Xhieda ta’ Michael Falzon – 12 ta’ Ottubru 2020

Xhieda ta’ Michael Falzon – 12 ta’ Ottubru 2020

12.10.20 xhud michael falzon

Fl-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum it-Tnejn 12 ta’ Ottubru, 2020.


Onor. Michael Falzon, iben il-mejjet Moses u Carmela nee’ Said, imwieled Pieta u residenti Iklin bil-Malti bil-gurament jghid:


Imh. M. Mallia : Mela Onorevoli, mmorru mill-ewwel ghad-dunque. Inti taf bir-rapport ta’ l-NIAU dwar il-kwistjoni ta’ Gaffarena dwar l- expropjazzjoni ta’ dak il-palazz tal-Belt.

Onor. Michael Falzon : Sur Imhallef, difficli li nisimghek ghax il-mike mhux jamplifika.

Imh. M. Mallia : Ahjar hekk.

Onor. Michael Falzon : Ahjar Sur Imhallef.

Imh. M. Mallia : Mela ha nibdew minn hawn – illum x’kariga tokkupa inti? Onor. Michael Falzon : Illum ghandi l-kariga ta’ Ministru ghal dak li huwa l-

qasam tal- familja, id-drittijiet tat-tfal u s-soliderjeta’ socjali.

Imh. M. Mallia : U tul il-karriera politika tieghek f’dan il-gvern, x’karigi okkupajt?

Onor. Michael Falzon : Bhala jekk nitkellmu fuq membru tal-Kabinett kont membru tal-Kabinett mill-ewwel (1) ta’ April elfejn u erbatax (2014). Imbaghad kont irrezenjajt f’Jannar ta’ l-elfejn u sittax (2016). Imbaghad f’din il-legizlatura sa issa ghadni Ministru mit- tlieta (3) ta’ Gunju ta’ l-elfejn u sbatax (2017).

Imh. M. Mallia : Mela rigward iz-zmien meta inti kont Permanent Secretary fl-Ufficcju ta’ l-OPM, are you aware fuq ir-rapport ta’ l-NIAU li kien hareg fuq il-kaz ta’ Gaffarena?

Onor. Michael Falzon : Ara jiena mhux Permanent Secretary. Dak iz-zmien kont Segretarju Parlamentari.

Imh. M. Mallia : Parlamentary all right.

Onor. Michael Falzon : Parlamentary. U jekk hu r-rapport ta’ l-NAO iva nahseb kien ippublikat u konna anke ddiskutejnieh fil-Public Accounts Committee. U mbaghad nassumi konna ddiskutejnieh qabel Jannar elfejn u sittax (2016) u Jannar elfejn u sittax (2016) – u jekk niftakar sew fl-ghoxrin (20) ta’ Jannar kont irrezenjajt.

Imh. M. Mallia : Inti rrezenjajt konsegwenza diretta ta’ dan ir-rapport?

Onor. Michael Falzon : Il-konsegwenza kienet illi r-rapport kien dak li kien. Jien dejjem ikkontestajt ir-rapport u nista’ naghmilha llum. Nikkontesta mhux li qal ir-rapport, li tqieghed kif tqieghed ir- rapport. Ehe deherli li l- lealta’ tieghi dejjem kienet totali sew lejn il-partit, sew lejn pajjizi u sew lejn il-Maltin u l-Ghawdxin u f’dik ic- cirkostanza irrizenjajt.

Imh. J. Said Pullicino : Jigifieri ahna r-rapport ta’ l-NAO niehdu konjizzjoni tieghu bhalek, naraw il-konkluzjonijiet tieghu x’inhuma, imma … ta’ din l-inkjesta m’humiex direttament relevanti, fis-sens illi ahna qeghdin hawnhekk ghal xi haga differenti. Li jinteressana biss li nkunu nafu fil-kuntest ta’ dak ir-rapport jekk kienx hemm b’xi mod inghata ndhil barrani – barrani in inverted comas, fuq id- Dipartiment ta’ l-Artijiet, jekk dik kienet decizjoni tieghek bhala Paramentary Secretary u jekk kienetx influwenzata minn influwenzi barranin ghal dak?

Onor. Michael Falzon : Ma nafx – biex inkun sincier ma nafx Sur Imhallef, li kont naf zgur allura li kont niddeciedi mod iehor. Kien ir-rapport li hareg. Kien hemm decizjoni li hadt illi iva nirrezenja min dik il- kariga. Imma jekk kien hemm xi haga ulterjuri zgur li ma kontx naf biha.

Imh. J. Said Pullicino : Ma kontx taf biha. Sewwa.

Imh. A. Lofaro : U d-decizjoni li tirrezenja kienet tieghek imma hux? Onor. Michael Falzon : Iva jiena rrezenjajt.

Imh. A. Lofaro : Mhux qallek il-Prim Ministru biex tirrezenja? Onor. Michael Falzon : Le, ovvjament kien hemm indikazzjoni. Imh. A. Lofaro : Ghax ma nafx ghalfejn kellek dik l-impressjoni.

Onor. Michael Falzon : Jiena kont irrezenjajt, niftakar kont ghidt dak li hu tieghi, jigifieri ghadu pubbliku, wiehed jista jara r-recording ta’ Xarabank.

Imh. A. Lofaro : Le, le, niftakar, niftakar.

Onor. Michael Falzon : Decizjoni tieghi kienet. Decizjoni tieghi. Imh. A. Lofaro : Ok.

Imh. M. Mallia : Meta inti tqis dan li ghadek kemm ghidt u li nafu llum dwar dak ill-gara, dwar dak illi ghamlu . . .

Imh. A. Lofaro : Certi nies.

Imh. M. Mallia : . . . Konrad Mizzi u Keith Schembri, kif thossok inti? Imh. A. Lofaro : Kont ser nistaqsijielu.

Imh. M. Mallia : Ghax I mean inti rrizenjajt u dan kien hemm, kellhom ghaliex jirrizenjaw imma ma rrizenjawx u baqghu hemm.

Onor. Michael Falzon : Fuq tieghi nista’ nghid Sur Imhallef. Jiena kont hadt id-decizjoni li nirrezenja. Ma nistax naghti opinjoni kif hassu haddiehor.

Imh. J. Said Pullicino : Pero’ naqblu li f’dik ic-cirkostanza inti rrezenjajt ghal xi haga li personalment inti ma kontx responsabbli, seta’ kien responsabbli haddiehor li jigi tahtek, pero’ inti hadt ir- responsabbilta u taqbel jew ma taqbilx ma dak li qal l-NAO inti dherlek li kien gust u anke fl-interess ta’ kullhadd li inti taghmel pass lura. Din hi l-pozizzjoni.

Onor. Michael Falzon : Nahseb ovvja li qrajtu r-rapport ta’ l-NAO, ghax jien ghamilt il- pozizzjoni tieghi. Iva kienet xi haga li kienet issir standard li l-Ministru kien jiffirma l-minuti. Jiena ffirmajt minuti. Ilha gejja minn zmien l-Inglizi. Kien dak li kien.

Imh. J. Said Pullicino : Le dak iz-zmien konna ghadna early days, jigifieri dak iz-zmien, dak li zviluppa fiz-zmien meta rrizenjajt int ma kienx jezisti, jigifieri dawn kienu ncidenti izolati. Kellna l-Australia, mhux l-Australia Hall, il-kaz ta’ x’jismu, kienu incidenti izolati li setghu kienu nvoluti fihom negozjanti, fil-fatt kien hemm, tajjeb u tajjeb u hazin dawn il- progett li kellhom . . . forsi mhux sistemi kif suppost. Wara dawk imbaghad gew affarijiet ohrajn. Jigifieri ahna trid tqis dak li fil-mument storiku meta sehh il-kaz tieghek ma kienx kaz illi tghid hawnhekk x’inhu gej? Kien incident serju kemm tridu imma ncident u dak ahna niehdu konjezzjoni tieghu. Fil-process imbaghad ta’ meta ergajt gejt inti within the corridors of power nghidu ahna, mbaghad hassejt li kien hemm xi tibdil minn dawn is-

sistemi li ghalik kienu korretti? Inti rrizenjajt minhabba f’hekk , imma kien hemm xi sistemi jew metodi ta’ gvern illi inti ma kellekx opinjoni tajba taghhom?

Onor. Michael Falzon : Jekk kien hemm ma nafx bihom. Li nista’ nghid ukoll jiena meta rrezinjajt f’Jannar elfejn u sittax (2016) ovvjament imbaghad ma kontx nifforma parti mill-Kabinett sa Gunju elfejn u sbatax (2017). Jekk kien hemm ma nafx bihom.

Imh. M. Mallia : Meta faqqghet – meta harget l-istorja tal-Panama Papers . .

.

Dr. T. Comodini Cachia : Jien ghandi xi mistoqsijiet fuq din il-kwistjoni jekk il- Bord jixtieq jaghlaq din il-kwistjoni l-ewwel.

Imh. J. Said Pullicino : Ta’ Gaffarena qed tghid? Dr. T. Comodini Cachia : Iva

Imh. J. Said Pullicino : Staqsi d-domandi. Ahjar nehilsu.

Dr. T. Comodini Cachia : Ara, ir-rapport – jiena ha nistaqsik kollega fuq ir- rapport ta’ l-NAO. Ir-rapport ta’ l-NAO jindika illi s-sur Gaffarena kien ghamel laqghat mieghek u li persuna mill-ufficcju tieghek kienet akkumpanjatu fil-Lands Department. Forsi tista’ allura tghidilna min introducielek lis-sur Gaffarena u kemm kont ilek tafu lis-sur Gaffarena?

Onor. Michael Falzon : Jiena ma ghandix diffikulta nirrispondi. Ma nistax nifhem x’inhu n-nexis biss.

Imh. J. Said Pullicino : In-nexis jista’ jkun peress li l-iskop principali ta’ din l- inkjesta huwa r-relazzjoni bejn in-negozju u l-amministrazzjoni, qed immorru ftit lura jigifieri mill-incident propju. Imma nahseb l- avukat qed tipprova tara jekk hemmx xi . . . taghha, mhux bilfors tinvolvi lilek ghax inti dejjem nghidu ahna, sorry ta’, li generalment huwa accettat li kwalunkwe Ministru, kwalunkwe gvern xi forma ta’ relazzjoni mal-business biex imexxi l-pajjiz huwa mehtieg. Imma d-domanda hija forsi differenti, ma nafx.

Dr. T. Comodini Cachia : Ara, l-NAO report il-konkluzjoni tieghu hija illi kien hemm kolluzjoni u kolluzjoni bejn tliet (3) ufficcji – l-ufficcju tas- Segretarju Parlamentari illi dak iz-zmien sfortunatament kien Dr. Falzon u zewg (2) ufficcji ohra u ghalhekk id-domanda hija, qed inpoggiha ‘il ghax hija diretta ghat-terms of reference tal-Board of

Inquiry. Jigifieri jekk kienx hemm din il-kolluzjoni. Anke biex il- kollega jkollu l-opportunita li jekk ma kienx hemm jghid. Imma per ezempju kien hemm ukoll stqarrijiet illi l-kollega – illi Dr. Falzon kien isiefer ghal kacca ma Mark Gaffarena u allura dik hija kwistjoni illi taqa’ taht it-terms of reference ‘l ghaliex tista’ turi certu relazzjonijiet.

Onor. Michael Falzon : Nista’ nirrispondi Sur Imhallef. Imh. M. Mallia : All right, irrispond, irrispondi.

Onor. Michael Falzon : Mela jiena qabel ma sirt membru tal-Kabinett, nahseb il-kollega taf ukoll ghamilt kwazi kwart ta’ seklu naghmel il- kuntratti l-Bank of Valletta fejn jien kont Executive Head. Ma hawnx negozjant f’Malta illi kien ghal l-anqas jahdem dak iz-zmien illi ma nafux ghax ix-xoghol tieghi kien precizament illi nivvettja l- kuntratti u kont Executive Head tal-Bank jigifieri iva kont nafu bhal ma kont naf ohrajn. Mhux qed nghid illi ma nafux, anzi kont nafhom kollha u ghadni naf hafna minnhom u ghadni ngawdi rispett minn hafna minnhom, ghax kull min kien jigi dejjem rajt kif naqdih.

Imh. A. Lofaro : Mhux hekk. Imh. M. Mallia : Ok.

Dr. T. Comodini Cachia : Huwa veru li kont issiefer mas-sur Gaffarena wkoll?

Ghax ma nahsibx li kont issiefer mal-klijenti kollha tal-BOV?

Onor. Michael Falzon : Le, le, le, ovvjament jekk kont insiefer ghal kacca kien hemm dilettanti tal-kacca. Ma kontx norganizza t-tours jien tal- kacca. Dejjem mort ma haddiehor. F’wiehed minnhom kien qieghed hemmehkk.

Imh. M. Mallia : Jigifieri mhux mieghu biss? Onor. Michael Falzon : Le, le, le. Le assolutament. Imh. M. Mallia : Kien hemm group.

Onor. Michael Falzon : Kien hemm group, kien hemm group Sur Imhallef, geralment ikun group ta’ tnax (12). Ma nafx il-kollega kemm – ghax qieghed ibiddel il-jiem u kien hemmhekk fil-group. Darba minnhom iva kien hemmhekk fil-group.

Imh. J. Said Pullicino : Waqt li kont Parlamentry Secretary? Onor. Michael Falzon : Le ma jidhirlix.

Imh. J. Said Pullicino : Qabel?

Onor. Michael Falzon : Qabel, qabel. Ferm qabel jidhirli. Imh. A. Lofaro : Meta kont mal-BOV.

Onor. Michael Falzon : Kont ghadni l-BOV Sur Imhallef. Imh. A. Lofaro : All right.

Dr. T. Comodini Cachia : U biex Gaffarena ghamel appuntament biex jigi jkellmek l-ufficcju tieghek, dan kien apuntament illi ghamilulu xi hadd iehor, issuggerieh xi hadd iehor jew kullhadd seta’ jigi jaghmel appuntament mieghek?

Onor. Michael Falzon : Jiena meta kont Segretarju Parlamentari, kif ghadni naghmel sa llum, kull min kien jigi kont niltaqa’ mieghu, ovvjament tara sa fejn tista’. Anka sal-gurnata ta’ llum, anka Membri Parlamentari mill-kamp oppost gie li gew l-ufficcju tieghi u tkellimna. Ma kellu xejn specjali.

Dr. T. Comodini Cachia : Jigifieri biex tiffirma jew tawtorizza dan it- trasferiment jew akkwist, inti teskludi li kellek istruzzjonijiet jew proposti jew suggerimenti biex taghmel dan minn Joseph Muscat jew minn Keith Schembri?

Onor. Michael Falzon : Le ma kellix struzzjonijiet f’dak is-sens. Il- prattika hija illi sfortunatament, forsi jien l-iktar li baghtejt minnha, dan ikollok il-files, jitilghu ruxxmata files, jkun hemm il- minuta, tara l-minuta u tendorsja. U dak xehdu wkoll, xehdu wkoll, nixtieq nghidha din, dak xehdu wkoll l-Awditur Generali, meta jien oggezzjonajt ghal kelma colusion, bil-gurament quddiem il- Kummitat tal-Verifika qalli ghax iffirmajt il-minuta, jigifieri kolluzjoni ghax tiffirma minuta li Ministru jiffirma mijjiet minnhom fil-gimgha. Hawn il-kollega l-Onorevoli Jason Azzopardi jaf x’jien nghid. Alla hares tkun taf id-dettalji kollha tal-files tal-Gvern.

Dr. T. Comodini Cachia : Hawnhekk smajna kollegi illi jghidu – kollegi tieghek illi jghidu li fil-Ministeru taghhom kellhom persuna mahtura jew maghzula mill-Ufficcju tal-Prim Ministru bhala koordinaturi. Il- persuna illi inti bghatt mas-sur Gaffarena l-Lands kienet din it-tip ta’ persuna jew kienet persuna tal-fiducja tieghek?

Onor. Michael Falzon : Le kienet persuna illi x-xoghol taghha kien ovvjament ghandek persuni – ghandek persuni – ma nahsibx li ghandi

nsemmi ismijiet, li xogholhom kien illi effettivament iva – Alla hares ma jkunx hemm kordinament ma’ dipartiment.

Imh. M. Mallia : Daqsxejn differenti d-domanda.

Imh. J. Said Pullicino : Pero’ d-domanda – nifhmu korrett li hu relevanti ghalina huwa jekk fil-Ministeru tieghek, fis-segretarjat, kienx hemm persuna tirrispondi ghal Kastilja . . .

Imh. A. Lofaro : Ma’ Kurt Farrugia? Communications?

Imh. J. Said Pullicino : . . . kif kien hemm ma kull Ministeru iehor.

Onor. Michael Falzon : Meta kont hemm jien bhala Parliamantary Secretary, jien kont l- OPM innifsu. Jigifieri ma kellix persuna adetta.

Imh. A. Lofaro : Mela ma kellekx.

Onor. Michael Falzon : Wara dahlet sistema li konna, dak fejn tidhol il- komunikazzjoni.

Imh. A. Lofaro : Ehe, ehe. Kurt Farrugia.

Onor. Michael Falzon : Jiena kont OPM, ma kellix bzonn. Imh. A. Lofaro : All right. Ok.

Onor. Michael Falzon : Parti mill-ufficcju kont l-OPM.

Dr. T. Comodini Cachia : U fit-twettieq ta’ xogholok bhala Segretarju Parlamentari fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, id-decizjonijiet kont tohodhom kollha wahdek jew peress li kont Segretarju Parlamentari f’dak l-Ufficcju kellek tiddiskutihom mal-Prim Ministru jew mac-Chief of Staff tieghu?

Onor. Michael Falzon : Le decizjonijiet mal-mument kont nohodhom jien. Ma kellix direzzjoni fuq ebda file dana trid tawtorizzah, la tas-sur Gaffarena u lanqas ta’ hadd.

Imh. J. Said Pullicino : Pero’ jiena ghandi l-impressjoni li l-istorja ta’ Gaffarena, serja kemm hi serja ultimament imbaghad kienet giet revokata mill-Prim Ministru.

Imh. A. Lofaro : Iva giet revokata minn Joseph Muscat.

Imh. J. Said Pullicino : Jigifieri wara r-rapport ta’ l-NAO, il-Prim Ministru kien irtira . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Giet revokata mill-Qorti Sur Imhallef. Giet revokata mill-Qorti. Il-mistoqsijiet huma sempliciment diretti ghal-line of inquiry li ssoltu nsegwu fuq kif kien jopera l-Ufficcju tal-Prim Ministru. Huma domandi li saru lis-Segretarji Parlamentari li

servew f’dak l-Ufficcju. Fil-fatt l-ahhar domanda li ghandi – fir- rigward tar-rizenja tieghek inti teskludi illi r-rizenja tieghek giet proposta lilek minn persuni ohra?

Onor. Michael Falzon : Le hadd ma nforza decizjonijiet fuqi. Dik nista’ neskludiha.

Imh. A. Lofaro : Forsi heggewk?

Dr. T. Comodini Cachia : Kien hemm min issuggerielek? Imh. A. Lofaro : Heggewk biex tirrezenja?

Onor. Michael Falzon : Kienet xi haga li ddecidejt jien u kienet xi haga li garrejt il-piz taghha jien, garrrejt il-konsegwenzi taghha jien biss.

Imh. M. Mallia : Ok. X’kienet ir-relazzjoni tieghek mal-Prim Ministru u ma’ Keith Schembri?

Onor. Michael Falzon : Il-Prim Ministru ovvjament kont nifforma parti mil- group Parlamentari, mill-elfejn u tlettax (2013) sal-gurnata ta’ llum u kont nattendi regolari kull nhar ta’ Tnejn u fil-perjodu li kont fil- Kabinett, kont nattendi ghal Kabinett.

Imh. A. Lofaro : Tuesdays hux? Tuesdays.

Onor. Michael Falzon : Il-Kabinett generalment ikun Tuesday. Jiena kont naghmilha punt u ghadni naghmilha punt illi kemm jista’ jkun ma nfallix la l-Group Parlamentari u lanqas l-Kabinett.

Imh. A. Lofaro : Mhux hekk.

Imh. M. Mallia : Pero’ bhala relazzjoni tax-xoghol mal-Prim Ministru u ma’ Keith Schembri, kif kont issibek?

Onor. Michael Falzon : Sur Imhallef kien il-Prim Ministru u jien kont Segretarju Parlamentari jew kont Ministru. Jigifieri qatt ma kellna clashes u dejjem ghamilt sehmi kif l-ahjar . . .

Imh. A. Lofaro : Nimmagina li kien hemm mutual respect, le? Onor. Michael Falzon : Iva. Bla dubbju.

Imh. A. Lofaro : Rispett nimmagina milli stajt nara jien. Imh. M. Mallia : U ma Keith Schembri?

Onor. Michael Falzon : L-istess Keith kien Chief of Staff jigifieri, ovvjament kien ikun hemmhekk ukoll fl-Ufficcju ta’ l-OPM u dak li jkun hemm inti tahdem mieghu.

Imh. A. Lofaro : Kont tara li ghandu hafna poter dan is-sur Schembri? Mhux qed nghid illi haga hazina ta’, li kien hemm hafna poter f’idejh

imma li forsi kien hemm anke f’amministrazzjonijiet ohra ta’ qabel anke fil-Gvern Nazzjonalista jigifieri.

Onor. Michael Falzon : Ma nistax nghid x’kienet ir-relazzjoni, jekk hu Chief of Staff mieghek . . .

Imh. A. Lofaro : Il-power. Il-powers, poteri?

Onor. Michael Falzon : Ic-Chief of Staff tal-Prim Ministru ovvjament se jkun midhla ta’ OPM u tal-Prim Ministru . . .

Imh. A. Lofaro : Jigifieri kellu dan hux? Kellu l-poteri f’idejh.

Onor. Michael Falzon : Ha nghid hekk, zgur illi mill-elfejn u sbatax (2017) ‘l hawn jiena qatt ma kelli pressure minn ghandu. Ovvjament illum min jigi ghandna ghax ghandu problema, kienu mhux il-Ministeru tal-Familja. Qabel kont l-OPM u again qatt ma sfurzani – la l-Prim Ministru u lanqas hu biex naghmel xi haga li jiena ma hassejtx li ghandi naghmilha.

Imh. A. Lofaro : Ma ghidnielekx hekk. Ma ghidnielekx hekk. Imma kont tara li ghandu hafna powers li tipo tridu hafna minn ghandu intom Ministri? Segretarji Parlamentari? Li ghandkom bzonnu hafna? F’xogholkom ta’, f’xogholkom?

Onor. Michael Falzon : Jekk inti Chief of Staff tal-Prim Ministru ovvjament il- pozizzjoni tieghek iggor certu piz. Hija xi haga naturali. Biss nerga’ nghid fil-konfront tieghi qatt ma ghamilli pressure biex naghmel xi haga li . . .

Imh. A. Lofaro : Imma per ezempju l-Prim Ministru ta’ llum ma ghadix l- istess hux issa. Inbidlet ftit.

Onor. Michael Falzon : Kullhadd ghandu l-istil tieghu ta’ tmexxija Sinjura Imhallef.

Imh. A. Lofaro : Tikkonferma li nbidlet imma?

Onor. Michael Falzon : Ovvjament it-tmexxija tal-Prim Ministru ta’ llum hija differenti minn ta’ Joseph Muscat.

Imh. A. Lofaro : U anke konsegwentament tac-Chief tieghu ta’ l-istaff. Ma ghadux jissejjah hekk naf.

Onor. Michael Falzon : Again huwa . . .

Imh. M. Mallia : Pero’ jekk tippermettili meta inti ssemmi Chief of Staff, jien nifhem illi dan ikun kap ta’ l-istaff tal-Prim Ministru. Ikun kap ta’ l- Ufficcju biex jara illi l-Ufficcju tal-Prim Ministru, l-istaff tal-Prim

Ministru jimxi harir u jkollu s-sapport u l-ghajnuna kollha li ghandu bzonn biex ikun jista’ jmexxi l-pajjiz. Jien ghalija dak huwa c-Chief of Staff. Dak milli jidher kellu hafna, hafna iktar poteri minn daqshekk.

Onor. Michael Falzon : Jien ma nistax nghid ghax jiena nerga’ nghid ma kontx membru ta’ l- istaff ta’ l-OPM fis-sens ta’ l-Ufficcju tal-Prim Ministru.I d-darbtejn kont b’mod separat. Darba kont nirrispondi l- OPM u din id-darba bhal Kabinett.

Imh. M. Mallia : Hawnekk qalulna illi wara li harget l-istorja tal-Panama Papers il-Prim Ministru kien baghat ghalikom wiehed wiehed biex isaqsi ghal l-opinjonijiet taghkom x’jidhrilkom dwar is-sitwazzjoni.

Imh. A. Lofaro : Kien baghat ghalik? Imh. M. Mallia : Kien baghat ghalik?

Onor. Michael Falzon : Jekk niftakar sewwa dak iz-zmien meta kien sar il-kaz jien ukoll ma nzertajtx kont fil-Kabinett forsi.

Imh. J. Said Pullicino : Ma kontx fil-Kabinett.

Onor. Michael Falzon : Forsi, b’xorti ha nghidu hekk. Niftakar li kien hemm komunika iva u effettivament xi haga on these lines niftakar x’tahseb u r-risposta tieghi kienet, bhal ma naghmel dejjem, dak li huwa fl-ahjar interess . . .

Imh. A. Lofaro : F’dak li?

Onor. Michael Falzon : F’dak li hu l-ahjar interess allura l-Prim Ministru jiddeciedi.

Imh. A. Lofaro : Mela allura hallejt f’idejn il-Prim Ministru.

Imh. M. Mallia : Jigifieri ma tghajtx opinjoni inti dwar x’kellu jsir f’dik is- sitwazzjoni? Jekk intalbet?

Onor. Michael Falzon : Jiena ma tghajtx opinjonijiet. Ovvjament kienet ghadha daqsxejn friska wkoll il-kwistjoni tar-rizenja tieghi jigifieri.

Imh. A. Lofaro : Li ghaddejt minnha inti.

Onor. Michael Falzon : Kont ghazilt li ma nikkumentax. Imh. A. Lofaro : Ghalhekk mela.

Imh. J. Said Pullicino : Ghandek amment jekk incident, mhux incident, ghax il-Panama Papers kienet xi haga illi affettwat il-pajjiz hafna u mhux il-pajjiz taghna biss . . .

Imh. A. Lofaro : Internazzjonalment.

Imh. J. Said Pullicino : . . . bhal hafna pajjizi ohra. Ghandek amment jekk giex diskuss fil-group parlamentari dan ix-xoghol? Dan l-incident?

Onor. Michael Falzon : Bla dubbju li halla effett jigifieri ma hemmx dubbju.

Imh. J. Said Pullicino : Jigifieri jekk ittehditx xi decizjoni fil-group parlamentari?

Imh. A. Lofaro : Fil-parliamentary group?

Onor. Michael Falzon : Ma nahsibx li d-decizjoni kienet ittiehdet fil-group parlamentari, le ma jidhirlix.

Imh. A. Lofaro : F’cabinet Level?

Onor. Michael Falzon : Nimmagina li kienet giet diskussa iva l-Prim Ministru kien staqsa l- opinjoni tieghi, jigifieri nassumi li ta’ kullhadd, imma ma jidhirlix li kien hemm decizjoni x’se jsir jiddeciedi l-group parlamentari.

Imh. J. Said Pullicino : Il-Ministru Mizzi jiccaqlaq minn fejn kien fl-Energija u jmur Ministru bla Portafol u tat-Turizmu ma kienetx diskussa, ghax dik pregorattiva tal-Prim Ministru.

Onor. Michael Falzon : Le zgur li mhux Group Parlamentari. Fuq Kabinett ma nistax nghid. Strettament l-unika zewg (2) deskrizzjonijiet li ghandu Prim Ministru hu li jghazel il-Kabinett tieghu u li jsejjah data ta’ l-elezzjoni. Ma kontx fil-Kabinett u zgur illi ma hadtx decizjonijiet ‘l hawn jew ‘l hemm.

Imh. M. Mallia : Jigifieri inti dhalt fil-Kabinett imbaghad wara l-elezzjoni tas- seventeen (’17)?

Onor. Michael Falzon : Iva Sur Imhallef.

Imh. J. Said Pullicino : Wara l-elezzjoni tas-seventeen (’17) imbaghad bdew johorgu d-dettalji dwar 17 Black.

Onor. Michael Falzon : Hekk hu.

Imh. J. Said Pullicino : Kien hemm xi rejazzjoni tal-Kabinett b’mod kollettiv f’dak l-incident?

Imh. A. Lofaro : Hemm hekk kienet iktar serja.

Imh. J. Said Pullicino : Hemm hekk hargu iktar dettalji specifici u . . .

Onor. Michael Falzon : B’mod kollettiv le ma jidhirlix li qatt kien hemm fil- Kabinett.

Imh. A. Lofaro : U inti kif hassejtek? Hekk seren? Ma hassejtekx skomdu? Onor. Michael Falzon : Sinjura Imhallef l-opinjoni tieghi ovvjament . . .

Imh. A. Lofaro : Le, int kif hassejtek int. Mhux kif tkellimt ma’ xi hadd? Inti kif hassejtek gewwa fik? Hassejtek seren? Ghax per ezempju jien, ha nitkellem fuqi, meta kien hemm l-Imhallfin sfortunatament li ghaddew process, niftakar kien hemm zmien li lanqas kont irrid nohrog mid-dar. Ma kontx inkun irrid nohrog mid-dar. Jien hekk hassejtni.

Onor. Michael Falzon : Nahseb illi nkun qed nghid il-verita’ jekk wiehed ihossu ftit skomdu le.

Imh. A. Lofaro : Hafna jiena hassejtni skomda.

Onor. Michael Falzon : Imma again, ma kontx mitlub li nghaddi xi opinjoni jew xi decizjoni u ma ghamiltx.

Imh. A. Lofaro : Ghalhekk saqsejtek int kif hassejtek mieghek innifsek. Jiena kont hassejtni hazin hafna, hafna.

Onor. Michael Falzon : Jiena l-verita iva kont thossok skomdu. Anka l-fatt diehel il- Parlament u taqla xi zewg bajdiet, imma nsomma dik tehodha bic-cajt.

Imh. A. Lofaro : Thossok tigi mplikat int ukoll. In-nies bdew jghidu ghax l- Imhallfin kollha hekk u tkun taf li inti m’intix hekk tehodha bi kbira hux? Hassejt xi haga hekk inti?

Imh. M. Mallia : Ahna ghadna nsofru l-konsegwenzi sa llum. Imh. A. Lofaro : Sa llum ghadna nbaghtu ahna.

Onor. Michael Falzon : Hekk hu.

Imh. A. Lofaro : Dan id-dell hemm ha jibqa’, fhimt? Qed nghidlek minn xiex ghaddejna ahna.

Onor. Michael Falzon : Naf Sinjuri Imhallfin. Jien nassigura lil din l-inkjesta jiena ma kkrejajtx dellijiet fuq hadd zgur.

Imh. A. Lofaro : Imma ma hassejtekx komdu mela? Onor. Michael Falzon : Iva ma hassejtnix komdu.

Imh. A. Lofaro : Jiena ghadni sa llum, imma fil-bidu dizastru. Ma ridtx nohrog mid-dar.

Onor. Michael Falzon : Konna nkunu ahjar minghajr dik is-sitwazzjoni. Imh. A. Lofaro : Mhux hekk. Mhux hekk.

Imh. J. Said Pullicino : Pero’ l-issue hija hawnhekk – 17 Black, qed nitkellmu issa ftit wara l-assassinju, ha naghmlu hekk, jigifieri hemm hafna cirkostanzi, hafna pressjonijiet ghaddejjin ghax trid tiehu lilek

innifsek f’dak iz-zmien. Allura kellna 17 Black qabel l-assassinju, kellek l-indikazzjoni ta’ x’inhi u min seta’ kien involut. L-assassinju, tajjeb? Imbaghad id-dettalji ta’ wara, 17 Balck. Allura c-cirkostanzi kienu tali illi jiena qed inpoggi f’Kabinett, tajjeb, li ghandi persuna li tista’ tkun imdahhla, allegazzjonijiet ghaddejjin, ftehemna, u l- Kabinett ma jirrejagixxix bhala Kabinett, jiddiskutieh almenu s- suggett? Ghax din li tinkwetana hawn ikollok Kabinett mhux qieghed ghal dawn l-affarijiet. La qieghed ghall-progetti kbar u lanqas qieghed ghal dawn l-affarijiet.

Imh. A. Lofaro : Dan l-inkwiet taghna Ministru. Dan l-inkwiet taghna kbir.

Ghalhekk qed naghmlulek dawn id-domandi ta’.

Imh. M. Mallia : Jekk tista’ tghinna.

Imh. A. Lofaro : Naf li domandi skomdi, imma ahna ghandna dover x’naghmlu.

Onor. Michael Falzon : Jiena u nghidha jigifieri – le, ma kontx involut. Zgur illi qabel ma dhalt fil-Kabinett zgur li ma kontx involut u anqas il- kabinett jidhirli li qatt ma gie diskuss is-suggett partikualri.

Imh. A. Lofaro : Lanqas 17 Black? Xejn?

Onor. Michael Falzon : Sinjura Imhallef le bhala item u nerga’ nghid jiena bhala item generalment nipprova nattendi dejjem, le .

Imh. A. Lofaro : Le.

Imh. J. Said Pullicino : U dan japplika allura ghal-assassinju veru propju. Meta gara l-kaz tal-qtil jiena kont nimmagina li l-ewwel haga li ssir l-ghada filghodu jiltaqa’ Kabinett, hawnhekk ghandna haga li ha ccalaq id-dinja apparti l-effett l-impatt fuq il-pajjiz tajjeb? Ha niddiskutuha, ha naraw f’liema stat qeghdin. X’passi ser jittiehdu. Mhux bizzejjed tghidli ahna hallejna f’idejn il-pulizija biex tmexxi. Haga bhal din tmur oltre dak ghax ghandek l-impatt fuq il- governanza mhux sempliciment id-delitt. Allura dan ma giex diskuss? Kullhadd hadha for granted issa dana – issa naraw? Dan l- atteggjament kien jew inkella saru xi mistoqsijiet? Kullhadd jistenna li jkun hemm mistoqsijiet at Cabinet level. Jigifieri dana qed nghidlek ghax minn barra dan kollu ma jidhirx. La tigi hawn u tisma’ dan it-tip ta’ attegjamenti, tajjeb, li jirriflettu r-realta’,

mentri l-attegjament ifisser illi l-Gvern, il-pajjiz ma kienx immexxi mill-Kabinett. Imbaghad tigi ghad-domanda . . .

Imh. A. Lofaro : Ghaliex imbaghad ghalhekk jghidu kitchen cabinet. Issa nsaqsuk fuq il-kitchen cabinet ta’ lilek ukoll.

Imh. J. Said Pullicino : La qeghdin nifixxjaw ahna u lanqas qed nitkellmu . . . Imh. A. Lofaro : Id-dover taghna qed naghmlu ahna.

Imh. J. Said Pullicino : . . . huwa suggett ta’ l-inkjesta taghna dan. Imh. A. Lofaro : Ezatt.

Onor. Michael Falzon : Le dana nirrispettawh issa ma ghandekx – meta gara l-kaz nafu ftit lil xulxin konna. Missieri kellu hanut kantuniera ‘l boghod minn fejn kienu joqghodu l-Vellas. Ovvjament ir-reazzjoni tieghi kienet isma din hazina, dan huwa xokk ghal pajjiz. Jigifieri anke jien bla dubju illi ma kontx naf lil Daphne mill-vicin, imma l- att fih innifsu huwa att illi ma ghandux, mhux se jirrifletti tajjeb zgur fuq il-pajjiz. Jigifieri dik ir-reazzjoni iva kelli. Li jiena kont involut f’diskussjoni x’ser jsir le, assolutament le. Jigifieri niftakar illi l-Prim Ministru kien ghamel stqarrija mbaghad kont aljen mill- investigazzjonijiet illi saru fuq il-kaz u li ghadhom ghaddejin fuq il- kaz.

Imh. J. Said Pullicino : Jigifieri meta l-Prim Ministru jaghmel stqarrija fuq hekk fil-Parlament ma jkunx qabel iddiskutiha at Cabinet Level.

Imh. A. Lofaro : Le hu kien ghamel ghax mhux il-Parlament ta’ kien ghamilha. Kien ta press conference jidhirli. Kastilja jidhirli, jien hekk jidhirli bir-reporters.

Onor. Michael Falzon : Ma niftakarx sincerament. Imh. A. Lofaro : Jien jidhirli li iva.

Onor. Michael Falzon : Jien jidhirli li ma kontx prezenti Sinjura.

Imh. A. Lofaro : Meta qal we will not leave a stone unturned. Jidhirli li bil- gurnalisti kien ghamilha dik. Mill-memorja jigifieri.

Imh. J. Said Pullicino : Li huwa mpressjonanti huwa l-assenza ta’ inizjattiva fil-Kabinett. Minn kwalunkwe persuna . . .

Imh. A. Lofaro : Ehe dik qed tohrog.

Imh. J. Said Pullicino : Dik hija xi haga li normalment timxi kontra n-natura, ma tafx? Inti qieghed President tal-Banda, taf x’jigifieri. Jekk jinqala’ xi haga fir-rahal tghid ha naraw x’gara hawn, ahseb w’ara

f’Kabinett, tajjeb, ma tiddiskutix xi haga bhal din? Jiena nippretendi almenu illi l-Ministru tal-Gustizzja, ta’ l-Intern avolja mhux responsabbli kif tmexxi l-pulizija imma jiehu nteress personali, mhux biex jaghmel l-indagni hu, biex jassigura li l- indagni ssir sewwa. I mean minn dan kollu ma jirrizulta xejn hawn eee u dan ukoll jirrifletti ruhu wkoll fil-Kabinett. Ghax fl-ahhar mill-ahhar ir-responsabilta’ kollettiva fejn tispicca? Mhux hemm?

Onor. Michael Falzon : Hekk hu.

Imh. A. Lofaro : Hekk hu, fil-Kabinett.

Onor. Michael Falzon : Li kien gara zgur niftakar li kienu gew il-forzi barranin kienet xi haga li kienet ukoll.

Imh. A. Lofaro : Imma dik fl-investigazzjoni tal-pulizija. Onor. Michael Falzon : Hekk hu.

Imh. A. Lofaro : Bahla kabinett xejn.

Onor. Michael Falzon : Ma kienx hemm diskussjoni fuq l-item per se u nahseb illi ma kellux ikun hemm lanqas kif ha timxi l-procedura. Ovvjament hija opinjoni.

Imh. A. Lofaro : Dik nahseb ma naqblux. Dwar il-kitchen cabinet taf xi haga? Issa kitchen cabinet ghandu hafna ismijiet. Il-kuncett li hemm tnejn (2), tlieta (3), erbgha (4) minn nies – il-progetti kollha f’idejhom u l-Kabinett qieghed hemm qisu tipo’ rubber stamping. Fhimt?

Imh. M. Mallia : Dawn il-progetti . . .

Onor. Michael Falzon : Jien ma nafx li kien hemm kitchen cabinet sincerament. Ovvjament kullhadd ikollu nies li huma l-iktar vicin tieghu. Jiena jekk kien hemm kitchen cabinet jien zgur ma kontx membru ta’ . . .

Imh. A. Lofaro : Ma kontx fih.

Onor. Michael Falzon : Le kont Kabinett u jekk ikun hemm issue tieghi kont ovvjament nkellimhom.

Imh. A. Lofaro : Imma l-progetti kif kienu jigu prezentati lil Kabinett? Fid- dettal jew outline?

Onor. Michael Falzon : Jekk qed nitkellmu fuq it-tnejn (2) li huma biex nghid .

. .

Imh. A. Lofaro : L-Electrogas, Vitals, l-Universita ta’ l-Amerika, Amerikana.

Onor. Michael Falzon : Ma kontx membru tal-Kabinett dak iz-zmien, imma kien ikun hemm progetti ohrajn illi iva gie li telghu ghad- diskussjoni.

Imh. A. Lofaro : Imma fir-reqqa ghad-diskussjoni? U jekk iva tista’ tiftakar il- progett x’kien?

Onor. Michael Falzon : Kellna wiehed mill-progetti niftakar fl-ewwel legizlatura per ezempju kien jitkellem dwar land reclamation. Niftakar li kien hemm iva u f’dak is-sens.

Imh. J. Said Pullicino : F’dak il-kaz il-progett ikun gie diskuss kif jista’ jsir land reclamention hawn, hemm u hemm in generali, mhux id-dettalji kollha u l-Kabinett japprova. Issa jekk dik kienet suggett tal- Kabinett, jekk diskussjonijiet aktar ricenti bejn, fejn naf, bejn il- kaccaturi giet diskussa f’livell ta’ Kabinett, tajjeb, ghax kumbinazzjoni kaccatur, I mean kif wiehed jista’ jispjega illi qed naghtu s-sahha kollha jew bicca mis-sahha lil privat u ma jigix diskuss fil-Kabinett li l-anqas is-Segretarju Parlamentari tas-Sahha ma jkun jaf, tajjeb, id-dettalji. Jigi diskuss il-progett ta’ l-energija, jaffettwa lil Malta kollha, tajjeb, u dak ma jigix diskuss. Jigi prezentat bhala progett lest. I mean dawna kif tispjegahomjekk mhux billi jkun hemm erbgha (4) minn nies, huma minhuma, forsi tajbin, ahna mhux qed niddiskutu l-mertu tal-progett ta’. Dak jista’ jkun validissimu.

Imh. A. Lofaro : Dik haga ohra.

Imh. J. Said Pullicino : Imma jigifieri kif tista’ tispjega illi dawna jigu trattati, decizi, tajjeb, minn group zghir ta’ nies u l-Kabinett mhux biss nghidulu ikkonfermalna jekk joghgbok, ma jghidulu xejn. Dan hu l- progett – thank you very much. I mean kif tispjega din? Issa inti kont forsi ta’ l-Energija nahseb li kont prezenti, ghadek hemm ta’ l- Energija.

Onor. Michael Falzon : Le ma kontx. Imh. J. Said Pullicino : Lanqas kont inti?

Onor. Michael Falzon : Ma kontx hemmhekk. Imh. J. Said Pullicino : Mela allura forsi . . .

Onor. Michael Falzon : Ghax jiena dhalt fil-kariga fl-ewwel (1) ta’ April, elfejn u erbgha (2004) . Forsi kienet April’s fool joke.

Imh. J. Said Pullicino : Kienet diga jigifieri.

Onor. Michael Falzon : Le imma fil-prezenza tieghi zgur li ma kienetx. Imh. A. Lofaro : Elfejn u erbgha (2004)?

Imh. M. Mallia : Elfejn u erbgha (2004)? Imh. A. Lofaro : Le ta.

Dr. T. Comodini Cachia : Elfejn u erbatax (2014).

Onor. Michael Falzon : Skuzani elfejn u erbatax (2014).

Dr. T. Comodini Cachia : Forsi imma ghal garanzija bankarja forsi kien diga Segretarju Parlamentari u allura membru. Ghax jekk il-progett gie varat fl-elfejn u tlettax (2013) imbaghad il-garanzija bankarja baqghet ghaddeja ghal tul ta’ zmien jekk kienet diskussa l- Kabinett.

Imh. M. Mallia : Per ezempju l-progett tal-Windfarm tal-Montenegro. Dak gie diskuss fil-Parlament?

Onor. Michael Falzon : Ma jidhirlix le. Imh. M. Mallia : Eee?

Imh. A. Lofaro : Ma jidhirlux qal. Onor. Michael Falzon : Ma jidhirlix. Imh. M. Mallia : Le.

Imh. J. Said Pullicino : Dak kien fi zmienek?

Onor. Michael Falzon : Nimmagina li meta kont fl-elfejn u sbatax (2017). Imh. M. Mallia : Kien fi zmienu zgur.

Imh. J. Said Pullicino : Imma again involviment tal-pajjiz kollu, progett. Nghidlek jista’ jkun tajjeb hafna l-progett, ma jinteressanix, imma ghaliex jigi diskuss b’dan il-mod u mhux permess ta’ almenu ta’ approvazzjoni, fil-principju li hi generali tal-Kabinett, . . .

Onor. Michael Falzon : Sur Imhallef nista’ nghid il-fatti kif nafhom jien? Imh. J. Said Pullicino : Iva, iva, iva.

Imh. A. Lofaro : Anzi mhux dik il-verita hux? Ahna l-verita rridu.

Imh. J. Said Pullicino : Nistghu nghidulek li dak li qed tghidilna smajnieh diga. Jigifieri li qed tghidilna issa smajnieh ukoll minn ghand haddiehor jigifieri mhux qed nghidlek . . . imma meta tisimghu . . . Jigifieri ahna naqblu li kull Prim Ministru ghandu l-istil tieghu, tajjeb? Mhux qed nghid l-istil huwa hazin jew tajjeb. Ahna qed

nghidu biss ic-cirkostanzi kien se jaghtu lok ghal certu avvenimenti, tajjeb, humiex hekk ghandhom ikunu jew le.

Imh. M. Mallia : Lil Yorgen Fenech – kont tafu dan? Jekk kont tafu meta u f’liema kuntest?

Onor. Michael Falzon : Li kont nafu le. Li naf illi u ghandi dubbju kienx hu fil- verita, illi meta kien ghaddej il-process tad-diskussjoni fuq land reclamation, niftakar sewwa kien hawn erba’ (4) persuni jew intraprizi differenti u kienu ghamlu prezentazzjoni. Ray Fenech nafu ghax kien mieghi l- iskola imma jekk qatt iltqajt wicc imb’wicc ma’ Yorgen Fenech nahseb li kien dak inhar illi kien prezenti meta kien hemm il- prezentation. Biss ma kontx nafu. Jigifieri jekk nahbat mieghu ma kontx naf li hu Yorgen Fenech. Nahseb dakinhar jekk niftakar sewwa kienu hu u Ray Fenech u ovvjament kien hemm xi periti.

Imh. M. Mallia : Qatt kellek xi kuntatti mieghu wara? Onor. Michael Falzon : Le qatt.

Imh. M. Mallia : Qatt rajtu fl-ufficcju ta’ l-OPM?

Imh. A. Lofaro : Kont tarah hemmhekk Kastilja ta’ spiss?

Onor. Michael Falzon : Ara jien qatt ma rajtu hlief dik id-darba. Jigifieri ovjament mill-elfejn u sbatax (2017) ma nafx kienx Kastilja. Imma jien qatt ma ltqajt mieghu jew tkellimt mieghu fuq xi haga partikulari.

Imh. M. Mallia : Kont taf illi kellu hbiberija specjali ma’ Keith Schembri? Onor. Michael Falzon : Le.

Imh. M. Mallia : Meta sirt taf biha din?

Onor. Michael Falzon : Meta ovvjament hareg l-ahbarijiet kollha, bhal kullhadd meta harget fil-media. Ma kellix prior information u hekk li ha jissemma Cikku jew ‘X’ jew ‘Y’.

Imh. J. Said Pullicino : Ha noqorbu daqsxejn lejn is-suggett taghna. L- Ispeaker ta’ llum Dr. Anglu Farrugia kien esprima ruhu illi certa vicinanza bejn certa nies fin-negozju u l-politika kienet qed tinkwetah. Dan kien qabel l-elezzjoni tat-two thousand and thirteen (2013). Inti kellek din is-sensazzjoni? Qed nerga’ nghidlek illi n-negozjanti u l-politici ma tistax toftomhom kompletament, pero’ dana allarma ruhu u qalilna li din il-vicinanza

bdiet tinkwetah. Interessentament, inti dan kont tikkondividih jew le?

Onor. Michael Falzon : Ara jekk tghidli jien personalment nafx partikolarment dawk li jiddiljaw fil-propjeta’ nerga’ nghid dak li ghidt. Li nista’ nghid imma la bhala partit u bhala Gvern qatt ma kelli xi mpenn jew xi direzzjoni biex inkellem lil dak jew lil iehor. Ma nafx x’kien hemm jew ma kienx hemm. Dak iz-zmien lanqas biss kont membru fil-Group Parlamentari Sur Imhallef jien.

Imh. M. Mallia : Ghandek xi domandi Dr. Therese?

Dr. T. Comodini Cachia : Ehe. Dr. Falzon, jien u nisma r-risposti tieghek l- impressjoni li hadt hija s-segwenti u nixtieqek tikkonfermha jew tikkoregiha. Jien qed nifhem sew illi ma ghamilt xejn, ma tkellimt ma hadd, ma esprimejtx opinjoni, ma tlabt ir-rizenja ta’ hadd, ma ssuggerejt li jsir xejn u li ma tittiehed l-ebda azzjoni minkejja illi int kont tal-principju illi jekk isir xi haga hazina waqt li int tkun responsabbli tirrezenja? U minkejja c-cirkostanzi kollha tal- Panama Papers, tar-rapporti ta’ l-FIAU, ta’ 17 Black, ir-rapporti dwar il-progetti, dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni, din hija l- impressjoni korretta li ghandna niehdu mix-xiedha tieghek?

Onor. Michael Falzon : Le, ovvjament kullhadd jiehu l-opinjoni tieghu, l- impressjoni tieghu.

Dr. T. Comodini Cachia : Mhux opinjoni. Qed nitolbok ticcara jekk ghamiltx xi haga jew le?

Onor. Michael Falzon : Jiena nerga’ nghid – jigifieri dan kullhadd jiehu l- opinjoni u l-impressjoni tieghu. Jiena li ghidt u li nerga nghid illi meta gie diskuss ta’ l- Electrogas ma kontx membru tal-Kabinett. Meta hareg li hareg fuq il-Panama Papers ma kontx membru tal- Kabinett. Jiena ma nghatajtx direzzjonijiet u lanqas indhalt f’xi decizjoni li hi marbuta ma wahda jew ma ‘l ohra. Dik hija l-verita.

Dr. T. Comodini Cachia : Is-Segretarji Parlamentari jattendu ghal- laqghat tal- Kabinett?

Onor. Michael Falzon : Iva jattendu.

Dr. T. Comodini Cachia : Allura meta hawnhekk qalulna giet diskussa l- garanzija bankarja tal-gvern quddiem il-Kabinett, li kienet garanzija bankarja li baqghet fis-sehh f’diversi transhes bejn l-

elfejn u erbatax (2014) u l-elfejn u sbatax (2017), jigifieri meta inti kont Segretarju Parlamentari u membru tal-Kabinett, ma tiftakarkomx tiddiskutuhom dawn fil-kabinett?

Onor. Michael Falzon : Kienet qamet l-issue tal-garanzija. Jigifieri dik niftakarha. Imma mhux illi kellek xi decizjoni dwar il-progett innifsu. Ovvjament il-garanzija kienet il-follow up naturali tal- kuntratti li kien hemm qabel. Illum jidhirli li maghluqa fil-fatt.

Dr. T. Comodini Cachia : Meta mbaghad fl-istess zmien kien hemm l- allegazzjonijiet ta’ 17 Black u allegazzjonijiet ohra ta’ korruzzjoni jew ta’ zbalji f’dak il-progett, waqt din it-tip ta’ diskussjoni fil- Kabinett inti qajjimt xi hsibijiet jew staqsejt xi mistoqsijiet?

Onor. Michael Falzon : Kif diga ghidt, ma kienx hemm diskussjoni fuq il- kwistjoni ta’ 17 Black. Ma kienx hemm diskussjoni fil-Kabinett. Ma niftakarx.

Dr. T. Comodini Cachia : Fuq il-kwistjoni tal-garanzija bankarja, inti kont tahdem il-BOV, kont taf ezattament xi tfisser garanzija bankarja. Wara li rajt dawk l-allegazzjonijiet kollha fuq dan il-progett, staqsejt x’riskju hemm ghall-pajjiz meta hemm dawn l- allegazzjonijiet, ghall- pajjiz li qed jaghti din il-garanzija?

Onor. Michael Falzon : Kif bla dubbju taf, l-issues qamu wara. Jigifieri meta telghet il- garanzija ma kienx issemma la 17 Black – ma kien hemm xejn minn dawn l-issues, wara hargu . . .

Imh. A. Lofaro : U kienet normali din il-garanzija li nghatat? Kienet normali li l-Gvern dahal f’dak ir-riskju kollu?

Onor. Michael Falzon : Sinjura Imhallef. Ma nistax nghid, imma xi haga hekk jiddeciedi Ministeru iehor. Zgur li mhu il-Ministeru tal-Familja.

Imh. A. Lofaro : Inti ghandek esperjenza kbira l-bank. Onor. Michael Falzon : Skuzani?

Imh. A. Lofaro : Ghandek esperjenza vasta mill-bank. Onor. Michael Falzon : Fuq ghoxrin (20) sena.

Imh. A. Lofaro : Jigifieri ghamilt snin twal.

Imh. M. Mallia : Ma tajtx l-input tieghek dak inhar dwar din is-sitwazzjoni? Imh. A. Lofaro : Kont tifhem sew jigifieri.

Imh. M. Mallia : I mean hija xi haga tal-mistier tieghek kienet. Imh. A. Lofaro : Heqq.

Imh. M. Mallia : Bank of Valletta, garanzija, l-gvern, x’konsegwenzi se jkun hemm ghall- pajjiz jekk l-Electrogas ifalli. I mean din kienet xi haga illi inti kont qed tahdem biha.

Onor. Michael Falzon : Hekk hu Sur Imhallef.

Imh. M. Mallia : U l-input tieghek allura x’kien f’dak iz-zmien?

Onor. Michael Falzon : Sur Imhallef, jiena kif qed tghid inti huwa l-mistier tieghi, banking ghamilt hamsa u tletin (35) sena tajjeb? Ma kienetx dekasteru tieghi. Jigifieri jiena li nista’ nghid zgur ma hadtx id- decizjoni jien u lanqas ma nfluwenzajt decizjoni jien.

Imh. A. Lofaro : Ma gejtx ikkonsultat? Xejn?

Dr. T. Comodini Cachia : Ivvutajt ghaliha fil-Kabinett, le?

Onor. Michael Falzon : Il-prassi tal-Kabinett hija li jkun hemm is-segretarju Parlamentari u ehe jkun hemm ovvjament il-Ministru koncernat. Imbaghad skont – hija xi haga iktar ta’ managment style, ikun hemm Ministri li jaghmlu presentation u jkun hemm Ministri li ma jaghmlux presentations.

Imh. A. Lofaro : U jekk ma taqbilx? X’kien jigri jek xi hadd ma jaqbilx? Jew qatt ma grat din li xi hadd ma jaqbilx? Dejjem qbiltu jigifieri I mean, Alla jbierek ta’.

Onor. Michael Falzon : Sur Imhallef, kif taf int il-Kabinett dejjem decizjoni kollettiva u r-responsabilta’ tkun kollettiva.

Imh. A. Lofaro : Imma jien ghandi dritt ma naqbilx, forsi. Jekk jien ma naqbix ha nitkellem.

Onor. Michael Falzon : Imma nerga’ nghid, l-ewwel nett . . .

Imh. A. Lofaro : X’kien jigri kieku jiena kont gol-Kabinett u ma qbiltx u tkellimt?

Onor. Michael Falzon : Diskussjonijiet x’jinghad fil-Kabinett kif taf Sinjura Imhallef huwa xi haga li ma nistax nghid u ma nistax . . .

Imh. A. Lofaro : Le, le qed niehu ipotesi. I am speaking about a hypotetical situation – jien qieghda l-Kabinett, m’inhiex naqbel ma din il- garanzija u nivvota kontra. Nitkecca?

Onor. Michael Falzon : Generalment – le ma nahsibx – qatt ma naf li tkecca hadd.

Imh. A. Lofaro : Taf lil xi hadd li tkellem kontra xi haga? Hi x’inhi? Onor. Michael Falzon : Ikun hemm divergenza ta’ opinjonijiet mela le.

Imh. A. Lofaro : Imma li xi hadd jghid le jien mhux ha naqbel maghha din. Onor. Michael Falzon : Id-decizjoni ahharija bhala Kabinett.

Imh. A. Lofaro : Jigifieri tigri li xi hadd jghid li ma jaqbilx? Grat din? Onor. Michael Falzon : Ikun hemm divergenzi, opinjonijiet divergenti. Imh. A. Lofaro : Mela mhux ma naqbilx, imma fuq xi dettalji forsi?

Onor. Michael Falzon : Kieku Sinjura Imhallef nistghu ma naghmlu xejn il- Kabinett effettivament jekk ma jkunx hemm opinjonijiet divergenti.

Imh. A. Lofaro : Imma qatt kien hemm xi haga daqshekk iebsa hekk, daqshekk b’sahhitha li ezempju jien qed nghid assolutament ara din mhux ha nivvota favuriha?

Onor. Michael Falzon : Ma jidhirlix.

Imh. A. Lofaro : Meta jkun hemm tliet Imhalfin fil-Qorti ta’ l-Appell xi hadd ghandu dritt jghid ma naqbilx ta’, jigifieri ahsew w ara fil-Kabinett. Tlieta (3) nkunu fl-appell.

Dr. T. Comodini Cachia : Imma hemmhekk l-indipendenza assigurata.

Imh. A. Lofaro : Ghalhekk qed nghamillek dawn id-domandi ghax fix-xoghol tieghi jiena dawn l-affarijiet jigruli.

Onor. Michael Falzon : Sinjura Magistrat jiena nerga’ nghid dak li diga ghidt, tajjeb? J igifieri iva jkun hemm opinjonijiet divergenti, jkun hemm diskussjni, imma mhux kwistjoni . . .

Imh. A. Lofaro : Imma finalment irrid naqbel jiena, anke jekk ma naqbilx hux?

Onor. Michael Falzon : Mhux kwistjoni li tghid isma, jien naf ivvotajt kontra jew hekk. Decizjoni tal-Kabinett.

Imh. A. Lofaro : Ma nistax nivvota kontra jien jekk irrid imma?

Onor. Michael Falzon : Nahseb li hija prassi tal-Kabinett minn dejjem hekk.

Imma ma ghandix idea x’nista’ nghid . . .

Imh. A. Lofaro : Allura qatt ma grat la m’ghandekx idea. Hekk tigi u allura wegibtli d-domanda, grazzi.

Dr. T. Comodini Cachia : F’wahda mir-risposti li x-xhud ta ghal mistoqsijiet qal li hu kien jirrispondi lil OPM meta kien Segretarju Parlamentari.

Imh. A. Lofaro : Ehe mhux hekk.

Dr. T. Comodini Cachia : Allura xtaqt inkun naf, ghax qabel kien qalilna wkoll li d-decizjonijiet kien jehodhom hu.

Imh. A. Lofaro : Hekk qal, iva.

Dr. T. Comodini Cachia : Jekk kont tirrispondi lill-Ufficcju ta’ l-OPM pero’ d- decizjonijiet kont tehodhom inti, kont entita’ separata? Kellek – jekk trid tiddiskuti xi haga kont tiddiskuti biss ma’ Joseph Muscat jew kien hemm xi hadd li kien jintervjeni biex tkunu tistghu tiddiskutu u taslu f’konkluzjoni?

Onor. Michael Falzon : Kull Segretarju Parlamentari effettivament jifforma parti ta’ Ministeru, ta’ dekasteru li jaqa’ taht il-Ministru. Jigifieri hemmhekk iva jkollok relazzjoni. Imma diga ghidt, ma kellix indhil fid-day to day running u qatt ma gejt imgieghel naghmel xi haga biex naghmilha ta’ bilfors. Tkun Segretarju Parlamentari iva, ovvja ghax fl-ahhar mill-ahhar il-Ministru jghidlek isma’ responsabilta politika ha ngorrha jiena.

Dr. T. Comodini Cachia : Il-Ministru f’dan il-kaz kien Joseph Muscat bhala Prim Ministru, le?

Onor. Michael Falzon : Iva.

Dr. T. Comodini Cachia : Allura inti kont tiddiskuti l-hsibijiet, l-progetti, l- azzjoni tieghek ma’ Joseph Muscat dirett jew ma’ xi hadd iehor imqabbad minnu jew li jirrapprezentah?

Onor. Michael Falzon : Generalment kont naghmilhom jiena. Ma niftakarx issues partikulari – li nerga’ nghid zgur li qatt ma kien hemm furzata fuqi.

Dr. T. Comodini Cachia : M’inhiex qed insaqsik jekk gejtx suggerit, propost jew sfurzat tiehu decizjoni. Il-mistoqsija hija kompletament differenti. Hawnhekk wiehed mil-lines of inquiry huwa kif kienet ir-relazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ l-amministrazzjoni ta’ dan il-Gvern u allura l- mistoqsija hija, bhala Segretarju Parlamentari li l-Ministru tieghek huwa Joseph Muscat bhala Prim Ministru, jekk inti ghadek progett u trid twettqu, inti kont tikkomunika mieghu direttament u jaghtik l-approval tieghu jew suggerimenti tieghu, jew kont tmur ghand xi hadd iehor fl-ufficcju tieghu biex taghmel dan?

Imh. J. Said Pullicino : Xi hadd iehor jigifieri Keith Schembri? Dr. T. Comodini Cachia : Per ezempju. Forsi kien hemm ohrajn.

Imh. J. Said Pullicino : Diskussjonijiet ma’ Keith Schembri fuq il-progetti, din id-domanda hija. Qed induru mal-lewza.

Onor. Michael Falzon : Jiena dahalt fl-elfejn u erbatax (2014) meta effettivament kien ghadda sena u xi haga minn fuq dik il- legizlatura. Kien hemm erba’ (4) progetti niftakar li kienu, biex nghid hekk partikulari, fosthom ta’ land reclamation, illi iva kien ikun hemm diskussjonijiet. Anke kumpaniji gew jaghmlu presentations, hemmehkk kien ikollna biex nghid hekk, il- kumplament id-day to day running jien kont naghmlu.

Dr. T. Comodini Cachia : Issa, ghal dawk . . .

Imh. J. Said Pullicino : Ghall- progetti jigifieri kien ikun involut is-sur Schembri u ohrajn forsi?

Onor. Michael Falzon : Per ezempju land reclamation li kien xi haga biex nghid hekk ma mmaterjalizzat qatt, imma kienet xi haga bhala progett biex nghid hekk nazzjonali.

Imh. J. Said Pullicino : U progetti ohrajn? Int semmejt erbgha (4). Semmejt erbgha (4) inti progetti.

Onor. Michael Falzon : Kien hemm dak, kien hemm is-shooting range tal- Bizbizija li mbaghad kien qam aaaa minn naha tal-Gizwiti u l-Gvern kien irtira. Kien hemm xi sit il-Marfa li kien ha johrog ukoll b’expression of interest t-Torri l-Ahmar qabel ma ddur u jekk niftakar sew ‘l iehor kien l-ex sptar ta’ l-Imtarfa.

Imh. J. Said Pullicino : U f’dawka b’xi mod involva ruhu Keith Schembri u forsi ohrajn ukoll.

Onor. Michael Falzon : Skuzi?

Imh. J. Said Pullicino : F’dawk involva ruhu Keith Schembri u forsi ohrajn ukoll.

Onor. Michael Falzon : Le iktar minn hekk meta kienu jsiru certu presentations gie li kienu prezenti.

Imh. J. Said Pullicino : Kien ikun prezenti. Il-Ministru Mizzi wkoll? Il-Ministru Mizzi wkoll?

Onor. Michael Falzon : Ma jidhirlix le. Ghal Konrad mhux ghal Joe? Imh. J. Said Pullicino : Iva, iva.

Onor. Michael Falzon : Le, le.

Dr. T. Comodini Cachia : Jiena kont se naqbez fuq suggett iehor. L-elezzjoni li saret fl-elfejn u sbatax (2017) li tissejjah bhala elezzjoni bikrija, inti meta kellek indikazzjoni illi se tissejjah dik l-elezzjoni?

Onor. Michael Falzon : Fl-ewwel (1) ta’ Mejju, Kastilja. Kullhadd sparat . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Jigifieri inti kont wiehed minn dawk li ma kontx taf minn qabel?

Onor. Michael Falzon : Le ma kontx naf minn qabel. Le.

Dr. T. Comodini Cachia : Kwistjoni ohra Dr. Falzon. Inti nifhem illi f’Gunju ilhaqt Ministru ghal Familja, ghad-Drittijiet tat-Tfal u Soliderjeta Socjali. Issa ezattament xahar qabel, jigifieri f’Mejju, s-sur Muscat li huwa – li kien is-CEO tal-Housing Maintenance and Ambelishement Company Limited li hija kumpanija tal-gvern li taqa’ taht dak il-Minsteru kienet tat kuntratt ta’ mpjieg lil Melvin Theuma. Skont l-informazzjoni fid-dominju pubbliku li kien hemm ukoll involut fiha Keith Schembri. Inti lhaqt Ministru xahar wara. Meta inti lhaqt Ministru inti kont taf b’dan il-kuntratt?

Onor. Michael Falzon : Le, assolutament le.

Dr. T. Comodini Cachia : Meta sirt taf – nassumi li sirt taf kif sar jaf kullhadd u inti kont ghadek Ministru f’dak id-dekasteru, inti ghamilt it- tfittxijiet tieghek?

Onor. Michael Falzon : Nahseb illi ovvjament kien hemm il-kuntratt. Jidher li l-kuntratt qatt ma kien iffirmat. Li niftakar zgur illi kien ovvjament ifficerja fl- ahbarijiet. Imma jiena le anqas biss kont naf min hu Melvin Theuma. Ma kontx naf bil-kuntratt, le, meta hareg fil- pubbliku ovvjament.

Dr. T. Comodini Cachia : U meta hareg fil-pubbliku mbaghad ndagajt x’inhu?

Fuq xiex kien?

Onor. Michael Falzon : Ma tantx kien, jekk hemm x’tindaga kien kollu pubbliku. Ovjament kienet ingibdet l-attenzjoni ta’ kullhadd u hemmhekk kien hemm ukoll Bord tad-Diretturi ta’ l-SPML.

Dr. T. Comodini Cachia : Ha mmur lura ftit ghal l-assassinju. Hija informazzjoni li jafha kullhadd illi l-ghada ta’ l-assassinju kien hemm Group Parlamentari. Minn dak li qed tghidilna ghandna nifhmu illi anka f’din il-laqgha li saret l-ghada ma kienx hemm diskussjoni bejnietkom, anke jekk mhux diskussjoni formali fuq l-agenda, dwar dan l-assassinju? Jigifieri ma ddiskutejtux din kif se jkollha mpatt fuq il-politika taghkom?

Onor. Michael Falzon : Ara jekk niftakar sew ovvjamet issemma l-kaz, tajjeb, u dak iz-zmien nerga’ nghid illum ghandna certu hindsight fuq certu affarijiet hekk, dak iz- zmien nahseb kullhadd kien ghadu ftit jew wisq ixxukkjat, jigifieri ma kontx parti u ma jidhirlix li saret xi haga, diskussjoni li ha tittiehed xi decizjoni fuqha. Kien hemm l- istqarrija tal-Prim Ministru li se jigu nvoluti forzi barranin u se jaghmel minn kollox biex il-kaz jigi solvut.

Dr. T. Comodini Cachia : Jiena domanda wahda fadalli. Ara in vista tar-risposti li tghajt, jekk ix-xhud jippreferi jaghti xiedha bil-maghluq anke jekk hemm bzonn ahna mhux hawnhekk, jien ma ghandix oggezzjoni.

Imh. M. Mallia : Hu jrid jitlobha. Imh. A. Lofaro : Ezatt.

Dr. T. Comodini Cachia : Imma jiena qed nghidha. Jekk ghandu u jrid jaghmilha ahna ma ghandniex oggezzjoni.

Onor. Michael Falzon : Le ma ghandix xi nzid. Jigifieri dak li ghidt huwa l- verita’. Mhux se nigdeb bil-gurament zgur.

Imh. A. Lofaro : Ministru meta mmorru lura ghal Novembru li ghadda u kien hawn dak l-inkwiet kollu fil-pajjiz. Taf x’kien qed jigri. Ittiehed vot ta’ fiducja f’Konrad Mizzi, tista tirrispondi, twegibna ghalfejn tghajtu l-fiducja tieghek? Ghax ma kienx free vote? Kieku kien free vote kont taghtih vot tal-fiducja tieghek?

Onor. Michael Falzon : Sinjura Imhallef kif diga ghidt ok, hija decizjoni ta’ group parlamentari. Jigifieri mhix kwistjoni li xi hadd . . .

Imh. A. Lofaro : Imma d-decizjoni unanima. Kullhadd tah il-fiducja u qalulna li ma kienx free vote.

Onor. Michael Falzon : Jien ma nghidx li ma kienx free vote, jigifieri jiena nghid illi kulhadd . . .

Imh. A. Lofaro : Qalulna li ma kienx.

Onor. Michael Falzon : Le kienet decizjoni bhala partit u vvotajna bhala partit.

Imh. A. Lofaro : Imma llum I mean mhux illum, dakinhar kont seren li taghtih il-fiducja tieghek lil Konrad Mizzi?

Onor. Michael Falzon : Nahseb li kont iva Sinjura.

Imh. A. Lofaro : Kont avolja dejjem ismu jissemma f’dawn il-progeti kollha? Inti kaz wiehed kellek, mhux ghexieren jew ghaxra jew ma nafx,

ghax jekk se ssemmili l-kaz tieghek m’hijiex l-istess ta’. U ma kellekx trusts fil-Panama sa fejn naf jien inti.

Onor. Michael Falzon : Le.

Imh. A. Lofaro : Mhux ghalhekk qed nghidlek.

Onor. Michael Falzon : Lanqas Malta ma ghanidx shares Sinjura Imhallef. Imh. A. Lofaro : Jigifieri ma nafx ghalfejn qed tqabbilli s-sitwazzjoni tieghek.

Onor. Michael Falzon : Le mhux qed naghmel dak. Ovvjament irrid nghid jigifieri dik kienet decizjoni iva bhala group parlamentari.

Imh. A. Lofaro : U avolja jigifieri li kienet decizjoni bhala group inti personalment, ma ghidtx isma jiena qed inhossni skomdu u ha naghmel hekk. Kont komdu.

Onor. Michael Falzon : Mhix kwistjoni ta’ komdu jew m’intix komdu. Hija kwistjoni Sinjura Imhallef inti ha tiehu decizjoni bhala parti minn group. Il-group parlamentari kien iddecieda hekk.

Imh. A. Lofaro : Imma hadd ma jista’ jghid jien ma rridx?

Onor. Michael Falzon : Tista’ tghid. X’taghmel imbaghad huwa haga ohra. Imh. A. Lofaro : Ikollok tirrizenja jigifieri mbaghad?

Onor. Michael Falzon : Le qatt ma kien hemm lok ghal hekk. Imh. A. Lofaro : Le?

Onor. Michael Falzon : Ivvutajt mal-group. M’inhiex se noqghod nistahba.

Ivvutajt mal-group.

Imh. A. Lofaro : Unanima kienet, nafuha din.

Onor. Michael Falzon : Ivvutajt mal-group jien Sinjura. Imh. A. Lofaro : Kienet unanima.

Imh. J. Said Pullicino : Il-laqgha tal-Kabinett qabel ma rrezenja Dr. Muscat. Imh. A. Lofaro : Dik li damet sat-tlieta (3:00) ta’ filghodu.

Imh. J. Said Pullicino : Taghkom raguni ghaliex se jirrezenja? Imh. A. Lofaro : U kellu zrara fiz-zarbun.

Imh. J. Said Pullicino : Apparti z-zrara issa.

Onor. Michael Falzon : Il-laqgha tal-Kabinett kienet issejhet relattivamet, mhux relattivament, b’urgenza. Il-Kabinett kien twil, gie diskuss ovvjament dak li gie diskuss hareg wara barra, imma ma kienx hemm, ma nafx xi haga, ha nghid – hekk jekk qed nitkellmu fuq il- passi, jekk kien hemm xi forma ta’ direzzjoni zgur li ma kontx parti minnha.

Imh. J. Said Pullicino : Imma l-Prim Ministru qalikom ghaliex se jirrezenja?

Ghax din id-domanda?

Onor. Michael Falzon : Lili ma qallix.

Imh. J. Said Pullicino : Le mhux lilek. Lil group.

Onor. Michael Falzon : Nhar it-Tnejn meta rrezenja kienet sorpriza ghalija jigifieri.

Imh. J. Said Pullicino : Pero’ kien qalilkom dakinhar li se jirrezenja, f’dik il- meeting.

Onor. Michael Falzon : Iva kien qal illi jigi z-zmien illi jwarrab, imma . . . Imh. A. Lofaro : Le, rrezenja minn Prim Ministru.

Onor. Michael Falzon : Jekk irrezenja mill-Parlament ta’ nhar it-Tnejn kienet sorpriza. L- ohra kien qal internament li isma iva u kien qal anke pubblikament li f’Jannar iwarrab, ghax ovvjament trid issir it- tellieqa ghall-kap.

Imh. J. Said Pullicino : Imma dik il-laqgha tal-Kabinett ta’ Novembru ma kienetx shuna hafna? Ma kienetx shuna hafna u kien hemm min qallu hemm min ittradiek u I mean dan id-diskors. Issa mhux qed nghidlek biex tghid id-diskors, imma naraha stramba li Prim Minsitru ma jghidx hares jiena se nirrezenja ghaliex se niehu responsabilta ghal dak li ghamlu ta’ tahti, ghaliex hekk, ghaliex hekk. Dan it-tip ta’ diskors nahseb li jekk ma jinghadx ma jaghmilx sens lill-Kabinett. Ma jaghilx sens li wasal imbaghad biex jirrezenja. Ghax ghalfejn irrizenja?

Onor. Michael Falzon : Nerga’ nghid, ma kontx aware li ha jiehu dik id- decizjoni. Il-Kabinett sar, il-Kabinett dam imma ma ntqalx – ha nghid jiena ma kontx naf illi dak il-hin kien diga iddecieda u lanqas ma kont naf li ha jirrezenja t-Tnejn li ghadda.

Imh. A. Lofaro : Tahseb li l-affarijiet kienu jmorru hafna ahjar li kieku kecca lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri meta harget tal-Panama Papers? Forsi ma jaqbilx.

Onor. Michael Falzon : Nahseb li effettivament diga ghidt illi kienet pozizzjoni skomda, imma ovvjament nerga’ nghid kont parti mid-decizjoni tal-kabinett.

Imh. A. Lofaro : Imma int qatt ma ghidtlu hu, meta staqsiek m’ghidtlux jien nahseb li ghandhom jirrezenjaw, li ghandek tissospendihom. Inti m’ghidtlux hekk?

Onor. Michael Falzon : Le ma ghidtlux.

Imh. A. Lofaro : Le. Ghalhekk saqsejtek jekk tahsibx li l-affarijiet kienu forsi jmorru differenti kieku qalilhom jirrezenjaw mill-ewwel.

Onor. Michael Falzon : Ma nistax nghaddi opinjoni. Imma jiena zgur li ma ghidtlux anka nvista ta’ dak li kont ghaddejt minnu jien. Ma ridtx xi hadd le . . .

Imh. A. Lofaro : Illum tixtieq li ghidtlu imma?

Onor. Michael Falzon : Bil-hindsight nahsbu hafna affarijiet Sinjura Imhallef. Ma nistax naghti opinjoni fuq xi haga illi llum naf fuqha u dak iz- zmien . . .

Imh. J. Said Pullicino : Dr. Muscat stess accetta – Dr. Muscat stess ricentament, hawn il-bierah tlula ammetta illi kieku ddecieda hekk kien ikun ahjar. Imma dak issa kif qed int hindsight. Il-problema taghna hi illi tara mhux by hindsight, x’kienet il-pozizzjoni dak iz- zmien.

Imh. A. Lofaro : Mhux hekk.

Onor. Michael Falzon : Inkun unfair jekk nghaddi kummenti, opinjoni fuq xi haga hekk, inkun qed . . .

Imh. J. Said Pullicino : Pero’ by hindsight issa ma taqbilx mieghi illi kien ikun ahjar kieku l-Kabinett kien ikun iktar involut fid-decizjonijiet li l- gvern jigi amministrat b’mod aktar miftuh, aktar trasparenti internament fil-Kabinett? Ghax qisu all goes out to this. Jigifieri dak li gara jew seta’ ma garax, imma donnu hemm indikazzjoni illi kieku l-affarijiet kienu iktar kontrollati at Cabinet level kieku forsi certi affarijiet ma kienux jigru.

Onor. Michael Falzon : Nimmagina kieku kienet tkun storja differenti iva. Imh. J. Said Pullicino : Storja differenti.

Onor. Michael Falzon : Imma bhala Kabinett dejjem id-decizjoni ttiehed kollettiva.

Imh. J. Said Pullicino : Iva, nafu, ghax anke kieku mhux hekk, hekk kien ikun. Imh. M. Mallia : Ok, grazzi hafna.

Imh. A. Lofaro : Grazzi.

Imh. J. Said Pullicino : Nirringrazzjawk.

Onor. Michael Falzon : Grazzi Sinjuri Mhallfin.


Din hija x-xhieda ta’ l-Onor. Michael Falzon dettata minnu stess. Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Margaret De Battista Traskrittrici