Xhieda ta’ Reuben Sciberras – 9 ta’ Marzu 2020

Xhieda ta’ Reuben Sciberras – 9 ta’ Marzu 2020

Differita 28 ta’ Gunju 2006


L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum it-Tnejn 9 ta’ Marzu 2020, fis-2:300 p.m. fit-Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.


Xhud Reuben Sciberras iben Postilio u Dorothy nee` Farrugia mwieled Il- Pieta` u residenti l-Qrendi, bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid :


Chairman Imhallef M Mallia :

Sur Sciberras, fejn tahdem illum?


Ix-Xhud :

Jiena bhal issa Kap tas-Segretarjat mal-Ministru Julia Farrugia Portelli.


Chairman Imhallef M Mallia :

Il-Ministeru tal-…?


Ix-Xhud :

Il-Ministeru tat-Turizmu.


Imhallef A Lofaro :

Turizmu.


Ix-Xhud :

Iva.


Chairman Imhallef M Mallia :

Kemm ilek hemm?


Ix-Xhud :

Ilni hemmhekk mill-15 ta’ Jannar.


Chairman Imhallef M Mallia :

U qabel?

Ix-Xhud :

U qabel kont Kap tas-Segretarjat ma’ l-istess ma’ l-Onorevoli Julia Farrugia Portelli dak inhar ..


Imhallef A Lofaro :

Tista’ tghidilna meta bdejt ma’ Mrs Farrugia Portelli?


Ix-Xhud :

Ma’ Farrugia Portelli bdejt kif hadet l-elezzjoni ezatt; jigifieri l-ewwel gimgha..


Imhallef A Lofaro :

2017?


Ix-Xhud :

Iva 2017


Imhallef A Lofaro :

2017


Ix-Xhud :

Yes; Gunju 2017.


Imhallef A Lofaro :

Jigifieri qabel it-2017 ma kontx f’ xi Ministeru?


Ix-Xhud :

Iva qabel ghamilt sena ezatt wara l-elezzjoni fl-2013 fil-kariga ta’ ufficjal tal- komunikazzjoni mal-Ministru tat-Turizmu ta’ dak iz-zmien Carmelo Vella; imbaghad wara sena mort ufficjal tal-komunikazzjoni mal-Ministru Helena Dalli.


Imhallef A Lofaro :

U kemm domt mal-Ministru Dalli?


Ix-Xhud :

Mela mal-Ministru Dalli domt tliet (3) snin.


Imhallef A Lofaro :

Tliet snin.


Ix-Xhud :

Sakemm issejhet l-elezzjoni. Sakemm intemmet il-legislatura.

Imhallef A Lofaro :

Mela qisu ghal habta 2017. Wara t-2017 …


Ix-Xhud :

Ezatt. Sat-3 ta’ Gunju sa dak inhar ta’ l-elezzjoni


Imhallef A Lofaro :

….mort mas-sinjura Julia Farrugia Portelli


Ix-Xhud :

Ezatt, hekk hu iva.


Imhallef A Lofaro :

Ok grazzi.


Dr Therese Comodini Cachia :

Pero` jekk nista’, jiena nifhem illi fit-2017 Julia Farrugia Portelli l-ufficcju taghha kien f’ Kastilja u mhux f’ binja ohra, le?


Ix-Xhud :

Iva f’ Kastilja, iva.


Imhallef A Lofaro :

Meta kienet Segretarju Parlamentari fl-ufficcju tal-Prim Ministru iva.


Ix-Xhud :

Segretarju Parlamentari fl-ufficcju tal-Prim Ministru iva


Imhallef A Lofaro :

Iva Kastilja kienet.


Chairman Imhallef M Mallia :

U kellek ufficcju hemmhekk.


Ix-Xhud :

Iva.


Chairman Imhallef M Mallia :

Bhala ufficjal Kastilja inti kellek access ta’ l-ambjenti kollha ta’ Kastilja jew sas-sulari tieghek biss?

Ix-Xhud :

No, le. Jiena l-access tieghi kien biss fit-tieni sular, b’ reception area ghalina. Il-wing taghna ezatt.


Chairman Imhallef M Mallia :

It-tieni sular


Ix-Xhud :

Fit-tieni sular.


Chairman Imhallef M Mallia :

It-tieni sular huwa fejn kien hemm l-ufficcju tal-Prim Ministru


Ix-Xhud :

Iva iva; wing ghalina imma.


Chairman Imhallef M Mallia :

Hemmhekk kellek l-ufficcju tieghek.


Ix-Xhud :

Yes; imma ‘l boghod; faccatta ta’ l-ufficcju tal-Prim Ministru. Ma kellna x’ naqsmu xejn ma’ l-ufficcju tal-Prim Ministru.


Chairman Imhallef M Mallia :

F’ dawn id-diversi rwoli li kellek qatt iddiskutejtu l-pubblikazzjonijiet ta’ Daphne Caruana Galizia u l-effetti taghhom?


Ix-Xhud :

Skuzi? Iddiskutejt xiex?


Chairman Imhallef M Mallia :

F’ dawn id-diversi rwoli li kellek qatt iddiskutejtu l-pubblikazzjonijiet ta’ Daphne Caruana Galizia?


Imhallef A Lofaro :

Din li qed nitkellmu mit-2013 sal-lum.


Ix-Xhud :

Le.


Chairman Imhallef M Mallia :

Le?

Ix-Xhud :

Jiena l-kuntatt tieghi mas-sinjura Daphne Caruana Galizia kien ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Mhux il-kuntatt tieghek staqsejtek jiena.


Imhallef A Lofaro :

Diskussjonijiet fl-ufficini.


Chairman Imhallef M Mallia :

Iddiskutejt fl-ufficcju tieghek ma’ whoever…


Ix-Xhud :

No.


Chairman Imhallef M Mallia :

….il-pubblikazzjonijiet ta’ Daphne Caruana Galizia


Ix-Xhud :

Le ta.


Chairman Imhallef M Mallia :

Le.


Imhallef A Lofaro :

Xejn?


Ix-Xhud :

X’ tip ta’ ..


Imhallef A Lofaro :

Qed nghidu Panama Papers, Egrant ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Panama Papers, Keith Schembri, Konrad Mizzi ..


Ix-Xhud :

Jiena bhala Kap tas-Segretarjat kelli x’ naqsam biss mar-rwol tieghi hemmhekk fis-segretarjat, max-xoghol li kellna ahna bhala portfolio li kien ir- riformi, ic-cittadinanza u s-simplifikazzjoni.

Imhallef A Lofaro :

Imma ahna qed nghidu mhux xoghol, mhux doveri. Diskussjonijiet. In-nies jitkellmu. Tmur fejn tmur in-nies tismaghhom jitkellmu!


Ix-Xhud :

No. Miniex ser niftakar, le.


Chairman Imhallef M Mallia :

U lanqas il-Pilatus Bank per ezempju ma ddiskutejtu? Jew rapporti ta’ l- FIAU?


Ix-Xhud :

No; jiena zgur li le. Le.


Imhallef A Lofaro :

U hadd ma ddiskutihom fil-prezenza tieghek, lanqas.


Ix-Xhud :

Fil-perzenza tieghi zgur li le.


Imhallef A Lofaro :

Hadd.


Chairman Imhallef M Mallia :

Is-sinjura Caruana Galizia qatt semmiet il-Ministeru jew is-Segretarjat Parlamentari li inti kont involut…


Imhallef A Lofaro :

Jew il-Ministri li kont tahdem maghhom?


Ix-Xhud :

Mill-memorja li niftakar ..


Imhallef A Lofaro :

Jigifieri qatt ma semmiet lis-Sur Abela ..


Ix-Xhud :

Is-Sur Abela ghal min qed tirreferi?


Imhallef A Lofaro :

Carmelo Abela, le?

Chairman Imhallef M Mallia :

Carmelo Vella.


Imhallef A Lofaro :

Carmelo Vella, ok. Imbaghad ghedna Helena Dalli ..


Chairman Imhallef M Mallia :

..is-sinjura Helena Dalli, il-Prim Ministru..


Imhallef A Lofaro :

Il-Prim Ministru, Julia Farrugia Portelli…


Ix-Xhud :

Mela li niftakar zgur ta’ Helena Ddalli, u dik li kont ser nallaccja ftit ilu. Jiena l-unika kuntatt li kelli mas-sinjura Caruana Galizia kien darba fit-13 ta’ Mejju ta’ l-2014 meta s-sinjura Caruana Galizia kienet cemplitli u talbitni informazzjoni relatata ma’ xoghol fuq persuna partikolari, u talbitni nikkonferma. U ghamlitu mieghi bhala l-ufficjal tal-komunikazzjoni tal- Ministeru.


Imhallef A Lofaro :

Sewwa.


Ix-Xhud :

U jiena tlabta anke tibghat l-mistoqsija bil-miktub, kif fil-fatt ghamlet ftit tal- hin wara. Jiena wegibt ghal din il-mistoqsija. Irrispondiet lura, u anke apprezzat il-fatt li wegibt malajr, u kienet tellghet din l-istorja jigifieri; u kienet semmiet li jiena talbet l-informazzjoni minn ghandi u li jiena wegibtha, u jigifieri din kienet..


Imhallef A Lofaro :

Ma tistax tghidilna fil-qasir hafna fuq xiex kienet il-fatt? Zewg kelmiet ta biss.


Ix-Xhud :

Mela milli niftakar; l-istorja kient tirrigwarda l-ingagg ta’ certu Marisa Schembri. Infatti hemm l-istorja fuq il-blog taghha fit-13 ta’ Mejju 2014. Dik kienet l-unika darba li s-Sinjura Daphne Caruana Galizia semmietni u li jiena gejt f’ kuntatt maghha. U dik hija wahda minn l-istejjer li niftakar fejn kienet issemmiet il-Ministru Helena Dalli.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jekk forsi bil-permess tal-Bord, pero` l-blog ta’ Daphne Caruana Galizia kien ippubblika stejjer fuq il-Ministru Helena Dalli; dawk kienu fi zmienek? U jekk

kienu fi zmienek inti bhala Head of Communications kif ikkoordinajt ir- risposta ghalihom?


Ix-Xhud :

Le jiena kull meta kien hemm bzonn illi nwiegbu, wegibna, imma ma niftakarx illi kien hemm stanzi ohra illi kellna bzonn inwiegbu lis-sinjura Daphne Caruana Galizia. Dik kienet l-unika darba li niftakar jiena fejn bghatet il-mistoqsija u jiena wegibt bhala ufficjal tal-komunikazzjoni.


Imhallef A Lofaro :

Imma ejja nghidu li ma baghtix il-mistoqsija..


Ix-Xhud :

Le jiena min-naha tieghi qatt ma kien hemm .. ma niftakar li li kien stanzi fejn jiena hassejt li kelli nwiegeb lil Daphne Caruana Galizia.


Imhallef A Lofaro :

Le le mhux twiegeb.


Dr Therese Comodini Cachia :

Mhux twiegeb lilha; kienx tohorgu stqarrija intom jew ..


Ix-Xhud :

Ma niftakarx li kien hemm bzonn li nohorgu stqarrijiet biex inwiegbu lil Daphne Caruana Galizia.


Dr Therese Comodini Cachia :

Mela insa t-twegiba lil Daphne Caruana Galizia u forsi tindikalna jew tiddeskrivilna meta tridu tfasslu fix-xoghol tieghek messagg politiku inti ma’ min kont tikkonsulta? Mal-Ministru, mas-Segretarju Parlamentari, kif kontu tibnuh dan il-messagg politiku?


Ix-Xhud :

Mela ovvjament trid titkellem mal-Ministru tieghek meta jiena kont ufficjal tal-komunikazzjoni. Ovvjament tara li tigbor l-informazzjoni, titfassal it- twegiba; jekk il-Ministru mbaghad ovvjament tkun komda biha mbaghad tintbaghat.


Imhallef A Lofaro :

Mhux twegiba ta hi qieghda tghidlek; tfassil ta’ policy.


Ix-Xhud :

Policy ..?

Dr Therese Comodini Cachia :

Ta’ messagg politiku


Ix-Xhud :

Jiena bhala ufficcjal tal-komunikazzjoni ma kontx involut biex infassal policies. Ir-rwol tieghi dak iz-zmien kien illi jekk jaslu mistoqsijiet jew ahna rridu b’ xi mod nirribattu jew inhossu li l-istorja ma kinetx veritiera, ehe hemmhekk…


Imhallef A Lofaro :

Ehe, xi haga hekk.


Ix-Xhud :

….ehe, hemmhekk ha nfasslu t-twegiba, tiklerja l-Ministru u mbaghad eventwalment tintbaghat kif naghmlu anke l-prassi li ssir mal-Media Houses kollha. Jigifieri kull meta jidhlu mistoqsijiet mill-gurnalisti li jiena kien ikolli regolari, bhal kull ufficjal tal-komunikazzjoni, tara li tipprovi twegibiet li jkunu qed jitolbu.


Imhallef A Lofaro :

Mhux ovvja? Pero` sa fejn taf inti din biss kien hemm tas-sinjura Schembri.


Ix-Xhud :

Li niftakar jiena iva.


Imhallef A Lofaro :

Dik biss kien hemm


Ix-Xhud :

Domandi diretti iva.


Imhallef J Said Pullicino :

Ha nipprova nifhem ftit jiena; relazzjoni bejn id-diversi communication’s officers f’ Kastilja. Issa irrizultalna li ..


Ix-Xhud :

Jiena f’ Kastilja ma kontx – ma kellix il-karga ta’ communication officer Sur Imhallef


Imhallef J Said Pullicino :

Kellek ..

Ix-Xhud :

Jiena Kap tas-Segretarjat kont.


Imhallef J Said Pullicino :

Kap tas-Segretarjat.


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma taf kif kien jahdem il-communications system f’ Kastilja. Jigifieri l- communications officers kienu jaghmlu liaison ma’ Kurth Farrugia bhala Kap tal-komunikazzjonijiet ta’ Malta kollha jew le?


Ix-Xhud :

Ovvjament irid ikun hemm messagg centralizzat, iva mela.


Imhallef J Said Pullicino :

Qed insaqsi biss jien jigifieri.


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef J Said Pullicino :

Jekk tafx jekk kienux jiltaqghu dawn kull tant u jiddiskutu


Ix-Xhud :

Imma jiena li nista’ nghid minn l-2017 ma nistax inwiegeb ghaliex jiena mbaghad ma bqajtx fil-komunikazzjoni.


Imhallef J Said Pullicino :

Li qed nghid huwa qabel l-2017.


Ix-Xhud :

Ehe meta kien hemm il-bzonn illi nikkomunikaw mal-kap tal-komunikazzjoni konna naghmluha wkoll iva.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma kien hemm sistema, ifhimni. F’ kull organizzazzjoni hemm is-sistemi; ha jghidu per ezempju ahna darba fix-xahar ha niltaqghu ha naraw. Kien hemm dawn is-sistemi jezistu?

Ix-Xhud :

Iva konna nzommu kuntatt fejn kien hemm bzonn mal-kap tal- komunikazzjoni..


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri kien hemm sistemi.


Ix-Xhud :

Iva kien hemm drabi fejn ikkomunikajna mieghu iva


Imhallef J Said Pullicino :

Dawn il-laqghat li kien ikollkom, issa mhux inti, il-communications officers kolha, mas-Sur Farrugia or whatever, kien jigi diskuss kif ser taffrontaw certi sitwazzjonijiet – certi problemi? Fejn naf, jghidu hemm problema tal-Power station. Kien jigi diskuss jekk kien hemm domanda kif ser tirrisponduha? On a general bases issa, mhux il-Ministeri


Ix-Xhud :

Normalment jekk ikun hemm issue partikolari iktar nahseb li ser niddiskutuha one to one milli niddiskutuha b’ mod generali.


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri inti qatt ma kellkom din il- …, meta giet assassinata Mrs Caruana Galizia kont ghadek hemm inti?


Ix-Xhud :

Skuzani? Meta xiex?


Imhallef J Said Pullicino :

Meta giet assassinata Mrs Daphne Caruana Galizia inti kont ghadek hemm?


Ix-Xhud :

Le, jiena ma kontx ghadni ufficjal tal-komunikazzjoni, le.


Imhallef A Lofaro :

Fejn kont tahdem dad iz-zmien jekk joghgbok?


Ix-Xhud :

Mela dak inhar ta’ l-assassinju jiena kont diga` Kap tas-Segretarjat mas- Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli ..

Dr Therese Comodini Cachia :

Jekk nista’ biex inkompli nghaqqad iz-zewg domandi; jekk inti kont diga` kap tas-segretarjat ta’ l-Onorevoli Julia Farrugia Portelli li ghedtilna li dak inhar kienet Segretarju Parlamentari dwar cittadinanza fost affarijiet ohra.


Imhallef A Lofaro :

Fl-ufficcju tal-Prim Ministru Kastilja.


Dr Therese Comodini Cachia :

Fl-ufficcju tal-Prim Ministru


Ix-Xhud :

Ehe.


Dr Therese Comodini Cachia :

Zgur illi Daphne Caruana Galizia u guralisti ohra kienu jqajmu kwistjonijiet fuq il-kwistjoni tac-cittadinaza. Allura intom kif kontu tfasslu kif ser tirrispondu ghal dik il-kritika? Kontu tiltaqghu flimkien? Kellek id-direzzjoni ta’ Kurt Farrugia? Jew inti Head tas-Segretarjat u assolutament ma taf xejn fuq dan u lanqas kwazi kwazi kien jinteressak illi tkun taf?


Ix-Xhud :

Jiena qatt ma kelli l-ebda laqgha biex b’ xi mod inwiegbu lis-sinjura Daphne Caruana Galizia fuq xi ..


Imhallef A Lofaro :

Mhux hekk qaltlek.


Dr Therese Comodini Cachia :

Minhiex qed nitkellem fuq is-sinjura Daphne Caruana Galizia


Imhallef A Lofaro :

Mhux hekk qaltlek.


Dr Therese Comodini Cachia :

Il-mistoqsija hija inti kont Head tas-segretarjat ta’ Julia Farrugia Portelli, Segretarju Parlamentari fost affarijiet ohra fuq il-programm tac-cittadinanza. Kulhadd jaf illi l-programm tac-cittadinanza kien hemm kritika fil-pubbliku. Dik il-kritika bhala Head tas-Segretarjat inti kif kont taf x’ ghandek twiegeb ghaliha? Forsi mhux ghax jistaqsuk il-gurnalisti imma forsi tkun qieghed x’ fi event u xi hadd jigi fuqek u jghidlek – marelli kemm qed jikritikawkom, x’ qed tghaffgu? Inti, xi hadd jippreparak il-messagg li s-segretarjat ha johrog fuqha dik il-kwistjoni?

Dr Jonathan Attard :

Bir-rispett kollu, dik x’ relevanza ghandha f’ din l-inkjesta?


Dr Therese Comodini Cachia :

Hafna.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ha jwiegeb. Wiegeb.


Ix-Xhud :

Le jiena qatt ma kelli dawn it-tip ta’ laqghat jew qatt ma intlabt inwiegeb dawn it-tip ta’ mistoqsijiet jigifieri…


Imhallef A Lofaro :

Qatt ma gejt infaccat bi kritika?


Dr Therese Comodini Cachia :

Ahja minni mela ghax jiena fl-oppozizzjoni u jsaqsuni kull jum!


Imhallef A Lofaro :

Gejt affaccjat b’ xi tip ta’ kritika?


Dr Therese Comodini Cachia :

U mhux ovvja li ma jistax ikun!


Imhallef A Lofaro :

Imma hu jaf.


Ix-Xhud :

Kull meta kien hemm mistoqsijiet fuq il-programm tac-citadinaza b’ investiment nahseb li fil-parlament inghataw it-twegibiet kollha mis- Segretarju Parlamentari.


Imhallef A Lofaro :

Jigifieri inti qatt ma kellek dawn it-tip ta’ issues.


Ix-Xhud :

Le le.


Imhallef A Lofaro :

Hadd ma talbek kjarifiki jew gejt inffaccjat b’ xi kritika …

Ix-Xhud :

Le, kull meta intbaghtu xi mistoqsijiet mill-media fuq il-programm ta’ cittadinanza b’ investiment sa fejn naf jiena dawk kollha wegibnihom, jigifieri through channels normali f’ kull Ministeru.


Chairman Imhallef M Mallia :

U Kastilja kien hemm xi point of reference ta’ xi hadd fejn the buck stops nghidu bl-Ingliz?


Imhallef A Lofaro :

Ezempju li jkollok diffikolta`.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghal dawk il-kwistjonijiet jew ghal dawk li huma narrattivi li ghandkom taghtu lil press per ezempju?


Imhallef A Lofaro :

Jekk per ezempju ghandek diffikulta`, per ezempju


Chairman Imhallef M Mallia :

Inti ma tistax. Inti di proprio ma tistax tohrog stqarrija minghajr ma tirreferi lil xi hadd. Issa go Kastilja ghal dawk li huma stqarrija li kienu johorgu minn hemm min kien il-persuna responsabbli ghaliha dik?


Ix-Xhud :

Stqarrijiet normalment ikollhom l-approvazzjoni finali mill-Communications Office ta’ Kastilja


Chairman Imhallef M Mallia :

Li …?


Ix-Xhud :

Jigifieri li kien jitmexxa minn Kurt Farrugia.


Imhallef A Lofaro :

Is-Sur Kurt Farrugia.


Chairman Imhallef M Mallia :

Kien minn Kurt Farrugia


Ix-Xhud :

Iva.

Dr Therese Comodini Cachia :

Ix-xhud semma illi kien hemm diveri PQs risposti fil-parlament; fi thejjija ta’ risposta ta’ dawk il-PQs inti bhala Kap tas-Segretarjat kont tkun involut?


Ix-Xhud :

Mhux dejjem. Kien ikun hemm l-ufficjali involuti mil-PQs li eventwalment imbaghad once li titfassal ir-risposta tinghadda lill-Ministru koncernat biex jikklerjaw anke jekk ikun hemm xi emendi li hemm bzonn isiru u ….


Imhallef A Lofaro :

Ma jurewhielekx lilek?


Ix-Xhud :

Skuzani? Ma …


Imhallef A Lofaro :

Ma kienux juruwhielek?


Ix-Xhud :

Mhux dejjem kont narhom le. Imma jiddependi skont..


Imhallef A Lofaro :

Skont il-kaz jigifieri.


Imhallef J Said Pullicino :

Dan kien is-Sur Bedingfield hux hekk?


Ix-Xhud :

Sorry?


Imhallef J Said Pullicino :

Kien is-Sur Bedingfield dan li jirrispondi l-PQs; responsabbli tal-PQs.


Ix-Xhud :

Kien hemm persuna responsabbli.


Imhallef J Said Pullicino :

Jekk hux hu jew le qed nistaqsik. Kien hemm is-Sur Bedingfield jew le? Hu kien jirrispondihom?


Ix-Xhud :

Is-Sur Bedingfield?

Imhallef J Said Pullicino :

…ghax hu qalilna li kien responsabbli ghal PQs ghalhekk qed nistaqsik jiena.


Ix-Xhud :

Ma niftakarx ta’, jiena kont nikkolabora ma’ persuna ohra fuq il-PQs.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ma’ min?


Chairman Imhallef M Mallia :

Ma’ min?


Ix-Xhud :

Mas-Sur David Bartolo


Imhallef A Lofaro :

David Bartolo.


Dr Therese Comodini Cachia :

Fejn kien jahdem? Ghax ghadna ma smajniex b’ ismu


Dr Jonathan Attard :

Ma jfissirx li ma jezistix!


Dr Therese Comodini Cachia :

Imma fejn kien jahdem?


Ix-Xhud :

F’ Kastilja wkoll.


Dr Therese Comodini Cachia :

F’Kastilja wkoll.


Imhallef J Said Pullicino :

Qed nghidlek hekk ghax is-Sur Bedingfield ghandna l-impessjoni li kien qalilna li hu kien responsabbli x’ kien ix-xoghol tieghu principali jekk mhux uniku, f’ Kastilja. Issa jista’ jkun li kellu lil xi hadd jghinu wkoll ta’ jigifieri.


Ix-Xhud :

Mhux hekk? Assistent hu.

Imhallef A Lofaro :

Inti fil-facebook page tieghek tellajt xi haga xi posts wara li giet assissinata l- gurnalista Daphne Caruana Galizia?


Ix-Xhud :


Imhallef A Lofaro :

Cert li ma tellajtx?


Ix-Xhud :

Ma niftakarx ta’; ma tantx inhobb intella’ post kontraversjali jiena..


Imhallef A Lofaro :

Ara tiftakarx li tallejt fis-16 ta’ Ottubru 2017, zewg posts.


Ix-Xhud :

Li huma?


Imhallef A Lofaro :

Fuq il-facebook tieghek page, fuq il-facebook page tieghek personali kien hemm hashtag – stop the hate. Imbaghad ixxerjajt post li kienet giet ippubblikata minn certa Ramona Attard spokes person ta’ l-OMP fejn ikkwotat lil Joseph Muscat li qal illi dak li gara ma huwiex accettabbli u li hu l-Prim Ministru ta’ kulhadd. Tiftakar li ghamilthom dawn il-posts?


Ix-Xhud :

Jista’ ikun. X’ fiha hazin imma?


Imhallef A Lofaro :

Ma ghetlekx li fiha hazin!?


Ix-Xhud :

Stop the hate jigifieri anzi ..!


Imhallef A Lofaro :

Imma ghaliex everybody on the defences? Jien qed naghmel domanda


Ix-Xhud :

Ok, ghandek kull dritt Sinjura Mhallef. Sinjura Mhallef ghandek kull dritt.


Imhallef A Lofaro :

Mela le! Qisni ghandi l-machinegun! Qed naghmel xoghli hux.

Ix-Xhud :

Le; ghandek kull dritt.


Imhallef A Lofaro :

Mhux biex tghidli li ghandi dritt. Imma ma nistax nifhem ghalfejn! Kulhadd jghidli ma ghamilt xejn hazin! Ma nistax nifhem ta.


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux xi hadd halla …; din haga serja kienet. Dak iz-zmien qajmet id-dinja. Allura tkun taf jekk ghamilx dnub jew le, ok? Tghidilniex li ma tafx; ma tiftakarx.


Ix-Xhud :

Jekk sibtuha intom jigifieri …


Imhallef J Said Pullicino :

Li mhux hekk; imma dik mhux risposta. Inti ghandek tghidli iva ghamiltha, u daqshekk.


Ix-Xhud :

Inti qed tistaqsinu fuq xi hafa ta’ sentejn ilu, jigifieri ..


Imhallef J Said Pullicino :

Le le; dik ma tikkonvincinix ta’ jiena.


Imhallef A Lofaro :

Imma mbaghad fakkartu le? Fuq talba tieghu stess fakkartu. U jghidli ghax ma ghamiltx xejn hazin


Ix-Xhud :

Milli qed issemmi jekk hija – stop the hate jigifieri jiena ma qed nara xejn hazin fiha ..


Imhallef A Lofaro :

Pero` jiena ma ghedtlekx li inti ghamilt xi haga hazina. Din irrida tkun cara ta. Ghax kulhadd hekk qed jaghmel. Ma nistghux nibqghu sejrin hekk.


Imhallef J Said Pullicino :

Iggibuna f’ sitwazzjoni difficli hawn; qiesna qed niggieldu ma’ kulhadd. Ahna rridu l-fatti kif inhuma.


Imhallef A Lofaro :

Jiena qed naghmel ix-xoghol taghna ..

Ix-Xhud :

Sinjura Mhallef jekk inti sibtha fuq il-facebook wall tieghi qed tghid li hija tieghi ..


Imhallef A Lofaro :

Issa saba minn saba hi. Inti taghmel xoghlok u jien naghmel xoghli qieghda.


Ix-Xhud :

Naf.


Imhallef A Lofaro :

Granted hu nispera? Grazzi.


Imhallef J Said Pullicino :

Ahna nippretendu li xi haga bhal dik …., tiftakarha u daqshekk.


Ix-Xhud :

Ovvjament jekk qed tghidli li saret sentejn ilu jigifieri biex niftakar kwazi ta’ sentejn ilu .., jekk infittixha ..!


Imhallef A Lofaro :

Mela ara kontx ippubblikajt post fuq il-facebook tieghek, u again, mhux qed nghidlek li ghamilt xi haga hazina, ha tkun cara;


Ix-Xhud :

All right.


Imhallef A Lofaro :

Fis-7 ta’ Marzu tal-2017 fejn ghedt 7 years of firsts at maltagov


Ix-Xhud :

Sewwa; ixxerjajtha minn fuq maltagov wisq probabbli


Imhallef A Lofaro :

Jista’ ikun li ppubblikajtu dan il-post?


Ix-Xhud :

Jekk forsi turuni kif kien forsi inkun nista’ nirrikonoxxi


Imhallef A Lofaro :

4 years of firsts

Dr Jonathan Attard :

Mhux eskluz.


Ix-Xhud :

Parti mill-hidma ….


Imhallef A Lofaro :

Hadd ma qed jghidlek..; ha nkunu cari please.


Ix-Xhud :

Sur Avukat, forsi nista’ narah?


Imhallef A Lofaro :

Ha turihulek Dr Comodini Cachia iva.


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef J Said Pullicino :

Parti mill-hidma….; kont ser tghid xi haga


Ix-Xhud :

Mhux hekk? Hekk hu.


Imhallef J Said Pullicino :

Parti mill-hidma ta’ xiex? Kont ser tghid parti mill-hidma…


Ix-Xhud :

Parti mill-hidma taghna. Hemmhekk jekk qed tghid f’ Marzu 2017 ovvjament kont ghadni ufficjal tal-komunikazzjoni hemmhekk, I mean nippromwovu x- xoghol tal-gvern


Imhallef J Said Pullicino :

Anke billi taghmlu blogs fuq …tal-provat? Ma nafx ta ..


Imhallef A Lofaro :

Mhux blog ta’ kienet. Kienet post ..


Ix-Xhud :

Le le, dak ixxerrjat min fuq maltagov

Dr Therese Comodini Cachia :

Ehe imma nahseb il-mistoqsija tas-Sur Imhallef hija kienet obbligu tieghek tax-xoghol illi tixxerja fuq il-private personal post tieghek?


Ix-Xhud :

Le le lanqas xejn; le le, dik hija inizjattiva personali tieghi.


Imhallef A Lofaro :

Ok, granted. Issa inti hdimt f’ diversi entitajiet kif semmejtilna inti stess.


Ix-Xhud :

F’ Ministeri ehe.


Imhallef A Lofaro :

Ehe Ministeri jew Segretarjati etc etc. Jekk tafx jew b’ xi pjanijiet jew b’ xi diskussjonijiet, jew xi azzjoni minn xi Ministeru li kien responsabbli ghal libertajiet civili biex jindirizza jigifieri biex jipprova b’ xi mod iwaqqaf jew irazzan certu mizogenija li kien hemm fir-rigward ta’ gurnalisti nisa. Mizogenija taf x’ inhi.


Ix-Xhud :

Ma niftakarx ta, le.


Imhallef A Lofaro :

Ghax peress li kont in charge of civil liberties, ghalhekk qed insaqsik ta.


Ix-Xhud :

Jiena ufficjal tal-komunikazzjoni kont dak iz-zmien, jigifieri imma ma kontx inkun previ ghal ..


Imhallef A Lofaro :

Meta kont ma’ Mrs Helena Dalli imma kont in charge.


Ix-Xhud :

Ma’ Helan Dalli. Kont communications coordinator ehe.


Imhallef A Lofaro :

Imma kont f’ dak il-Ministeru, allura forsi kont taf…


Ix-Xhud :

Iva, imma le ma niftakarx ..

Imhallef A Lofaro :

Ma kien hemm xejn.


Ix-Xhud :

M’ ghandix dik l-informazzjoni.


Imhallef A Lofaro :

Ma tafx kienx hemm xi haga biex tipprova titrazzan din il-mizogenija?


Ix-Xhud :

Ma niftakarx.


Imhallef A Lofaro :

Ma tafx.


Chairman Imhallef M Mallia :

Wara li nqatlet Daphne Caruana Galizia ghal xi zmien kien hawn narrattiva iddur, anke giet pubblikata fil-gazzetti, illi dan l-assassinju seta’ kienu involuti l-fuel smugglers. Kien hemm anke ghajdud, kien hemm storja li anke l-familja taghha stess setghet kienet involuta fl-assassinju taghha; dawn qatt gew diskussi fil-prezenza tieghek?


Ix-Xhud :

Fil-prezenza tieghi qatt.


Chairman Imhallef M Mallia :

U din tal-fuel smugglers per ezempju ..


Ix-Xhud :

Qatt.


Chairman Imhallef M Mallia :

…qatt smajta x’ imkien iehor barra li qrajt fuq il-gazzetti?


Ix-Xhud :

Qatt le.


Imhallef A Lofaro :

Pero` fil-gazzetti smajta hux.


Ix-Xhud :

Fil-gazzetti kif qrajta, kif nahseb li qrawa hafna nies. Imma jiena fil-prezenza tieghi qatt le.

Chairman Imhallef M Mallia :

Meta harget fil-gazzetta din qatt iddiskutejta ma’ xi hadd fl-ufficcju tieghek?


Ix-Xhud :

Le le. Ma kinetx fil-kompitu tieghi.


Chairman Imhallef M Mallia :

Le ma kinetx fil-kompitu tieghek; mhux qed nghidlek li kien fil-kompitu tighek; qed insaqsik jekk qattx iddiskutejtha ma’ xi hadd.


Ix-Xhud :

La qatt


Chairman Imhallef M Mallia :

Tmur fl-ufficcju, jghidlek isma’ smajta din? rajta din x’ ippubblikaw illum?


Ix-Xhud :

Le le.


Imhallef A Lofaro :

Le. Taf dwar it-Truth Project?


Ix-Xhud :

Smajt..


Imhallef A Lofaro :

The Truth Project taf x’ inhu?


Ix-Xhud :

Smajt bih fil-qasir, imma le.


Imhallef A Lofaro :

Taf fuq iex kien jahdem l-iktar dan it-Truth Project?


Ix-Xhud :

Naf li hawn kellu konnotazzjoni ma’ Daphne Project, imma le ..


Imhallef A Lofaro :

Kien qisu to counter it hux?


Ix-Xhud :

Imma..jigifieri la kelli xejn; ma ghandix dik l-informazzjoni.

Imhallef A Lofaro :

Imma taf bih.


Ix-Xhud :

Smajt bih ehe.


Dr Therese Comodini Cachia :

Xi smajt fil-qasir? Ghax ghedtilna smajt xi haga fil-qasir.


Ix-Xhud :

Le qrajt fuqu b’ mod generali, imma minhiex f’ pozizzjoni li ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Qrajt fuq fejn?


Ix-Xhud :

Saret referenza ghalih jigifieri kemm fil-gazzetti u fil-online portals, imma s’ hemmhekk jigifieri.


Imhallef J Said Pullicino :

Taf x’ inhu int? taf x’ inhu?


Ix-Xhud :

Le minhiex f’ pozizzjoni li ..


Imhallef J Said Pullicino :

Ma tafx x inhu.


Ix-Xhud :

Le.


Imhallef A Lofaro :

Imma qal illi to counter il-blog tas-sinjura Daphne Caruana Galizia, qala dik. Dik kien jaf.


Imhallef J Said Pullicino :

Minn fejn origina ma tafx. Min fejn origina.


Ix-Xhud :

Le.


Imhallef J Said Pullicino :

Is-Sur Bedingfield ikollu x’ jaqsam maghha dik?

Ix-Xhud :

Ma nafx nghidlek.


Imhallef J Said Pullicino :

Ma tafx. Inti ma ghandekx konnessjoni mas-Sur Bedingfield.


Ix-Xhud :

Lanqas xejn


Imhallef J Said Pullicino :

Xejn. Kontu tahdmu f’ sulari differenti jew..?


Ix-Xhud :

Sulari differenti


Imhallef J Said Pullicino :

F’ sulari differenti


Ix-Xhud :

Iva iva


Imhallef J Said Pullicino :

Ghax is-sulari importanti, ok.


Ix-Xhud :

Ahna sular ghalina b’ reception desk ghalina.


Dr Therese Comodini Cachia :

Pero` x-xhud dwar id-domanda jekk kellux relazzjoni fis-sens ta’ xoghol mas- Sur Bedingfield, jiena nifhem illi x-xhud qabel ma kien impjegat fil-Ministeri kien impjegat jew mal-ONE Media jew mal-Partit Laburista; u allura hemmhekk ..


Ix-Xhud :

Nikkonferma li kont impjegat mal-ONE Media iva.


Dr Therese Comodini Cachia :

U hemmhekk allura taf min hu s-Sur Bedingfield


Ix-Xhud :

Ovvjament bla dubju.

Dr Therese Comodini Cachia :

Kellek relazzjoni mas-Sur Bedingfield


Ix-Xhud :

Imma fil-ONE Media hi differenti milli kienet f’ Kastilja!


Dr Therese Comodini Cachia :

Le, imma jekk kont tahdem mieghu u forsi kontu wkoll fuq il-media flimkien..


Ix-Xhud :

Jiena ma ghedtx li ma nafux lis-Sur ..


Dr Therese Comodini Cachia :

It-Truth Project gie li ddiskutejtuha jew gie li ..


Ix-Xhud :

Lanqas qatt, qatt.


Dr Therese Comodini Cachia :

…ikkonkludejtu xi haga fuqha?


Ix-Xhud :

Qatt le. Jiena d-diskussjonijiet tieghi mas-Sur Bedingfield f’ Kastilja lanqas qatt ma saru. I mean ma ghandix x’ naqsam mas-Sur…


Dr Therese Comodini Cachia :

Le jien mhux f’ Kastilja qed insaqsik; qabel issa.


Ix-Xhud :

Le, u lanqas .., meta kont nahdem mieghu fil-ONE Media kienet hafna qabel ma’ l-Partit Laburista tela’ fil-gvern. Jigifieri ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Jigifieri lanqas biex tohorgu l-PQs ma kontx tikkomunika mieghu.


Ix-Xhud :

Le le qatt.


Imhallef A Lofaro :

Le.


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri inti meta sar l-assassinju ma kontx wiehed minn dawk li iccerebrajt..

Ix-Xhud :

Skuzani?


Imhallef J Said Pullicino :

Meta sar l-assassinju ma kontx wiehed minn dawk li iltaqghu biex jiccelebraw l-assassinju.


Ix-Xhud :

Ma tarax!!


Imhallef J Said Pullicino :

Qed insaqsi biss jien.


Ix-Xhud :

Le, lanqas qatt.


Imhallef A Lofaro :

We are only asking here.


Ix-Xhud :

No way; no way.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jiena jidhirli li x-xhud kien prezenti f’ Kastilja fil-kwistjoni tal-gurnalisti.


Imhallef A Lofaro :

Ehe f’ Novembru


Dr Therese Comodini Cachia :

L-izjed l-izjed biex jikkonferma u jikkonferma jekk inghatawx forsi ordni biex ikunu hemm x’ ghamlu?


Chairman Imhallef M Mallia :

Sewwa. Dak inhar fid-29 ta’ Novembru …


Imhallef A Lofaro :

Ta’ Novembru 2019


Chairman Imhallef M Mallia :

…. inti kont fil-kamra mal-gurnalisti.


Ix-Xhud :

Iva.

Chairman Imhallef M Mallia :

Kif sibt ruhek hemm gew?


Ix-Xhud :

Mela ha naghti naqra sfond Sur Imhallef ghal xiex kont hemmhekk. Jiena dak inhar fit-tmienja neqsin kwart ta’ filghaxija kont qieghed id-dar, nircievi telefonata, ghax bdew jipprova jaqbdu lis-Segretarju Parlamentarju fuq il- mobile u ma rnexxilhomx, u qaluli isma’, informa lis-Segretarju Parlamentari illi fit-tmienja u nofs Kabinett urgenti. Jiena cemiltilha, provajt diversi drabi ma stajtx naqbadha, u wara ftit qisu ghal habta tat-tmienja rnexxieli. U ghedtilha – Onorevoli, fit-tmienja u nofs Cabinet urgenti. Qaltli – all right, qaltli ghandi ftit problema, qaltli ghax ghandi t-tifla mieghi. Dehrilna illi ma kienx il-mument illi t-tifla tidhol go Kastilja, ma kienx il-mument u ma kienx l-ambjent illi tidhol go Kastilja.


Imhallef A Lofaro :

Mhxu hekk?!


Ix-Xhud :

Allura jiena offrejt personalment illi niltaqa’ maghha half way, niehu t-tifla jien personalment u nitla’ biha fir-residenza privata taghha. Tellajt lit-tifla sakemm hi lahqet marret Cabinet, u ergajt mort Kastilja ghaliex hemmhekk kien l-ufficcju tieghi. Dherli li jiena dak inhar kelli nkun fl-ufficcju tieghi just in case jkollha bzonn xi haga. Kif saru qisu s-siegha u nofs is-saghtejn ta’ filghodu hrigt biex nara l-andament jekk din il-laqgha tal-Kabinett kinetx ghadha lesta. Ma kinetx ghadha lesta. Ergajt dhalt. Eventwalment x’ hin bdiet il-konferenza stampa jiena dhalt biex insegwi l-andament ta’ din il-konferenza stampa. X’ hin spiccat il-konferenza stampa jiena ridt immur biex nakkompanja lis-Segratarju Parlamentari biex tohrog, imma ovvjament dak il- hin ma stajx. Ridt nistenna sakemm il-Prim Ministru u l-Kabinett johrog minn gol-kamra biex eventwalment imbaghad inkunu nistghu nohorgu ahna. Hija prassi normali illi meta ghandek Konferenza ta’ l-Ahbarijiet u ghandek il-Prim Ministru u ghandek il-Kabinett kollu, jinghata c-cans illi johorgu huma u mbaghad johorgu l-gurnalisti. Jiena ridt nohrog mill-ewwel imma kelli nistenna bhal haddiehor.


Imhallef A Lofaro :

Jigifieri li kieku ridt tohrog ma stajtx.


Ix-Xhud :

Le dak il-hin ma stajtx jiena le.

Imhallef A Lofaro :

U dan dejjem jigri hekk kull press conference?


Ix-Xhud :

Il-konferenzi stampi li gie li attendejt ghalihom jiena jistennew; jiena kont membru tal-media wkoll, kien hemm stanzi fejn ahna kellna nistennew. Johrog il-Prim Ministru, johorgu l-Ministeri; dak inhar ovvjament kien hemm il- kabinett kollu jigifieri kienet ser tiehu ftit tal-hin, johorgu huma u mbaghad johorgu l-membri tal-media.


Imhallef A Lofaro :

Jigifieri ara jekk hex qed nifhem sew, skuzani ta; ara jekk hux qed nihfmek sew. Qed tghid li minn 2013 u anke qabel it-2013 kien hemm istanzi fejn gurnalisti ma thallewx johorgu.


Ix-Xhud :

Jiena mhux qed nghid li ma thallewx johorgu. Hija normali illi li johrog il- Prim Ministru, johorgu l-Ministeri u mbaghad johorgu l-membri tal-media.


Imhallef A Lofaro :

Jigifieri sakemm johorgu il-kabinett kollu .


Ix-Xhud :

Sakemm johorgu irridu nistennew.


Imhallef A Lofaro :

U din pero` mhux dejjem grat, imma gie li grat qed tghidli.


Ix-Xhud :

Jiena dak inhar ridt nohrog, imma ovvjament kelli nistenna bhal hadd iehor.


Imhallef A Lofaro :

Pero` issa staqsejtek anke qabel it-2013.


Ix-Xhud :

Issa qabel it-2013 jiena qed niprova niftakar ..


Imhallef A Lofaro :

Ghax inti ghedtli li kont gurnalist, issa ghalhekk staqsejtek ta.


Ix-Xhud :

Iva iva, imma kien hemm diversi stanzi fejn jiena attendejt ghal konferenzi ta l-Ahbarijiet illi tajna cans lill-Prim Ministru u anke lill-Ministeri li jkunu qed

jakkumpanjawh, forsi ma kinetx bil-kobor ta’ dan il-Kabinett kollu li kien hemm din id-darba, allura din id-darba hadet iktar hin, all right?


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghandi nifhem pero` li f’ cirkostanzi bhal dawn il-gurnalisti jibqghu fejn ikunu fl-ambjenti fejn ikunu, johorgu l-Prim Ministru u johrog minn ghandu johrog u mbaghad jghadu huma.


Ix-Xhud :

Sewwa.


Chairman Imhallef M Mallia :

Imma qatt kien hemm sitwazzjoni fejn il-gurnalisti jkunu fizikament inpeduti milli johorgu u jinghalaq il-bieb u..


Imhallef A Lofaro :

Issakkar il-bieb, u kien hemm xi irgiel mal-bieb


Ix-Xhud :

Mill-memorja hekk mhux ser niftakar; jek qattx kien hemm…; mill-mermoja mhux ser niftakar


Chairman Imhallef M Mallia :

Ma tiftakarx jekk qattx kien hemm sitwazzjoni ….


Ix-Xhud :

Jiena Sur Imhallef li ridt naghmilha cara zgur u hawnhekk nixtieq li ovvjament tiehdu konoxxenza taghha, li jiena ma kelli xejn x’ naqsam assolutament


Chairman Imhallef M Mallia :

Le le; imma ..


Ix-Xhud :

Imma ghax fir-realta`..


Imhallef A Lofaro :

Le le, mhux inti ..


Ix-Xhud :

Le le naf, imma nhoss li handi naghmlu dan il-punt.

Imhallef A Lofaro :

Ok, air enough.

Ix-Xhud :

Jiena ma kelli xejn x’ naqsam biex xi gurnalisti ma jithallex johorgu minn hemmhekk; ghax jiena jigifieri pprovajt nohrog u dak il-hin kelli nistenna bhal hadd iehor.


Imhallef A Lofaro :

Jigifieri li qalulek li ma tistax tohrog .


Ix-Xhud :

Jiena ir-rwol tieghi dak il-hin u l-ghan tieghi kien biss illi jiena nakkumpanja lis-Segreatarju Parlamentari li tohrog minn hemmhekk f’ dak l-ambjent ostili illi kien hemm.


Imhallef A Lofaro :

Iva, ghandek ragun.


Ix-Xhud :

Dak kien il-punt tieghi; xejn iktar u xejn inqas.


Imhallef A Lofaro :

Jigifieri inti provjat tohrog u qalulek le ma tistax.


Ix-Xhud :

Jiena dak il-hin sibt il-…, iktar milli qaluli ‘le’, dak il-hin kien hemm il-bieb maghluq u kelli nistenna bhal hadd iehor.


Chairman Imhallef M Mallia :

U min kienu dawn in-nies li kienu mal-bieb? Tafhom?


Ix-Xhud :

Rajt xi ritratti taghhom, jigifieri imma off hand hekk ismijiet ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Qatt ma rajthom qabel Kastilja lil dawn?


Ix-Xhud :

Wiehed minnhom diga` issemma Ronnie Vella. dak qieghed


Chairman Imhallef M Mallia :

Ronnie Vella …

Ix-Xhud :

…parti mill-communications. Min kien hemm…

Imhallef A Lofaro :

Issemmew nies ohrajn ukoll.


Ix-Xhud :

Ehe issemmew nies b’ ismijiet ohrajn; ma nafx l-ismijiet ta’ kulhadd ha kunu..


Chairman Imhallef M Mallia :

Ma avvicinajtx lil xi hadd minnhom biex tistaqsihom isma’ ghalfejn qeghdin maqfulin hawn?


Ix-Xhud :

Le dak il-hin jiena ma.., ifhimni, l-ambjent u l-atmosfera li kien hemm dak il- hin ma kienx …


Imhallef A Lofaro :

Minn minn imma? Mill-gurnalisti kienet kerha l-ambjent? Il-gurnalisti kienu agressivi ..?


Ix-Xhud :

B mod generali kemm barra u anke gewwa.


Imhallef A Lofaro :

Imma staqsejtek fuq il-gurnalisti.


Ix-Xhud :

Mhux il-gurnalisti, il-gurnalisti kienu qed jaghmlu xogholhom, jien nifhem li l-gurnalisti kienu qed jaghmlu xogholhom.


Imhallef A Lofaro :

Ghax il-gurnalisti ma thallewx johorgu. Mentri dawn ma kienu qed jaghmlu xejn hux veru ta’ aggressjoni jew hekk? Qed nistaqsik; ma nafx, ma kontx hemm jien.


Ix-Xhud :

Jiena ma kontx involut fis-set-up, jew ma kelli xejn x’ naqsam ma’ l- organizzazzjoni ta’ din il-Konferenza ta’ l-Ahbarijiet nerga’ nghid. Jiena kont hemmhekk xoghli just biss biex nakkompanja lis-Segratarju Parlamentari u ridt nistenna kif stennew il-gurnalisti.


Chairman Imhallef M Mallia :

Is-Segretarju Parlamentari kienet mieghek hemm gew?

Ix-Xhud :

Kienet mieghi imma kienet faccata wara l-Prim Ministru. Jigifieri kif il-Prim Ministru qed jindirizza l-konferenza tal-Ahbarijiet huma kienu skjerati warajha.


Imhallef A Lofaro :

Stennihom johorgu ..


Ix-Xhud :

Ovvjament huma nhargu mill-bieb li hemm fuq wara, warajhom u l-gurnalisti..


Chairman Imhallef M Mallia :

U s-Segretarju Parlamentari harget mieghu.


Ix-Xhud :

L-ewwel hareg il-Prim Ministru u mbaghad il-Ministri iffolowjawh.


Chairman Imhallef M Mallia :

Imbaghad il-Ministeri.


Ix-Xhud :

Hekk hu.


Chairman Imhallef M Mallia :

All right; u inti imma kif sibt ruhek hemm gew?


Imhallef A Lofaro :

Kif kont mal-gurnalisti?


Ix-Xhud :

Jiena kont parti hemmhekk, jiena


Imhallef J Said Pullicino :

Imma inti kont fil-kamra mal-gurnalisti?


Ix-Xhud :

Sorry?


Imhallef J Said Pullicino :

Inti kont fil-kamra mal-gurnalisti?


Ix-Xhud :

Jiena kont fejn kienu ..

Imhallef A Lofaro :

Ehe, hdejn il-gurnalisti.


Ix-Xhud :

Fl-area, infatti anke fir-ritratti qed nidher hemmhekk jiena.


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri hemm kont, hemm gewwa.


Ix-Xhud :

Jien mhux qed nichad li ma kontx hemm gew jiena. Jien ma nichadx li kont hemm gew. Anzi qed nghid jien kont hemmhekk fuq xoghol.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma allura ghalfejn kien hemm nies li ma tafhomx inti li ma jahdmux Kastilja ..


Ix-Xhud :

Imma dik ma nistax inwiegeb; ma nistax inwiegeb jiena ghal prezenza ta’ nies ohra. Jiena li nista’ inwiegeb ghal prezenza tieghi.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma stramba. Daqsxejn stramba din ghax din Kastilja – Kastilja! Jiena ..


Ix-Xhud :

Sur Imhallef, jiena tapprezza li jiena ma nistax inwiegeb ghal perzenza ta’ haddiehor.


Imhallef J Said Pullicino :

Ifhimni, jiena qatt ma kont fil-gvern u qatt ma kont ministru, jigifieri dawn l- affarijiet ma nafhomx. Pero` narha stramba illi fl-oghla post fil-pajjiz fejn suppost is-sigurta` hija massima, tajjeb?, mhux hawn Malta, id-dinja kollha dan, massima, issib nies li ma jafhom hadd ..


Ix-Xhud :

Nappezza l-mistoqsija..


Imhallef J Said Pullicino :

…. u hadd ma jghidilna min huma, u tajjeb u hazin qed jipprovaw izommu lil xi hadd milli johrog! Issa forsi kellu ragun izommuhom. Imma kif ser inkunu nafu minn huma dawn?

Ix-Xhud :

Napprezza l-mistoqsija tieghek, napprezza l-mistoqsija tieghek imma jiena ghalija nista’ inwiegeb. Jigifieri jiena kont hemmhekk fuq xoghol. X’ kien qed jaghmel hemmhekk hadd iehor nahseb irid iwiegeb hu u mhux jien.


Imhallef J Said Pullicino :

Pero` kunt cert li ma tkunx tafhom eh!, li ma tkunx tafhom. Ghax jekk tkun tafhom ikollna problema. Jekk ma tafhomx ma tafhomx; bhalma ma nafhomx jien. Imma jekk tkun tafhom ser ikollna problema, jekk inti tafhom.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jiena nifhem illi Rita (id-Deputat Registratur) marret biex iggib ir-ritratti biex forsi jiftakar l-ucuh min huma.


Imhallef A Lofaro :

Iva, biex forsi jiftakar; ghax wiehed biss ftakar.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghedtilna li rajt ir-ritratti, fejn rajthom dawn ir-ritratti?


Ix-Xhud :

Tara xi ritratti fit-Times, u fuq xi portals ohra. Rajt fil- .


Chairman Imhallef M Mallia :

Fid-dominuim pubbliku.


Ix-Xhud :

Iva fuq il-media iva hekk hu


Dr Jonathan Attard :

… filmati.


Ix-Xhud :

U kien hemm anke xi filmati dehru, iva.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ix-xhud semma li hu hass illi kien sitwazzjoni agressiva u ostili..


Imhallef A Lofaro :

U qal mhux mill-gurnalisti pero`. Qal li mhux mill-gurnalisti.


Dr Therese Comodini Cachia :

Qal li mhux mill-gurnalisti.

Imhallef A Lofaro :

Qal illi kienu qed jaghmlu xogholhom.


Dr Therese Comodini Cachia :

Nifhmu minn dak li hemm fid-dominium pubbliku illi intom kontu well protected minn dawk in-nies li kienu qeghdin bilwieqfa barra, illi once again, ma kienx hemm sitwazzjoni ta’ glied jew affarijiet hekk! Imma allura ghalik min holoq dik is-sitwazzjoni agressiva u ta’ ostilita`? Mhux il-gurnalisti .


Ix-Xhud :

Ma nahsibx li hija mistoqsija li hija relevani, ha nkun onest


Dr Jonathan Attard :

..


Dr Therese Comodini Cachia :

Mhux qal?


Imhallef A Lofaro :

U qala veru.


Dr Therese Comodini Cachia :

Hu qala


Imhallef J Said Pullicino :

Ahna fhimna li l-ostilita` kienet fuq barra u mhux fuq gewwa.…


Ix-Xhud :

L-ambjent illi kien hemm jien semmejt anke fil-kuntest ta’ x’ hin semmejtilkom illi hemm it-tifla ma kienx postha li tidhol f’ Kastilja.


Imhallef A Lofaro :

Da zgur li ma kienx postha!


Ix-Xhud :

L-ambjent illi kien hemm …


Dr Therese Comodini Cachia :

Imma fuq barra jew fuq gewwa?


Ix-Xhud :

L-ambjent illi kien hemm ma kienx tali illi t-tifla tidhol f’ Kastilja

Imhallef J Said Pullicino :

Irrispondi. Fuq barra jew fuq gewwa?


Ix-Xhud :

Anke fuq barra. It-tghajjir ..


Imhallef J Said Pullicino :

Fuq barra dik kulhadd jaf. Fuq gewwa wkoll?


Ix-Xhud :

It-tghajjir li kien hemm; ahna anke l-karozza ufficjali tas-Segretarju Parlamentari sofriet attakki kif sofrew ta’ Ministri ohra.


Imhallef J Said Pullicino :

Iva fuq barra m’ hemmx kwistjoni; kulhadd jaf.


Dr Therese Comodini Cachia :

Fuq gewwa.


Imhallef A Lofaro :

Fuq barra nafu; ezatt.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma fuq gewwa x’ kienet? Ghax inti, din irrid inkun naf, kien hemm ambjent ostili fuq gewwa jew fuq gewwa ma kienx ..?


Ix-Xhud :

It-tensjoni nahseb li kulhadd jirrikonoxxi illi kienet hemmhekk jigifieri


Imhallef J Said Pullicino :

Issa ostilita` haga u.tensjoni ohra; again t-tensjoni naqblu li kien hemm. Imma ostilita` jfisser li xi hadd qed jipprova jaghmel ghal xi hadd. Tezisti? Kienet tezisti fuq gewwa? Ghax dik il-kwistjoni kollha. Halli nkunu cari.


Imhallef A Lofaro :

Mill-gurnalisti kienet tezisti?


Imhallef J Said Pullicino :

Qed nitkellmu b mod car.


Imhallef A Lofaro :

Mill-gurnalisti.

Ix-Xhud :

Jiena x’ hin hrigt minn gol-kamra ghajjat smajt, all right? U tghajjir smajt ukoll. Ma niftakarx min kienu n-nies. Imma l-ambjent ..


Imhallef A Lofaro :

Setghu kienu gurnalisti jigifieri?


Ix-Xhud :

L-ambnejt, ma niftakarx min kienu. L-ambjent ma kienx tali, ma kienx tali li kienet xi atmosfera serena li normalment ikollha wara tmien ta’ Konferenza ta’ l-Ahbarijiet. Jigifieri Konferenza ta’ l-Ahbarijiet attendejna hafna.


Imhallef J Said Pullicino :

Dan l-incident ghalina sintomatiku imma mhux importanti hafna, ghax ma rridx noghod naghmel kjas fuqu wisq. Pero` nixtiequ li nkunu nafu x’ gara. Ghax din qed niddejjaw jien, qed tifhem? Ghax l-incident fih innifsu tant hemm affarijiet ohra iktar serji li din il-haga mhix importanti hafna. Pero` tindikali certi affarijiet – atteggjamenti. Ghalhekk irridu nkunu nafu ahna. U niddejqu li jkun hemm oggett trid toqghod tohorgu bit-trabuxu! Affarijiet zghar qed nistaqsuk; mhix xi haga kbira! Hadd ma ghamel delitt, u hadd ma gara xejn; jigru spiss dawn li jkun hemm xi haga misunderstanding, taqfilhom gewwa, dawn ha johorgu, mhux l-ewwel darba din, fthemna? Pero` mbaghad trid taraha dik f’ kuntest ta’ kollox


Imhallef A Lofaro :

Jista’ ikun li forsi kien hemm iktar tensjoni allura meta raw li ma jistghux johorgu mill-kamra? Ipprotestaw zgur ghax rajnihom fil-filmati.


Ix-Xhud :

Protesti rajt jiena iva.


Imhallef A Lofaro :

Le le; il-gurnalisti ..


Ix-Xhud :

Protesti gol-kmamar mill-gurnalisti rajt iva; mela ma rajtx?


Imhallef A Lofaro :

Ma kienx hemm xi twerziew, imma riedu johorgu.


Ix-Xhud :

Ma kinetx fil-kompitu tieghi li jiena nindirizza din il-haga. Jiena kif ghedtilhom, jiena stennejt bhal haddiehor kif infethu l-bibien jiena hrigt.

Imhallef A Lofaro :

U din gie li grat li ssakkar il-bieb, li nghalaq cioe`.


Dr Therese Comodini Cachia :

Le, ma jistax jiftakar li grat.


Chairman Imhallef M Mallia :

Le, bhal din le ma gratx.


Imhallef A Lofaro :

Bhal din qatt ma grat.


Ix-Xhud :

Ma niftakarx; ma niftakarx.


Imhallef A Lofaro :

Ok; ma tiftakarx, ok.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ix-xhud jidhirli li qal illi hu prova johrog wara s-Segretarju Parlamentari tieghu kif normalment jaghmlu l-assistenti tal-membru tal-Kabinett. Lilek minn zammek milli tohrog?


Imhallef A Lofaro :

Staqsejtu jien diga`.


Ix-Xhud :

Iktar milli zammni, il-bieb kien maghluq, u jien la kien hemm il-bieb maghluq u kien hemm in-nies hdejh jiena stennejt. Kif infetah il-bieb hrigt.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma min kien responsabbli hemm gew? Min kien responsabbli?


Ix-Xhud :

Minhiex membru tas-sigurta` ta’ Kastilja. Ma nafx min.


Imhallef A Lofaro :

Ma kienx hemm suldati, le?


Ix-Xhud :

Le.

Imhallef A Lofaro :

Xejn.


Ix-Xhud :

Le ma niftakarx li kien hemm suldati gol-kamra.


Imhallef J Said Pullicino :

Hadd m’ hu responsabbli; graw l-affarijiet u tghid min hu dan? Min hu responsabbli ghal dan? Hadd ma jaf.


Imhallef A Lofaro :

Xi hadd hu responsabbli zgur


Imhallef J Said Pullicino :

Din hi l-problema kollha


Ix-Xhud :

Li nista’ nghidlek Sur Imhallef kif ghedtli l-ewwel illi jien ma kontx wiehed minn dawk illi b’ xi mod irrezistejt milli n-nies johorgu minn gol-kamra; jigifieri..


Imhallef J Said Pullicino :

Din ir-risposta …..


Ix-Xhud :

U dan il-punt qed naghmlu anke ghax hemm fuq certu blogs anke hawn fuq portals issemma li jiena b’ xi mod kelli xi sehem fiha din. Jigifieri nichad assolutament bil-qawwa kollha


Imhallef J Said Pullicino :

Dina ma nafhiex.


Dr Therese Comodini Cachia :

Sur Sciberras, meta inti kont fil-kamra, ghedtilna f’ dik l-ostilita`


Ix-Xhud :

Ehe.


Dr Therese Comodini Cachia :

Inti kont qieghed bilqighda jew ..


Ix-Xhud :

Bilwieqfa, bilwieqfa.

Dr Therese Comodini Cachia :

Inti kont migbur mal-gurnalisti?


Ix-Xhud :

Kont fl-area fejn kienu l-gurnalisti iva.


Dr Therese Comodini Cachia :

Fl-area fejn kienu l-gurnalisti?


Ix-Xhud :

Iva.


Dr Therese Comodini Cachia :

Allura jekk nurik ir-ritratt numru 2 u r-ritratt numru 3 u r-ritratt numru 4, tindikali kemm hemm gurnalisti f’ dawk ir-ritratti?


Ix-Xhud :

Mela, f’ dawn ir-ritratti illi qed turini inti hawnhekk, hawnhekk il-konferenza Stampa kienet spiccat; u l-gurnalisti kienu quddiemi, all right? u jiena ersaqt fil-genb. La qieghed.., kif tista’ tinnota fir-ritratti, la qieghed ghassa ma’ xi bieb jien, la qieghed inzomm xi bieb, xejn. Qieghed nistenna bhal hadd iehor.


Dr Therese Comodini Cachia :

Allura ha nerga’ nistaqsik, inti meta l-gurnalisti ma thallewx jinhargu kont qieghed mal-gurnalisti jew kont qieghed ..


Ix-Xhud :

Fl-area fl-istess..


Dr Therese Comodini Cachia :

….fl-area ma’ fejn kien hemm dawk in-nies li lilek ma hallewkx tohrog?


Ix-Xhud :

Mhux kulhadd fl-istess area!? Kulhadd fl-istess area kien.


Dr Therese Comodini Cachia :

Minhiex nara gurnalisti f’ dik l-area jiena. Issa tghidlix li ghajnejja mhux tajbin ukoll!


Imhallef A Lofaro :

Fir-ritratti mhux qed jidhru l-gurnalisti.

Ix-Xhud :

Iva fair enough, imma fil-genb kont jien. Jiena qed tarani hawnhekk qieghed ghassa ma’ xi bieb?


Dr Therese Comodini Cachia :

Mela jekk kont fil-genb tista’ tidentifika min hu dan il-persuna li hemm hdejk?


Ix-Xhud :

Mela dan.., mhux qed niftakar ismu bl-amment, jidhirli li kunjomu Scerri, insejt ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Taf fejn jahdem?


Ix-Xhud :

Kastilja dan jahdem fil-customer care.


Dr Therese Comodini Cachia :

Fil-customer care.


Ix-Xhud :

Iva.


Dr Therese Comodini Cachia :

Hemm nies ohra f’ dawk ir-ritratti li ma hemmx isimhom fuqhom u li taghrafhom?


Ix-Xhud :

Le, lil dawn it-tnejn ma nafhomx jien.


Imhallef A Lofaro :

Ma ghorkitekx ghajnek li qed tara tnejn min-nies li ma tafhomx mal-bieb?


Ix-Xhud :

Imma jiena jekk ma hijiex fil-kompitu tieghi illi jiena nassigura illi minn hemm ..


Imhallef A Lofaro :

Ghalik stess li ma tistax tohrog u hemm tnejn min-nies ma jahdmux hemm u ma tafx min huma!

Ix-Xhud :

Sinjura Mhallef ma hijiex fil-kompitu tieghu li jiena nara min kien hemm nies jekk kellhomx ikunu hemmhekk jew le. Kieku jiena kont Head of Security nahseb illi kont naghmlu dmiri u nahseb li kont inkellimhom se mai. Ma hijiex fil-kompitu tieghi. Jiena hemmhekk kont ..


Imhallef A Lofaro :

M’ ghorkitekx il-haga li ma tafhomx lil dawn in-nies. Ghalik jien ta! Ghalik personali imma ma ghorkitekx.


Ix-Xhud :

Sincerament, sincerament dak il-hin jiena xoghli jiena l-intenzjoni tieghi kienet li jiena mmur nakkumpanja s-Segretarju Parlamentari u nohorgu..


Imhallef A Lofaro :

Ma ddejjaqtx jigifieri inti dak il-hin.


Ix-Xhud :

Ma nahsibx illi hija kwistjoni illi tiddejjaq jew ma tiddejjaqx. Ir-rwol tieghi jien hemmhekk ma kienx uffijcal tas-Sigurta` jew kap tas-sigurta`.


Imhallef A Lofaro :

Le, imma inti ghalik innifsek, ma hassejtekx skomdu? Ghax jien jekk xi hadd jaghlaqli l-bieb inhossni skomda u jghidli li ma tistax tohrog! Jew anke jekk ma jghidlix, jaghmilhieli cara joqghodli b’ idejh marbutin quddiem il-bieb! Inti ma hassejtekx skomdu.


Ix-Xhud :

Jiena Sinjura Mhallef dak il-hin fhimt illi jiena kelli bzonn nistenna; kieku ghadda .


Imhallef A Lofaro :

…dik id-domanda


Ix-Xhud :

Kieku ghadda aktar hin Sinjura Mhallef, kieku ghadda hafna iktar hin hemmhekk imbaghad ovvjament kont nibda nistaqsi..


Imhallef A Lofaro :

Mela allura r-risposta tieghek, ara nifhmekx sew?, li inti ma kontx skomdu dak il-hin

Ix-Xhud :

Dak il-hin le.


Imhallef A Lofaro :

Le ma kontx skomdu; daqshekk.


Chairman Imhallef M Mallia :

Kemm tikkalkula li domtu maqfulin hemn?


Ix-Xhud :

Jiena nikkalkula qisu xi tliet minuti u nofs – erba’ minuti, xi haga hekk.


Imhallef J Said Pullicino :

U l-Head of Security hu? Il-Head of Security min hu ta’ Kastilja?


Ix-Xhud :

Ma nafx min hu.


Imhallef J Said Pullicino :

Ma tafx min hu?!


Imhallef A Lofaro :

Ghax donnu hadd ma jaf.


Imhallef J Said Pullicino :

Ma jistax ikun li ma tafx min hu.


Ix-Xhud :

Sa fejn naf jiena s-sigurta` ..


Imhallef J Said Pullicino :

Sorry ta, mela inti qed issemmi qed tghidilna la jiena minhiex Head of Security ma nindahalx; mela hemm Head of Security.


Ix-Xhud :

Is-Sigurta` sa fejn naf jien hija il-x’ jismu ta’ l-Armata f’ Kastilja


Imhallef J Said Pullicino :

Le le le…


Imhallef A Lofaro :

Ghedtilna Head of Security. Dik il-kelma li ghedtilna.

Ix-Xhud :

Iva, ghedtlek jien minhiex Head of Security


Dr Jonathan Attard :

…Head of Security


Imhallef J Said Pullicino :

Hemm jew m’ hemmx Head of Security?


Ix-Xhud :

Jien minhiex informat jekk hemmx Head of Security f’ Kastilja. Imma mhix fil-kompitu ..


Imhallef J Said Pullicino :

Ghamilt dawn is-snin kollha u ma tafx?!


Ix-Xhud :

Mhix fil-kompitu tieghi imma! Jiena minhiex kap tas-segretarjat ta’ Kastilja.


Imhallef J Said Pullicino :

Id-domanda jekk taf jew ma tafx.


Ix-Xhud :

Le ma nafx, ma nafx.


Imhallef J Said Pullicino :

Ma tafx.


Ix-Xhud :

Le, le.


Imhallef J Said Pullicino :

Allura lil min irridu nsaqsu biex jghidilna min hu?


Ix-Xhud :

Ma nafx


Imhallef J Said Pullicino :

Le le, lanqas din ma taf? Is-Sur Farrugia per ezempju?


Dr Therese Comodini Cachia :

Imma inti Head of Secretariat ta!

Imhallef J Said Pullicino :

Min? Is-Sur Scerri?


Ix-Xhud :

Sur Imhallef, jiena minhiex kap..; nixtieq li naghmluha cara din id-distinzjoni. Jien minhiex kap tas-Segretarjat ta’ Kastilja


Chairman Imhallef M Mallia :

Hadd ma qed jghidlek li inti.


Imhallef J Said Pullicino :

Inti mintix qiegehd hawn …


Ix-Xhud :

Le le all right; jigifieri ghax qisni suppost li rrid inkun naf certu informazzjoni jien ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Imma ghandi nifhem, hemm?


Ix-Xhud :

Ma nafx nghidlek.


Chairman Imhallef M Mallia :

… hemm sezzjoni tas-sigurta` go Kastilja?


Ix-Xhud :

Sigurta` hemm zgur go Kastilja.


Chairman Imhallef M Mallia :

Hemm zgur. U min hu responsabbli minnha din?


Ix-Xhud :

Imma min hu l-kap taghha minhiex informa jien; ma nafx.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghamilt dan iz-zmien kollu .


Imhallef J Said Pullicino :

Is-Sur Schembri jista’ jkun li kien responsabbli?


Ix-Xhud :

Is-Sur Schembri kien ic-Chief of Staff ta’ Kastilja hu jigifieri..

Chairman Imhallef M Mallia :

Ghamilt dan iz-zmien kollu u ma tafx min hu .


Imhallef J Said Pullicino :

…domandi u .. nirrispondihom jien hu!, li qatt ma hdimt Kastilja!


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghamilt dan iz-zmien kollu Kastilja u ma tafx min hu l-kap responsabbli ghas- sigurta`?


Ix-Xhud :

Imma jiena kelli biss, jiena kelli biss il-fergha taghna f’ Kastilja jigifieri ..


Imhallef A Lofaro :

Kulhadd hekk qed jirrispondi ta; kulhadd hekk qed jirrispondi.


Ix-Xhud :

Kastilja kellha Segretarju Parlamentari iehor ukoll; ghax ahna konna tnejn.


Imhallef A Lofaro :

Kulhadd qed jghidilna – dak mhux xoghli. Dak mhux xoghli.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jekk ix-xhud jara r-ritratt numru 6 tista’ tindikalna min hi din il-persuna fil- kantuniera?


Ix-Xhud :

Din ta’ hawnhekk?


Dr Therese Comodini Cachia :

Le. Din.


Ix-Xhud :

Le ma nafux lil dan il-bniedem jiena.


Dr Therese Comodini Cachia :

U jekk nghidlek li jista’ ikun li huwa xufier ta’membru tal-Kabinett forsi tiftakar?


Ix-Xhud :

La ma nafx.

Dr Therese Comodini Cachia :

Lanqas?


Ix-Xhud :

Le lanqas.


Dr Therese Comodini Cachia :

U dawn?


Ix-Xhud :

Mela, Matthew Carbone illi kien il-kap tal-komunikazzjoni, u dan huwa Lionel Gerada.


Dr Therese Comodini Cachia :

U Lionel Gerada taf x’ rwol ghandu?


Ix-Xhud :

Le ma nafx.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jigifieri meta xi hadd qalilna li huwa xi supplier, xi tip ta’ supplier, tiftakar xi haga hekk?


Ix-Xhud :

Jiena nerga’ nghid ma kelli xejn x’ naqsam mas-set-up ..


Imhallef A Lofaro :

Ha nergghu nirrepetu.


Chairman Imhallef M Mallia :

Le d-domanda….


Ix-Xhud :

Le le imma ghax qed tistaqsuni mistoqsijiet ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Qed tistaqsik .


Ix-Xhud :

Qed nintalab Sur Imhallef ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Mela ghid li ma nafx.

Ix-Xhud :

Le ma nafx imma qed naghti sfont ghal xiex.


Imhallef A Lofaro :

Mela ghid li ma tafx li hu supplier.


Ix-Xhud :

Jekk jiena minhiex involut fl-organizzazzjoni ta’ din il-Konferenza Stampa ghaliex ghandi inkun naf..


Imhallef A Lofaro :

Imma dan bniedem li tafu. Ghedtilna li tafu


Ix-Xhud :

Naf min hu Lionel Gerada imma ma nafx ir-rwol tieghu x’ kien qed jaghmel hemm


Imhallef A Lofaro :

Daqshekk.


Chairman Imhallef M Mallia :

Dik hi r-risposta tieghek.


Ix-Xhud :

Qed inwiegeb.


Imhallef A Lofaro :

Daqshekk,


Chairman Imhallef M Mallia :

Taf min hu imma ma jafx ir-rwol tieghu x’ kien.


Ix-Xhud :

Hekk hu,


Dr Therese Comodini Cachia :

Ir-ritratt numru 11?


Ix-Xhud :

Lanqas, dawn it-tnejn ma nafhomx le.


Imhallef A Lofaro :

Mela kien hemm hafna nies li ma jafx min kienu.

Imhallef J Said Pullicino :

Dawn id-domanda ma jwasslu ghal imkien jekk tghidilna l-verita`.


Ix-Xhud :

Ma ghandi l-ebda interess li ma nghidx il-verita` Sur Imhallef.


Imhallef J Said Pullicino :

Jien qed nghid mhux dak illi inti qieghed fil-mansjoni tieghek li jinteressana. Dak li taf. Jekk dan il-pesuna taf x jismu jien nippretendi li tghid dak jismu .. u jahdem hemm….


Ix-Xhud :

U hekk qed naghmel.


Imhallef J Said Pullicino :

..dan avukat, dan, dak, dan..


Ix-Xhud :

U hekk qed naghmel, hekk qed naghmel. Fejn naf nghidilkom li naf; fejn ma nafx nghidilkom ma nafx.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jiea qed naghmel referenza ghal ritratt numru 19; qed nifhem li dan huwa hu, u dan xi hadd iehor.


Imhallef A Lofaro :

Hekk hu, qieghed hdejh.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jista’ x-xhud jispjega x’ qed jaghmel ezatt mal-bieb? Ghax l-istess pozizzjoni jaghlaqlu l-bieb qieghed.


Ix-Xhud :

Ghal kaz tieghi qed tghid. Jien hemmhekk Dottoressa kont qieghed nistenna, all right?, illi x’ hin il-bieb jinfetah jiena nohrog. Ma kont qed naghmel l-ebda ghassa, ma kont qed nirristringi lil ebda gurnalist milli johrog minn hemm gew. Nerga’ ..


Imhallef A Lofaro :

Ghax qed tiffaccja l-bieb allura jekk qed tistenna biex tohrog?


Ix-Xhud :

Qed nistenna.

Chairman Imhallef M Mallia :

Inti flok ghandek wiccek lejn il-bieb ghandek dahrek lejn il-bieb.


Ix-Xhud :

Qed nistenna, qed nistenna. X’ ha naghmel?, ha noqghod inhares lejn il- faccata tal-bieb?! Mhux bilfors dahri lejn il-bieb irrid naghti!


Dr Therese Comodini Cachia :

Jigifieri nifhem li dan il-bieb kien imsakkar bic-cavetta min-naha l-ohra? Ghalhekk ma stajtx tohrog?


Ix-Xhud :

Ma ghandix informazzjoni jekk kienx imsakkar jew le?


Dr Therese Comodini Cachia :

Allura ghalfejn ma hrigtx imma qghadt dahrek mal-bieb?


Ix-Xhud :

Jiena kont qieghed nistenna


Dr Therese Comodini Cachia :

Tistenna xiex li xi hadd jiftah il-bieb?


Ix-Xhud :

Nistenna li xi hadd jiftah il-bieb u nohrog


Dr Therese Comodini Cachia :

Inti provajt tifthu l-bieb?


Ix-Xhud :

Le ma pprovajtx


Dr Therese Comodini Cachia :

Ok.


Imhallef A Lofaro :

Ma provax. Ok.


Imhallef J Said Pullicino :

U l-iehor li kien hemm mieghek min hu?

Ix-Xhud :

Dak huwa .. sa fejn naf jiena jismu Jason, minhiex cert il-kunjom tieghu, imma I stand to be corrected; imma naf li huwa messaggier f’ Kastilja.


Imhallef A Lofaro :

Messaggier Kastilja. ok.


Dr Therese Comodini Cachia :

Forsi nissuggerixxi l-ahhar domanda, jiena nifhem illi x-xhud irrealizza li din kienet sitwazzjoni fejn ma kienx lok li tiehu tifla, u nifhem illi bhala Head of Secretariat ikun ukoll inkwetat ghal dak li jista’ jigri lis-Segretarju Parlamentari. Allura f’ dik is-sitwazzjoni inti ma pprovajtx tohrog mill-kamra biex tara x’ inhu jigri mis-Segretarju Parlamentari tieghek?


Ix-Xhud :

Dak il-hin is-Segretarju Parlamentari kienet akkumpanjata mill- Ministri l- ohra; l-intenzjoni tieghi kienet li nohrog mill-ewwel. Imma la l-bieb kien maghluq jiena kelli nistenna bhal hadd iehor. Kif immedjatament il-bieb infetah jiena hrigt u iltqajt maghha, u bqajna hiergin imbaghad.


Imhallef J Said Pullicino :

Infetah minn barra


Imhallef A Lofaro :

Taf min fethu l-bieb?


Ix-Xhud :

Le ma niftakarx


Imhallef A Lofaro :

Kien hemm xi hadd hu wara l-bieb.


Ix-Xhud :

Ovvjament xi hadd fethu ..


Imhallef A Lofaro :

Le rajnihom fir-ritratti diga`. Ok.


Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Reuben Sciberras dettata minnu stess fil- prezenza ta’ l-istess xhud.


Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud. Saviour Scicluna – Traskrittur.