu jahdem mas-sur Schembri. Forsi jghidilna fuq xiex ghadu jahdem mas-sur Schembri.

Xhud: Ma ghidtx li ghadni nahdem . . .

Imh. A. Lofaro : Ma jidhirlix li qal. Qal li mhux jahdem illum. Imh. V. Said Pullicino : Qal li kien habib u baqa’ habib tieghu. Imh. A. Lofaro : Hux hekk ghidt illi m’intix tahdem?

Xhud: Le mhux nahdem. Imh. A. Lofaro : Hekk qal.

Imh. V. Said Pullicino : U nahseb ghadu habib, ghadu jiltaqa’ mieghu. Xhud: Hekk hu.

Dr. T. Comodini Cachia : Ok. Imbaghad mela domanda ohra li xtaqt nissuggerixxi hija fuq dawk ir-ritratti li int ghidtilna kont tircievi minn ghand nies, pero’ inti m’intix gurnalist le? M’intix registrat bhala gurnalist?

Xhud: No, no.

Dr. T. Comodini Cachia : U allura kif tispjega likienu jhossu l-htiega li jibghatulek ir-ritratti ta’ Daphne Caruana Galizia?

Xhud: Ma ghandix idea.

Dr. T. Comodini Cachia : Inti kont tghidilhom – kont tirringrazzjohom talli baghtuhomlok jew kont tghidilhom ma hemmx ghalfejn tibghatuhom?

Xhud: Le kont nircivihom u daqqa nippublika u daqqa le. Dr. T. Comodini Cachia : Ok. Nixtieq nurik post illi tellajt inti . . . . Xhud: Iva.

Dr. T. Comodini Cachia : Fl-ghoxrin (20) ta’ Frar, elfejn u sbatax (2017).

Imh. A. Lofaro : Fuq Facebook hux. Fuq Facebook.

Dr. T. Comodini Cachia : Fuq Facebook ehe f’pagna hdax (11) ta’ l-ewwel dossier, fejn hemm ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia tiehu kafe`.

Imh. A. Lofaro : Ta’ l-ewwel dossier li gie prezentat fis-sbatax (17) ta’ Frar.

Dr. T. Comodini Cachia : Issa f’dik il-post inti ghidt hekk : Wara li s- Sibt li ghadda waqfet tbill grizmejha f’hanut pjutost mudlam fi Triq Nofinhar, il-Belt Valletta, dalghodu zammet mat-tradizzjoni ta’ matul il-jiem tal-gimgha u ghaddiet ghal kafe` f’hanut fi Triq ir- Republika, Valletta. Inti d-drawwiet tas-sinjura Caruana Galizia kif tafhom?

Xhud: Ghax kienu jibghatuhomli n-nies.

Dr. T. Comodini Cachia : Jigifieri inti straht fuq dak li jibghatulek in-nies? Xhud: Iva ghax kien hemm ir-ritratti.

Dr. T. Comodini Cachia : Inti xogholok kien il-Belt mhux hekk? Xhud: Hekk hu.

Dr. T. Comodini Cachia : Lis-sinjura Caruana Galizia inti personali qatt rajtha l- Belt?

Xhud: Iva. Lis-sinjura Caruana Galizia kont nafha qabel, kellna rapport tajjeb hafna flimkien ghal l-ewwel.

Imh. A. Lofaro : Fejn kont tafha qabel? Xhud: Go hanut fejn kont nahdem il-Belt. Imh. V. Said Pullicino : Tan-nuccalijiet.

Xhud: Iva. Gie li qdejtha personalment – mhux darba qdejtha personalment, dejjem kienet . . .

Imh. A. Lofaro : Hanut tan-nuccalijiet il-Belt. Xhud: Kellna rispett lejn xulxin.

Imh. A. Lofaro : U mbaghad l-affarijiet hzienu.

Xhud: Hekk hu. Kif dhalt jien fix-xena politika li nqala’.

Imh. M. Mallia : Inti qed tghidli, qed tghidilna illi kont tircievi hafna informazzjoni mill-pubbliku. Dawn fejn kienu jafu li kellek xi nteress partikulari fuq is-sinjura Caruana Galizia?

Xhud: Ghax jiena kont nikteb. Jiena kont nikteb hafna politika. Kont nuza l-page u knot nuza . . . . .

Imh. M. Mallia : Kont tikteb fuq il-politika mod imma tikteb fuq Caruana Galizia mod iehor, ghax Caruana Galizia ma kienetx fil-politika.

Xhud: Imma kienet tikteb il-politika l-hin kollu hux hekk.

Imh. M. Mallia : All right kellha l-opinjonijiet, kellha l-opinjonijiet taghha bhal ma ghandek int u ghandu kullhadd.

Xhud: Hekk hu, hekk hu, hekk hu.

Imh. M. Mallia : Billi tesprihom ma gara xejn. Xhud: Da zgur, da zgur.

Imh. M. Mallia : Pero’ inti deherlek illi ma dana kollu kellek tippublika dawn ir-ritratti taghha personalment, fil-hajja nnokwi, li kullhadd jghaddi minnhom u tpoggihom ghall- publiku.

Xhud: Ezatt.

Imh. A. Lofaro : Ghaliex imma? Ma kienx hemm gurnalisti ohrajn? Ghaliex hi biss?

Imh. M. Mallia : Inti m’intix gurnalist. I mean dawn x’hadt minnhom dawn, dawn ir-ritratti? Ghalfejn ghamilthom?

Imh. A. Lofaro : Ritratt mar-ragel nghid jien.

Xhud: Bhal ma tellghet hi. Bir-rispett kollu ta’, bhalma tellghet hi ma familji ohrajn.

Imh. M. Mallia : Imma li tellghet hi . . . . .

Imh. A. Lofaro : Imma lilek ma ghamlitlekx hekk.

Imh. M. Mallia : Li ppublkajt int qabel, mentri inti . . . l-ewwel darba.

Xhud: Kitbet hafna affarijiet fuqi u missieri per ezempju ghadda minn stroke minhabba l-artikli taghha. Ma qghadx nohroghom dawn, qed nohroghom illum issa taht gurament.

Imh. A. Lofaro : Meta kellu l-istroke il-papa’?

Xhud: Xi tliet (3) snin ilu. Meta ezattament kif bdiet tikteb fuqi personali, dawn huma affarijiet illi . . .

Imh. A. Lofaro : Hi biss kitbet fuqek? Possibbli biss?

Xhud: Hi l-iktar li kitbet. Jien ghandi tfal kbar, Sinjura Imhallef. Imh. A. Lofaro : Ghandek tfal kbar?

Xhud: U zgur ghndi tifel ta’ hamsa u ghoxrin (25) u tifla ta’ tlieta u ghoxrin (23). Ghamlu zmien ma jmorrux xoghol it-tfal jiena minhabba l-kitbiet, minhabba missierhom.

Imh. A. Lofaro : Inti kemm ghandek zmien? Xhud: Se naghlaq sitta u erbghin (46).

Imh. A. Lofaro : Alla jbierek.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri allura hadtha bi kbira l-kitba taghha fuqek u fuq il-familja tieghek. Is-sur Schembri hadha bi kbira minhabba li kitbet fuqu u fuq il-familja.

Imh. A. Lofaro : Fuq il-cancer. Xhud: Nimmagina.

Imh. V. Said Pullicino : Allura dan huwa movent tal-qtil taghha? Xhud: Le.

Imh. V. Said Pullicino : Ma nafx, qed nistaqsi.

Xhud: Ma nafx, jien m’ghandix x’naqsam mal-qtil.

Imh. V. Said Pullicino : Fuq iz-zejt m’huwiex, imbaghad tibda tnaqqas , tghid dan m’huwiex, iz-zejt mhuwiex, mela x’kien il-movent?

Xhud: Jien m’ghandix x’naqsam mal- . . . Imh. V. Said Pullicino : L-Electrogas?

Xhud: M’ghandix idea.

Imh. V. Said Pullicino : M’ghandekx idea. Qatt quddiem ghajnejk f’Kastilja ghadda diskors fuq l-Electrogas, fuq dan il-progett? Xejn?

Xhud: Le, le, le.

Imh. V. Said Pullicino : Is-security, is-security Kastilja, min kien jiehu hsiebha, nterna mhux barra.

Xhud: Is-security . . .

Imh. V. Said Pullicino : Go Kastilja. Xhud: Iva.

Imh. V. Said Pullicino : Mhux l-Armata isfel. Dika nafu. Min kien jiehu hsiebha? Min kien responsabli ghaliha?

Imh. A. Lofaro : Il-pulizija barra . . . . . Xhud: L-Armata tiehu hsieb.

Imh. V. Said Pullicino : L-Armata isfel. Isfel iva. Fuq min? Lilna qalulna l- bibien ta’ barra l-Armata fair enough.

Xhud: L-Armata.

Imh. V. Said Pullicino : U fuq barra dawk min kien hemm?

Xhud: L-Armata tiehu hsieb is-sigurta f’Kastilja sa fejn naf jien. Imh. V. Said Pullicino : Anke gewwa?

Xhud: Iva.

Imh. V. Said Pullicino : Fis-sulari kollha? Xhud: Iva l-armata hija responsabbli.

Imh. A. Lofaro : M’ghandkomx security?

Imh. V. Said Pullicino : M’ahniex naqblu ta’ fuq hekk. Xhud: Security tal-Prim Ministru ghandna.

Imh. A. Lofaro : Il-Prim Ministru ghandu s-security tieghu. Li jkunu hemm hekk meta jkun hemm hu.

Xhud: Hekk hu tas-Servizz Sigriet.

Imh. A. Lofaro : U jkunu hemmhekk meta jkun hemm hu hux veru? Imh. V. Said Pullicino : Dawn kienu jaqghu taht Keith Schembri?

Xhud: Jaqghu taht l-Ufficcju tal- Prim Ministru.

Imh. V. Said Pullicino : Le, le jekk jaqghux taht Keith Schembri wkoll, ghax ahna nifhmu, minn barra ta’ ghax ahna qatt ma konna gewwa Kastilja. Minn barra nifhmu li c-Chief of Staff kien jikkontrolla l- Amministrazzjoni kollha.

Xhud: Hekk hu Chief of Staff.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri jiena nifhem illi anke dawn is-security, kienu x’kienu, d-direzzjoni generali kienet tkun f’idejn is-sur Schembri.

Xhud: Dawk kienu jaqghu taht is-Servizz Sigriet.

Imh. V. Said Pullicino : Imma ahna ghandna mis-Servizz Sigriet, illi meta s- Servizz Sigriet jibghat in-nies hemmhekk ma jibqghux iktar fis- Servizz Sigriet imma jisru taht ir-responsabilta tal-Prim Ministru.

Imh. A. Lofaro : Taht il-Prim Ministru sa fejn naf jiena.

Imh. V. Said Pullicino : Allura jiena nistaqsi: l-persuna responsabli ghal dawn in-nies, mhux . . . min hi? Min jaghmlilhom id-detail filghodu, int oqghod hawn, int oqghod hawn?

Xhud: Mhux ic-Chief of Staff zgur. Imh. V. Said Pullicino : Eee?

Xhud: Mhux ic-Chief of Staff.

Imh. A. Lofaro : Il-Prim Ministru forsi. Imh. V. Said Pullicino : Min? Min?

Imh. A. Lofaro : Ma nafx.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri bil-Malti halli naghmluha cara ta’ din, jekk jiena nibghat lil xi hadd . . . . .

Xhud: Qed nifhem ehe, nista’ nwiegbek ehe. Nahseb Ray Barbara li kien l-PA ta’ . . . .

Imh. V. Said Pullicino : Ray Barbara jismu?

Xhud: Iva.

Imh. A. Lofaro : Ghadu mpjegat Kastilja hux hekk . . . . Xhud: Hekk jidhirli.

Imh. A. Lofaro : Mal-Prim Ministru Robert Abela.

Xhud: Hekk jidhirli. Id-detail ehe ezatt hekk hu, issa fhimtu l-punt tieghek.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri bil-Malti jekk xi hadd irid jaghmel xi haga partikulari, hares, inti mur iccekkjali dak x’qed jaghmel hemm, tajjeb, daka Ray Barbara wkoll il-persuna, mbaghad jekk hadiex minn ghand xi hadd iehor id-direzzjoni haga ohra. Dik irid jghidilna s-Sur Barbara.

Xhud: Hekk hu.

Imh. V. Said Pullicino : Ok.

Imh. A. Lofaro : Is-sur Barbara zamm l-istess kariga li kellu qabel hux? Xhud: Hekk jidhirli.

Imh. A. Lofaro : Hekk jidhirli, ok.

Dr. T. Comodini Cachia : Ix-xhud ippublika wkoll zewg (2) ritratti ta’ Daphne, n- nepputija taghha u kelb li kienu mexjin il-Belt u xtaqt nuri dawn ir- ritratti lix-xhud biex jghidilna . . . . . .

Imh. A. Lofaro : Fuq liema dossier qeghdin jekk joghgbok? Dr. T. Comodini Cachia : L-ewwel wiehed f’pagna sebgha (7). Imh. A. Lofaro : Mela li gie prezentat fis-sbatax (17) ta’ Frar.

Dr. T. Comodini Cachia : Iddatat il-post tmintax (18) ta’ Frar, tas-sena elfejn u sbatax (2017).

Imh. A. Lofaro : Ok.

Dr. T. Comodini Cachia : Jekk dawk ir-ritratti baghtuhomlokx in-nies jew hadthom inti?

Xhud: Iva bghtuhomli n-nies. Jiena, ha nerga nghidha, jiena qatt ma hadt ritratti tas-sinjura Caruana Galizia.

Dr. T. Comodini Cachia : Allura l-minuri li tidhr f’dawk ir-ritratti li qaltilna li dakinhar ratek f’dik it-triq xi tghid?

Imh. A. Lofaro : Ehe hekk qaltilna.

Xhud: Jiena ma kontx naf min hi s-sinjorina fir-ritratt u jekk hi minuri jiddispjacini.

Dr. T. Comodini Cachia : Jigifieri ghaddejt minn hdejhom fit-triq.

Xhud: Le mhux jien ghaddejt minn hdejhom, mhux jiena.

Dr. T. Comodini Cachia : Jigifieri inti tippretendi illi ahna nemmnu illi ghaddejt minn hdejhom fit-triq pero’ mhux inti hadthom dawk ir-ritratti . . .

Xhud: Da zgur, qieghed taht gurament.

Dr. T. Comodini Cachia : U mhux vera illi inti ghaddejt minn dik it-triq? Xhud: Qieghed taht gurament.

Imh. A. Lofaro : Qaltilna li ratek ta’ dakinhar. Xhud: Mhux jien hadthom dawk ir-ritratti.

Imh. A. Lofaro : Ma qaltilniex li hadt ir-ritratti, qaltilna li ratek. Dr. T. Comodini Cachia : Li ratek dakinhar.

Xhud: Jien qatt ma hadt ritratti tas-sinjura Caruana Galizia.

Dr. T. Comodini Cachia : Imma rajthom dakinhar? Tiftakar rajtiex lil Daphne dakinhar il-Belt?

Xhud: Jien darba rajtha pero’ Triq ir-Repubblika.

Dr. T. Comodini Cachia : U dik id-darba kienet dik id-darba jew le?

Xhud: M’ghandix idea, pero’ naf li rajtha Triq ir-Repubblika u l-istess hwejjeg.

Dr. T. Comodini Cachia : U bl-istess hwejjeg rajtha inti Triq ir-Repubblika. Imh. A. Lofaro : U bil-kelb?

Xhud: Ma niftakarx jekk . . . . Imh. A. Lofaro : Ma tiftakarx?

Xhud: Imma niftakar ehe li nzertajtha Triq ir-Republika.

Dr. T. Comodini Cachia : U tiftakar li kienet liebsa l-istess hwejjeg. Xhud: Iva.

Imh. A. Lofaro : Il-kelb ma tiftakarx?

Xhud: Li fejn Grech, fejn il-hanut ta’ Grech biex nifthemu. Imh. A. Lofaro : Hdejn Grech.

Dr. T. Comodini Cachia : Imbaghad nixtieq nurik ukoll annex F tad-dokument li gie prezentt illum.

Imh. A. Lofaro : Tad-dossier mela li gie pprezentat minn Miss Corinne Vella llum dsatax (19) ta’ Frar.

Dr. T. Comodini Cachia : Pagna wiehed u erbghin (41). Imh. A. Lofaro : Pagna wiehed u erbghin (41).

Dr. T. Comodini Cachia : Fejn inti tellajt post, qed nassumi ta’ xi rapport f’gazzetta u dak ir-rapport jghid hekk : A certain Gafa` compared

Daphne’s funeral to a carnival. Dak a certain Gafa` li tellajt il-post inti, huwa inti?

Xhud: Lanqas kont qieghed Malta fil-funeral tas-sinjura jiena. Dr. T. Comodini Cachia : Ma qalx li kont qieghed Malta . . .

Imh. A. Lofaro : Imma forsi rajtu . . . . Dr. T. Comodini Cachia : Qal a certain . . .

Xhud: Tista’ tghidli fejn jekk jghogbok ghax mhux qieghed narah jien ta’. Dr. T. Comodini Cachia : Le, m’intix tara l-istess dossier.

Xhud: Hu pacenzja bija.

Imh. A. Lofaro : Ahjar tghidilna l-pagna please.

Dr. T. Comodini Cachia : Fuq id-dossier taghkom qieghed page forty (40). Imh. A. Lofaro : Page forty (40). Pagna numru erbghin (40).

Imh. M. Mallia : Comment about Daphne Caruana Galizia’s funeral. Xhud: Le dak mhux jien ghamiltu, ehe, dak mhux jien ghamiltu.

Dr. T. Comodini Cachia : X’ma ghamiltx inti? Il-post fuq il-Facebook tieghek jew dik il-kitba?

Xhud: U zgur. Le, le m’ghamiltx dik il-kitba jien. Dr. T. Comodini Cachia : Imma dik il-kitba . . . . . .

Xhud: U ma kontx qieghed Malta dak inhar jien. U mhux jien ghamiltu. Imh. M. Mallia : Int ghamilt like.

Xhud: Jista’ jkun ghamilt like imma mhux jien ghamiltu. Dr. T. Comodini Cachia : Ixxerja.

Imh. M. Mallia : Eeh?

Dr. T. Comodini Cachia : Ixxerjah. Xhud: Jista’ jkun ixxerjajtu.

Dr. T. Comodini Cachia : Ippowstjah.

Imh. A. Lofaro : Allura funeral karnival sur Gafa`?

Xhud: Ma niftakarx jekk ixxerjajtu. Issa qed noqghod fuq id-dottoressa. Imh. A. Lofaro : Mela ejja nghidu taghmel like . . . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Dak li hemm quddiemna huwa screen shot ta’ xi haga li ghadha tidher fuq il-Facebook tieghek – li jindika li inti ppostjajt parti minn artiklu ta’ gazzetta fuq il-Facebook tieghek u dak l- artiklu jghid hekk : A certain Gafa` compared Daphne’s funeral to a carnival. X’gieghlek tixxerjah?

Xhud: Qatt ma ktibtha jien. Qatt ma ktibtha. Mhux jien ktibtha.

Imh. A. Lofaro : Forsi ghidtha ghax hu qal illi inti ghamilt dak il-paragun. Ma qalx illi inti ktibtu dan.

Xhud: Le, ma ghidtiex.

Imh. A. Lofaro : Jista’ jkun illi ghidtu lil xi hadd? Xhud: Dak inhar jien ma kontx qieghed Malta.

Imh. A. Lofaro : Imma fiq il-media ma narawx kollox illum? Kollox naraw. Xhud: Hekk hu.

Imh. A. Lofaro : M’hemmx bzonn tkun Malta dan. Xhud: Imma ma ghidtux dak il-kliem jien.

Imh. A. Lofaro : Ma ghidtu lil hadd. Xhud: Le ma kellimt lil hadd dakinhar.

Imh. A. Lofaro : Taqbel illi funeral huwa qisu karnival? Xhud: Le ma naqbilx.

Imh. A. Lofaro : Le hux.

Xhud: Le ma naqbilx ma tarax jew.

Dr. T. Comodini Cachia : Allura jien ghandi nifhem illi kull darba li xxerjajt post ta The Truth Project inti ma taf xejn fuq The Truth Project?

Xhud: Jiena ma nafx x’inhu The Truth Project. Sirt naf bih issa dan l-ahhar meta ssemma fil-media.

Dr. T. Comodini Cachia : Allura meta inti taghmel shares ta’ posts ta’ Truth Project . . . . . .

Xhud: Tista’ tghidli liema huma jekk joghgbok? Dr. T. Comodini Cachia : Iva mela le.

Imh. A. Lofaro : Like donnha ta, mhux li kienet shared Dottor. Dr. T. Comodini Cachia : Sibtha.

Imh. A. Lofaro : Hawn hekk like ghandna hux hekk.

Dr. T. Comodini Cachia : Ha x’jismu. Ara ha nurik pages twenty four (24), twenty three (23) u twenty two (22) – twenty two (22), twenty three (23) u twenty four (24) fejn taht il-profil tieghek hemm il- posters biex nghid hekk for a want of a better world ta’ The Truth Project. Jekk inti dawk ippowstjajthom jew ixxerjathom jew ghamilt like taghhom – sentejn ilu . . . .

Xhud: Two thousand and eighteen (2018).

Dr. T. Comodini Cachia : Sentejn ilu, kif illum tghidilna issa sirt taf bih The Truth Project?

Xhud: M’iniex ha nichad illi xxerjajtu.

Dr. T. Comodini Cachia : Allura kif tispjega r-risposta tieghek illi llum sirt taf bih The Truth Project?

Xhud: Le mhux illum sirt naf bih. Sirt naf bih meta beda jissemma dan l- ahhar.

Dr. T. Comodini Cachia : Dan l-ahhar meta? Ghax twenty eighteen (2018) mhux dan l-ahhar, ghalija.

Xhud: Jiena Truth Project, l-isem Truth Project sirt naf bih ftit gimghat ilu.

Dr. T. Comodini Cachia : Allura meta ghamilt share tieghu? Xhud: Jista’ jkun li ma tajtx kas l-isem.

Dr. T. Comodini Cachia : Tajjeb.

Imh. A. Lofaro : Ma kontx taf jigifieri?

Xhud: U dan l-ewwel wiehed jien ghamiltu wkoll. Imh. A. Lofaro : Ma kontx taf bih sur Gafa`?

Xhud: Le ma kontx naf bih ta’ – mhux ha nichad illi xxerjajtu ovvjament.

Dr. T. Comodini Cachia : Bhala habib tas-sur Keith Schembri, tghajt kaz illi ssemma fil-Panama Papers? Tghajt kaz ir-rapporti ta’ l-FAIU fir- rigward ta’ suspetti ta’ money laundering fir-rigward tas-sur Schembri? U jekk iva inti gbidt l-attenzjoni tieghu? Hadt xi passi jew dan interpretajtu bhala xi haga li qed tghid Daphne u allura kompla jdejqek?

Xhud: Jiena qatt ma rajt rapporti l-ewwel haga. Imh. A. Lofaro : Qatt ma rajt?

Xhud: Qatt ma rajt rapporti jiena. Imh. A. Lofaro : Rapporit.

Xhud: Qatt ma rajt rapporti.

Imh. A. Lofaro : Imma smajt bihom mil-media.

Xhud: Iva smajt bihom hekk hu, smajt bihom imma ma gewx f’idi rapporti.

Imh. A. Lofaro : Possibbli ma kellimtux fuqhom? Xhud: Fejn jidhol xoghol . . . . .

Imh. A. Lofaro : Imma habib tieghek?

Xhud: . . il-hbiberija tieqaf. Hu kien superjur tieghi, jiena ifhimni ma kontx noqghod insaqsih certu affarijiet.

Imh. A. Lofaro : Imma anqas hu ma kienx jiftah qalbu mieghek bhala habib, xejn?

Xhud: Le, ovvja dejjem cahad illi – certu affarijeit li hargu fuqu. Imh. A. Lofaro : Imma cahad mieghek jew li taf publikament issa? Xhud: Cahad mieghi wkoll.

Imh. A. Lofaro : Cahad mieghek. Xhud: Iva, kemm ‘il darba cahad.

Imh. V. Said Pullicino : Kien urtat hux hekk? Xhud: Skuzani?

Imh. V. Said Pullicino : Kien urtat. Imh. A. Lofaro : Kien imwegga’. Xhud: Hadd ma jiehu pjacir. . . Imh. A. Lofaro : Imma kien imwegga? Xhud: . . . b’allegazzjonijiet hu.

Imh. A. Lofaro : Kien imwegga? Xhud: Unaminament iva.

Imh. V. Said Pullicino : U ma kellimtux allura fuq is-suggett ghax intom hbieb sew jigifieri tiltqghu, ma nghidx kulljum, ta’ spiss . . .

Xhud: Hekk hu.

Imh. V. Said Pullicino : Xi haga bilfors intqal. Imh. A. Lofaro : Neighbours u kollox.

Imh. V. Said Pullicino : U issa terga’ lanqas ghandu xoghol, issa spicca x- xoghol.

Xhud: Nafu hafna s-sur Schembri, allura bhala habib tieghu meta kont narah down ma kontx ha noqghod inkellmu fuq affarijiet . . . . . .

Imh. V. Said Pullicino : . . . . .

Xhud: Anzi mmur ghalih filghodu fis-sitta u nofs (06:30) ta’ filghodu, mmoru mixja, naghmlu siegha, siegha u nofs mixja.

Imh. A. Lofaro : Ghax toqghodu vicin.

Xhud: Ezatt. Imbaghad immorru d-dar ninhaslu u mmorru ghax-xoghol. Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri kontu close hafna.

Xhud: U ghadna close.

Imh. V. Said Pullicino : Ma nistax nifhem jien kif tnejn min nies ikunu close daqshekk u certi affarijiet daqshekk importanti, daqshekk iddisturbaw il-hajja tieghu dan, ghax dana ddisturbah u qalu fuq is-

sahha tieghu, qalu fuq il-Panama Papers – oggett illi jakkuzawh li kkawza delitt tajjeb, spicca mill-amministrazzjoni minn fejn kien, I mean bilfors tweggghu sew.

Xhud: Iva.

Imh. V. Said Pullicino : Allura ma tkellimtux?

Imh. A. Lofaro : Anqas fuq ir-rizenja tieghu ma tkellimtu? Xhud: Tkellimna fuq ir-rizenja. Tkellimna fuq ir-rizenja. Imh. A. Lofaro : Tkellimtu.

Dr. T. Comodini Cachia : Ghal li jista’ jkun, fl-istorja tal-fuel smuggling inti ddiskutejtha mas-sur Keith Schembri?

Xhud: Ma ddiskutejtiex u ma hadd ma ddiskutejtha.

Dr. T. Comodini Cachia : Lanqas fuq il-post tax-xoghol f’xi laqghat? Xhud: Le, lanqas, qatt.

Imh. V. Said Pullicino : Lanqas il-Libja? Xhud: Ma kienx xogholi jien.

Imh. V. Said Pullicino : Lanaqs il-Libja? Xhud: Il-Libja ddiskutejt imigrazzjoni. Imh. V. Said Pullicino : Mhux iz-zejt.

Xhud: Qieghed taht gurament. Il-Libja dejjem iddiskutejt imigrazzjoni. Imh. V. Said Pullicino : Ghax dina nkwetatna ftit ta’ sur Gafa` u forsi anke s-

sur Schembri issa jilluminana. I mean din illi giet attribwita l- assassinju ghal kwistjoni tas-zejt jew tal-mafia, speci zvijat l- attenzjoni ta’ kullhadd hu. Jigifieri x’kienet ir-raguni ghal din ghax ovvjament ma kienetx vera din, dina ovvjament mil-provi jidher hawn mhix vera.

Xhud: Ahna qatt ma kellna l-ebda direzzjoni biex niddevjaw il-media jew .

. . . .

Imh. V. Said Pullicino : Inti le, inti le. Imma bejnietkom ma tkellimtux? Xhud: Le, le qatt, qatt.

Imh. V. Said Pullicino : Qatt. Qatt ma qallek min ghamilha dik, taz-zejt ghamluha din, qatt ma qallek hekk lilek?

Xhud: Le qatt, qatt, qatt. Imh. V. Said Pullicino : All right. Imh. M. Mallia : Dr. Azzopardi.

Dr. Jason Azzopardi : Grazzi. Sur Imhallef, Sinjuri Imhallfin, xtaqt insaqsi lis- sur Gafa`, ha nimxu b’mod kronologiku – l-mod kif kien impjegat.

Imh. A. Lofaro : Ehe.

Dr. Jason Azzopardi : Jiena jekk fhimt hazin jispjega, hu kien impjegat ta’ l- FMS.

Xhud: It-tieni kuntratt.

Dr. Jason Azzopardi : It-tieni kuntratt. L-FMS hija l-Foundaton for Medical Studies, Services li allura kien inghata mill-Ministru Konrad Mizzi.

Xhud: Hekk hu nikkonferma.

Dr. Jason Azzopardi : Issa meta l-Ministru Chris Fearne sar il-Ministru tas- Sahha, li allura kien April two thousand and sixteen (2016), inti ftit wara spiccajt il-Ministeru ta’ Ghawdex.

Xhud: Ma kontx nirraporta l-Ministeru ta’ Ghawdex, imma kont nahdem Ghawdex fosthom fil-Ministeru.

Dr. Jason Azzopardi : Fosthom fil-Ministeru ta’? Xhud: Hekk hu ta’ Ghawdex.

Dr. Jason Azzopardi : Ta’ Ghawdex. Imh. A. Lofaro : Ta’ Ghawdex.

Dr. Jason Azzopardi : Issa bil-barka ta’ min sar dan it-trasferiment? Imh. M. Mallia : Nibdew minn hawn, tlabtu int?

Xhud: Ija.

Imh. M. Mallia : Eh? Xhud: Ija.

Imh. A. Lofaro : Ridt tmur Ghawdex?

Xhud: Ifhimni ghax jiena diga kont nitla Ghawdex darbtejn fil-gimgha. Ghall-ewwel kont intbghatt nahdem f’ufficcju Gwardamangia – jiena ma rajtx li l-post huwa adegwat ghax-xoghol li naghmel, imbaghad kont tlabt illi nitla’ nahdem Ghawdex u kont naqsam kulljum.

Imh. V. Said Pullicino : Kien baghtek il-Ministru Fearne allura. Xhud: Kien jaf il-Ministru Fearne.

Imh. V. Said Pullicino : Dan it-taqlib fil-hajja tieghek sar meta sar taqlib fil- Ministeri basically, hux hekk?

Xhud: Mhux mill-ewwel. L-ewwel darba kien geddidli l-kuntratt anzi Mr.

Fearne.

Imh. V. Said Pullicino : Mela jigifieri, ghax apparentament huwa l-Ministru Fearne li ddecieda li jaghmillek it-transfer hux hekk? Jew inkella tlabt int u kien hemm . . .

Xhud: Ezatt kien hemm agreement, tajjeb.

Imh. V. Said Pullicino : Imbaghad kif gejt lura f’Kastilja?

Xhud: Jien kont qieghed nahdem Ghawdex u hassejt illi, jien noqghod il- Mellieha jigifieri kwazi, kwazi kienet gietni ahjar jien ghax f’ghoxrin

(20) minuta nasal Ghawdex.

Dr. T. Comodini Cachia : L-ewwel fhimtu jghid ix-xhud li kien miskin li kellu jitla’ Ghawdex kulljum.

Imh. A. Lofaro : Li kien iddispjacut li kellu jmur Ghawdex.

Xhud: Ovvjament hrigt mill-Ministeru at a cost. Ma xtaqx nohrog mill- Ministeru.

Dr. Jason Azzopardi : Ara nkunux iktar precizi sur Gafa`, ghax din hija xi haga li ha tigi kkonfermata. Kien il-Ministru Fearne illi kecciek mill- Ministeru.

Xhud: Iva nikkonferma.

Dr. Jason Azzopardi : Tikkonferma. Xhud: U qatt ma nghatajt spjegazzjoni.

Dr. Jason Azzopardi : Ara tiftakarx jistaqsik . . . .

Imh. V. Said Pullicino : Nofs sekonda. Il-kelma kecciek ezatta? Xhud: Itterminali l-kuntratt.

Imh. V. Said Pullicino : Itterminalek il-kuntratt sewwa.

Dr. Jason Azzopardi : Ara jekk naqblux u tiftakarx illi r-raguni ghalfejn itterminalek il-kuntratt kien ghaliex talbek spjegazzjoni ghalfejn gej u sejjer il-Libja pero’ dan inti ma stajtx u ma ridtx taghmlu?

Xhud: Mela mhux talli mhux hekk, talli . . . Dr. Jason Azzopardi : Mhux vera?

Xhud: Le, le, jiena qieghed taht gurament, talli . . .

Dr. Jason Azzopardi : . . . spjegazzjoni s-sur Fearne, l-Ministru Fearne? Xhud: Le, talli Mr. Fearne kien jaf illi jien ipprezentajt invoices relatati ma

Mater Dei illi ghad ghadhom pendenti minn naha tal-Libjani u ta’ dan hemm xhud ukoll il-Perm. Sec.

Dr. Jason Azzopardi : Mela dan punt importanti. Jew abjad jew iswed, jew vi jew va, jew skorfina jew vit. Il-Ministru Fearne tajtu spjegazzjoni. Kien jaf ghalfejn kont gej u sejjer il-Libja.

Xhud: Da zgur kien jaf ghalfejn naghmel xoghol, fosthom per ezempju u nista’ nikkonferma wkoll, bis-sahha tax-xoghol li ghamilt jiena thallas Mater Dei xi erba’ mitt elf (400,000) Ewro mill-flus li hemm pendenti u gibna wkoll 625K ghas-St. James. Dawn huma konfermati b’dokumenti jigifieri.

Dr. Jason Azzopardi : Issa nigu ghal tal- Ministeru ta’ Ghawdex. Mela fl- elfejn u sittax (2016) spicca l-kuntratt, bdejt titla’ l-Ministeru ta’ Ghawdex. X’interaction kellek mal-Ministru ta’ Ghawdex illi r- ragel taghha kien ufficjal gholi fil-Korp tal-Pulizija?

Xhud: Dak iz-zmien Ministru kien Anton Refalo jidhirli. Mhux jidhirli, li kien Anton Refalo l-Ministru. Qatt ma hdimt meta kien hemm Dr. Justyne Caruana bhala Ministru.

Dr. Jason Azzopardi : Pero’ l-Ministru Refalo qatt saqsiek kif qed tigi tahdem il-Ministeru tieghi?

Xhud: Anzi kont nara n-nies mieghu.

Dr. Jason Azzopardi : Kont tara n-nies mieghu. Xhud: Iva nikkonferma.

Dr. Jason Azzopardi : Jekk il-Bord jippermettili, harget cara md-domandi tal-kollega illi s-sur Gafa` hass illi minkejja illi huwa mpjegat tas- servizz publiku, la attakkatni l-gurnalista, jien nattakkaha lura.

Imh. A. Lofaro : Mhux hekk biss qal, attakkat nies ohrajn.

Dr. Jason Azzopardi : Ezatt. Issa li xtaqt nistaqsi lis-sur Gafa`, qattx ingibditlu l-attenzjoni, jew forsi gie censurat, imwissi, imwiddeb jew mic-chief of Staff tal-Prim Ministru jew mill-Prim Ministru illi huwa mhux accettabli, mhux tajjeb, illi f’demokrazija ufficjal publiku, tas-servizz publiku jattakka gurnalista.

Xhud: L-ewwel nett jiena kont a person of trust u iva . . . . . .

Dr. Jason Azzopardi : U allura? U allura a person of trust xi tfisser allura? Xi tfisser? Ma ghandekx irbit?

Xhud: Le, le ghandi rbit iva, pero’ kont person of trust. Biex naghmluha cara u jista’ jkun iva li xi darba ktibt xi kummenti u gibduli l- attenzjoni, iva.

Dr. Jason Azzopardi : Min gibidlek l-attenzjoni? Xhud: Ta’ fuqi.

Imh. A. Lofaro : Jigifieri jew il-Prim Ministru jew Keith schembri. Xhud: Dawk ta’ fuqi.

Dr. Jason Azzopardi : U wara li gibdulek l-attenzjoni ta’ fuqek waqaft? Xhud: Gie li nehhejthom.

Dr. Jason Azzopardi : Gie li nehhejthom. Xhud: Mhux darba jew tnejn.

Dr. Jason Azzopardi : Lill-Prim Ministru ghidtlu li inti fit-toroq ta’ Tripli nzertajt hbatt ma leader tal-milizzja Libjana?

Xhud: Jiena ma hbattx.

Dr. Jason Azzopardi : Ma hbattx. Ma hbattx.

Xhud: Ma hbattx. Kien hemmhekk u tkellimna hux. Dr. Jason Azzopardi : Tkellimtu.

Xhud: Ezatt hekk hu. Imma mhux hbatt go fih.

Dr. Jason Azzopardi : Pero’ nfakkrek illi kont illi lit-Times ghidtilhom illi nzertajt I bumped into him on the street, kliemek.

Xhud: Iltqajt mieghu.

Dr. Jason Azzopardi : Le, le . . . .

Xhud: Kont qieghed fil-pjazza ehe u fost in-nies li rajt ehe. Dr. Jason Azzopardi : Ifhimni ftit.

Xhud: Mhux bhatt go fih imma hekk hu, imma ma kienx hemm meeting miftiehem.

Dr. Jason Azzopardi : Government official Neville Gafa` admitted he bumped into one of Tripoli’s most notorious militia leaders during his controvensial visit in Libia last month but played it down as nothing serious. Din hija Sinjuri Imhallfin, biex inkun lejali maghkom, artiklu tat-Times tal-hamsa (5) ta’ Dicembru, elfejn u tmintax (2018). Issa jirrizulta ili dan huwa Tajouri.

Xhud: Hekk hu nikkonferma.

Dr. Jason Azzopardi : Tajouri taf li hemm sanzjonijiet fuq tal-Gnus Maghquda fuqu.

Xhud: Iva u jmur Franza wkoll jigifieri . . . .

Dr. Jason Azzopardi : Issa bil-brief ta’ min iltqajt mieghu? Xhud: Ta’ hadd.

Dr. Jason Azzopardi : Ta’ hadd?

Xhud: Ta’ hadd. Ir-responsabilta nohodha jien.

Dr. Jason Azzopardi : Tohodha inti. Pero’ meta l-Prim Ministru Joseph Muscat is-sena li ghaddiet gie mitlub mil-media lokali jispjega dwar iz-zjarat tieghek gewwa l-Libja, ddefendiek u qal illi inti kont the special envoy of the Government.

Xhud: Ma qalx hekk.

Dr. Jason Azzopardi : Ma qalx hekk?

Xhud: Le. Qatt ma qal li kont special envoy tal-Government, jiddispjacini. Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri fil-fatt ma kontx?

Xhud: Qatt ma kont special envoy.

Imh. V. Said Pullicino : Ma kontx special envoy?

Xhud: Qatt ma kont sepcial envoy. Nitolbok issibha halli fil-kaz nikkoregi lili nnifsi.

Dr. Jason Azzopardi : Sur Imhallef . . . .

Imh. V. Said Pullicino : Kif iltqajt ma l-agent prim Ministru allura? Xhud: Skuzani?

Imh. V. Said Pullicino : Kif iltqajt ma . . . . Xhud: Kont nitla unofficial.

Imh. V. Said Pullicino : Unofficial?

Xhud: Imma kien ikolli l-meetings, hekk hu, kont nissettja l-meetings, issa jekk tridu nitkellmu fuq il-Libja ta’ mhix problema u nispjegalkom iktar x’kont . . . . .

Imh. V. Said Pullicino : Ahna mhux . . . . . .

Xhud: Le imma mportanti ghax Dr. Azzopardi qajjem punt importanti hafna, nahseb ghandu johrog.

Dr. Jason Azzopardi : L-iskop ta’ l-inkjesta mhux li taraw inti . . . . Xhud: Le imma nahseb punt importanti.

Imh. M. Mallia : Jekk niftakar sew f’xi zmien, ikkoregini jekk ghandi zball, il- Prim Ministru kien qal . . . . .

Xhud: Li qed naghmel xoghol tajjeb.

Imh. M. Mallia : . . . illi inti qed taghmel xoghol tajjeb. Xhud: Iva, ehe fuq dan il-punt irrid, hekk hu, hekk hu. Imh. M. Mallia : Mela spjega, x’kien dan ix-xoghol . . . . . .

Xhud: Hekk hu bl-intervent tieghi twaqqfu eluf ta’ immigranti li kieku dahlu Malta.

Imh. A. Lofaro : Twaqqfu kif?

Xhud: Twaqqfu jigifieri konna nikkordinaw . . . Dr. Jason Azzopardi : . . . .

Xhud: Le, le ma kienx hemm push backs biex naghmilha cara. Pero’ jiena kont nikkordina bejn il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Awtoritajiet Libjani, fosthom il-Libian Coastguards.

Imh. A. Lofaro : I see.

Xhud: Kif konna nkunu nafu ahna fejn qeghdin id-dghajjes tajjeb, ninfurmaw lill-Awtoritajiet Libjani biex dawn in-nies jigu salvati. Kieku mietu eluf, eluf, ta’ nies.

Imh. A. Lofaro : U sa kemm bqajt taghmlu dan ix-xoghol. Imh. V. Said Pullicino : L-iskop tal-meeting kien dan jigifieri. Xhud: Ija u zgur.

Imh. A. Lofaro : U sakemm bqajt taghmlu dan ix-xoghol? Xhud: Sakemm irrezenjajt.

Dr. Jason Azzopardi : Ara sur . . .

Imh. V. Said Pullicino : Inti rrizenjajt jew inkella . . . . Xhud: Irrizenjajt.

Imh. V. Said Pullicino : Mhux . . .

Xhud: Jien irrizenjajt, issa min jghid kontra. Imh. V. Said Pullicino : Le, le il-fatt . . .

Xhud: Jiena rrizenjajt erbgha u ghoxrin siegha wara li rrizenja Dr. Muscat u dejjem kien hekk il-hsieb tieghi li kif jitlaq Dr. Muscat nirrezenja.

Imh. V. Said Pullicino : Kienet decizjoni tieghek personali? Xhud: Iva, jiena kont lejali lejn Dr. Muscat u hassejt illi . . . . Imh. V. Said Pullicino : Fair enough.

Xhud: Etikament ghandi nwarrab u jidhol haddiehor hu. Issa x’qed jaghmel min qieghed jaghmel ix-xoghol floki ma nafx.

Dr. Jason Azzopardi : Sinjuri Imhallfin qed naghmel referenza ghall- artiklu li deher fil-Malta Indipendent tas-sebgha u ghoxrin (27) ta’ Gunju, elfejn u dsatax (2019) fejn il-Prim Ministru Joseph Muscat f’domandi illi sarulu kkonferma illi s-sur Gafa` kien qieghed jirrapprezenta l-Gvern Malti ghal tahdidiet mal-Gvern Libjan. U

iktar tard hemm rapport f’gurnal lokali ta’ Novembru elfejn u tmintax (2018), kemm insibu, illi inti fil-fatt tigi riferut bhala special envoy tal- Prim Ministru. Issa kien hemm ritratt tieghek ma ufficjali tal-Gvern Libjani. Id-domanda tieghi Sinjuri Imhallfin hija, ghaliex kien akkompanjat minn Kenneth Camilleri, l-istess Kenneth Camilleri li kien qieghed jissemma fil-kumpilazzjoni ta’ l-omicidju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Xhud: Kenneth Camilleri kont nitolbu jiena biex kull meta ninzel il-Libja jkun mieghi. Ifhimni, ma konniex qed immorru Barcellona jew Ibiza. Morna . . . . . .

Dr. Jason Azzopardi : Jigifieri s-security . . . . . .

Xhud: Fi gwerra konna qeghdin nizlu ahna. Hassejt ehe li ghandi jkolli wens b’xi hadd illi huwa vicin tieghi.

Dr. Jason Azzopardi : Issa inti gie li ghidt pero’ ili inti kont qed tmur il-Libja, u jekk fhimt sewwa anke dalghodu, ftit tal-hin ilu, lill- bord ghidt, inti kont qed tmur ghal zjarat personali.

Xhud: Qatt m’ghidt li mort ghal zjarat personali.

Dr. Jason Azzopardi : Qatt m’ghidt li mort ghal zjara personali? Imh. A. Lofaro : B’xoghol minghalija ghidtilna.

Xhud: Ehe b’xoghol.

Imh. A. Lofaro : Imma xoghol privat ukoll. Xhud: Xoghol jista’ jkun . . . .

Imh. A. Lofaro : Hekk hu.

Dr. Jason Azzopardi : Hekk hu. Tiftakar is-sena li ghaddiet . . . . Xhud: Iva.

Dr. Jason Azzopardi : Caroline Muscat f’The Shift News tohrog visa tal- Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ Tripli – u ha nuza l-kliem taghha, ghax qatt ma kellna cahda jew spjega minn naha tieghek, Neville Gafa` entered Libia with a viza issued on the invetation of the Foreign Affairs Ministry according to leaked documents that counter Gafa’s assertion that he was there on a, quote, personal visit. U din harget minn gurnalisti Libjani. Dan l-artiklu tiftakru?

Xhud: Ma niftakrux.

Dr. Jason Azzopardi : Ma tiftakrux. Hawnhekk hawn print out ta’ din il-viza u li nteressanti wkoll, iva inti zort l-Ambaxxata Maltija fi Tripli dak inhar?

Xhud: Zort l-ambaxxata ta’ Tripli, Maltija iva, mort nara l-istat . . . . Dr. Jason Azzopardi : Ghax kienet maghluqa.

Xhud: Iva u ftahniha biex naraw u ghamilt rapport dwarha. Imh. A. Lofaro : Ir-relevanza x’inhi?

Imh. M. Mallia : X’inhi r-relevanza? Xhud: Mhux problema, nwiegeb ta.

Imh. A. Lofaro : Le, imma rridu nkunu nafu r-relevanza x’inhi. Xhud: Anzi ahjar ghax . . . .

Imh. A. Lofaro : Irrid inkun naf x’inhi r-relevanza.

Dr. Jason Azzopardi : Ir-relevanza hija l-governanza fi hdan l-Ufficcju tal- Prim Ministru minn persuna illi kienet allegatament tgawdi certu latitude, I’m being very diplomatic.

Imh. A. Lofaro : Person of trust.

Dr. Jason Azzopardi : Very diplomatic. Minn naha ta’ Keith Schembri, huwa l-uniku persuna wara li hareg l-isem ta’ Keith Schembri fil-lejl ta’ Novembru li ghadda zamm kuntatt mas-sur Schembri – ma kienx hemm diffikulta biex jikkomunikaw.

Imh. A. Lofaro : Iva kienet fil-media naf iva, kienet fil-media.

Dr. Jason Azzopardi : Allavolja tilef il-mobile is-sur Schembri. U allura hemm pattern fejn certi persuni fi hdan dan l-Ufficcju tal-Prim Ministru bil-barka ta’ l-Prim Ministru u Chief of Staff tieghu jaghmlu affarijiet u ghamlu affarijiet illi potenzjalment intralcaw certi affarijiet ohrajn anke fi hadan l-investigazzjoni.

Imh. A. Lofaro : Fuq il-media qed isaqsik.

Dr. Jason Azzopardi : Iva fuq il-medical visas. Xhud: Iva.

Dr. Jason Azzopardi : Ghalhekk Sinjuri Imhallfin . . .

Imh. M. Mallia : Imma l-medical visas . . . ghal xi haga ohra dawn. Xhud: Skuzawni, mhux qed nifhem.

Dr. Jason Azzopardi : Sur Imhallef il-kwistjoni tal-medical visas . . . . Imh. M. Mallia : . . . . ma rridx noqghod naghmel tangents.

Imh. A. Lofaro : Trid tkun relevanti.

Imh. M. Mallia : Trid tirrispondi?

Xhud: Nixtieq jispjegali iktar ghax mhux qed nifhem.

Dr. Jason Azzopardi : L-impunita huwa wiehed mir-remits ta’ din l-inkjesta? Imh. M. Mallia : L-impunita iva.

Imh. A. Lofaro : Iva.

Dr. Jason Azzopardi : Issa jekk il-forzi tal-pajjiz, l-istituzzjonijiet tal-pajiz in vista ta’ allegazzjonijiet serjissimi, m’hemmx ghalfejn nghidilkom x’inhuma ghax qrajnihom . . . dwarhom.

Xhud: Gejt investigat.

Dr. Jason Azzopardi : Ma saritx – ma xejn minn naha tal-pulizija. Xhud: Le, le jiddispjacini.

Imh. A. Lofaro : Imma dwar xiex ma sar xejn? Xhud: Le, m’hu veru xejn.

Imh. A. Lofaro : Rigward is-sinjur issa.

Dr. Jason Azzopardi : . . . . jew ma hemmx impunita. Xhud: M’hu veru xejn. Bir-rispett kollu.

Imh. A. Lofaro : Fir-rigward is-sinjur imma.

Xhud: Bir-rispett kollu gejt investigat jien hu. Gejt investigat. Dr. Jason Azzopardi : Gejt investigat?

Xhdu: Ghal sighat twal gejt investigat jien. Dr. Jason Azzopardi : Fuq dak is-suggett?

Xhud: Fid-Depot tal-Pulizija.

Imh. A. Lofaro : Minghalija diga qalha wkoll.

Xhud: Iva, iva. Dawn huma affarijiet iddokumentati jigifieri. Jekk taghmel daqsxejn xoghol mal-pulizija nahseb jikkonfermawlek li gejt investigat jien.

Dr. Jason Azzopardi : Biex nigu ghal suggett iktar vicin ta’ din l-inkjesta – wara illi Keith Schembri rrizenja inti ltqajt mieghu?

Xhud: Da zgur. Kulljum niltaqa’ mieghu. Dr. Jason Azzopardi : Kulljum?

Xhud: Kulljum.

Dr. Jason Azzopardi : Qallek xi gralu l-mobile? Xhud: Tilfu.

Dr. Jason Azzopardi : Qallek meta tilfu? Xhud: Tilfu.

Dr. Jason Azzopardi : Qallek meta tilfu?

Xhud: L-ghada mort u qalli li tilef il-mobile. Jiena filghodu naqbad u mmur ghandu, bhal ma dejjem naghmlu, ghax lanqas ha nghidlu ha nigi, qalli : Tlift il-mobile.

Dr. Jason Azzopardi : Qallek li filghaxija kien id-dar ta’ Joseph Muscat sa nofs il-lejl?

Xhud: Naf li kien ghand Dr. Muscat.

Dr. Jason Azzopardi : Taf. Taf illi l-mobile tilfu bejn nofs il-lejl u l-hamsa ta’ filghodu meta sar l-arrest tieghu?

Xhud: Li naf jiena mort filghodu . . . . . Dr. Jason Azzopardi : X’qallek hu tista tighi. Xhud: Hu qalli : Nev, tlift il-mobile.

Dr. Jason Azzopardi : Biex inkun fair mieghek x’qallek hu. Xhud: Hekk hu qalli : Nev, tlift il-mobile.

Dr. Jason Azzopardi : Imma inti habib tieghu tant ma tghidlux dan fejn tliftu l-mobile? Chief of Staff ta’ dan mhux Sosu tal-haxix.

Xhud: Qalli tilfu. Ghalhekk tilfu, tilfu ma jafx. Kieku jaf fejn tilfu, kieku ma tilfux.

Dr. Jason Azzopardi : Kif kien l-istat tieghu, kien inkwetat? Xhud: Li tilef il-mobile?

Dr. Jason Azzopardi : Ehe. Xhud: Mhux ovvja.

Dr. Jason Azzopardi : Kien inkwetat. Xhud: Heqq.

Dr. Jason Azzopardi : Qallek jekk ghamilx rapport? Xhud: Le ma qallix jekk ghamilx rapport jew le. Dr. Jason Azzopardi : Ma qallekx?

Xhud: Le.

Dr. Jason Azzopardi : Qallek li gie mitlub mill-pulizija biex jipprovdi certu dettalji fuq il-mobile nkluz passwords ta’ l-icloud tieghu u rrifjuta? Taqsmu hafna affarijiet bejnietkom intom. Qallek?

Xhud: Li rrifjuta?

Dr. Jason Azzopardi : Ehe.

Xhud: Kienet qieghda pubblika.

Dr. Jason Azzopardi : Naf li pubblika ghax lilek qed insaqsik.

Xhud: Jigifieri xejn gdid. Dr. Jason Azzopardi : Iva. Xhud: Le ma qallix.

Dr. Jason Azzopardi : Jigifieri inti taf . . . qallek hu. Xhud: Ezatti, imma naf.

Dr. Jason Azzopardi : Melvin Theuma qatt kellimtu? Xhud: Jien qatt ma rajt jew kellimt lil Melvin Theuma. Dr. Jason Azzopardi : Keith Schembri qatt semmijulek? Xhud: Qatt.

Dr. Jason Azzopardi : Qatt? Xhud: Qatt.

Dr. Jason Azzopardi : Tal-Maksar qatt semmihomlok? Xhud: Qatt.

Dr. Jason Azzopardi : Kevin ic-Coqcoq qatt semmijulek? Xhud: Qatt.

Dr. Jason Azzopardi : Qatt.

Imh. A. Lofaro : Kevin ic-Coqcoq?

Imh. V. Said Pullicino : U l-Yorgen Fenech? Xhud: Yorgen Fenech naf li habib tieghu.

Imh. V. Said Pullicino : Le, le jekk semmijulekx Keith Schembri? Xhud: Le, naf li kienu hbieb imma.

Imh. V. Said Pullicino : Imma taf f’liema kuntest kienu hbieb? Xhud: Li hbieb. Iissa ma nafx – li hbieb, naf li kienu hbieb. Imh. V. Said Pullicino : Imma jiena kelli hbieb u ghad ghandi. Imh. M. Mallia : Qalilna ta’ li kienu hbieb, jaf li kienu hbieb.

Xhud: Hekk hu.

Imh. V. Said Pullicino : Li kienu habieb nafu. Jiena kelli hbieb u inti kellek il- hbieb u generalment titkellem fuq hafna affarijiet, anke fuq xoghol. Imma jigifieri dana ahna qed nitkellmu fuq xi hadd illi qed jipprova jdahhlu b’xi mod jew iehor, jakkuzah b’omicidju tajjeb jew kwazi u ma titkellmux? Dak Fenech qed jivvinta fuqi, qatt m’ghidtu xejn?

Xhud: Ovvjament li qalli li vvinta fuqu. Imh. V. Said Pullicino : Mhux ovvjament.

Xhud: U zgur li qalli li vvinta fuqu u ddispjacut hu.

Dr. T. Comodini Cachia : Meta tkellimtu. Xhud: Iva.

Imh. V. Said Pullicino : Mela jigifieri qallek, iddiskutejtuh is-suggett u hassu ddispjacut.

Xhud: Da zgur, nikkonferma hu.

Imh. V. Said Pullicino : U allura ma qallekx dan, dana kienu qeghdin iwahhlu f’Yorgen Fenech u mhux f’taz-zejt?

Xhud: Le z-zejt qatt ma semmejnieh. Qatt ma ssemma mkien iz-zejt.

Dr. Jason Azzopardi : Skuzani Sur Imhallef, Kenneth Camilleri inti ghandek il-wens u hbieb.

Xhud: Iva.

Dr. Jason Azzopardi : Zgur li Kenneth qallek meta mar id-dar ta’ Melvin Theuma fuq . . . . . .

Xhud: Le qatt, le ma qallix. Dr. Jason Azzopardi : Le?

Xhud: Le, qed nghidha taht gurament. Ma qallix.

Dr. Jason Azzopardi : Meta smajtha fl-ahbarijiet l-ewwel darba, lil Kenneth kellimtu?

Xhud: Da zgur li kellimtu.

Dr. Jason Azzopardi : X’qallek Kenneth? Xhud: Kenneth tinsiex, Kenneth . . . . .

Dr. Jason Azzopardi : Qed nitkellmu fuq storja ta’ persuna illi toffri miljun Euro lil kull wiehed mit-tliet (3) qattiela, it-tliet (3) akkuzati jekk johorgu bil-bail.

Xhud: Cahad.

Dr. Jason Azzopardi : Mela ejja nimxu pass pass. L-istorja harget wara l- kumpilazzjoni, naqblu?

Xhud: Naqblu.

Dr. Jason Azzopardi : Xiedha Melvin Theuma u sirna nafuha dak inhar. Xhud: Ehe ezatt.

Dr. Jason Azzopardi : Qed nitkellmu bejn wiehed w iehor Diciembru, kkoregini, Dicembru kien, xahrejn ilu.

Xhud: Ezatt kif bdit il-kumpilazzjoni. Imh. A. Lofaro : Two ow one nine (2019).

Dr. Jason Azzopardi : Issa – two ow one nine (2019). Jien ghandi nifhem u ghandi ghalxiex nifhem illi inti Kenneth iltqajt mieghu f’Novembru, f’Dicembru u f’Jannar.

Xhud: Ehe hekk hu.

Dr. Jason Azzopardi : Hekk hu. F’Malta biss jew barra? Xhud: Malta ltqajt mieghu dan l-ahhar.

Dr. Jason Azzopardi : Malta.

Xhud: L-ahhar li sifirna flimkien morna l-Libja.

Dr. Jason Azzopardi : Hekk hu ezattament, meta kien dak, bejn wiehed w iehor?

Xhud: F’Gunju.

Dr. Jason Azzopardi : F’Gunju tas-sena li ghaddiet. Xhud: F’Gunju, l-ahhar li sifirna flimkien.

Dr. Jason Azzopardi : Hekk hu. Issa Kenneth habib tieghek, intom hbieb taqsmu l-esperjenzi ta’ xulxin. X’qallek jew x’saqsejtu harget din il- bomba bhal din fl-ahbarijiet illi kien involut f’dan it-tentattiv biex persuna tiehu l-bail? Qed nitkelmu fuq omicidju. X’qallek jew x’saqsejtu, x’kien id-diskors?

Xhud: Le xejn, saqsejtu kif inhu tajjeb u jiddispjacini illi . . . . . Dr. Jason Azzopardi : Jigifieri jien ghandi hbieb.

Xhud: Hekk hu.

Dr. Jason Azzopardi : Jekk habib tieghi nisma xi haga dwaru jiena l-ewwel haga li naghmel illi nitolbu jispjegali x’gara u kif qed jissemma.

Xhud: M’ghamiltiex.

Dr. Jason Azzopardi : M’ghamiltiex? Xhud: Le m’ghamiltiex.

Dr. Jason Azzopardi : O Gesu`! Mela ismaghni ftit. Kenneth Camileri ghadu membru tal-Korp tal-Pulizija?

Xhud: Le m’ghadux.

Dr. Jason Azzopardi : Meta spicca?

Xhud: Ma niftakarx bl-amment meta spicca. Dr. Jason Azzopardi : Is-sena li ghaddiet?

Xhud: Ehe hekk hu.

Dr. Jason Azzopardi : Ftit xhur ilu. Xhud: Le ilu iktar.

Dr. Jason Azzopardi : Ilu iktar mit-two thousand and nineteen (2019)? Xhud: Mhux mill-Korp tal-Pulizija.

Dr. Jason Azzopardi : Mis-Security Service.

Xhud: Hekk hu s-sena ‘l ohra, elfejn u dsatax (2019).

Dr. Jason Azzopardi : Mhux hekk, meta inti gie mieghek il-Libja f’Gunju . . . Xhud: Iva, kien ghadu . . . .

Dr. Jason Azzopardi : Kien ghadu fis-security Service. Xhud: Iva hekk hu, hekk hu.

Dr. Jason Azzopardi : J’Alla kienx armat ukoll il-Libja? Xhud: Le qatt ma kien armat.

Dr. Jason Azzopardi : Qatt ma kien armat? Xhud: No, no ma kellix bzonn.

Dr. Jason Azzopardi : Ok. Ghax hekk qalu l-gazzetti ta’, ghalhekk qed nghidlek.

Xhud: Le, le. Qalu hafna, qalu anka li wzajna l-karozza ta’ l-ambaxxata, ma nafx minn fejn gabuha jien. Ma nafx ambaxxata ilha maghluqa snin ghandha karozza, qatt ma rajt karozza jien.

Dr. Jason Azzopardi : Pero’ l-ambaxxata mortu? Xhud: Iva morna.

Dr. Jason Azzopardi : Issa ha nigu ghal Kenneth Camilleri nergghu. Iltqajt mal-habib tieghek Kenneth Camilleri f’Dicembru u ltqajtu tiehdu kafe`, timxu, tieklu, xiex?

Xhud: Niltaqghu ghal kafe`.

Dr. Jason Azzopardi : U inti trid tghidli li Kenneth Camilleri jissemma minn sensar ta’ qtil u jigi allegat illi kien il-go between bejn is-sensar u Keith Schembri fi storja ta’ tliet miljuni u jissemma Imhallef u jissemma l-bail u ma titkellmux fuqha?

Xhud: Qatt ma staqsejtu xejn lil Kenneth jien.

Dr. Jason Azzopardi : Int ma staqsejtux? Issib il-wens minn ghandu ma qallek xejn? Sur Gafa` ejja nirrispettaw l-intelligenza ta’ xulxin, naf li inti ragel intelligenti.

Xhud: Grazzi.

Dr. Jason Azzopardi : Ghidilna l-verita.

Xhud: Qed nghid il-verita, jiena qatt ma naghmel domandi li m’ghandix ghalfejn nidhol fihom. Mhux ma Kenneth biss, Uzajtha ma kullhadd.

Dr. Jason Azzopardi : Imma hu pacenzja bija, jekk Kenneth, ghall- grazzja ta’ l-argument dak li qed tghid nikkoncedi ghal nofs sekonda li qed tghid il-verita, li mhux qed nemmen, pero’ jekk ghal – grazzja ta’ l- argument ghandek persuna li tistmah bhala habib tieghek illi jaf idahhlek f’basla u jaf jissemma u qed jissemma f’omicidju fuq affarijiet serji, gravi u koroh, mhux fl-interess tieghek illi tara ma min qed taghmilha?

Xhud: Iva.

Dr. Jason Azzopardi : Mela allura ma ssaqsiehx issma semmewk din x’inhi?

Xhud: Ma taghmilx differenza Kenneth ta’ qabel u Kenneth t’issa ma taghmilx differenza. Jien ma saqsejtx, ma dhaltx f’certu dettalji, jiena qatt ma nwarrab hbieb hekk.

Imh. V. Said Pullicino : Pero’ Kenneth ta’ qabel l-allegazzjoni baqa’ l-istess bhal Kenneth ta’ wara?

Xhud: Ija, l-istess relazzjoni ghadna.

Imh. V. Said Pullicino : Le, le relazzjoni ghadkom l-istess, imma bhala persuna l-allegazzjoni gravi saret kontra tieghu affettwatu b’xi mod?

Xhud: Ma nahsibx illi . . . . .

Imh. V. Said Pullicino : Mhux ma nahsibx, inti tafu. Xhud: Affetwatu b’xi mod psikologikament.

Imh. V. Said Pullicino : U kif affettwatu? Xhud: Psikologikament affettwatu.

Imh. V. Said Pullicino : U minn fejn qed iggibha din affettwatu psikologikament? Ghaliex tahseb li hu hekk?

Xhud: Jiena qed nghidlek x’qed nahseb jien. Issa mbaghad certu affarijiet iwiegeb ghalihom is-sur Camilleri hu.

Imh. V. Said Pullicino : Imma jien qed insaqsik l-imgieba tieghu. Jekk il-mod kif agixxa, jekk qabdux breakdown jekk qabdux, x’kien . . . . .

Xhud: Ehe mhux hekk ma kienx Kenneth li kont naf qabel hux.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri wara li saret l-allegazzjoni ma baqax Kenneth li kont taf qabel, inbidel.

Xhud: Le u zgur.

Imh. V. Said Pullicino : Inbidel vizibilment, stajt tinduna inti bidla.

Xhud: Inbidel psikologikament. Fil-fatt wegibtek, psikologikament iva, ghadda minn zmien ikrah.

Imh. V. Said Pullicino : Inbidel u . . . . u inti ma ssaqsiehx Kenneth hawn x’garalek?

Xhud: Jien meta jkolli habib li jkun ghaddej minn zmien ikrah ma noqghodx inkabbarlu l-ferita, nipprova . . .

Imh. V. Said Pullicino : Le kont nipprova nikkunslah jien kieku. Xhud: Imma dik kif ghidtlek anke mas-sur Schembri mxejt hekk.

Imh. V. Said Pullicino : Donnu inti hallejt kollox ghaddej biex ma tidholx fiha l-affari, hux hekk?

Xhud: Skuzani?

Imh. V. Said Pullicino : Hallejt kollox ghaddej biex ma tidholx . . . . .

Xhud: Mhux kullhadd, jien kelli r-responsabiltajiet tieghi wkoll Sur Imhallef.

Imh. V. Said Pullicino : Forsi kont naghmel bhalak jien. Forsi kont naghmel bhalek imma l-atteggjament tieghek kien, dan ghandu hafna problemi mhux se nidhol fihom, hux hekk? Hekk qed nifhemm jien. Dan Kenneth Camilleri kien Secret Service Kastilja pero’?

Xhud: Hekk hu. Hekk hu.

Imh. V. Said Pullicino : Kien Kastilja jigifieri.

Xhud: Da zgur kien parti mis-sigurta tal-Prim Ministru. Imh. V. Said Pullicino : Kastilja. Ok.

Dr. Jason Azzopardi : Ejja nhallu lil Kenneth Camilleri ftit fil-genb, pero’ ahna nafu u inti ghidt li kellek u ghad ghandek rapport ta’ hbiberija u fiducja ma Keith Schembri.

Xhud: Iva.

Dr. Jason Azzopardi : U ghandi nifhem illi ma titkellmux u ma kontux titkellmu biss fuq xoghol imma fuq affarijiet . . . .

Xhud: Football.

Dr. Jason Azzopardi : Skuznai? Xhud: Football.

Dr. Jason Azzopardi : Apparti l-football imma . . . Imh. V. Said Pullicino : Mal-Milan hu?

Xhud: Le mhux mal-Milan. Hu mal-Manchester United, ma naqblux jigifieri.

Imh. V. Said Pullicino : Hazin.

Dr. Jason Azzopardi : Issa, Keith Schembri s-sena li ghaddiet gie li qallek dwar Chris Cardona u l-omicidju ta’ Daphne?

Xhud: Le qatt.

Dr. Jason Azzopardi : Keith Schembri qatt qallek illi kien jaf illi Chris Cardona kien mitlub jirranga numru ta’ containers, kuntrabandu, sigaretti kull sena biex jithallsu certu nies biex tinqatel Daphne?

Xhud: Le qatt.

Dr. Jason Azzopardi : Keith Schembri kien jghidlek illi kien icempel kulljum bl-inkwiet lil Yorgen Fenech?

Xhud: Le qatt.

Dr. Jason Azzopardi : Mela int lil Yorgen Fenech ghidt li ma tafux? Taf min hu.

Xhud: Naf min hu.

Dr. Jason Azzopardi : Pero’ inti taqbel mieghi illi huwa fatt, hareg issa fil- pubbliku ili Keith Schembri u Yorgen Fenech kellhom rapport ta’ hbiberija kbira u smajna recordings fejn Yorgen Fenech jinstema’ jghid li Keith Schembri kien icempillu kulljum anka fit-tlieta (3.00) ta’ filghodu inkwetat. Issa dak x’qal u xi smajna minn . . .

Xhud: Hekk hu, ma nistax nikkonferma.

Dr. Jason Azzopardi : Mhux qed nghidlek tikkonferma, pero’ Keith Schembri, dan il-persuna illi tant vicin tieghu anke wara li rrizenja bqajt izzomm dan il-kuntatt, qatt ma qallek xejn fuq Yorgen Fenech?

Xhud: Iddispjcut ghal li qed johrog . . . . . Dr. Jason Azzopardi : Iddispjacut ghalxiex?

Xhud: Iddispjacut ghax qed jivvinta fuqu hu. Dr. Jason Azzopardi : Iddispjacut li?

Imh. A. Lofaro : Li qed jigdeb fuqu skond hu? Xhud: Ezatti hekk hu.

Dr. Jason Azzopardi : Yorgen qed jigdeb fuqu? Xhud: Hekk hu.

Imh. A. Lofaro : Ghax diga qalha ta’ ghalhekk.

Dr. Jason Azzopardi : Jigifieri Keith Schembri ddispjacut . . Xhud: Hekk hu.

Dr. Jason Azzopardi : . . . li Yorgen qed jivvinta fuqu. Xhud: Qed jigdeb fuqu.

Dr. Jason Azzopardi : Qatt qallek imma allura Melvin Theuma ghalfejn f’dik in-nota li l-pulizija sabu d-dar jissemma Keith Schembri?

Xhud: Le qatt ta’.

Dr. Jason Azzopardi : Inti taf li hemm nota miktuba minn Melvin Theuma, li kien bezghan li jinqatel illi fiha jsemmi lil Yorgen Fenech u lil Keith Schembri.

Xhud: Sirt naf biha fil-media jiena.

Dr. Jason Azzopardi : Inti sirt taf biha fil-media. Xhud: Iva hekk hu.

Dr. Jason Azzopardi : Keith Schembri lilek din qatt ma qallek? Xhud: Le lanqas qatt.

Dr. Jason Azzopardi : Issa wara li sirt taf fil-media, hbieb, tiltaqgu regolari jekk mhux kuljum, ma tigikx il-kurzita issaqsieh ismek hawn kif izzeffen fin-nofs, omicidju ta’.

Xhud: Is-sur Schembri cahdaha l-ittra.

Dr. Jason Azzopardi : M’ghidtlekx cahadx jew le jiena. Imh. A. Lofaro : Imma mieghek cahadha?

Xhud: Ija cahadha mill-ewwel. Dr. Jason Azzopardi : Staqsejtu?

Xhud: Mhux tkellimna. Konna qed naqraw ir-rapporti flimkien. Imh. A. Lofaro : Qallek mhux veru.

Xhud: Hekk hu cahadha. Ahna kulljum konna naqraw ir-rapporti, ovjament kien parti minn xogholna li filghodu naraw il-media hu.

Imh. A. Lofaro : Ma saqsejtux allura ghal fejn dan il-bniedem qed jivvinta hekk fuqu?

Xhud: Jien ma nhobbx nistaqsi mistoqsijiet. Imh. A. Lofaro : Imma ma tarahx inkwetat?

Xhud: Iva.

Imh. A. Lofaro : Imdejjaq.

]Xhud: Naf li kien inkwetat, naf li kien imwegga’, ma kellix ghalfejn noqghod inkompli nghawwar.

Imh. A. Lofaro : Imma hu qallek mhux veru. Xhud: Da zgur cahad mill-ewwel hu.

Dr. Jason Azzopardi : Grazzi.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri niehdu sensazzjoni hawn illi Mrs. Caruana Galizia ghamlet il-hsara f’hajjitha u ghamlet hafna iktar hsara f’mewtha ghaliex qalghet hafna nkwiet hux hekk? Naqblu jew ma naqblux? Il-verita din le? Allura inti dan l-inkwiet kollu u kellkom daqshekk, ma nghidx li rejazzjoni imma ridtu bilfors tghidu ara fl- ahhar din sabet kappell jigiha, dan id-diskors ma ntqalx?

Xhud: Qatt ma ghidniha. Qatt ma ghidniha.

Imh. V. Said Pullicino : Inti qatt m’ghidtha imma . . . . .

Xhud: Fl-ghodla ufficcju tal-pajjiz titkellem hekk, ma tarax.

Imh. V. Said Pullicino : Le mhux – inti zgur li le, mhux inti qed nghd jekk qattx smajt dan it-tip ta’ atteggjament.

Xhud: Le, le, le.

Imh. V. Said Pullicino : Le. Xhud: Le.

Imh. V. Said Pullicino : U jibqa l-fatt illi ftit qed jaghtuna risposti ghad- domandi taghna eh. Jigifieri nifhem jien, ghax ir-risposti huma kollha jiena hekk ghamilt, x’ghamel haddiehor ma nafx. Mhux dik li rridu nkunu nafu.

Imh. A. Lofaro : Ma kienx xogholi jew ma kontx insaqsi jew . . . . Imh. M. Mallia : Ma kontx involut.

Imh. A. Lofaro : Jew ma kontx insaqsi lil hbieb tieghi. Xhud: Fejn jidhol xoghol hu superjuri mhux hbieb jigu.

Imh. A. Lofaro : Imma fejn tidhol il-hbiberija mbaghad, hbiberija mhux xoghol.

Imh. V. Said Pullicino : Jista’ jkun sintomatiku tal-pajjiz ukoll l-atteggjament. Imh. A. Lofaro : Imma ma nahsibx.

Imh. V. Said Pullicino : Anyway ghallum nahseb daqshekk hu mis-sinjur. Dr. T. Comodini Cachia : Iva, iva.

Imh. V. Said Pullicino : Nirringrazzjawk. Xhud: Nirringrazzjakhom.


Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Neville Gafa’ dettata minnu stess.


Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Margaret De Battista Traskrittrici