Xhieda ta’ Alex Muscat – 6 ta’ Novembru 2020
Fl-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Seduta miżmuma llum il-Gimgha 6 ta’ Novembru, 2020.
Dr. Alex Muscat, iben il-mejtin Emanuel u Antonia nee’ Gatt, imwieled Pieta u residenti Mosta bil-Malti bil-gurament jghid:
Imh. M. Mallia : Inti llum qieghed Deputat fil-Parlament hux hekk? Dr. Alex Muscat : Iva.
Imh. M. Mallia : Inti mpjegat fis-Segretarjat mal-Prim Ministru wkoll jew kont qabel?
Dr. Alex Muscat : Kont. Kont fil-passat.
Imh. M. Mallia : Kont fis-Segretarjat u llum Paliament Secretary. Imh. A. Lofaro : Kien deputy Chief of Staff.
Imh. M. Mallia : Ok bhala deputy Chief of Staff liema perjodu koprejt?
Dr. Alex Muscat : L-ingagg tieghi Kastilja beda mill-elfejn u tlettax (2013) imbaghad sa Jannar ta’ din is-sena.
Imh. M. Mallia : Sa din is-sena. Dr. Alex Muscat : Sa din is-sena.
Imh. A. Lofaro : Two ow two ow (2020).
Imh. M. Mallia : Wara Jannar ta’ din is-sena mbaghad? Dr. Alex Muscat : Sirt Segretarju Parlamentari.
Imh. M. Mallia : Sirt Segretarju Parlamentari fil-Ministeru? Dr. Alex Muscat : Ta’ l-Intern.
Imh. M. Mallia : Ta’ l-intern.
Dr. Alex Muscat : Responsabbli mic-Cittadinanza u Komunitajiet. Imh. M. Mallia : Ok.
Imh. A. Lofaro : Ok.
Imh. M. Mallia : X’kien ir-rwol tieghek fis-Segretarjat fl-Ufficcju tal-Prim Ministru?
Dr. Alex Muscat : Fil-bidu nett fl-elfejn u tlettax (2013) id-designation kienet dik ta’ Policy Coordinator.
Imh. A. Lofaro : Policy Coordinator. Imh. M. Mallia : Policy Coordinator.
Dr. Alex Muscat : Eventwalment gejt appuntat bhala deputy Chief of Staff.
Imh. M. Mallia : Deputy Chief of Staff. Bhala deputy Chief of Staff kont tirrispondi lil Keith Schembri?
Dr. Alex Muscat : Iva fost ohrajn.
Imh. M. Mallia : Kellek responsabiltajiet esklussivament ghalik jew kont tirrispondi kollox lil Schembri?
Dr. Alex Muscat : F’liema sens?
Imh. A. Lofaro : Forsi kellek xi dekasteru fdat lilek biss?
Imh. M. Mallia : Fejn tiehu decizjonijiet wahdek minghajr ma tirrispondi lil xi hadd?
Dr. Alex Muscat : Jekk ikunu decizjonijiet ta’ kulljum tiehu dawk id- decizjonijiet, pero’ normalment konna nahdmu . . .
Imh. A. Lofaro : Flimkien.
Dr. Alex Muscat : . . . bhala – flimkien.
Imh. M. Mallia : Meta kien ikollok laqghat mal-Prim Ministru jew inkella meta Keith Schembri kien ikollu laqghat mal-Prim Ministru, inti kont takkumpanjah? Kont tkun hemm?
Dr. Alex Muscat : Normalment le.
Imh. M. Mallia : Normalment le. X’kienet ir-relazzjoni tieghek ma’ Keith Schembri? Kont tafu qabel ma dhalt bhala deputat tieghu jew whatever?
Dr. Alex Muscat : Kont nafu qabel l-elfejn u tlettax (2013). Imbaghad ovvjament nafu b’mod professjonali fl-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Imh. M. Mallia : U kif kont tafu qabel l-elfejn u tlettax (2013)?
Dr. Alex Muscat : Kont nafu ghax kien persuna li jahdem fi hdan il-Partit Laburista.
Imh. M. Mallia : Li jahdem?
Dr. Alex Muscat : Fi hdan il-Partit Laburista.
Imh. M. Mallia : U kemm kont ilek tahdem fi hdan il-partit inti?
Dr. Alex Muscat : Nahseb l-attivismu tieghi b’mod attiv qisu beda minn wara mill-elfejn u sebgha (20070.
Imh. M. Mallia : Dak iz-zmien kont tafu lis-sur Schembri? Dr. Alex Muscat : Dak iz-zmien le.
Imh. M. Mallia : Dak iz-zmien le. Dr. Alex Muscat : Dak iz-zmien le.
Imh. M. Mallia : Jigifieri ghall-elezzjoni tat-thirteen (’13) inti kont tahdem mieghu u ma’ Joseph Muscat jew kellek xi rwol separat?
Dr. Alex Muscat : Fl-elfejn u tlettax (2013) kont – dak iz-zmien kont Konsullier Lokali jiena l-Mosta u fl-istess hin kont anka kandidat ghall- elezzjoni, jigifieri iktar kont nahdem id-distrett milli fic-centru Nazzjonali Laburista.
Imh. M. Mallia : Jigifieri ghandi nifhem li ma kontx tkun daqshekk spiss fic- centru laburista mela fir-run up ta’ l-elezzjoni?
Dr. Alex Muscat : Kont inkun qabel xi programm biex nipprepara ruhi normalment jekk kont inkun mistieden fuq xi programm tar- radio.
Imh. A. Lofaro : Fuq it-television jew fuq ir-radio. Dr. Alex Muscat : U fuq it-television.
Imh. M. Mallia : X’kien l-involviement ta’ l-ufficcju taghkom meta kont deputy ma’ Keith Schembri fir-rigward ta’ progetti pubblici? Meta nsemmu progetti pubblici voldieri qed insemmu l- Electrogas, qed insemmu Vitals, dawn illi qajmu hafna kontroversja, l-involviement taghkom, ta’ l-ufficcju taghkom x’kien? Jekk kien hemm.
Dr. Alex Muscat : Il-progett ta’ l-Electrogas ma kienx hemm ghax kien progett tal- Ministeru ta’ l-Energija. Jigifieri jien personali qatt ma kont involut f’dak il-progett.
Imh. A. Lofaro : Ha hsiebu l-Ministru Mizzi, Konrad Mizzi? Dr. Alex Muscat : Nassumi, flimkien mat-team tieghu.
Imh. A. Lofaro : Ok.
Imh. M. Mallia : Mat-team tieghu, voldieri lilek bhala Ufficcju tal-Prim Ministru l- progett gie pprezentat lest?
Dr. Alex Muscat : Le, jien . . .
Imh. M. Mallia : Saret presentation per ezempju?
Dr. Alex Muscat : Lill-Ufficcju tal-Prim Ministru, lill-haddiema, ha nghidu hekk le ma kienetx saret prezentazzjoni.
Imh. M. Mallia : Imma lilek bhala deputy – deputat tac-Chief of Staff . . .
Dr. Alex Muscat : Jiena l-prezentazzjoni li kienet saret iktar kienet high level bhala strategija politika ftit qabel l-elezzjoni ta’ l-elfejn u tlettax (2013) illi kien punt krucjali fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista.
Imh. M. Mallia : Inti kont tattendi l-laqghat tal-Kabinett?
Dr. Alex Muscat : Le ma kontx fil-Kabinett u ma kontx nattendi. Imh. M. Mallia : Ma kontx.
Imh. A. Lofaro : Lanqas jekk is-sur Schembri jkun imsiefer jew indispost peress li kont id-deputy?
Dr. Alex Muscat : Le, ma kontx nidhol jiena. Le. Imh. A. Lofaro : No, ok.
Imh. J. Said Pullicino : Jigifieri inti qabel it-two thousand and thirteen (2013) saret din il-presentation tal-progett ta’ l- Electrogas hux hekk?
Dr. Alex Muscat : Mhux ta’ l-Electrogas.
Imh. J. Said Pullicino : Tal-Power Station sorry. Dr. Alex Muscat : Il-pjan ta’ l-energija tal-Gvern. Imh. A. Lofaro : Sewwa.
Imh. J. Said Pullicino : Dak il-progett kif gie prezentat lilkom? Fid-dettal?
Bhala idea?
Dr. Alex Muscat : Le l-idea . . .
Imh. J. Said Pullicino : U min ghamilha l-presentation?
Dr. Alex Muscat : Mela l-prezentazzjoni kienet saret ftit qabel kien gie varat il- manifest elettorali u kienet l-istrategija politika tal-Partit Laburista li permezz taghha l-pjan kien li mmorru ghall-energija iktar nadifa, jigifieri dik li ma nibqghux nuzaw il-heavy fuel oil u nibdew nuzaw il-gass naturali u li effettivament dak il-progett kellu jwassal ghal trahhis fil-kontijiet ta’ l-energija.
Imh. J. Said Pullicino : Pero’ l-presentation min ghamilha?
Dr. Alex Muscat : Il-prezentazzjoni dak iz-zmien high level kien ta l-punti principali l-ex Ministru Mizzi.
Imh. A. Lofaro : Konrad Mizzi jidhirli ehe. Dr. Alex Muscat : L-ex Ministru Konrad Mizzi.
Imh. J. Said Pullicino : Mhux is-sur Apap Bologna? Ma kienx imdahhal fiha? Dr. Alex Muscat : Ma fhimtekx.
Imh. J. Said Pullicino : Mhux is-sur Apap Bologna? Ma kienx imdahhal fiha?
Dr. Alex Muscat : Le, le dik kienet prezentazzjoni lill-kandidati kollha li kienu qed jikkontestaw l-elezzjoni u kienet prezentazzjoni politika. L- istrategija u l-vizjoni kienet.
Imh. J. Said Pullicino : Ehe imma ovvjament l-vizjoni kienet ippreparat fuq dokument hux hekk? Kien iddokumentat.
Dr. Alex Muscat : Ehe d-dokument kien il-manifest elettorali tal-Partit Laburista.
Imh. A. Lofaro : Ma kienx hemm xi policy paper per ezempju? Policy paper? Dr. Alex Muscat : Il-policy . . .
Imh. A. Lofaro : Kien hemm hux?
Dr. Alex Muscat : . . . kien hemm strategija cara kif ha mmorru . . . Imh. A. Lofaro : Ghall-energija nadifa.
Dr. Alex Muscat : . . ghall- energija nadifa u niftakar li kien hemm per ezempju high level, kif ser naslu hemmhekk. Il-fatt li tohrog sejha publika, l-fatt li ha mmorru ghal gass, bhala decizjoni, l-mira li nnaqsu l-kontijiet . .
Imh. A. Lofaro : Tad-dawl u l-ilma.
Imh. J. Said Pullicino : Certi dettalji ma nghatawx? Certi dettalji fejn naf li se jkun hemm tanker tal-gass, dettalji hekk?
Dr. Alex Muscat : Le. Le.
Imh. J. Said Pullicino : Ma saritx presentation power point per ezempju bl- istampi se jigri hekk?
Dr. Alex Muscat : Le, le. Imh. J. Said Pullicino : No.
Imh. M. Mallia : Il-process ghat-twassil tal-progett illi gie moghti lill- Electrogas gie vetted minn naha taghkom jew kien diga lest?
Dr. Alex Muscat : Minn naha taghna ta’ min?
Imh. M. Mallia : Fis-sens bhala ufficcju ta’ Keith Schembri?
Dr. Alex Muscat : Le bhala ufficcju jien nista’ nitkellem ghalija, imma jidhirli anke . . .
Imh. M. Mallia : M’ahniex qeghdin niddiskutu il-kwistjoni jekk kellux jinqaleb minn heavy fuel oil ghal gass, mhux dik. Dika kwistjoni ohra politika.
Imh. A. Lofaro : Ehe policy.
Imh. M. Mallia : Imma l-process sakemm wasal l-ghazla ta’ l-Electrogas dak, dak il- process gie vetted? Gie quddiemkom?
Dr. Alex Muscat : Safejn jiena nfurmat jien dak il-process qatt ma tmexxa mill- Ufficcju tal-Prim Ministru.
Imh. M. Mallia : Ha naqbzu ftit fuq xi haga ohra. L-assassinju tas-sinjura Caruana Galizia. Kif sirt taf bih? X’diskussjonijiet kien hemm fl- ufficcju taghkom . . .
Imh. A. Lofaro : Forsi fejn kont dak il-hin.
Dr. Alex Muscat : Mela dak il-hin niftakar illi kont barra minn Malta fuq xoghol Parlamentari . . .
Imh. A. Lofaro : Ok.
Dr. Alex Muscat : . . . konna delegazzjoni u sirt naf tramite l-mezzi tax-xandir. Konna qed insegwu u niftakar kien gibidli l-attenzjoni niftakar id- Deputat Nazzjonalista li kien fuq dik id-delegazzjoni illi kienet saret din it- tragedja prattikament.
Imh. M. Mallia : U meta gejt Malta mbaghad?
Dr. Alex Muscat : Sibt dak li stennejt, jigifieri sens ta’ xokk kbir, sens ta’ xokk kbir.
Imh. J. Said Pullicino : Ha niehdok pass qabel. Il-Panama Papers gew pubblikati qabel l- assassinju . . .
Imh. M. Mallia : Qabel l-assassinju. Dr. Alex Muscat : Ma fhimtekx.
Imh. J. Said Pullicino : Il-Pnama Papers gew ippublikati qabel l-assassinju . . . Imh. A. Lofaro : Fuq sena.
Imh. J. Said Pullicino : . . . u fihom tajjeb jew hazin is-semma c-Chief of Staff.
Sar xi reazzjoni ghal dan il-fatt?
Dr. Alex Muscat : Sar xi?
Imh. J. Said Pullicino : Xi reazzjoni ghal dan il-fatt fl-ufficcju tieghek? Inti kif hadha l-ufficcju tieghek?
Imh. A. Lofaro : Tal-Panama Papers biss ghalissa.
Dr. Alex Muscat : Il-Panama Papers. Ehe, ifhimni bdejt nara dak li qieghed johrog fuq il-media, jigifieri ovvjament segwejt bhal ma segwa kullhadd. Tkun ftit perpless, tkun ftit perpless.
Imh. M. Mallia : Lill-boss tieghek saqsejtu dwar il-veracita o meno taghha dik?
Dr. Alex Muscat : Ma saqsejtux. Imh. M. Mallia : Ma saqsejtux.
Dr. Alex Muscat : Biss jiena l-opinjoni tieghi pero’ kont tghajtielu. Imh. A. Lofaro : Lil min? Lil Prim Ministru?
Dr. Alex Muscat : Lilu dirett.
Imh. A. Lofaro : Lis-sur Schembri. Dr. Alex Muscat : Lil Keith Schembri. Imh. J. Said Pullicino : U kienet?
Imh. M. Mallia : Tista’ tghidilna x’kienet?
Dr. Alex Muscat : Dak li kelli xi nghidlu kont ghidtu lilu. Imh. J. Said Pullicino : Imma x’kienet?
Imh. A. Lofaro : Biex jirrezenja?
Dr. Alex Muscat : Jien ghidtlu dak li keli nghidlu, lilu u biex inkun fair ukoll anke lil Ministru Mizzi mbaghad.
Imh. A. Lofaro : Ghidtlu wkoll.
Imh. J. Said Pullicino : Imma li jkollna r-reazzjoni tieghek ghal xi haga bhal din f’dak il- mument ghalina mportanti, mhux xi sigriet ta’ l-Istat dan. Kullhadd qalilna x’kienet ir-reazzjoni tieghu. Ma narax li ma ghandux ikollna r- reazzjoni tieghek, id-diskors li sar mieghu dan.
Dr. Alex Muscat : Kelli reazzjoni bhal kullhadd u dik ir-reazzjoni tieghi meta ghadda z- zmien u kkonfermajt il-veracita ta’ dak illi hareg, l- opinjoni tieghi ghidthom lilhom dirett.
Imh. M. Mallia : U x’kienet din l-opinjoni?
Dr. Alex Muscat : Dak li kelli nghid kont ghidtu lilhom. Imh. A. Lofaro : Biex jissospendu ruhhom?
Imh. M. Mallia : Qed issibha difficli biex tghidilna?
Dr. Alex Muscat : Le jiena mhux qed insibha difficli. Ovvjament kienet konverzazzjoni privata, imma li nista’ nghidilkom hija li jekk hemm xi haga rregolari f’dak li ghamlu they should have come clean, jigifieri kellhom jaghmlu l-almu taghhom biex inaddfu isimhom.
Dr. P. Lia : M’ghandiex x’taqsam mat-termini ta’ l-Inkjesta. Hija kurzita ta’ hafna nies, imma m’ghandiex x’taqsam ma l-Inkjesta, bir-rispett kollu
Imh. A. Lofaro : Din m’hijiex kurzita.
Imh. M. Mallia : Issa barra l-Panama Papers kien hemm ukoll ir-rapport ta’ l- FIAU illi kien ukoll issemma Keith Schembri u f’dan ir-rapport intqal illi kien hemm suspett ragonevoli ta’ hasil ta’ flus. Dan ir- rapport rajtu? Gie a konjezzjoni tieghek?
Dr. Alex Muscat : Le, dan ir-rapport qatt ma, li rajt li kien hemm fuq il-media. Imh. A. Lofaro : Kien leaked.
Dr. Alex Muscat : U kien hemm – dejjem qrajt illi kien hemm verzjonijiet differenti ta’ dan ir-rapport.
Imh. A. Lofaro : Ehe.
Imh. M. Mallia : Lil Keith Schembri qatt semmejtlu xi haga fuqhom dawn? Dr. Alex Muscat : Fuq dak ir-rapport ta’ l-FIAU le.
Imh. M. Mallia : Kont involut fit-tfassil ta’ politika tal-Gvern dwar kwistjonijiet relevanti ghal din l-Inkjesta? Bhal kif il-Gvern kien se jirreagixxi jew jirrispondi ghal publikazzjonijiet ta’ Daphne Caruana Galizia dwar il- Panama Papers u l-involviement ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi?
Dr. Alex Muscat : Ma kontx involut fit-tfassil ta’ dik il-politika, le.
Imh. M. Mallia : Meta sirt taf li Schembri kien habib ma’ Yorgen Fenech? Kif sirt taf?
Dr. Alex Muscat : Sirt naf l-iktar mill-mezzi tax-xandir li kien hemm relazzjoni illi tmur lura hafna snin.
Imh. A. Lofaro : Ma kontx tarah Kastilja lil Yorgen Fenech?
Dr. Alex Muscat : Jiena lil Yorgen Fenech rajtu xi darba Kastilja. Li niftakar rajtu bilqieghda fil-waiting area ta’ l-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Imh. A. Lofaro : Intqal lilna li kien ikun hafna fl-ufficcju tas-sur Keith Schembri.
Dr. Alex Muscat : Jiena dik ma nistax nghidha. Jiena minkejja li l-ufficcju tieghi kien biswit . . .
Imh. A. Lofaro : Kien vicin mhux hekk.
Dr. Alex Muscat : . . . tal-Prim Ministru, Kastilja kif inhi kull min jigi biex jidhol sia fl- Ufficcju tal-Prim Ministru u kemm fl-ufficcju tac-Chief of Staff ghandu entrata apparti. Jigifieri ma jghaddix mill-ufficcju tas- Segretarjat. Allura ma nkunx naf, anke dik id-darba li rajtu jiena Kastilja . . .
Imh. A. Lofaro : Darba biss.
Dr. Alex Muscat : Li rajtu jiena. Ma jidhirlix li rajtu iktar minn darba, pero’ ma nafx nghid ma min kien qed jiltaqa’. Ma nafx nghid.
Imh. M. Mallia : Waqt illi kont qed tokkupa din il-kariga ta’ deputy ghal Keith Schembri kellek laqghat direttament ma’ Keith schembri jew ma’ negozjanti ohra?
Dr. Alex Muscat : Kien ikolli laqghat ma’ Keith Schembri. Imh. A. Lofaro : Keith Schembri bil-fors hux.
Imh. M. Mallia : Mhux ma Keith Schembri, ma’ negozjanti? Imh. A. Lofaro : Ma’ Yorgen Fenech.
Dr. Alex Muscat : Le ma’ Yorgen Fenech qatt ma ltqajt jiena. Ma’ Yorgen Fenech qatt ma ltqajt.
Imh. M. Mallia : Ma’ negozjanti ohra jien naf . . . Imh. A. Lofaro : Gasan, Apap Bologna?
Dr. Alex Muscat : Le, le.
Imh. M. Mallia : Sandro Chetcuti?
Dr. Alex Muscat : Le, le qatt ma ltqajt. Iktar kont niltaqa ma Ufficjali Publici jew . . .
Imh. A. Lofaro : Tac-Civil jigifieri?
Dr. Alex Muscat : Jew inkella membri m’humiex tac-Civil imma jkunu . . . Imh. A. Lofaro : Ta’ xi awtorita?
Dr. Alex Muscat : . . . ta’ Segretarjati ohrajn. Imh. A. Lofaro : Ehe.
Imh. M. Mallia : Inti kont tkun prezenti ghal xi briefings mill-pulizija jew servizzi tas-sigurta dwar Daphne Caruana Galizia?
Dr. Alex Muscat : Le, le qatt. Qatt.
Imh. M. Mallia : Meta l-briefing qabel ma gew arrestati dawk l-ghaxar (10) persuni, qabel ir-raid, kont prezenti ghalih?
Dr. Alex Muscat : Ma kontx prezenti ghalih.
Imh. M. Mallia : Kif sirt taf bih? Kif sirt taf illi sar dan ir-raid? Dr. Alex Muscat : Sirt naf li sar dan ir-raid mill-media niftakar. Imh. A. Lofaro : Jigifieri wara li kien diga sar, hux hekk?
Dr. Alex Muscat : Propjament waqt li kien qed isir ghax niftakar il-media kienet qed tirraporta.
Imh. A. Lofaro : Kien live, iva kien live. Dr. Alex Muscat : Waqt li kien qed isir.
Imh. A. Lofaro : U xi briefings dwar l-investigazzjoni li wasslet ghall-arrest ta’ Melvin Theuma jew ta’ Yorgen Fenech kont prezenti?
Dr. Alex Muscat : Le, le qatt ma kont prezenti ghal dawk it-tip briefings. Imh. A. Lofaro : Qatt?
Imh. M. Mallia : Brian Tonna jew Carl Cini, dawk kellhom xi desk Kastilja? Dr. Alex Muscat : Le, le, jien din gie li smajtha imma. . .
Imh. A. Lofaro : Kienu forsi jkellmu xi nies hemmhekk?
Dr. Alex Muscat : Ma kellhomx ufficcju jew skrivanija Kastilja. Imh. M. Mallia : Mhux qed nghid ufficcju.
Imh. A. Lofaro : Kienux ikellmu xi nies?
Imh. M. Mallia : Xi desk? Xi haga available ghalihom. Imh. A. Lofaro : Jew ikellmu xi nies b’xi mod?
Dr. Alex Muscat : Ikellmu nies? Imh. A. Lofaro : Go Kastilja.
Dr. Alex Muscat : Jiena lis-sur Tonna gie li rajtu Kastilja gieli, fis-sens nahseb rajtu xi darba, darbtejn Kastilja. Imma li zgur li ma kellux ufficcju jew skrivanija.
Imh. A. Lofaro : Imma ejja nghidu ma kellux skrivanija. Kien jiltaqa ma nies Kastilja?
Dr. Alex Muscat : Jiena nista’ nghid illi fil-waiting room ta’ Kastilja rajtu minn darba sa darbtejn zgur.
Imh. A. Lofaro : Jimporta tghidilna x’inhi l-professjoni tieghek? Imh. M. Mallia : Ehe, dik li kont ser nistaqsik.
Dr. Alex Muscat : Gradwat bhal ekonomista.
Imh. A. Lofaro : Ekonomista u meta ggradwajt jekk joghgbok?
Dr. Alex Muscat : Dhalt l-Universita fis-sena elfejn (2000), jigifieri nikkalkula fl- elfejn u hamsa (2005) iggradwajt.
Imh. A. Lofaro : Ok. U kont tahdem fil-privat forsi wara li ggradwajt? Dr. Alex Muscat : Dejjem.
Imh. A. Lofaro : Fil-privat.
Imh. M. Mallia : Pero’ kont ukoll konsulent ma’ Nexia BT f’xi zmien. Dr. Alex Muscat : Ghamilt xoghol ta’ konsulenza ekonomika maghhom. Imh. M. Mallia : Ghamilt xoghol ta’ konsulenza.
Dr. Alex Muscat : Iva.
Imh. A. Lofaro : Qabel l-elezzjoni tat-two ow one three (2013).
Dr. Alex Muscat : Le. Imh. M. Mallia : Le.
Imh. A. Lofaro : Wara, ok.
Imh. M. Mallia : Gie rapurtat fil-gazzetti illi inti kellek xi ntrojtu ta’ hamest elef (€5,000) minn dan il-konsulenza. Xi tghid dwar din?
Dr. Alex Muscat : Hekk hu. Kienet somma li nfatti anke ddikjerajtha fid-dhul ta’ l-assi tieghi . . .
Imh. A. Lofaro : Ehe tat-two ow one seven (2017). Dr. Alex Muscat : Hekk hu.
Imh. A. Lofaro : Tas-sena two ow one seven (2017).
Dr. Alex Muscat : Iva ghamilt xoghol ta’ konsulenza ekonomika ma’ dik il- kumpanija.
Imh. J. Said Pullicino : Kienet one off jigifieri. One off? Imh. A. Lofaro : Ta’ darba kienet? Ta’ darba?
Dr. Alex Muscat : Ghamilt konsulenza fl-elfejn u sittax (2016) ukoll. Imh. A. Lofaro : Ta’ darbtejn.
Dr. Alex Muscat : Ghamilt ehe, ghamilt, kien perjodu fejn tajt pariri ekonomici lil Nexia BT.
Imh. A. Lofaro : Jigifieri mhux li kellhom x’jaqsmu mal-progetti? Dr. Alex Muscat : Le, le.
Imh. A. Lofaro : Le? Dr. Alex Muscat : Le.
Imh. M. Mallia : Kellek xi . . .
Dr. Alex Muscat : Ix-xoghol li ghamilt jiena kien xoghol ta’ konsulenza ekonomika generali, mhux affarijiet relatati mal- . . .
Imh. M. Mallia : Kellek xi retainer ma Nexia BT jew kont tithallas ghax- xoghol li taghmel?
Dr. Alex Muscat : Kont nithallas tax-xoghol li naghmel. Imh. A. Lofaro : Mhux fuq xoghol tal-Gvern, xejn?
Dr. Alex Muscat : Li kieku kien se jkolli xi kunflitt ta’ nteress kont se niddikjarah.
Imh. A. Lofaro : Ok, jigifieri ma kienx hemm hux.
Dr. Alex Muscat : Ma kienx hemm. Jiena biex inkun preciz dak ix-xoghol sar fil-bidu ta’ l-elfejn u sbatax (2017) qabel ma jiena sirt deputat.
Jiena minkejja li nghatajt il- parir li ma kienx hemm bzonn niddikjarah ma hassejtx . . .
Imh. A. Lofaro : Inti ddikjarajtu naf.
Dr. Alex Muscat : Iddikjarajtu xorta wahda, dejem hallast it-taxxa fuqu imma qatt ma kelli problema f’dak ix-xoghol li ghamilt.
Imh. J. Said Pullicino : U naqblu hux hekk illi Nexia BT kellhom hafna xoghol mal-gvern u anke ma’ nies fil-gvern personalment. Sa hemmhekk kont tafu inti?
Dr. Alex Muscat : Ehe jiena kont naqra bhal ma kien jaqra kullhadd illi kienet kumpanija li ghandha ammont ta’ xoghol mhux hazin.
Imh. A. Lofaro : L-ahhar parti ma fhimtiex skuzani.
Dr. Alex Muscat : Il-mistoqsija kienet jekk kontx aware li kellhom hafna xoghol u iva kont aware.
Imh. A. Lofaro : You were aware of it, ok.
Imh. J. Said Pullicino : Imma mil-gurnali biss kont taf jew inkella ghax kont vicin . . .
Dr. Alex Muscat : Li l-kumpanija Nexia hija kumpanija wahda mill-kbar lokalment u ghandha hafna xoghol le ma kontx naf mill-media, kont naf minn qabel.
Imh. J. Said Pullicino : Anke li kellha nvolviment, xejn hazin, fi progetti w affarijiet tal- Gvern hu.
Dr. Alex Muscat : Hekk hu.
Imh. J. Said Pullicino : Dan ix-xoghol pero’ qatt ma sar permezz ta’ l-ufficcju taghkom?
Dr. Alex Muscat : Le, le jiena x-xoghol li ghamilt dejjem ghamiltu, konsulenza ekonomika tista’ tkun qieghed . . .
Imh. J. Said Pullicino : Mhux ix-xoghol li ghamilt inti. Ix-xoghol li ghamlu dawn Nexia BT ma sarx through your office jew inkella vicin l- ufficcju taghkom?
Dr. Alex Muscat : Qatt ma kellhom ufficcju go Kastilja, jigifieri jiena . . .
Imh. J. Said Pullicino : Illum tahdem bil-computer mid-dar hu. Illum l-ufficcju mhux importanti. Jekk inti kontx aware ili kien hemm dawn it-tip ta’ vicinanzi biex nghid hekk, kemm bhala Gvern u kemm bhala individi personalment, bhala xoghol ghalihom personali.
Dr. Alex Muscat : Li kont naf illi bhala kumpanija kbira bhal audit firms ohrajn, kienet taghmel hafna xoghol ghal Gvern. Dak kont nafu jien.
Imh. J. Said Pullicino : Imbaghad allura meta hargu dawn l-istejjer, jekk inhuma stejjer ma nafx, ta’ nvolviment f’certu livell, inti kont sorpriz jew kien att normali ghalik?
Dr. Alex Muscat : Ghal liema stejjer qed tirreferi?
Imh. J. Said Pullicino : Hargu naturalment certu allegazzjonijiet fejn l- involviment ta’ Nexia BT ma ndividwi fil-Gvern u ma kumpaniji.
Imh. A. Lofaro : 17 Black.
Imh. J. Said Pullicino : Meta smajt dawn l-istejjer inti r-reazzjoni tieghek kienet . . .
Imh. A. Lofaro : Kien hemm is-17 Black ukoll.
Imh. J. Said Pullicino : . . . wahda in the noble course of their business jew inkellaghidt hawnhekk x’qed taghmel din il-kumpanija li taghha kont inti vicin ukoll?
Dr. Alex Muscat : Ehe kont tant vicin – ghamilt xoghol ekonomiku ghalihom. Imh. J. Said Pullicino : Hekk hu.
Dr. Alex Muscat : Jigifieri ehe jiena segwejt bhal ma segwa kullhadd il-fatt illi kienu jahdmu anka fuq bazi parsonali ma certu ndividwi, imma dejjem fuq xoghol ta’ accountancy, pariri finanzjarji u pariri ekonomici.
Imh. A. Lofaro : 17 Black ma tista’ tghidli xejn fuqha? Dr. Alex Muscat : Le.
Imh. A. Lofaro : Xejn?
Dr. Alex Muscat : Jiena l-ewwel darba li smajt biha bhal kullhadd meta . . . Imh. A. Lofaro : Fil-media hux.
Dr. Alex Muscat : . . . l-informazzjoni fuq 17 Black mill-media. Imh. A. Lofaro : Ok. ghandha xi domandi Dr. Therese.
Dr. T. Comodini Cachia : Biex niccara ftit dwar din il-konsulenza. Ara din il- konsulenza ghidtilna li saret fis-sena elfejn u sittax (2016) u elfejn u sbatax (2017).
Dr. Alex Muscat : Dawk zguri iva.
Dr. T. Comodini Cachia : Dawk zgur. Kien hemm ohrajn?
Dr. Alex Muscat : Sa fejn naf jiena mill-elfejn u sittax (2016) li bdejt naghmel dak ix-xoghol.
Dr. T. Comodini Cachia : U dawk kienu konsulenzi ghidtilna li kont tithallas skont il-bicca tax- xoghol, jigifieri f’sena kemm ‘il bicca xoghol kien ikollok? Kemm kienu ta’ spiss? Kienet darba f’sena jew le?
Dr. P. Lia : . . . (speaking off microphone) . . .
Dr. T. Comodini Cachia : Irrelevanti biex nara x’kunflitt ta’ nteress . . .
Dr. P. Lia : . . . (speaking off microphone) . . . issa jew ghal ghanijiet ohra li huma politici.
Imh. M. Mallia : Doctor, jekk ma jimpurtax.
Dr. P. Lia : Sur Imhallef jien qieghed hawn naghmel xogholi. Dr. T. Comodini Cachia : Anka jiena.
Dr. P. Lia : Intom qeghdin taghmlu xogholkom. Jien qed nistaqsi jekk hix relevanti ghall-finijiet ta’ l-inkjesta.
Dr. T. Comodini Cachia : Nista’ nispjega r-relevanza.
Dr. P. Lia : Tista’ tmur tara d-dikjerazzjoni tieghu fil-Parlament, hemm kollox pubbliku imma ma jidhirlix li din il-linja ta’ domandi f’dan it- tribunal jew dan il-Bord ghandu jippermettihom.
Dr. T. Comodini Cachia : Jiena ma jinterwssanix kemm kien kien jaqla’ Sinjuri Imhallfin. Jiena jinteressani biss illi deputy Chief of Staff fl-elfejn u sittax (2016) u l-elfejn u sbatax (2017) kien jaghmel konsulenza u jinteressani jekk kienx talab il-permess biex jaghmel ix-xoghol liberu tieghu ndipendenti minn dak ix-xoghol.
Imh. M. Mallia : Dik iva tista’ taghmilha.
Dr. T. Comodini Cachia : Dik jiena jinteressani, ma jinteressanix seta’ qala’ miljun Euro ghalija. Il-problema hija jekk kienx hemm kunflitt ta’ nteress waqt li qed iwettaq xoghol pubbliku.
Imh. M. Mallia : Dik tista’ taghmilha iva din id-domanda ehe.
Dr. T. Comodini Cachia : U ghalhekk staqsejt kemm kienu ta’ spiss dawn l- inkarigi li kienu jinghatawlek minn Nexia BT?
Dr. P. Lia : . . . (speaking off microphone) . . .
Imh. A. Lofaro : Jekk tlabtx il-permess jekk joghgbok sur Muscat.
Dr. Alex Muscat : Ma tlabtx il-permess ghax ma kellix ghalfejn nitlob permess illi naghmel konsulenza privata.
Imh. A. Lofaro : Jew per ezempju lil Dr. Muscat, jew ma nafx? Dr. T. Comodini Cachia : Ghalfejn ma kellekx bzonn il-permess?
Dr. Alex Muscat : Ghax jiena ekonomista. Bhalma avukat ma ghandux bzonn jitlob il- kunsens biex jaghmel xoghol privat, l-ekonomisti ma ghandhomx bzonn jitolbu dak il-kunsens.
Imh. A. Lofaro : Imma ma kontx impjegat mac-Civil dak iz-zmien? Dr. Alex Muscat : Le qatt ma kont impjegat tac-Civil.
Imh. A. Lofaro : Le? Dr. Alex Muscat : Qatt.
Dr. T. Comodini Cachia : Pero’ inti kont mahtur person of trust u ghalhekk hassejt li stajt.
Imh. A. Lofaro : Person of trust all right.
Dr. T. Comodini Cachia : Mela inti qabel ghidtilna li ghidt lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi jekk fhimtek sew to come clean fuq l-istrutturi li huma kienu wettqu, pero’ ghidtilna wkoll illi taf li kienu Nexia BT li kienu wasslu dawk l-istrutturi, li kienu mplimentaw dawk l- istrutturi. Minkejja li tlabt . . . .
Imh. J. Said Pullicino : Ma nafx jekk qaliex dik. Dr. T. Comodini Cachia : Forsi jekk kontx taf . . . Imh. J. Said Pullicino : Le, le, le ma jidhirlix.
Dr. T. Comodini Cachia : Jekk kontx taf li Nexia BT li wettqu dawk l-istrutturi? Imh. A. Lofaro : Forsi mill-media. Kont taf minn x’imkien? Forsi mill-media? Dr. Alex Muscat : Il-mistoqsija – ma fhimtx il-mistoqsija.
Dr. T. Comodini Cachia : Kont taf illi Nexia BT kienet il-kumpanija li waqfet l- istrutturi ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi msemmija fil-Panama Papers?
Dr. Alex Muscat : Il-mument illi dik l-informazzjoni saret wahda pubblika mmedjetament wara niftakar li kien sar maghruf ukoll li kienet in- Nexia BT il-kumpanija ta’ accountancy, ta’ audit illi fethet dawn il- kumpaniji.
Imh. A. Lofaro : Sewwa. Ehe. Allura int bdilt ir-ragunament tieghek wara li sirt taf b’dak il-fatt?
Dr. Alex Muscat : Ir-ragunament tieghi f’liema sens?
Imh. A. Lofaro : Fis-sens li taccettax iktar xoghol minn ghandhom jew le? Dr. Alex Muscat : Ma biddiltx ir-ragunament tieghi.
Imh. A. Lofaro : Ma biddiltx.
Dr. Alex Muscat : Ma biddiltx ir-ragunament tieghi ghax deherli li l- accountants ma ghamlu xejn illegali sa fejn naf jiena llum.
Dr. T. Comodini Cachia : Inti ghidt illi l-opinjoni tieghek li tghajt lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi kienet to come clean. Nifhem illi allura fil-pozizzjoni tieghek bhala deputy Chief of Staff il-kwistjoni ta’ l- informazzjoni li harget fil-Panama Papers kienet ikkunsidrata bhala wahda li tista’ tiddanneggja lill-Gvern, le? Taqbel maghha din?
Dr. Alex Muscat : Infatti li ntuzat f’dak l-iskop.
Dr. T. Comodini Cachia : Allura bhala deputy Chief of Staff li konxju li din l- informazzjoni setghet tintuza kontra l-Gvern, kif tispjega illi ma biddiltx il-hsieb tieghek dwar l-inkarigi ta’ Nexia BT?
Dr. Alex Muscat : Mhux qed nifhem kif jirrelataw flimkien. Dr. T. Comodini Cachia : Risposta sufficjenti.
Imh. J. Said Pullicino : Dottoressa, issa biex inkunu fair fuqha illi fl-operat ta’ l-accountance ma ra xejn hazin .
Imh. A. Lofaro : U jien staqsejtielu din.
Imh. J. Said Pullicino : Huwa qieghed jghid illi ddannegjat lill-Gvern u li ghalhekk ma kienx posthom hemm, imma mhux accountance.
Imh. A. Lofaro : Irrisponda lili.
Dr. T. Comodini Cachia : Ghalhekk irispondejt illi r-risposta tieghu hija sufficjenti Sur Imhallef. Inti ghidt illi r-rwol tieghek beda bhala policy coordinator fl-elfejn u tlettax (2013). Tiftakar meta dak ir- rwol gie mibdul bhala deputy Chief of Staff?
Dr. Alex Muscat : Jidhirli wara – madwar sena, sena u nofs.
Dr. T. Comodini Cachia : U r-responsabiltajiet tieghek kienu differenti jew l- istess minkejja bdil fl-isem tar-rwol?
Dr. Alex Muscat : Tista’ tghid li zdiedu. Dr. T. Comodini Cachia : B’liema mod?
Dr. Alex Muscat : Jiena xogholi kien primarjament illi nghin fil-koordinazzjoni ta’ progetti nazzjonali. Inti essenzjalment fil-Gvern ikollok progetti li jkunu jaqghu taht numru ta’ Ministeri. L-ufficcju taghna kien jghin f’dak il-koordinazzjoni, jigifieri ahna konna nitkellmu mal- Ministeri differenti illi jkunu, ha nghidu hekk owners . . .
Imh. A. Lofaro : Inti u s-sur Schembri hux?
Dr. Alex Muscat : Imma hafna xoghol kont naghmlu jiena – kont naghmlu jiena wahdi, jigifieri l-mument illi kont nigi delegat b’bicca xoghol dik il-bicca xoghol imbaghad kont nimplimentaha jiena.
Imh. A. Lofaro : Jiddelega hu lilek ok.
Dr. Alex Muscat : U allura imbaghad ehe kont nikkordina mad-diversi Ministeri biex nimplimentaw il-progetti rispettivi.
Dr. T. Comodini Cachia : Meta tghid li kont tikkordina progetti nazzjonali, jigifieri dawn kienu progetti li kienu jinkludu liema tip ta’ progetti?
Dr. Alex Muscat : Ha naghtik ezempju. Per ezempju il-Park Nazzjonali ta’ l- Imwadar. Kienet site bejn ix-Xghajra u Wied il-Ghajn, sit imdaqqas, ftit taht l- elf (1,000) tomna illi konna hadna d-decizjoni politika li hemmhekk ghandu jsir park naturali protett. Hemmhekk trid minn numru ta’ entitajiet u minn numru ta’ Ministeri. Dak kien progett illi jien kont ghint fil-kordinazzjoni tieghu, biex naghti ezampju tax-xoghol.
Dr. T. Comodini Cachia : Jigifieri dawn il-progetti nazzjonali illi kont tikkordina inti mill- ufficcju, kienu differenti mill-progetti li kien responsabbli ghalihom Konrad Mizzi?
Dr. Alex Muscat : Hekk hu.
Dr. T. Comodini Cachia : Ghad-domanda tal-Bord jekk kontx tkun prezenti ghal-laqghat bejn il-Prim Ministru u Keith Schembri, irrispondejt normalment le. Kif kontu tiddistingwu jekk tidholx ghal dawn il- laqghat jew le?
Dr. Alex Muscat : Ma kontx niddistingwi jiena. Jiena kont nidhol ghal dawk il- laqghat fejn ninghata x-xoghol li ghandi naghmel.
Imh. A. Lofaro : Jigifieri jekk jibghatu ghalik?
Dr. Alex Muscat : Jekk meta ttiehdet id-decizjoni politika li fin-naha t’isfel ta’ Malta ghandu jkun hemm park naturali u protett . . .
Imh. A. Lofaro : Dak kien delegat lilek.
Dr. Alex Muscat : Dak kien delegat lili mill-Prim Ministru u mic-Chief of Staff. Imh. A. Lofaro : Sewwa.
Dr. Alex Muscat : Tawna l- parametri li rridu nahdmu fihom u ahna xogholna kien li ninplimentawh.
Imh. A. Lofaro : U allura mbaghad kien ikollok tmur ghal-laqghat mhux hekk?
Dr. Alex Muscat : Bla dubbju. Laqghat peress li trid minn Ministeri differenti. Imh. A. Lofaro : Ehe.
Dr. T. Comodini Cachia : Dwar ir-relazzjoni tieghek ma’ Keith Schembri qabel ma’ inti kellek dan ir-rwol f’Kastilja, inti spjegajt illi kont tafu qabel ghax kien jahdem fil-Partit Laburista qabel l-elfejn u tlettax (2013). Kellu xi rwol specifiku? X’kienet il-funzjni tieghu?
Dr. Alex Muscat : Jiena li niftakar li Keith kien wiehed mill-persuni li jahdem fil-Partit Laburista, kordinazzjoni tal-partit, jigifieri kordinazzjni marbuta ma l-events tal-massa li kien jorganizza l-Partit Laburista.
Imh. A. Lofaro : Ehe.
Dr. Alex Muscat : Naf li kien jinvolvi ruhu f’dak ix-xoghol.
Dr. T. Comodini Cachia : Fir-rigward ta’ mistoqsija mill-Bord dwar ir-rapporti ta’ l-FIAU inti ghidt illi kien hemm verzjonijiet differenti. Jigifieri inti kellek verzjonijiet differenti jew xi hadd qallek li kien hemm verzjonijiet differenti?
Dr. Alex Muscat : Mela jiena ghit illi fil-media kont qed naqra illi kien hemm verzjonijiet differenti ta’ dak ir-rapport. Jidhirli f’punt minnhom anke l-FIAU cahad illi dak ir-rapport kien rapport ufficjali.
Imh. A. Lofaro : Ehe niftakar xi haga f’dak ir-rigward.
Dr. Alex Muscat : Ghalhekk qed nghid verzjonijiet differenti. Jiena qatt ma kelli kopja tieghu u ta’ l-ebda verzjoni.
Dr. T. Comodini Cachia : Inti ghidt illi esprimejt l-opinjoni tieghek lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi meta sirt taf illi r- rapporti jew l- allegazzjonijiet huma minnhom. Allura kif sirt taf li dawn l- allegazzjonijiet huma minnhom?
Imh. A. Lofaro : Tal-Panama Papers qieghda tirreferik.
Dr. Alex Muscat : Jiena niftakar li kemm is-sur Keith Schembri u kemm il- Ministru Mizzi t-tnejn kienu ghamlu zewg (2) stqarrijiet fejn il- Ministru Mizzi kien qal iva jien ghandi dawn is-setups bihsiebni naghlaqhom u l- istess kien hareg dikjarazzjoni Keith Schembri. Hemmhekk sirt naf li dik l-informazzjoni fil-fatt hija veritiera.
Imh. A. Lofaro : U kien allura hemmhekk li mort tkellimhom hux hekk? Dr. Alex Muscat : Iva.
Imh. A. Lofaro : Minn jeddek kellimthom? Dr. Alex Muscat : Iva.
Imh. J. Said Pullicino : Jigifieri jiena qed nifhem li filwaqt li huma fl- istqarrijiet taghhom ippruvaw jiggustifikaw u forsi ggustifikaw l- operat taghhom, inti dik ghalik politkament ma kienex adekwara u xorta . . .
Imh. A. Lofaro : Ma kienetx bizzejjed hux hekk?
Imh. J. Said Pullicino : . . . deherlek li kellek tavvicinahom biex jaghmlu pass lura. Naqblu hekk?
Dr. Alex Muscat : Hekk hu dak li kelli xi nghid lilhom, kont ghidtulhom. Imh. A. Lofaro : Pero’ ma nahsibx li kont sodisfatt hux?
Dr. Alex Muscat : F’liema sens?
Imh. A. Lofaro : Meta huma ggustifikaw, taw ir-ragunijiet ghaliex, inti li kieku kont sodisfatt ma nahsibx li kont se tmur tkellimhom.
Imh. J. Said Pullicino : Hu qed jghid li politically, politically int hassejt. . . Imh. A. Lofaro : Ehe r-responsabilta’ politika mhux legali.
Imh. J. Said Pullicino : Ma ggudikajthomx inti minn dak l-att. Ma kienx kompitu tieghek ukoll inti.
Dr. Alex Muscat : Jien ma kellix kif qed tghid tajjeb inti, skuzani qbizt fuqek, ma kellix kompitu li mmur naghtihom ordnijiet.
Imh. A. Lofaro : Mhux hekk.
Imh. J. Said Pullicino : U allura hassejt illi ha tigri hsara kif fil-fatt grat mhux lilhom biss lil kullhadd anke l-pajjiz hu, illi c-cirkostanzi li wiehed jaghmel pass lura.
Dr. Alex Muscat : U minhabba f’hekk l-opinjoni tieghi kont tghajtielhom. Imh. A. Lofaro : Ok.
Imh. J. Said Pullicino : Fair enough.
Dr. T. Comodini Cachia : Inti xhed illi meta gejt mistoqsi jekk kontx tara lil Yorgen Fenech Kastilja ghidt illi, jekk niftakar sew rajtu darba, darbtejn Kastilja?
Dr. Alex Muscat : Darba naf zgur li rajtu fil-waiting room ta’ Kastilja.
Dr. T. Comodini Cachia : U ghidt ukoll illi inti qatt ma ltqajt ma’ Yorgen Fenech, tikkonferma?
Dr. Alex Muscat : Hekk hu.
Dr. T. Comodini Cachia : Pero’ kellek komunikazzjonijiet mieghu? Imh. A. Lofaro : Forsi e mails?
Dr. Alex Muscat : Le comunication mieghu jiena ma kellix ma’ Yorgen Fenech.
Imh. A. Lofaro : Telephone calls? Jien naf? Dr. Alex Muscat : Le.
Imh. A. Lofaro : Messaggi? Whatsapp? Xejn? Dr. T. Comodini Cachia : Lanqas messaggi?
Dr. Alex Muscat : Le. Ma’ Yorgen Fenech? Ma jidhirlix li qatt kelli komunikazzjoni mieghu, kont naf min hu l-individwu, naf min hu, pero’ qatt ma kelli komunikazzjoni mieghu.
Imh. A. Lofaro : Ok.
Imh. J. Said Pullicino : Jekk tistax titfalna d-dawl fuq allura cirkostanzi li ghalik kienu jidhru, mhux normali imma manageable, kif waslet imbaghad ghal dan it- terremot politiku?
Imh. A. Lofaro : Per ezempju two ow one nine (2019).
Imh. J. Said Pullicino : Ghax ahna rridu nsibu raguni ghaliex gara dak li gara. Dr. Alex Muscat : Il-mistoqsija ma fhimtx ezattament.
Imh. J. Said Pullicino : L-assessment tieghek ghaliex wasalna fi stat li kellu jirrezenja Prim Ministru per ezempju? X’inhi r-raguni li thoss li waslet sa hawn?
Dr. Alex Muscat : Jiena dak iz-zmien kont ghadni Ufficjal fis-Segretarjat tal- Prim Ministru.
Imh. A. Lofaro : Ehe.
Dr. Alex Muscat : Meta saret l-izvolta li nqabad dak li kien mastermind u l- middle person . . .
Imh. A. Lofaro : Il-middleman.
Dr. Alex Muscat : . . . ta’ din ‘il bicca tax-xoghol kollha, jiena wkoll kont minn banda ixxokkjat li qed tohrog din l-evidenza kollha, imma mill- banda l-ohra nammetti illi kien hemm sens ta’ ejja qed issir gustizzja f’dan il-pajjiz. Issa dik f’idejn il-Qorti tiddecidi hi, imma nahseb jien progress importanti f’pajjizna.
Imh. J. Said Pullicino : Jigifieri effettivament f’dak il-mument inti hassejt illi l- affarijiet iccaqalqu pero’ l-akkuzi kienu qeghdin isiru vicin hafna fl- ufficcju fejn kont tahdem int.
Dr. Alex Muscat : Ghalhekk semmejt – ghalhekk ghidt li kont, li kien hemm dak ix-xokk. Ghalhekk qed nghid li kien hemm dak ix-xokk.
Imh. J. Said Pullicino : U allura r-reazzjoni tieghek x’kienet li taffronta lis-sur Fenech? Hawn lis-sur Schembri, tkellem lill-Prim Ministru dak iz- zmien?
Dr. Alex Muscat : Ma hassejtx illi ghandi naffrontohom. Jigifieri li l-Prim Ministru ta’ stat sovran ikun mgharraf u jigi nfurmat along the way bil-progress fuq xi haga ta’ portata bhal din, minkejja li jien qatt ma kont naf xejn ghax qatt ma kont infurmat, imma tistenniha li l- Prim Ministru jkun infurmat.
Imh. J. Said Pullicino : Iva ahna fil-fatt konna sorprizi kif ma kienx infurmat izjed, mhux minnek ta’, minn min kien fil-fatt involut biex jinvestiga u jaghmel. Imma apparti dan, din kwistjoni ohra, mentri your approach was that li c- cirkostanzi kienu tali illi fl- ahhar mill-ahhar kellhom iwasslu ghal xi haga, hux hekk?
Dr. Alex Muscat : Ifhimni nahseb dik il-konkluzjoni b’mod finali tinqata’ meta l- proceduri kollha . . .
Imh. A. Lofaro : Le, le, politikament qed nitkellmu mhux kriminalment.
Mhux qed nidhlu fiha.
Dr. Alex Muscat : Il-fatt li storikament ahna kellna kazijiet magguri f’pajjizna illi ma waslux f’dan l-istadju, bhala pajjiz issa mhux qed nitkellem b’mod politiku u partiggjan.
Imh. A. Lofaro : Le, le, le.
Dr. Alex Muscat : Bhala pajjiz nahseb kienet zvolta mportanti. Imh. J. Said Pullicino : Kif inhi zvolta din l-Inkjesta.
Dr. Alex Muscat : Bla dubbju. Imh. M. Mallia : Grazzi.
Imh. A. Lofaro : Nirringrazzjawk. Dr. Alex Muscat : Grazzi.
Imh. A. Lofaro : Thank you.