Xhieda ta’ Charlene Bianco Farrrugia – 4 ta’ Marzu 2020

Xhieda ta’ Charlene Bianco Farrrugia – 4 ta’ Marzu 2020

04.03.20 xhud charlene bianco farrugia – fil-miftuh

Fl-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum l-Erbgha 4 ta’ Marzu, 2020.


Charlene Bianco Farrugia, bint Nicholas u Mary Grace nee’ Ellul, imwielda Awstralja u residenti Haz Zabbar bil-Malti bil -gurament tghid:


Imh. M. Mallia: Illum x’tahdem sinjura inti llum? Xhud: Illum il-gurnata nahdem il-MITA.

Imh. M. Mallia: Fejn? Xhud: Il-MITA. Imh. M. Mallia: MITA? Xhud: MITA.

Imh. M. Mallia: Kemm ilek tahdem hemm hekk?

Xhud: Bdejt nahdem issa ricentament mindu ha l-gurament il-Prim Ministru Robert Abela – jigifieri waqaft nahdem fi Frar ta’ din is-sena.

Imh. M. Mallia: Ta’ din is-sena. U mort il-MITA. Xhud: Ezatt.

Imh. M. Mallia: Issa, mela, qabel il-MITA, fejn kont tahdem? Xhud: Qabel il-MITA kont nahdem l-ufficcju tal-Prim Ministru. Imh. M. Mallia: Ok.

Xhud: Fis-segretarjat.

Imh. M. Mallia: Bhala – fis-segretarjat. Kellek xi rwol partikolari?

Xhud: Mela, fl-elfejn u tlettax (2013) dhalt nahdem fis-segretarjat tal-Prim Ministru bhala l-personal assistant tac-Chief of Staff. Bqajt naghmel dak l-irwol u f’April tat-two thousand and sixteen (2016), bejn wiehed u iehor, milli niftakar dak il-perjodu, kont imxejt fuq xoghol ta’ progetti.

Imh. M. Mallia: Imxejt? Meta tghidli imxejt, x’jigifieri?

Xhud: Bqajt bl-istess designation biex niftiemhu, jigifieri ma bqjatx bhala PA ghax imbaghad kienet inbidlet u kienet giet executive assistant to the Chief of Staff, pero’ x-xoghol inbidel f’April ta’ l-elfejn u sittax (2016) bejn wiehed u iehor. F’dak il-perjodu.

Imh. A. Lofaro: U sar fuq progetti ghidtilna? Xhud: U bdejt niehu hsieb progetti.

Imh. A. Lofaro: Ok.

Imh. M. Mallia: Meta tghidli progetti, xi tfisser? X’tip ta’ progetti?

Xhud: Jigifieri l-progetti li kellu l-gvern illi kienu mportanti li jsiru across Ministries u naghmel liason mal-Ministeri rispettivi biex naraw li l- progett qed ikompli ghaddej.

Dr. Franco Galea: Bil-permess tas-Sinjuriji Taghkom, nista’ naghmel domanda biex niffacilita’ fuq din . . .

Imh. A. Lofaro: Ghidilna.

Dr. Franco Galea: Le, ghax kont ser nistaqsiha min ha r-role over ta’ personal assistant . . .

Imh. A. Lofaro: Min ha over minn flokha?

Dr. Franco Galea: Minn flokha u qabel bdiet l-ufficcju tal-Prim Ministru fejn kienet tahdem qabel.

Imh. A. Lofaro: Ok. Xhud: Mela, ezatt.

Imh. M. Mallia: Ok. Tista’ tkompli.

Xhud: Qabel l-elfejn u tlettax (2013) kont nahdem il-MITA stess u gejt seconded mal-Ufficcju tal-Prim Ministru.

Imh. A. Lofaro: Seconded.

Xhud: Ghalhekk imbaghad wara ergajt mort lura. Imh. A. Lofaro: U min dahal flokok?

Xhud: Min dahal floki?

Dr. Franco Galea: Bhala assisstent ta’ . . . Xhud: Bhala PA biex niftiemhu?

Imh. A. Lofaro: Ehe.

Xhud: Min jiehu hsieb il-kalendarju. Kien jahdem Kenneth Azzopardi.

Imh. A. Lofaro: Ok.

Xhud: Anke meta kien hemm jiena qed niehu hsieb il-kalendarju, kien diga jahdem maghna fis-segretarjat.

Imh. A. Lofaro: Ok.

Xhud: Imma mbaghad ir-rwol tal-kalendarju eccetera ghadda f’idejh.

Imh. M. Mallia: Inti kellek ufficcju ma’ genb dak tal-Prim Ministru? Kellek ufficcju partikolari jew kont f’ufficcju tas-sur Schembri?

Xhud: Le. Kelli ufficcju fl-istess sular fejn hemm is-segretarjat. Fejn kien hemm l-ufficcju tal-Prim Ministru u fejn kien hemm l-ufficcju tas-sur Schembri. Fl-istess sular.

Imh. A. Lofaro: Ufficcju ghalik wahdek? Xhud: Le mhux wahdi.

Imh. A. Lofaro: Ma’ ohra? Xhud: Konna erbgha (4). Imh. A. Lofaro: Ma’ erbgha (4).

Xhud: Skont ukoll f’liema perjodu qeghdin tirreferu ghax mhux dejjem bqajt go l-istess ufficcju. Gieli kien hemm internal movements.

Imh. A. Lofaro: Imma dejjem vicin hux. Xhud: Fl-istess sular.

Dr. T. Comodini Cachia : Imma fl-internal movements xorta ma’ l-istess tliet (3) persuni ohra jew dawk ukoll jitbiddlu?

Imh. A. Lofaro: Kienu jinbidlu ta’ madwarek? Gieli gejt wahdek per ezempju? Xhud: Le, qatt ma kelli ufficcju wahdi.

Imh. A. Lofaro: Jew ma’ ohra biss? Jien jaf.

Xhud: Le, dejjem kien hemm iktar minn persuna ohra fl-ufficcju tieghi. Qatt ma kont wahdi.

Imh. A. Lofaro: Imma dejjem kienu dawn it-tlieta (3) ‘l ohrajn? Xhud: Le. Not the same people, le.

Imh. A. Lofaro: Le.

Dr. T. Comodini Cachia : Jigifieri persuni li kienu jahdmu fl-ufficcju tac- Chief of Staff, dejjem kull move li ghamlet, dejjem kienu fl-ufficcju maghha?

Imh. A. Lofaro: Le, qalet illi le, kienu jinbidlu n-nies hux?

Dr. T. Comodini Cachia : Imma jinbidlu, minkejja li jinbidlu, xorta kienu persuni jirrispondu lic-Chief of Staff?

Imh. A. Lofaro: Kienu jirrispondu lis-sur Schembri dawn?

Xhud: Ifhimni, to my understanding kull min kien jahdem fis-segretarjat tal- Prim Ministru kien jirrispondi lic-Chief of Staff.

Imh. A. Lofaro: Ghax kien ic-Chief of Staff is-sur Schembri. Mhux hekk? Ok. Imh. M. Mallia: Inkomplu bil-maghluq?

Imh. A. Lofaro: Ahjar.

Imh. V. Said Pullicino : Ha naghmel domanda. Is-sur Fenech, kien ikun Kastilja? Dr. Franco Galea: Nahseb dik ahjar tkun bil-maghluq.

Imh. V. Said Pullicino : Jekk kienx ikun KastilDr. Jason Azzopardi :

Dr. Franco Galea: Appuntu. Ghax hemm – ghax hija mistoqsija li saret u anke nahseb importanti jekk tista’ – ha twegibha mhux problema, pero’ nahseb li ahjar tkun . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Din hija mistoqsija semplici li xehdha kulhadd. Imh. A. Lofaro: Din ser tippregudika inkjesta?

Dr. T. Comodini Cachia : Twegibha fil-pubbliku.

Imh. V. Said Pullicino : Sur avukat, m’inhiex nistaqsiha – jiena qed nistaqsiha fatt. Jimporta?

Dr. Franco Galea: Twegibha.

Imh. V. Said Pullicino : Jien qed nistaqsiha fatt semplici. Imh. A. Lofaro: Mhux hekk.

Imh. V. Said Pullicino : Jekk is-sur Fenech kienx ikun Kastilja jew le. Imh. A. Lofaro: Iva jew le.

Imh. V. Said Pullicino : Mhux minhabba fik. Jekk kienx ikun KastilDr. Jason Azzopardi :

Imh. M. Mallia: Imbaghad inkomplu bil-maghluq. Imh. V. Said Pullicino : Kien ikun Kastilja?

Xhud: Gieli rajtu.

Imh. V. Said Pullicino : Kien ikun. Issa biex tidhol Kastilja, trid tiffirma visitors book?

Imh. A. Lofaro: Jekk taf.

Imh. V. Said Pullicino : Jekk taf.

Xhud: Ma kienetx xi haga – ma kienetx xi haga li niehu hsieb jiena. Naf li kien jezisti dak il-visitors book imma . . . .

Imh. V. Said Pullicino : Meta jidhlu l-barranin inti taf li hemm ktieb u jiffirmaw is-soltu, bil-fors. Hux hekk?

Xhud: Hekk hu. Pero’ ma kienetx haga li niehu hsieb direttament jiena.

Imh. A. Lofaro: Jew minn fejn kien jidhol ghal li jista’ jkun. Jew hux mill-bieb ta’ quddiem jew St. Paul’s street. Jekk taf.

Xhud: Ma nafx.

Imh. V. Said Pullicino : L-importanti huwa jekk kienx jidhol spiss jew le. Xhud: Ifhimni, ma niftakarx kemm ‘il darba rajtu. Vera difficli.

Imh. V. Said Pullicino : Domanda semplici u ma tikkoncernax lilek. Tikkoncerna persuni ohrajn li jghidu li lis-sur Yorgen Fenech ma rawh qatt KastilDr. Jason Azzopardi :

Imh. A. Lofaro: Qatt ma rawh.

Imh. V. Said Pullicino : Ma ltaqghu mieghu qatt . . . tajjeb? Imh. A. Lofaro: Mhux hekk.

Imh. V. Said Pullicino : Li ser nistaqsik jien, dana kien jigi spiss hemm hekk illi jekk xi hadd jahdem hemm ma jarahx f’xi mument? Dik li qed nistaqsik jien.

Xhud: Ifhimni . . .

Imh. V. Said Pullicino : Jew dahal darba kull tant u daqshekk. Imh. A. Lofaro: Ma kienx invizibbli hux? The invisible man. Xhud: Mhux hekk.

Imh. A. Lofaro: Ma nahsibx.

Xhud: U nahseb anke harget fil-public domain illi . . . . Imh. V. Said Pullicino : Li kien jidhol spiss?

Xhud: Le, li hu used to visit. Jigifieri kien hemm records ta’ kemm ‘il darba dahal go KastilDr. Jason Azzopardi :

Imh. A. Lofaro: Mhux hekk.

Imh. V. Said Pullicino : Ahna infurmati li kien hemm record li dahal tletin (30) darba u wara dik it-tletin (30) darba, baqa’ jidhol, ghax tant kienu drawh li jidhol bla ma jiffirma. Jigifieri kellna din l-insinwazzjoni.

Xhud: Ma nistax nghidlek jekk kienx jiffirma jew le, ghax jiena . . . .

Imh. V. Said Pullicino : Ghax inti ma tafx.

Xhud: Ma nafx jekk kienux igielghuh jiffirma jew le.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri ssir difficli allura jekk xi hadd li jahdem hemm, tajjeb, ikun xi membru tal-parlament jahdem hemm, jghid li ma lqata’ mieghu qatt u qatt ma rah hemm hekk.

Xhud: Ma nistax nitkellem fuq haddiehor. Imh. V. Said Pullicino : Imma inti kont tarah.

Xhud: Jien gieli rajtu. Mhux ha nghidlek kemm ghax ma niftakarx. Imh. V. Said Pullicino : Ma jimpurtax.

Imh. A. Lofaro: Ok.

Imh. M. Mallia: All right.

Imh. A. Lofaro: Naghmluha bil-maghluq please. Imh. M. Mallia: Inkomplu bil-maghluq.

Imh. A. Lofaro: Jigifieri l-press jistghu jirtiraw ghax ma ghandniex iktar xhieda ghallum. Hux hekk?


Tkompli x-xhieda ta’ Charlene Bianco Farrugia fil-maghluq.