Xhieda ta’ Ronnie Vella – 4 ta’ Marzu 2020

Xhieda ta’ Ronnie Vella – 4 ta’ Marzu 2020

04.03.20 xhud ronnie vella

Fl-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum l-Erbgha 4 ta’ Marzu, 2020.


Ronnie Vella, iben il-mejjet Alfred u Mary nee’ Mansueto, imwieled Santa Venera u resident Naxxar bil-Malti bil-gurament jghid:


Imh. M. Mallia : Mela llum x’inhu xogholok Sur Vella?

Xhud: Illum jiena qieghed Project Manager, Projects Malta. Imh. A. Lofaro : Project Manager.

Xhud: Projects Malta.

Imh. M. Mallia : U kemm ilek f’dan ix-xoghol? Minn meta? Xhud: Minn meta spicajt mill-OPM.

Imh. M. Mallia : Meta spiccajt mill-OPM?

Xhud: Nahseb xi twelve (12) kien – twelfth (12) January. Imh. A. Lofaro : Twelfth (12) January ta’ din is-sena.

Xhud: Ta’ din is-sena. Imh. A. Lofaro : All right.

Imh. M. Mallia : U qabel it-twelfth (12) January, xogholok x’kien l-OPM?

Xhud: Kont nahdem l-OPM – dak iz-zmien kont nahdem kien ilni mit-tnax

(12) ta’ Settembru nahdem fl-ufficcju tal-Prim Ministru fil- Communications Office.

Imh. A. Lofaro : Mit-tnax (12) ta’ settembru ta’ liema sena please?

Xhud: Tat-two thousand and nineteen (2019). Two thousand and nineteen (2019). Minn Settembru two thousand and nineteen (2019).

Imh. A. Lofaro : Jigifieri inti kull ma domt qisu erba’ (4) xhur? Xhud: Ezatt.

Imh. A. Lofaro : Hux? Xhud: Ezatt.

Imh. M. Mallia : U qabel dawk l-erba’ (4) xhur? Xhud: Kont Projects Malta. Projects Malta kont.

Imh. M. Mallia : Jigifieri inti l-OPM ghamilt erba’ (4) xhur biss? Xhud: Iva, iva. Min kien jokkupa l-kariga ta’ qabli . . . .

Imh. A. Lofaro : Qabel fejn kont impjegat? Xhud: Projects Malta.

Imh. A. Lofaro : Fejn? Jigifieri inti kont Projects Malta. Xhud: Iva.

Imh. A. Lofaro : Erba’ (4) xhur l-OPM . . .

Xhud: Ehe u ergajt mort lura ghax kont seconded.

Imh. A. Lofaro : Fl-istess post u fl-istess kariga. Qed nghid sew? Xhud: Iva, ezatt.

Imh. A. Lofaro : Ok.

Imh. M. Mallia : Inti seconded kont hemm l-OPM mela? Xhud: Ezatt.

Imh. A. Lofaro : Mhux Person of Trust?

Xhud: Seconded hemmhekk, secondment. Imh. A. Lofaro : Secondment ok.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri f’Mejju tat-two ow one seven (2017) . . . Xhud: No ma kontx nahdem hemmhekk.

Imh. V. Said Pullicino : Ma kontx tahdem hemmhekk? Xhud: No.

Dr. J. Attard: Jista jkollok secondment u jkun Person of Trust forsi biex nippreciza. Jekk ikun membru fis-segretarjat jigi ssekondat minn entita’ u jkun membru tas-segretarjat.

Imh. A. Lofaro : Kont Person of Trust? Jekk taf ghidilna, jekk ma tafx ma tafx.

Forsi ma tafx hu.

Xhud: Secondment le ma nafx, secondment tieghi kien hemmhekk. Dr. J. Attard: Jista taghti l-kaz, irid jiccarha.

Imh. A. Lofaro : Mela ma jafx.

Imh. M. Mallia : Imma ghandi nifhem li jkun jaf jekk hux Person of Trust jew seconded.

Xhud: Seconded kont.

Imh. A. Lofaro : Hu qal ma jafx ta’.

Dr. J. Attard: Ma jafx hux. Fis-sens . . . Imh. A. Lofaro : U inti ma nahsibx li taf.

Dr. J. Attard: Jien qed nispjega l-possibilta li jista’ jkun li kien Person of Trust.

Imh. A. Lofaro : Ma jafx ok, daqshekk.

Imh. M. Mallia : Ok. Issa inti kellek ufficcju partikulri bhala Communications Officer?

Xhud: Iva, jien kont . . . .

Imh. M. Mallia : Jew kont tirrispondi lil xi hadd u lil min?

Xhud: Jiena kont fit-tielet sular. Jigifieri kellna access mil-lift ghalina fit- tielet sular Communications Office. L-ufficcju tieghi hemm hekk kien u jien kont nillejzja ma Mr. Barbara li kien personal secretary tal-Prim Ministru dak iz-zmien fuq biex niehu hsieb l-events li kien ikollu l-Prim Ministru. Kont niehu hsieb il-logistika ta’ l-events, tipo nipprepara, jekk hemm press conference nara li kollox sew. Dak kien xogholi prattikament.

Imh. A. Lofaro : Imma allura aktar kont mas-sur Barbara milli mas-sur Kurt Farrugia?

Xhud: Ehe. Ghax iktar fuq logistika jiena, jigifieri ma kienx ikolli x’naqsam ma’ press notices.

Imh. A. Lofaro : Mhux ma’ press conferences, DOI, le? Xhud: Is-set up tal-press conference kien ikolli x’naqsam. Imh. A. Lofaro : Is-set up u l-events.

Xhud: U l-events hu.

Imh. A. Lofaro : Tghin lis-sur Barbara.

Imh. M. Mallia : Meta tghidli s-set up tal-press conference xi tfisser? Xhud: Il-logistika taghha, il-logistika . . . .

Imh. M. Mallia : Jigifieri kont tiehu hsieb il-microphones, il-gurnalisti?

Xhud: Mhux jiena ovvjament. Jiena kont niehu hsieb nara li l-gurnalisti ghandhom il-post fejn joqghodu, sewwa? Meta jasal il-hin tal- gurnalisti ninzel ghalihom, per ezempju jekk tkun Kastilja ninzel ghalihom isfel u jitilghu, nindikalhom il-post fejn ha joqghodu.

Imh. M. Mallia : Jigifieri komunikazzjoni mal-gurnalisti inti kont taghmilha? Xhud: Verbali hu.

Imh. A. Lofaro : Iccemplilhom biex jigu? Xhud: No, no, no mhux jiena.

Imh. A. Lofaro : Le.

Xhud: No, no, no. It was not my job, no.

Imh. A. Lofaro : U jekk il-press conference ma tkunx Kastilja, kont tkun involut ukoll fil-logistika?

Xhud: Iva kont immur nara l-post fejn ha naghmluha. Imh. A. Lofaro : All right. Ok.

Xhud: Nara li kollox sew.

Imh. A. Lofaro : All right, tara l-post fejn ser ikun, fejn se jkunu l- microphones.

Xhud: Logistika kont niehu hsieb ta’. Imh. A. Lofaro : Logistics ok.

Imh. M. Mallia : Inti l-blog tas-sinjura Caruana Galizia kont taqrah? Xhud: Bhal hafna Maltin hu. Gie li segwejtu u gie li le.

Imh. M. Mallia : Eee?

Xhud: Gie li segwejtu, imma ma kienx – ma kienx il-dak tieghi jigifieri . Imh. A. Lofaro : Imma gie li qrajtu jigifieri?

Xhud: Iva iva. Nahseb bhal Maltin kollha hu.

Imh. M. Mallia : Kien jigi diskuss fl-ufficcju? Kontu titkellemu dwaru?

Xhud: No, dak iz-zmien li kont hemm jiena ma kienx dak hi, kien diga waqaf il-blog.

Imh. A. Lofaro : Kienet mietet.

Xhud: L-ahhar erba’ (4) xhur kien diga waqaf il-blog. Imh. A. Lofaro : Kienet mietet.

Imh. M. Mallia : Kien ga waqaf. Jigifieri qabel . . . . Xhud: Qabel ma kontx nahdem hemm hekk.

Imh. M. Mallia : Ma kontx hemm hekk, ma kontx hemm hekk. All right.

Imh. A. Lofaro : Imma xorta avolja ma kontx hemmhekk – hu pacenzja, meta tkun qieghed f’xi kazin politiku u titkellem ma xi hadd fuqu avolja ma kontx tahdem Kastilja.

Xhud: No.

Imh. A. Lofaro : Jew fit-triq? Jien naf, jew xi hadd icempillek siehbek u jghidlek ara x’kitbet dik illum. Qatt ma graw minn dawn l-affarijiet? Jista’ jkun li graw? Jew xi hadd baghtlek Facebook message jew Whatsapp jghidlek ara x’kitbet illum din.

Xhud: Ma niftakarx. No.

Imh. A. Lofaro : Teskludiha din jew ma tafx?

Xhud: Ma niftakarx ta’. Ma kienx importanti ghaliha li nsegwi certu blogs, mhux xi bniedem li nsegwi hafna Facebook.

Imh. A. Lofaro : Imma forsi shabek hux.

Xhud: Ma nitkellmux fuqhom ta’ Sinjura. Ma nitkellmux fuqhom. Imh. A. Lofaro : Kienet titkellem tant fuq il-politika.

Xhud: Sorry?

Imh. A. Lofaro : Kienet titkellem hafna fuq il-politika.

Xhud: Imma jien ma jinteressanix. Xi haga li ma tinteressanix. Imh. A. Lofaro : Ma tinteressakx il-politika?

Xhud: Mhux il-politika ma tinteressanix.

Imh. A. Lofaro : Min jikkritika per ezempju lil partit tieghek? Xhud: Sorry?

Imh. A. Lofaro : Min jikkritika lil partit ma tarax naqr? Jew almenu ftit kliem dwar x’qalu?

Xhud: Mhux kullhadd sottomess ghall- kritika.

Imh. A. Lofaro : Iva, anzi hekk suppost li jkun hemm il-kritika f’demokrazija. Imma jekk xi hadd jikkritika lill- partit li zzomm mieghu int, per

ezempju lit-team tal-football, imma f’dan il-kaz lil partit li zzomm mieghu inti, sewwa? Ma tinteressax naqra ruhek ha tara x’qed jigri?

Xhud: Iva, imma fis-sens illi . . . .

Imh. A. Lofaro : Jew shabek jghidulek xi haga? Xhud: Ehe imma mhux xi haga . . .

Imh. A. Lofaro : Jigbdulek l-attenzjoni?

Xhud: Ma kienx ikun it-talk of the town, jigifieri mhux xi haga li ha nqum filghodu il-hin kollu ghassa.

Imh. A. Lofaro : Le m’ghidtlekx hekk, imma bil-Malti qed nitkellem ta’. Xhud: Ehe.

Imh. A. Lofaro : Jista’ jkun li xi hadd bghatlek post jew comment jew Whatsapp, jew Facebook message.

Xhud: Onestament ma niftakarx ta, ma niftakrax. Imh. A. Lofaro : Ma tiftakarx, all right, ok.

Xhud: Ma niftakarx.

Imh. A. Lofaro : Ma tiftakarx.

Xhud: Mhux xi bniedem li l-hin kollu fuq Facebook. Imh. A. Lofaro : Le ara ma tiftakarx, tista tieqaf hemm.

Imh. M. Mallia : Dakinhar fid-disgha u ghoxrin (29) ta’ Novembru, minghajr ma nidhlu fl-incident tal-kamra . . .

Xhud: Ehe.

Imh. M. Mallia : Inti kont prezenti ghal press conference tal-Prim Ministru? Xhud: Iva.

Imh. M. Mallia : Kont. Xhud: Iva.

Imh. M. Mallia : X’kien r-rwol tieghek ghal dik il-press conference?

Dr. J. Attard: Imma Sur Imhallef hemm hekk qed nissuggettawh ghal possibilta xorta ghax dan il-mistoqsija m’ghandekx kontroll fuqha. Ir-risposta, skuzani.

Imh. M. Mallia : Jien mhux qed nitkellem fuq l-incident ta’. Imh. A. Lofaro : Mhux li konna ser nistaqsuh.

Imh. M. Mallia : Jien ghal press conference mhux x’gara wara.

Dr. J. Attard: Mhux ahjar nistennew illi dan jaghmel – ghalfejn . . . Imh. M. Mallia : Mhux li gara wara, mhux qed nistaqsi x’gara wara.

Dr. J. Attard: Imma l-kariga ga ddefinixxija x’inhi, ma nbidilx il-kariga. Imh. M. Mallia : Jghid ix-xoghol li kien qed jaghmel.

Imh. A. Lofaro : M’hemm xejn hazin.

Xhud: Kont niehu hsieb il-logistika. Kont niehu hsieb il-logistika. Imh. A. Lofaro : Inti kont hemm hekk, mhux hekk?

Xhud: Mhux ovvja.

Imh. A. Lofaro : Mhux hekk, kien jahdem hemm, anqas nemmen jekk jghid li ma kienx hemm.

Xhud: Le, le, le hemm kont. Imh. A. Lofaro : Mhux hekk.

Imh. V. Said Pullicino : Inti ghandek Facebook? Xhud: Ghandi Facebook iva.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri dan ir-ritratt tieghek nahseb hu – two thosuand and fifteen (2015) dan ir-ritratt tieghek u dak iz-zmien inti allura kont impjegat operstions – ma kontx Kastilja dak inhar? Ma kontx Kastilja dak iz-zmien?

Xhud: No, no, no.

Imh. V. Said Pullicino : Fejn kont?

Imh. A. Lofaro : Imma f’dawk l-erba’ (4) xhur ien Kastilja. Imh. M. Mallia : Ehe daka qabel, qabel.

Imh. A. Lofaro : Ok, ok. Xhud: Jien hu.

Imh. V. Said Pullicino : Issa ha nghidlek fejn kont ghidtli? Xhud: Skuzani?

Imh. V. Said Pullicino : Fejn kont impjegat dak iz-zmien? Xhud: Il-perjodu erga ghidli.

Imh. A. Lofaro : Elfejn u hmistax (2015).

Imh. V. Said Pullicino : Two thousand and fifteen (2015). Xhud: Kont impjegat il-Mepa dak iz-zmien kienet.

Imh. A. Lofaro : Il-Mepa.

Imh. V. Said Pullicino : Issa, fit-two thousand and seventeen (2017) qatt xi hadd tak xi nkarigu biex taghmel xi haga politika in konnessjoni ma, kienet harget tal-Panama Papers dak iz-zmien.

Xhud: Two thousand and seventeen (2017)?

Imh. V. Said Pullicino : Two thousand and seventeen (2017) ehe. Xhud: Imma f’liema perjodu?

Imh. V. Said Pullicino : Id-data preciz kienet Mejju.

Xhud: Jista’ jkun kont involut fil-kampanja elettorali, iva. Imh. V. Said Pullicino : Kont involut fil-kampanja elettorali.

Xhud: Fil-kampanja elettorali niehu hsieb il-logistics, il-logistika. Imh. V. Said Pullicino : Bhala xiex?

Xhud: Niehu hsieb il-logistika.

Imh. V. Said Pullicino : Logistika – imma dejjem Kastilja. Xhud: No, no, no.

Imh. V. Said Pullicino : Fil-partit.

Xhud: Partit.

Imh. V. Said Pullicino : Fil-partit.

Xhud: Wara l-hin tax-xoghol tieghi jigifieri kont niehu hsieb . . .

Imh. V. Said Pullicino : U kienu tawk xi tip ta’ nkarigu biex taghmel xi haga dak iz-zmien Mejju two thousand and seventeen (2017) in konnessjoni mal- Panama Papers issa?

Xhud: No, no, no.

Imh. V. Said Pullicino : Biex ticcekkja fuq xi hadd? Xhud: No ma niftakarx li kelli xi nkarigu, no, no, no. Imh. V. Said Pullicino : Inti mhux mir-Rabat hu?

Xhud: No, jien no. Noqghod Naxxar minn Santa Vendra.

Imh. A. Lofaro : Imma ghandek min jigi minnek ir-Rabat hbieb jew hekk? Imh. V. Said Pullicino : U l-Imdina?

Xhud: Le ta.

Imh. V. Said Pullicino : Le? Imh. A. Lofaro : M’ghandekx.

Imh. V. Said Pullicino : Tiftakar ghax mort ir-Rabat u l-Imdina fuq xi commission ta’ xi haga? Mort commission.

Xhud: Mort?

Imh. A. Lofaro : Jigifieri qadja, qadja. Xi hadd qallek mur hemm hekk u arali xi haga, per ezempju.

Imh. V. Said Pullicino : In konnessjonni mal-politika hu.

Xhud: Ma nafx. Jekk mhux ha tispecifika ghalxiex. Qed nghidu two thousand and seventeen (2017).

Imh. V. Said Pullicino : Nispecifikalek. Qatt xi hadd qallek ara hemm dawk it- tnejn (2) minn nies mur iccekkja x’qed jaghmlu flimkien?

Xhud: No.

Imh. V. Said Pullicino : Zgur minn daqshekk – oqghod attent ghax jiena . . . Xhud: Le ma niftakrx li qatt ghamilthom dawn l-affarijiet.

Imh. V. Said Pullicino : . . . qed nipprova nfakkrek. Xhud: Ehe jekk joghgbok.

Vs. Ifhimni. Qieghed attent li ma naghmillekx domandi li jistghu jinkriminawk b’xi mod u jekk jinkriminawk ghidli stop, tajjeb? Ghaliex id-drittijiet tieghek huma tieghek. Qed insaqsik jekk kontx f’Mejju tat-two thousand and seventeen (2017), tajjeb, ir-Rabat, ftehimna, f’bar ir-Rabat kont qed taghmel xi haga ghan-nom ta’ xi hadd?

Xhud: No ta’.

Imh. A. Lofaro : Oqghod attent qabel ma twiegeb ghax jekk tiehu gurament falz . . .

Xhud: Le mhux qed niehu gurament falz.

Imh. A. Lofaro : Oqghod attent, oqghod attent sur Vella please. Xhud: Qed nghid il-fatti kif inhuma.

Imh. A. Lofaro : U jiena wissejtek.

Xhud: Jista’ jkun, go bar ir-Rabat, go bar ir-Rabat?

Imh. A. Lofaro : Qisu hekk coffee shop, hekk fejn jiehdu t-te’. Oqghod attent hi.

Xhud: Le ghalhekk qed nghidlek – niftakar two thousand and seventeen (2017).

Imh. A. Lofaro : Mhux se nerga navzak, avzajtek.

Xhud: Two thousand and seventeen (2017) m’huwiex il-bierah Sinjura. Imh. A. Lofaro : Le, le, le, le. Imma ifhimni jekk qed insegwi lil xi hadd . . . Xhud: Jekk konna f’kampanja elettorali konna . . . .

Imh. A. Lofaro : Imma jekk qed insegwi lil xi hadd naf li qed insegwi lil xi hadd ghax ma naghelhiex kulljum per ezempju.

Xhud: Ma nsegwix nies ta’ jien.

Imh. A. Lofaro : Per ezempju, per ezempju qed nghid jien. Xhud: Jien ma nsegwix nies ta’ hu pacenzja bija.

Imh. A. Lofaro : Jew immur nara x’qed jaghmlu x’imkien, fhimt. Xhud: Ma nsegwix nies ta’ jigifieri, onestament qed nghidlek. Imh. A. Lofaro : Jew immur fejn qeghdin huma.

Imh. V. Said Pullicino : Ha nurik dan ir-ritratt. Imh. M. Mallia : Ara lil min taghraf?

Imh. V. Said Pullicino : Ara jekk hux int biss dan?

Imh. A. Lofaro : Jien ghalhekk wissejtu hux. Jekk jissemmew xi ismijiet ma jigux ippublikati please. Jigifieri mhux is-sur Vella jekk isemmi isem ehe, dakinhar rajt lil Cikku per ezempju, ismu ma jigix publikat.

Xhud: Ma nistax niftakar il-bar fejn hu. Imh. V. Said Pullicino : Pero’ inti dak? Inti dak? Xhud: Iva.

Imh. A. Lofaro : Inti mela.

Xhud: Jista’ jkun jien naf, mort niehu te’ jew hekk hemmhekk, ma nafx.

Imh. V. Said Pullicino : Ma nafx qed nistaqsik jista jkun kont mort wahdek inti qabel?

Imh. A. Lofaro : Jew ma xi hadd?

Xhud: Ma nistax niftakar l-event x’kien, ghax jekk inzerta xi haga . . . Imh. M. Mallia : Ma kienx event dan.

Imh. A. Lofaro : Ma kienx event.

Xhud: Isma jekk kien hemm xi attivita . . . . Imh. A. Lofaro : Ma kienx hemm attivita.

Xhud: . . . u waqaft, filghodu kien jew filghaxija?

Imh. A. Lofaro : Ma kienx hemm attivita li nista’ nghidlek.

Xhud: Ma niftakarx l-event x’kien. Onestament qed nghidelk ma niftakarx l-event x’kien.

Imh. A. Lofaro : Pero’ gharaft li kien . . . . Xhud: Iva mela, mela.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri jekk ahna nghidulek illi inti kont f’dak il-bar u kien hemm xi hadd iehor mieghek . . . .

Imh. A. Lofaro : Kont ma’ ragel iehor. Xhud: Ehe.

Imh. V. Said Pullicino : . . . u inti dak li rajt jew smajt fil-bar wasal ghand xi hadd iehor dak il-hin stess jew ftit wara ghaliex, ghax imbaghad . . .

Imh. A. Lofaro : Isma d-domanda l-ewwel.

Imh. V. Said Pullicino : . . . tohrog ghaliex kont hemm, kontu inti u din il- persuna biss hemm u xi nies ohra u inti, tajjeb – il-mossi tieghek juru li dak illi stajt smajt int wasal ghand haddiehor. Issa jien qed insaqsik jekk kontx hemm l-ewwel u li dik importanti li nkun naf jekk kontx hemm u issa qed tghid kont hemm u jekk kien hemm haddiehor mieghek min kien?

Xhud: Isma jiena kont nigri hafna barra jigifieri. Ifhimni, konna qadja jiena u hija u waqafna niehdu te’ go hanut, jigifieri ma niftakarx . . .

Imh. A. Lofaro : Hemm xi post ir-Rabat illi gie li tmur, per ezempju? Xhud: Le jekk tillidjani u tghidli isma’ . . .

Imh. A. Lofaro : Jiena nista nsaqsik jekk hemmx post ir-Rabat li thobb tmur. Xhud: No ta’ m’hemmx post partikulari.

Imh. A. Lofaro : Le. Gie li mort imma tiehu xi te’ jew xi haga mir-Rabat? Xhud: Jista jkun iva, ma neskludix.

Imh. A. Lofaro : Ma tistax tiftakar? Xhud: Ma neskludix il-possibilta, iva. Imh. A. Lofaro : Ok.

Imh. V. Said Pullicino : Mela stajt kont hemm. Xhud: Iva.

Imh. V. Said Pullicino : La int qieghed fir-ritratt kont hemm. Imh. A. Lofaro : Eee, mhux hekk.

Xhud: Bilfors hu.

Imh. V. Said Pullicino : Jekk meta kont hemm fir-ritratt jekk inti hadtx, tajjeb, ghamilt mod illi gbidt dak li kien qieghed jinghad, tajjeb, b’telephone, tajjeb, jekk kienetx dik l-okkazzjoni?

Xhud: Ma . . . .

Imh. V. Said Pullicino : Ma tiftakarx lanqas?

Xhud: Ma niftakariex le. Tista’ forsi tghidli ma min kont jew hekk, forsi niftakar l-event li kien.

Imh. A. Lofaro : Ma kienx hemm event imbierek. Xhud: Ic-cirkostanzi ghalfejn kont qieghed hemm.

Imh. V. Said Pullicino : Ic-cirkostanzi kif nafuhom ahna u kif juru l-fatti li ghandna f’idejna illi inti u xi hadd iehor segwejtu lil xi hadd f’dan i- bar. Mortu fil-bar, qghadtu hemmhekk, gbitu din l-informazzjoni tajejb, dik l-informazzjoni waslet ghad xi hadd iehor, jien qed insaqsik biss, ftehimna?

Xhud: Ma niftakarx pero’, jekk turini wkoll forsi l-persuna l-ohra li kont maghha . . . .

Imh. A. Lofaro : Pero’ jista jkun li ghamilt hekk hux?

Xhud: Le, le mhux qed nghid li jista jkun li ghamilt hekk, m’ghamiltx hekk. Imh. V. Said Pullicino : . . . .

Xhud: Li kont hemm hekk ma nistax nichdu – hemm ir-ritratt hu jigifieri. Imh. V. Said Pullicino : U taf liema hu l-bar ukoll.

Xhud: Sorry?

Imh. V. Said Pullicino : Taf liema hu l-bar? Imh. M. Mallia : Il-bar taf liema hu?

Imh. V. Said Pullicino : U zgur li jaf.

Xhud: Le, lanqas l-isem m’hemm tieghu, gewwa ma niftakarx. Imh. V. Said Pullicino : Ma tiftakarx.

Xhud: Jien lanqas naf l-isem tieghu jew dan. Imh. V. Said Pullicino : Ir-Rabat ma kontx mur spiss .

Imh. A. Lofaro : Ma ghandek lil hadd jigi minnek hemm ghitilna. Xhud: No.

Imh. V. Said Pullicino : Dan mhux il-veduta, jigifieri jmur kullhadd fih ta’ . . . Imh. A. Lofaro : Ezatt.

Imh. V. Said Pullicino : . . dan bar . . . tajjeb.

Xhud: Ara sal-bierah stess, mhux se nghid sigriet b’daqshekk, konna ghand l-avukat, hrigna, konna jiena u hija u waqafna niehdu te’ go hanut Hal Lija jigifieri . . . .

Imh. A. Lofaro : Imma forsi fejn is-soltu jmur l-avukat? Xhud: No, no, no, no.

Imh. A. Lofaro : Le.

Imh. V. Said Pullicino : Sur Vella ha nghidlek jien. L-importanti, jiena qieghed hawn biex nghinek ukoll, jigifieri jien ma nistax noqghod nghidlek kull m’ghandna u n’ghandniex, . . . ikollna f’idejna ma jkunx jaqbel ma dak li qieghed tghid tigi fit-trouble, issa jiena fl-interess tieghek

. . .

Imh. A. Lofaro : Tigi ehe fl-inkwiet.

Imh. V. Said Pullicino : . . . m’ghandekx, m’inti qed taghmel xejn hazin jekk jiena nghidlek ara mur segwi lil dak u ghidli xi jkun qal. Ma hemm xejn hazin fiha.

Xhud: Le.

Imh. V. Said Pullicino : Pero’ jekk inti tahbili u ma tghidlix il-verita . . . Imh. A. Lofaro : U ahna diga jkollna l-provi.

Xhud: M’ghamiltiex. Hekk qed nghidlek. Jiena qed nitolbok tghidli isma, min kien hemm persuna ohra mieghi forsi nkun nista niftakarha, iva dak inhar kont hemmhekk mat-tali persuna u hekk. Jigifieri dik biss qed nitolbok.

Imh. V. Said Pullicino : Jien ma jidhirlix li ghandi nghidlek. Imh. A. Lofaro : Le, le ahjar le.

Imh. V. Said Pullicino : Jidhirli li daka haga ohra. Imh. A. Lofaro : Hekk hu.

Dr. T. Comodini Cachia: Forsi jekk gharaf lilu nnifsu f’dak ir-ritratt jekk jiftakrx ma min kien?

Imh. A. Lofaro : Le ma jiftakar xejn, xejn! La fejn hu l-bar, xejn.

Xhud: Qed nghidu two thousand and seventeen (2017) ta’ mhux il-bierah jew dalghodu.

Dr. J. Attard: Hemm persuna ohra fir-ritratt? Hemm persuna ohra fir- ritratt?

Imh. M. Mallia : Hemm persuna ohra. Imh. A. Lofaro : Hemm ragel iehor.

Dr. T. Comodini Cachia: Forsi jista jsib l-istill ghax qed jindikawli illi ma tellghux ir-ritratti . . . .

Imh. A. Lofaro : Ma nafx fejn hu, tafu fejn hu l-istill? Dr. J. Attard: Hawn m’hawnx persuna jidher.

Imh. A. Lofaro : Hemm xi hadd ta’ jidher, hemm xi hadd hemmhekk. Dr. J. Attard: . . . . nahseb.

Dr. T. Comodini Cachia: . . . il-persuna l-ohra. Jiena biex . . . Imh. A. Lofaro : Ghax din mara, imma dan ragel.

Dr. J. Attard: Dawk huma . . . innifsu. Imh. A. Lofaro : Ezatt.

Dr. J. Attard: Imma ragel iehor hemm fir-ritratt ghax jien m’iniex narah.

Imh. A. Lofaro : Imma ghandna ta’. Ghandna ritratt tieghu, ghandna ritratt ta’ l-iehor.

Dr. J. Attard: Jekk hemm ritratt uruwulu. Imh. A. Lofaro : Nassigurak li hemm.

Xhud: Forsi nipprova niftakar l-event – nipprova niftakara l-event x’kien jew x’fatta.

Imh. V. Said Pullicino : Halli nipprova nfakkrek jien. Informazzjoni . . . . .

Imh. A. Lofaro : Tistghu ggibuhom please? Jew forsi nkomplu naghmlu xi domandi ohrajn imbaghad nigu ghaliha?

Imh. V. Said Pullicino : Halli niccaralek ftit, ghax imbaghad il-persuna li kont maghha int, ghax dik ma ghandniex dubbju li kont ma xi hadd, l- informazzjoni li ttiehdet dak inhar waslet ghand persuna ohra li hija identifikata, waslet minuti wara, mhux fl-istess hin, tajjeb, u dik il-persuna nafu min hi u xehdet hawn ftehemna. Issa jien qed nghidlek hekk biex inti tkun taf illi jekk l-affarijiet m’humiex kif qed tghid ikollna problema. Ghaliex din il-persuna tigi hawn, qaltilna, ga qalilna s-sinjur jiena kont hemm, ghidt hekk, hekk u hekk u within a few minutes dak li ghidna wasal x’imkien iehor u allura dik tpoggik f’pozizzjoni difficli lilek, ok.

Xhud: Jien qed nitlobkom tghinuni, tfakkruni l-event, dan qed nghidu two thousand and seventeen (2017) kien, mhux il-bierah jew il-bierah tlula. Min kien qed isegwini u ghandu r-ritratti tieghi ma nafx imma jiena onestament jekk dhalt go bar dhalt niehu xi haga, qed nipprova nghidilkom tghinuni niprova niftakar x’kienu l-events.

Imh. A. Lofaro : Imma jista’ jkun mhux te’ biss hadd imma ghamilt xi haga ohra? Forsi hadt ritratt, gbidt xi video, ma nafx, ta’ qed insaqsik.

Xhud: Ma niftakrx, tini l-event x’kien jew fejn . . .

Imh. A. Lofaro : Imma m’intix teskludi le? M’intix teskludi? M’intix teskludi? Xhud: Mhux qed niftakar il-kaz u l-post jigifieri.

Imh. A. Lofaro : Imma m’intix teskludi. Xhud: . . . .

Imh. A. Lofaro : All right.

Imh. M. Mallia : Fiz- zmien li ghamilt Kastilja inti, lil Yorgen Fenech qatt rajtu hemm hekk u jekk rajtu hemm hekk kemm il-darba rajtu?

Xhud: Lil?

Imh. A. Lofaro : Yorgen Fenech.

Xhud: No. L-ufficcju tieghi fit-tielet sular qieghed, jigifieri ma jkollix hafna access ghas-segretarjat tal-Prim Ministru, qieghed fit-tieni sular.

Imh. V. Said Pullicino : Is-segretarjat x’ghandu x’jaqsam? Xhud: U biex titla’ hdejna l-lift ghandek access . . .

Imh. A. Lofaro : Imma ahna m’ghidnilekx li kien ikun hemm hekk is- segretarjat, inti qed tghidha.

Xhud: Le. Jiena inti saqsejtni jekk qattx rajt lil Yorgen Fenech.

Imh. A. Lofaro : Hadd ma semmielek is-segretarjat tal-Prim Ministru. Inti semmejtu, ghaliex?

Imh. M. Mallia : Inti semmejtu dak. Imh. A. Lofaro : Ghaliex?

Xhud: Le qed nispjegalek kif inhuwa . . . Imh. A. Lofaro : Ma saqsejtekx biex tispjegali.

Imh. M. Mallia : Jigifieri fit-tielet sular ma kienx, ma kienx ikun.

Xhud: Ma kienx ikun hu fit-tielet sular, no. Qatt ma rajtu jien, qatt ma rajtu hemm jigifieri.

Imh. M. Mallia : Qatt ma rajtu fit-tielet sular u qed insaqsik fuq it-tieni sular issa.

Imh. A. Lofaro : Issa qed nistaqsuk.

Xhud: Jien ma kontx inkun hafna hemmhekk, ma kienx ikolli hafna x’naqsam hemmhekk.

Imh. M. Mallia : Fil-hin li kont tkun hemm int. Xhud: No.

Imh. A. Lofaro : Qatt ma rajtu? Xhud: No.

Imh. M. Mallia : Qatt ma rajtu.

Imh. A. Lofaro : Inti kont tghaddi minn St. Paul’s Street jew minn quddiem? Xhud: Generalment minn St. Paul’s Street nghaddi.

Imh. A. Lofaro : Minn St. Paul’s. Meta dhalt minn quddiem qatt ma rajtu lanqas, le?

Xhud: Ma niftakarx li rajtu. Rari kienu l-okkazjonijiet li dhalt minn quddiem jigifieri.

Imh. A. Lofaro : F’funzjonijiet u f’okkazjonijiet ohrajn kont tarah lil Yorgen Fenech?

Xhud: Ma nafux no. Ma nafx min hu. Imh. A. Lofaro : Ma tafx min hu.

Xhud: Nafu through l-ahbarijiet issa jigifieri. Imh. A. Lofaro : Mill-ahbarijiet issa, all right.

Imh. M. Mallia : Neville Gafa` dak kien fl-ufficcju mieghek? Fis-sular mieghek? Fit-tielet sular?

Xhud: No.

Imh. M. Mallia : Fejn kien ikun dan? Xhud: Nahseb fit-tieni sular.

Imh. M. Mallia : Mhux tahseb. Xhud: Fit-tieni sular.

Imh. M. Mallia : Fit-tieni sular. Kont tarah hemmhekk?

Xhud: Rari, jigifieri I mean inkun ghaddej minn hemm ninzel.

Imh. M. Mallia : Inti kellek access ghat-tieni sular?

Xhud: Kelli access bilfors ghat-tieni sular imma ma kontx inkun hafna hemmhekk, l-ufficcju tieghi fit-tielet sular qieghed hu.

Imh. M. Mallia : Imma voldieri l-access tieghek kien liberu, stajt tinzel . . . .

Imh. A. Lofaro : Hadd ma qallek tigix? Trid tavzana qabel – le hadd ma qallek hekk hux?

Xhud: No, no, no. Imh. A. Lofaro : Le.

Imh. M. Mallia : U kemm il-darba nzilt lil Neville Gafa` kont tarah f’dawk l- ambjenti.

Xhud: Iva, iva.

Imh. A. Lofaro : U lil Yorgen Fenech qatt. Imh. M. Mallia : U lil Yorgen Fenech qatt, ok.

Imh. A. Lofaro : Taf jekk is-sur Keith Schembri kienx jafu lil Yorgen Fenech? Xhud: Ma nafx ta’.

Imh. A. Lofaro : Ma tafx. Hadd ma qallek xejn meta kont tahdem hemm?

Le.

Xhud: No.

Imh. V. Said Pullicino : L-elezzjoni generali li fiha inti kont involut . . . Xhud: Ehe.

Imh. V. Said Pullicino : L-organizazzjoni taghha f’idejn il-Partit taf f’idejn min kienet principali?

Xhud: F’idejn is-sur Keith Schembri.

Imh. V. Said Pullicino : F’idejn is-sur Keith Schembri sewwa. Issa halli nfakkrek illi d-data preciza ta’ dak ir-ritratt hija hamsa u ghoxrin

(25) ta’ Mejju, tat-two thousand and seventeen (2017). Xhud: Ehe konna waqt il-kampanja elettorali jigifieri.

Imh. V. Said Pullicino : U inti kont mort ir-Rabat, ghax hemm ir-ritratt fl- ghaxra (10:00) ta’ filghodu ok, dana biex tkun taf x’qed infittxu ahna, ghax ahna – nfittxu naraw wahda x’gara u ma garax ftehimna. Jigifieri f’dik id-data fl-ghaxra (10:00) ta’ filghodu. Fl- erbgha (4:00) ta’ filghaxija tajjeb, taf li inti jew xi hadd iehor, forsi ma kontx inti imma inti biss kont hemm fil-bar.

Xhud: Fil-bar jien biss kont?

Imh. V. Said Pullicino : Inti, dan li kien qieghed mieghek tajjeb u tnejn (2) jew tlieta (3) minn nies ohra, jigifieri ma jistax kien hemm xi hadd iehor, ha nifthemu tajjeb. Ha ngibek f’sensik jigifieri, mhux f’sensik.

Xhud: Nahseb f’sensija qieghed, ma xrobtx.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri fl-ghaxra (10:00) kontu hemm, ma nafx kemm domtu hemm ma kontx maghkom, pero’ mbaghad fl-erbgha (4:00) ta’ filghaxija diga kien hemm min kien jaf ezatt x’intqal, minn haddiehor mhux minnek tajjeb, u bil-konsegwenzi ta’ dak li gara, jigifieri inti suppost – qed nghidu ahna, skond kif kien hem il-provi illi ghandek tkun bizzejjed infurmat biex tghidilna dak il-bar, dak il-hin, tajjeb, x’kont qed taghmel, ghax kafe’ ma kontx qed tiehu, anke dik ma kontx qed tiehu kafe’.

Xhud: Kull ma tlabtek jiena tghidli min kien il-persuna ‘l ohra li kien mieghi, ghax waqt kampanja elettorali jigifieri.

Imh. V. Said Pullicino : Naslu ghal dik ukoll.

Imh. A. Lofaro : Mela x-xhud se jigi muri dokument RM 1. Mela ma dak kont inti.

Xhud: Ehe, mas-sur Arthur Gallard. Imh. A. Lofaro : Sorry?

Xhud: Mas-sur Arthur Gallard. Imh. A. Lofaro : Arthur?

Xhud: Is-sur Arthur Gallard.

Imh. A. Lofaro : U fejn jahdem dan Arthur Gallard? Xhud: Illum ma nafx.

Imh. A. Lofaro : Dak iz-zmien. Imh. M. Mallia : Dak iz-zmien.

Xhud: Jekk mhux sejjer zball kien qieghed, konna l- buddies jiena u hu flimkien fil-kampanja elettorali, ghalhekk qed nghidlek urini l- persuna halli nkun naf min hu.

Imh. A. Lofaro : Iva wrejnijielek ta.

Xhud: Issa Arthur Gallard huwa l-parsuna, l-counterpart tieghi li konna niehdu hsieb il-press conferences tal-Prim Ministru, kull filghodu kien jaghmilhom. Jigifieri issa kif qed jghid is-sinjur fil-hamsa u ghoxrin (25) kien hemm xi press conference, ma niftakrx sewwa jekk hux Imdina fid-dungeons ta’ l-Imdina jew il-Buskett kienet il- press conference. Dik biss li ghandi dubju. Lestejna l-press conference tal-Prim Ministru dak iz-zmien. Kif lestejna l-press conference peress li konna ghaddejjin minn hemm waqafna niehdu te’ hemm hekk. Fil-fatt tista tara x’qed nixrob hawn hekk fir-ritratt.

Imh. A. Lofaro : Jigifieri dan Gallard kien impjegat Kastilja kien impjegat Kastilja jekk joghgbok bhalek?

Xhud: Ma niftakarx, dak iz-zmien le.

Imh. A. Lofaro : Imma tant hdimtu flimkien fil-kampanja elettorali ma tiftakar xejn?

Xhud: Ehe konna nkunu fil-kampanja elettorali hux. Imh. A. Lofaro : Dan ma kienx jithallas, inti kont tithallas. Xhud: Konna nkunu fil-kampanja elettorali.

Imh. A. Lofaro : U dan ma kienx jithallas?

Xhud: Imma ma nafx x’inhu l-impjieg tieghu.

Dr. J. Attard: Nahseb li ahjar niccaraw illi dak ir-rwol tieghu dak iz-zmien ma kienx . . .

Imh. A. Lofaro : Tas-sinjur iva imma l-iehor?

Dr. J. Attard: L-istess haga dawn kienu volontarji f’kampanja elettorali. Xhud: Imma hu kien qed jiehu paga u l-iehor?

Xhud: Le, le ma kontx.

Dr. J. Attard: Biex niccaraw din. Jiccara.

Imh. A. Lofaro : Imma fejn kien jahdem dak iz-zmien, bhalek le Kastilja mhux hekk?

Xhud: Dak iz-zmien le jien ma kontx nahdem Kastilja. Imh. A. Lofaro : Kont seconded. Dan ukoll kien seconded? Xhud: No, no, no.

Imh. A. Lofaro : Le skuzani ghandek ragun. Xhud: No ma kontx seconded.

Imh. A. Lofaro : Kont il-Malta Project. Xhud: Kont il-Projects Malta.

Imh. A. Lofaro : U dan ma kienx mieghek? Xhud: Projects Malta no.

Imh. A. Lofaro : No, u ma tafx fejn kien jahdem? Xhud: Onstament konna niltaqghu . . .

Imh. A. Lofaro : Kulljum?

Xhud: . . konna norganizzaw il-pess conference tal-Prim Ministru fhimt?

Konna niltaqghu . . . .

Imh. A. Lofaro : Kif kontu tikkomunikaw? Iccempillu? Icempillek? Jien naf. Xhud: Mhux hekk.

Imh. A. Lofaro : Iccempillu.

Xhud: Naf li ghandan press conference u mmur niehu hsieb. . .

Imh. A. Lofaro : Tafu il-kazini, tafu ic-centru nazzjonali Laburista nimmagina. Xhud: Ezatt, ezatt.

Imh. A. Lofaro : U fejn joqghod dan? Xhud: Hamrun.

Imh. A. Lofaro : Mill-Hamrun. U kemm ghandu zmien, daqshekk hekk bejn wiehed w iehor?

Xhud: Nahseb li ikbar minni, nahseb li fifty five (55), fifty seven (57). Imh. A. Lofaro : Ghadek tiltaqa’ mieghu llum il-gurnata?

Xhud: Le, ilni ma narah naqra. Imh. A. Lofaro : Inqtajtu?

Xhud: Iva.

Imh. A. Lofaro : Minn dak inhar tal-kampanja elettorali daqshekk? Xhud: Gie li ltqajna f’okkazjonijiet jigifieri, imma mhux xi . . . . . Imh. A. Lofaro : Issa l-bar qieghed tiftakru, issa li wrejniek ir-ritratti?

Xhud: Iva, qieghed fin-nizla, kif iddur inti u niezel ma genb il-pompa tal- petrol. Ma nafx x’jismu.

Imh. A. Lofaro : Sewwa, ma tiftakarx x’jismu.

Xhud: Le naf li konna ghaddejna minn hemmhekk, ma kienx hemm fejn nipparkjaw u waqafna.

Imh. A. Lofaro : Hawn f’ritratt tidher inti qieghed taghmel xi haga bil-mobile. Ersaqt lejn (2) tnejn min nies u kont taghmel xi haga bil-mobile, jidher car fir-ritratt.

Xhud: Qed nilghb bil-mobile, forsi qed nara l-updates fuq il-mobile. Imh. A. Lofaro : Le, le.

Imh. M. Mallia : Inti qed thares differenti, m’intix qed thares lejn il-mobile, il-mobile qieghed faccata ta’ dawn in-nies imma inti m’intix qed thares lejn il-mobile.

Imh. A. Lofaro : Ha nuruk Dok RM 2.

Imh. M. Mallia : Il-mobile qieghed faccata ta’ dawn it-tnejn (2) minn nies imma inti m’intix qed thares lejn il-mobile.

Imh. A. Lofaro : Ippuntajtu fid-direzzjoni ta’ dawn in- nies. Imh. M. Mallia : Ippuntajtu ghal hemm.

Xhud: Il-mobile f’din l-id qieghed jigifieri. Imh. M. Mallia : Ehe qed izzommu . . .

Xhud: Jipponta lejn l-art qieghed.

Imh. M. Mallia : . . . qed izzommu faccata taghhom. Xhud: Jipponta lejn l-art qieghed.

Imh. A. Lofaro : Jigifieri inti tichad li hadt xi filmati jew xi ritratt ta’ dawn in- nies?

Xhud: Ma nafx min huma dawk in-nies onestament. Anke jekk tghidli min huma nghidlek ma nafx min huma dawn in-nies li kien hemm.

Imh. A. Lofaro : Jien ma staqsejtekx jekk tafx min huma. Jekk tichadx jew le li gbidt xi filmat jew hadt ritratt. Semplici, iva, le, ma niftakarx u jekk ma tiftakarx nghidlek imma inti gie li taghel dawn l-affarijiet? Tnejn (2) min nies ma tafx min huma . . .

Imh. M. Mallia : Qeghdin ghal l-affari taghhom.

Imh. A. Lofaro : Ehe u toqghod tohdilhom ir-ritratti jew videos? Xhud: Niftakar . . . . ghalhekk.

Imh. A. Lofaro : Ghadek ma wigibtx id-domanda ta’ hu pacenzja. Mela iva, le, ma nafx u jekk ma tafx jekk giex li taghmel dawn l-affarijiet. Jew tista tkun ma niftakrx ukoll. Imbaghad the next question, logical question tkun: imma inti normali taghmel dawn l-affarijiet, tiehu ritratt ta’ nies li ma tafhomx?

Xhud: Le mhux normali ta’

Imh. A. Lofaro : Mhux normali. Mela allura ghalfejn forsi ghamilt hekk dakinhar, ghax ghadek ma wegibtx id-domanda, allura jien ma nafx.

Xhud: Qed nipprova niftakr x’kienu l-events. Il-bar ftakartu, naf li dhalna hemm hekk.

Imh. A. Lofaro : Jien ma staqsejtekx jekk tiftakarx il-bar. Qed nurik ritratt, il- bord qed jurik mhux jien.

Xhud: Ehe.

Imh. A. Lofaro : U qeghdin nghidulek inti taqbel illi jidher illi qieghed tippuntah lejhom u tiehu xi filmat jew xi ritratt?

Imh. M. Mallia : Ha naghmlu hekk kien ippuntat lejhom.

Imh. A. Lofaro : Ippuntat lejhom zgur. Issa ghalfejn ma nafux. Imma hekk jidher, car jidher hekk.

Xhud: Le ma niftakrx li hadtilhom xi ritratti ta’.

Imh. A. Lofaro : Allura ghalfejn ghamilt il-mobile hekk? Jigifieri hemm tnejn min nies u nghamillhom hekk.

Xhud: Il-mobile hekk qieghed.

Imh. A. Lofaro : Nghamillhom hekk f’wicchom. Xhud: L-isfel qieghed Sinjura l-mobile.

Imh. V. Said Pullicino : Il-problema mhix dik, tant hemm cirkostanzi li jekk jghaqqadhom flimkien jaghtuk rizultat wiehed illi l-fejn kien jipponta dan il-mobile l-informazzjoni waslet.

Imh. A. Lofaro : Ezatt dak il-hin kwazi stess. Imh. V. Said Pullicino : . . . .

Imh. M. Mallia : L-iktar sinifikanti hu li hu mhux qieghed ihares lejn il-mobile.

Imh. A. Lofaro : Le inti m’intix thares lejh. Stramba hu naghmlu l-mobile hekk.

Dr. T. Comodini Cachia: . . . . . Imh. A. Lofaro : Ma jridx jidher.

Dr. J. Attard: Qal li ma jiftakrx hu.

Xhud: Ma niftakarx hu. Jista’ jkun ma niftakarx imma.

Imh. A. Lofaro : Imma ma spjegatx ghalfejn ma kontx qed thares lejn il- mobile ta’. Tista’ tispjegalna?

Xhud: Mhux bilfors inhares lejn il-mobile il-hin kollu Sinjura.

Imh. A. Lofaro : Imma jekk inti qieghed f’idejk dan il-mobile hekk mixghul. Xhud: Ghandi vizzju nzommu hafna f’idejja l-mobile imma ma . . . .

Imh. A. Lofaro : Per ezempju llum fejn qieghed il-mobile tieghek? Fejn? Xhud: Fil-but.

Imh. A. Lofaro : Ma hrigtux hux. Xhud: Le ghax . . .

Imh. A. Lofaro : Jekk inti qieghed ma siehbek go bar ghalfejn kellek il-mobile hekk f’idejk?

Imh. V. Said Pullicino : Tinsiex ma kontx wahdek eee.

Imh. A. Lofaro : Li kont wahdek nifhimha ghax tghid qieghed wahdi, I am bored . . . .

Xhud: Le, le.

Imh. V. Said Pullicino : Sur Vella l-movimenti tal-persuna li kienet mieghek ukoll jaghtu hafna sinjifikat.

Xhud: Jiena tlabtkom tghiduli, tidentifikawli l-persuna li kien hemm mieghi, u malli tajtuni l-persuna li kien hemm mieghi . . .

Imh. V. Said Pullicino : Issa wrejnijielek il-persuna. Issa l-movimenti ta’ dik il- persuna tghaqqadha mal-movimenti tieghek jaghtuk certu rizultat.

Imh. A. Lofaro : Ezatt ghax dak ghadek ma rajtx il- . . .

Imh. V. Said Pullicino : Ha nsaqsik domanda. Inti bhal li kont qieghed tmexxi parti minn kampanja elettorali ma min kellek komunikazzjoni diretta dak iz-zmien? Ma Keith Schembri kellek?

Xhud: Mhux direttament mieghu. Kienu jigu l-ordnijiet, I mean . . . Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri inti l-mobile . . .

Imh. A. Lofaro : Ma kontx iccempillu bil-mobile jew tibghatlu messagg? Xhud: Iva jista’ jkun, iva.

Imh. V. Said Pullicino : Kellek allura, jista jkun li kellek inti l-mobile tas-sur Schembri.

Xhud: Mela. Ehe.

Imh. V. Said Pullicino : Qed insaqsi biss jiena. Xhud: Kelli hu. Lis-sur Schembri nafu.

Imh. A. Lofaro : Mhux hekk, mhux ovvja. Chief of Staff.

Dr. T. Comodini Cachia: Ix-xhud semma, indika illi kien qieghed hemm hekk ghax kien qeighed press conference l-Imdina jew il-Buskett. . .

Imh. A. Lofaro : L-Imdina, ma nafx x’qal ta’, m’iniex certa. Xhud: Jew il-Buskett jew l-Imdina.

Imh. A. Lofaro : Ghax semmiha l-Imdina.

Dr. T. Comodini Cachia: Ara jekk il-press conference l-Buskett kienet fit- tmienja u nofs (08:30) ta’ filghodu?

Xhud: Ehe generalment fit-tmienja u nofs (08:30) kienu jkunu, imbaghad by the time li nassiguraw ruhna li jkunu zzarmaw l-affarijiet u tnaddaf il-post u ma hallejna xejn warajna jien kont nibqa’ hemmhekk biex inkun zgur illi ngabar kollox u kollox issetiljat.

Dr. T. Comodini Cachia: U forsi jiftakar fi x’hin telaq minn dik il-press conference u kif telaq jekk telaqx u nduna li quddiemu kien hemm xi hadd partikulari li xtaq jara fejn sejjer jew kien hemm xi hadd partikulari illi rajtu diehel go bar tal-kafe` u ghidt ara ha nidhol anke jiena?

Xhud: Le mhux il-kaz. Le, mhux il-kaz. Koncidenza kienet, mhux il-kaz.

Dr. T. Comodini Cachia: Forsi tiftakar allura fejn kont sejjer wara dik il-press conference?

Xhud: Probabilment nipprepara l-press conference ta’ l-ghada filghodu. Dr. T. Comodini Cachia: Tipprepara fejn?

Xhud: Niltaqa’ mal-kuntratturi. Ic-Centru Laburista.

Dr. T. Comodini Cachia: Ehe. U allura dak il-bar tghaddi minn quddiemu biex tmur mil-Buskett ghac-Centru Laburista?

Xhud: Ma niftakrx jekk hux il-Buskett jew l-Imdina.

Dr. T. Comodini Cachia: Il-Buskett kienet. Nista’ nghidlek jiena ghax sibt post fuq rapportagg tal-gazzetti. Allura mill-Buskett biex tmur ic-centru Laburista . . .

Xhud: Iva ghaddejjna biex nippruvaw niehdu dak iz-zmien te u zewg (2) pastizzi minn ghand is-Serkin u ma kienx hemm fejn nipparkjaw u pparkjajna hemmhekk. Purament b’koncidenza ghazilna go dak il- bar, ghax qieghed on the way u hemm parking warajh.

IMH. A. LOFARO : Issa qed tiftakar, fil-bidu ma bdejtx tiftakar. Ghidtilna ghadda hafna zmien, ma niftakarx.

Xhud: Le, le, imma wrejtuni l-post, urejtuni ma min kont. Dr. J. Attard: U l-konferma tal-konferenza.

Dr. T. Comodini Cachia: U l-persuni li jidhru f’dawk ir-ritratti inti qatt ma rajthom?

Xhud: Ma nafx min huma jien. Li hemm kollega tieghi iva naf min hu. L- ohrajn ma nafx min huma.

Dr. T. Comodini Cachia: Inti meta jkun konferenza stampa tibqa hemmhekk il- hin kollu?

Xhud: Ismaghni nkun hemm hekk indur u nghaqad halli nara li l-affarijiet ikunu qeghdin sew.

Dr. T. Comodini Cachia: Jigifieri taghti daqqa t’ghan l-ucuh ta’ min ikun ghal konferenza stampa?

Xhud: Konferenza stampa jkun hemm hafna niex imma ta’.

Dr. T. Comodini Cachia: Ehe. Allura inti gie li kellek grajjiet fejn tkun miexi mal- Prim Ministru Joseph Muscat jew Robert Abela u jwaqfuh xi gurnalisti u inti tkun mieghu?

Xhud: Iva.

Dr. T. Comodini Cachia: U inti dak il-hin tara l-wicc ta’ dawk illi waqfuh?

Xhud: Imma ifhimni ma nkunx qed naghti kaz x’qed isaqsuh u l- proceedings tal-konferenza.

Dr. T. Comodini Cachia: Tajjeb imma l-wicc tkun rajtu. Xhud: Imma ma jfissirx li nkun rajtu l-wicc allura . . . Dr. T. Comodini Cachia: Allura rajt il-wicc u ma tiftakrux? IMH. A. LOFARO : Tibqa’ tiftakru l-wicc?

Xhud: Ma nkunx nafu hu.

Dr. T. Comodini Cachia: Lanqas, jigifieri inti qed tghidilna illi jekk tara wicc b’mod repetut dejjem fl-istess sitwazzjoni ma tiftakrux u ma tgharfux?

Xhud: Inkun naf li hu gurnalist ghax ikun qieghed mal-gurnalisti imma ma nkunx naf x’jismu u fejn qieghed u dan hu.

Imh. A. Lofaro : Imma jekk tarah barra kont tgharfu. Dr. T. Comodini Cachia: Imma tkun tgharfu?

Imh. A. Lofaro : Tghid dak gurnalist, hux hekk?

Xhud: Jista’ jkun iva mela, mela lili jafuni hafna nies, bhal ma naf hafna nies jiena hu.

Dr. T. Comodini Cachia: Allura jekk gurnalist tgharfu bhala li hu gurnalist, mhux ismu u kunjomu, lanqas jien ma niftakar l-ismijiet u l- kunjomijiet, allura meta rajt dawk ir-ritratti zgur li ma gharaft lil hadd jew hadd ma daqqlek qanpiena?

Xhud: Le onestament ta’.

Imh. A. Lofaro : Jista jkun kien hemm gurnalist f’dak ir-ritratt? Xhud: Siehbi mhux gurnalist zgur.

Imh. A. Lofaro : Le mhux siehbek. Xhud: L-ohrajn . . .

Imh. A. Lofaro : Dawk iz-zewgt (2) irgiel.

Xhud: Dawk iz-zewg (2) persuni li kien hemm ma nafhomx. Dak iz-zmien kont ghadni qatt ma kellimthom f’hajti jigifieri, jekk tafu min huma jistghu jassiguraw li qed nghid il-verita. Qatt ma kellimthom f’hajti kont dawk.

Dr. T. Comodini Cachia: Kemm ‘il darba kont f’postijiet u jkun hemm persuna ta’ nteress, mhux ghalik imma forsi ghal Partit Laburista jew ghal xi politici u tinfurmahom illi rajtha lil dik il-persuna, jew x’kienet qed taghmel dik il-persuna, jew fejn kienet?

Xhud: Jista’ jkun certu cirkostanzi hekk iva. Huwa xogholi li ninnota.

Dr. T. Comodini Cachia: Jigifieri parti minn xogholok illi jekk tara xi persuna jew xi haga ssir li tahseb li hija ta’ nteress ghall-ufficcju tal-Prim Ministru jew ghal Partit Laburista li tirraportaha?

Xhud: Hekk hu.

Imh. V. Said Pullicino : Dottoressa . . .

Dr. T. Comodini Cachia: U lil min kont tirraporta?

Imh. V. Said Pullicino : Ahna qed nitkellmu fuq granet qabel l-elezzjoni . . . Dr. T. Comodini Cachia: Qed nipprova nfakkru Sur Imhallef.

Imh. V. Said Pullicino : Mhux hekk. Huwa mportanti – dana qed nitkellmu fi zmien wara l-Panama Papers.

Dr. T. Comodini Cachia: Ezatt. U meta tirraporta dak li rajt, lil min iccempel inti biex tirraporta dak li rajt?

Xhud: Mhux dejjem l-istess.

Imh. A. Lofaro : Mela min huma n-nies li ccempel? Xhud: Gie li bghatt lis-sur Keith Schembri jigifieri.

Imh. V. Said Pullicino : Fuq xi haga serja, jekk hi bicca ahbar tahraq lis-sur Schembri trid tibghatha, mhux hekk, dak iz-zmien?

Xhud: Mhux bilfors ta’.

Imh. A. Lofaro : Mela jekk mhux lis-sur Schembri, lil min jekk joghgbok? Lil min?

Xhud: Ifhimni gerealment lilu kont nibghatha jekk kienet kampanja . . IMH. A. LOFARO : Lis-sur Schembri mela ok.

Dr. T. Comodini Cachia: Mela inti fil-bidu tax-xiedha, Sinjuri, s-sur Vella qal illi beda jahdem l-OPM fil-Communications Office . . . .

Imh. M. Mallia : Sekonda mhux biex ninterrompik. Dr. T. Comodini Cachia: Skuzani Sur Imhallef.

Imh. M. Mallia : Pero’ nixtieq naghlaq din il-kwistjoni tal-bar. Hawn hekk ghandi data u ghandi hin.

Imh. A. Lofaro : Ehe.

Dr. T. Comodini Cachia: Iva.

Imh. M. Mallia : Issa s-sur Vella qalilna illi hu l-Press Conference kienet filghodu imma l-istill li ghandna hawn li wrejnieh all right, huwa fl- ghaxra neqsin kwart (09:45) ta’ filghaxija.

Xhud: Ta’ filghaxija? Le mhuwiex ta’.

Imh. M. Mallia : Fl-ghaxra neqsin kwart (09:45) . . .

Imh. A. Lofaro : Imma dak ma jigdibx ta’ dak l-istill.

Xhud: Le, le, le mhuwiex ta’ zgur. Zgur m’huwiex. Qed nghidu b’gurament.

Imh. M. Mallia : Mela jista’ jkun l-istill huwa zbaljat. Xhud: Qed nghidlek b’gurament.

Dr. T. Comodini Cachia: Ix-xhud ukoll, qed nikkonferma max-xhud, ix-xiedha f’dawk il-proceduri nfurmawna l-laqgha kien bejn xi l-ghaxra (10:00), l-ghaxra u nofs (10:30) ta’ filghodu.

Imh. A. Lofaro : Ehe.

Dr. T. Comodini Cachia: Jigifieri l-hin ta’ filghaxija li jindika pm huwa hazin. Imh. M. Mallia : Il-pm hazin.

Imh. A. Lofaro : Mela skuzawna. Dr. T. Comodini Cachia: Pm hazin. Imh. M. Mallia : Mela suzani.

Imh. A. Lofaro : Ghamilna zball. Xhud: Ghalhekk qed nghidlek. Imh. A. Lofaro : Ghamilna zball.

Imh. M. Mallia : Ma kellix dik l-informazzjoni. Imh. A. Lofaro : Anke jien bhalu qed narah.

Imh. M. Mallia : Ma kellix dik l-informazzjoni. Dr. T. Comodini Cachia: Ghalhekk ta.

Imh. A. Lofaro : Ghamilna zball.

Dr. T. Comodini Cachia: Ghax ftakartha mix-xiedha u ccekkjajt. Imh. M. Mallia : B’hekk tispjega all right.

Imh. A. Lofaro : Allura taghmel sens.

Dr. T. Comodini Cachia: Ghalhekk saqsejt kif telaq mill-Press Conference u jekk rax lil xi hadd ta’ nteress.

Imh. A. Lofaro : Ehe.

Imh. V. Said Pullicino : Imxejt fuq ix-xiedha. Dr. T. Comodini Cachia: Ehe.

Imh. V. Said Pullicino : Dan li qed jghid huwa possibli, huwa possibli wkoll jigifieri, huwa probabbli minn dak li ghandna illi dak li gara, gara.

Imh. A. Lofaro : Ehe.

Dr. T. Comodini Cachia: Fil-fatt ix-xhud qalilna li meta jara xi haga ta’ nteress jinforma lil Keith Schembri.

Imh. V. Said Pullicino : U mhux hekk issa mbaghad . . .

Imh. A. Lofaro : Imma ma tiftakarx li ltqajt ma gurnalist jew rajt gurnalist? Xhud: Le.

Imh. A. Lofaro : Le.

Xhud: Onestament dawk it-tnejn (2) min nies rajthom x’hin kont mal- partner tieghi, ma siehbi.

Imh. V. Said Pullicino : Inti dawk in-nies m’gharafthomx. Imh. A. Lofaro : M’gharafhomx.

Xhud: No.

Imh. M. Mallia : Xi haga ohra?

Dr. T. Comodini Cachia: Ix-xhud fil-bidu qal illi waqaf jahdem fl-ufficcju tal- Prim Ministru fit-tnax (12) ta’ Jannar ta’ din is-sena. Allura xtaqt lix-xhud jghid jekk ghamilx xi granet jahdem mal-Prim Ministru Robert Abela jew le?

Xhud: Id-data m’iniex ezatt meta waqaft nahdem, imma il-gurament kien fit-twelve (12), xi gimgha wara.

Imh. A. Lofaro : Mela ghamilt xi granet tahdem mal-Prim Ministru Robert Abela jekk joghgbok?

Xhud: Iva, iva ghamilt kwazi gimgha u nofs. Imh. A. Lofaro : Gimgha u nofs.

Xhud: Il-gurament huwa l-Gimgha imbaghad it-Tlieta spiccajt ta’ wara, jigifieri Monday, Tuesday ta’ wara spiccajt, id-data mhux qed niftakarha.

Imh. V. Said Pullicino : Kif spiccajt? X’kienet ir-raguni? Xhud: Ovvjament ghandu . . . .

Imh. V. Said Pullicino : Le, le, le ifhimni rcivejt nota mill- . . .

Xhud: Le, le, le tkellimt mas-sur Clyde Caruana u qalli : Isma l-job tieghek tibda’ Projects Malta.

Imh. V. Said Pullicino : Daqshekk biss. Imh. A. Lofaro : Ok.

Dr. T. Comodini Cachia: U x-xhud informa lil bord illi kien jahdem Projects Malta mbaghad mor l-OPM u mbaghad rega’ mar Projects Malta. Xtaqt inkun naf jekk kienx hu li talab li jmur l-OPM jew kienx xi hadd li ssuggerielu li ghandu jmur l-OPM.

Imh. A. Lofaro : Jew jitolbu li ghandhom bzonnu forsi, whatever.

Xhud: Kien hemm persuna ohra qabli li kien jaghmel dak ix-xoghol tieghi. Spicca hu. Ircivejt minn ghand il-Prim Ministru biex immur inkellmu u nibda naghmel dak ix-xoghol, jigifieri, I mean kont naghmlu, kif qed nghidilkom waqt il-kampanja elettorali, xogholi nafu.

Dr. T. Comodini Cachia: U hemm fid-dossier li gie prezentat hemm ritratti tas- sur Vella, per ezempju fil-Malta Summit tal-European Leaders li kien tnejn (2) ta’ Frar elfejn u sbatax (2017), fit- tlieta (3) ta’ Frar elfejn u sbatax (2017), pero’ jghid illi beda jahdem l-Ufficcju tal-

Prim Ministru f’dan r-rwol f’Novembru ta’ sentejn wara dawn ir- ritratti. Forsi jispjega allura x’kien r-rwol tieghu f’dawn ir-ritratti.

Imh. A. Lofaro : . . . . id-domanda iva. Xhud: Ehe.

Dr. T. Comodini Cachia: Jien nista’ nurik ir-ritratti imma tieghi mhazzin u mhux bil-kulur jigifieri.

Xhud: Insejt indahhal tac-CHOGM ukoll ghax fic-CHOGM kont parti mit- task force tac-CHOGM ukoll. Kien kompitenza tieghi fuq il-logistika jiena gie li kont nghin lill-Ufficcju tal-Prim Ministru biex naghmel dan ix-xoghol, jigu summits, jigu bhal ma kien il-dawn u kont niehu sehem, jigifieri l-kontribut tieghi.

Imh. V. Said Pullicino : Inti kont bniedem fdat, bniedem fdat jghidulek ejja ghandi bicca xoghol . . .

Xhud: Ehe.

Dr. T. Comodini Cachia: L-ahhar domanda. Il-Bord staqsa qabel jekk inti ppartecipajtx jew smajtx diskussjonijiet jew diskors dwar il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia. Peress li x-xoghol tieghek fl-OPM kien wara l-assassinju forsi tghidilna jekk smajtx diskuzzjonijiet jew tkellimtux dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, dwar l- allegazzjonijiet li kien hemm fil-gazzetti fuq il-korruzzjoni ta’ Keith Schembri u r-rapporti ta’ l-FIAU allura?

Imh. A. Lofaro : Panama Papers? Xhud: No, no.

Imh. A. Lofaro : Ma kontu titkellmu qatt fuq dawn l-affarijiet. Xhud: No. Le.

Dr. T. Comodini Cachia: M’ghandi xejn izjed mix-xhud. Imh. A. Lofaro : Qatt.

Imh. M. Mallia : Depozizzjoni sospiza.


Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Dr. Ronnie Vella dettata minnu stess. Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Margaret De Battista Traskrittrici