Xhieda ta’ Arnold Cassola – 8 ta’ Frar 2021

Xhieda ta’ Arnold Cassola – 8 ta’ Frar 2021

Differita 28 ta’ Gunju 2006


L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum it-Tnejn 8 ta’ Frar 2021, fis-2:30 p.m. fit-Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.


Xhud Prof Arnold Cassola iben il-mejtin Albert-Maria u Ethel-May nee` Marks, imwieled Ta’ Sliema u residenti Swieqi bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid :


Chairman Imhallef M Mallia :

Inti tlabt li tigi hawnhekk;


Ix-Xhud :

Iva.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghandek xi informazzjoni x’ ittina? Xi dokumenti?


Ix-Xhud :

Iva, jiena xtaqt nigi hawn sabiex nuri kif ga minn l-2013 rapprezentanti ta’ l- istat ibbazati f’ Kastilja flimkien ma’ awtoritajiet ta’ l-istat ghamlu minn kollox biex jiffacilitaw l-interessi ta’ rapprezentant ta’ Electrogas u tal-Quad Towers, u dan ghamluh permezz ta qerq, inganni, habi u anki gideb. U allura dawn taw access kwazi limitat ghal Kastilja lil dan ir-rapprezentant ta’ dawn iz-zewg ditti nghidulhom, li dak li jkun imbaghad jispacca hossuhom omnipotenti li jista’ jaghmel kollox ghax jaf li l-bibien kollha miftuhin; jista’ jidhol u jaghmel li jrid fejn irid Kastilja. Jiena, almenu, mid-dokumenti li hargu, hemm almenu 27 darba ta’ laqghat ufficjali f’ Kastilja; imma naf li kien hemm laqghat – ‘laqghat’!, inkontri ohrajn go Kastilja ma’ nies ohra. U dan jaghtik sens ta’ omnipotenza li fl-ahhar kollox kwazi isir lecitu fil-hajja.

U jekk trid nibda nesponi bil-kazijiet li tridu; sakemm ma tridux isaqsuni intom. Jien kieku kont nibna mal-ewwel ..


Imhallef J Said Pullicino :

Qabel tkompli Prof, qabel tkompli ..

Ix-Xhud :

Ghidli


Imhallef J Said Pullicino :

La qed nixhdu rridu nixhdu fuq il-fatti kif nafuhom ahna


Ix-Xhud :

Yes.


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri fejn kont involut inti jew fejn kellek informazzjoni diretta inti.


Ix-Xhud :

No. Direttament ma ghandi xejn; fejn jien involut assolutament direttament xejn. Li jiena ghamilt f’ dawn is-sentejn waqt li qghadt insegwi l-affarijiet li johorgu u nipprova nuza l-metetologija ta’ ricerka li nuza fix-xoghol tieghi akkademiku li which is investigative, l-ewwel nett ippijsjajt kollox f’ mod kronologiku ghax imbaghad meta taghmilhom b’ mod kronologiku tista’ tibda tara kif jiffitjaw, l-affarijiet ma kienux kumbinazzjonijiet. Imbaghad ghamilt freedom of information requests abbazi ta’ certi affarijiet li minnhom hargu certi ittri, certi dokumenti, li ma nafx intom kellkomx access ghalihom; u minn dawn johorgu l-gideb, l-inganni etc.


Imhallef J Said Pullicino :

U d-dokumenti u ittri li rcivejt huma…


Ix-Xhud :

Bghattilkom kollox f’ dan id-dossier kollu


Imhallef J Said Pullicino :

Dak kollox sew, qieghed hawn. Fejn jidhlu l-ittri u ovvjament il-messaggi etc, dawk huma prova fihom infushom


Ix-Xhud :

Naturalment, jigifieri jien kull ma ser nghidilkom huwa ddokumentat bl- original.


Imhallef J Said Pullicino :

F’ dak il-kuntest trid tinkwadra ..


Ix-Xhud :

Mhux hekk? Biex naraw l-istat kellux sehem, hux hekk?… fl-atmosfera.

Hemm dokument li huwa x-xhieda tieghi; li huma hdax-il pagna. Imbaghad ghandkom supporting document (mhux qeghdin fl-ordni li suppost), imma jiena ha nispjegahom. Ix-xhieda tieghi l-ahhar wiehed; l-ahhar 11-il pagna.

Intitolat ghal xhieda Inkjesta assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-ewwel haga li rrid nibda biha hija kwistjoni ta’ l-Imriehel High Rise, li din kienet hadma enormi li inhadmet anke minn go Kastilja direttament. Allura l- ewwel irridu immorru lura ghat-25th Novmber 2013 meta l-Planning Authority, dak iz-zmien kienet ghadha l-MPEA, harget a public consultation dwar il-high rises. Jigifieri z-zoni ta’ Malta li ghandhom jitqiesu fejn jista jsir il-high rise. U fost dawn kien hemm hames lokalitajiet: Marsa, Msida, Gzira, Pembroke jidhirli, hamsa. Ma kienx hemm l-Imriehel. Harget ghal public consultation on the 25th November 2013 u ghalqet ghal pubbliku on the 24th January 2014. Il-publiku kellu zmien jikkummenta fuq dawn il-high rises l- opinjonijiet tieghu. Sitt gimghat wara li ghalqet, ir-rapprezentant tal-Quad, illum il-Quad u ta’ l-Electrogas, mar jiltaqa’ mas-Segretarju Parlamentari tal- Planning dak iz-zmien li kien Michael Farrugia. Iltaqa’ mieghu ghal sitta u ghoxrin (26) minuta filghodu minn 9:27 sa 9:53 filghodu. Ftit minuti wara din il-laqgha b’ kumbinazzjoni, jekk mhux siegha wara l-Ministru Farrugia jikteb lill-Planning Authority u jghidilhom li ghandhom idahhlu lill-Imriehel fil- High Rise areas. Dan wara li ghalqet il-konsultazzjoni pubblika minghajr hadd ma jaf biha u hadd ma jista’ jikkummenta fuqha. Fl-24 ta’ Mejju 2014 jigifieri xahrejn wara piu` o meno, din il-policy giet adottata mill-Planning Authority u adottata bl-Imriehel fiha, minkejja li l-Perit Montesin membru tal-Bord gibed l-attenzjoni tal-Bord u qalilhom din isma’, din dahlet seba’ gimghat wara li ghalqu l-proposti. Nonostante dana ghaddhiet xorta. Skandlu fuq l-iskandlu min kien qed jiddiskuti fil-Planning Authority dwar jekk ghandhiex tidhol l- Imriehel jew le?.. is-Sur Paul Apap Bologna li inzerta b’ kumbinazzjoni Alla Ibierek a partner ma’ dan ir-rapprezentant li qed nghidilkom.. mhux qed insemmi ismu, imma nimmagina li kulhadd qed jifhem min hu, all right?. partner mieghu f’ dan il-progett. Jiddiskuti, dahal tard ghall-laqgha, imma Alla Ibierek fil-minutes ghandkom il-minuti hemmhekk annessi, ghandkom il-hin x’ hin dahal, dahal in time ghad-diskussjoni dwar il-high rise u Alla Ibierek hallewh jivvota wkoll!


Imhallef J Said Pullicino :

Professur, evita il-kummenti. Hu pacenzja tina l-fatti biss, ghaliex il- kummenti..


Ix-Xhud :

Huwa fatt; hallewh jivvota.


Imhallef J Said Pullicino :

Iva imma l-kumplament huwa kumment, all right?

Ix-Xhud :

Li jivvota huwa kumment?


Imhallef J Said Pullicino :

Le, x’ tahseb inti jibqa’ kumment


Ix-Xhud :

Mhux x’ nahseb jien; hallewh jivvota qed nghidlek


Imhallef J Said Pullicino :

Inti ghid li hallewh jivvota.


Ix-Xhud :

Li hallewh jivvota ehe. Issa jien irrid nghidilkom ukoll li mela sar dan kollu u dan sar b’ qerq, u li s-CEO jew x’ jghidulu.. tal- Planning Authority ta’ dak iz- zmien huwa Johann Buttigieg, kien Johann Buttigieg li naturalment huwa a politically appointed pedina ta’ Joseph Muscat. Dak kien l-ewwel episodju.


Mela issa ghandna Mriehel dahal fiz-zoni high-rise. It-tieni wiehed jirrigwarda l-Electrogas. L-Electrogas, apparti affarijiet ohra li mhux ser insemmi, inghatat preferential treatment minn l-OHSA mill-Health and Safety Authority. Il-Health and Safety Authority, fit-2015, fid-9 ta’ Settembru 2015 sabet illi kien hemm l-irregolaritajiet fil-bini ta’ l-Electrogas, l-impjant ta’ l- Electrogas il- gdid, u kien hemm perikoli serji li jwaqqfu x-xoghlijiet ta’ l- Electrogas. Minn email ta’ din il-persuna rapprezentanta tal-high rise tal-Quad u ta’ l-Electrogas, wiehed minn l-owners hawn insomma, nafu qed nghid lil Catherine Halpin qed jibaghtilha u jghidilha – isma’, don’t worry ta’, ghax dahal Ministru jikkalma lil tal-health and safety. Jigifieri jiena.., ma nistax naghmel kumment, imma li dik jekk hemm il-perikolu u tikkalmahom!, anyway.

Mela ghandna Ministru; mhux bizzejjed. Qed jghidilhom ukoll – and we have a friend inside OHSA a friendly figure, li ser jibghatilna an unofficial visit. Jigifieri dana avzat minn qabel minn l-OHSA, awtorita` ta’ l-istat din eh!, bhal ma hi l-awtorita` ta’ l- istat il-Planning Authority qabel, all right? Avzat l- Aawtorita` ta’ l-istat li dawn ser jibaghtulu taparsi surprise visit. Mela dan huwa l-kaz ta’ ghedna ta’ l-Electrogas. U f’ kaz iehor irrid infakkar ukoll li mbaghad f’ Mejju tat-2017, 24th May, il-gvern ta’ Malta b’ mod sigriet, b’ mod sigriet iddecieda li jestendi garanzija ta’ tliet mija u sittin miljun loan lill- Electrogas. Dejjem b’ mod sigriet. Dawn huma kollha atti li jiffavorixxu.., ma nafux ghal liema raguni, lil din il-persuna li hija r-rapprezentanta ta’ high rise, tal-Quad u ta’ l- Electrogas.

Nghaddi ghal Quad Towers it-tielet episodju. L-ewwel nett skuzawni ukoll, dwar l- Enemalta, ghax jiena lanqas stajt norqod; qomt filghodu sibt il-gazzetti

u ‘mnalla ma kontx ghadni bghatthomkom. Irrid inzid din issa jigifieri wkoll, li f’ Jannar 2015 l-Enemalta tqalla’ erbgha punt sitta miljuni a profitt, all right? lill-rapprezentant – is-soltu rapprezentant ta’ l-Electrogas u tal-Quad Towers minhabba omissjonijiet u nuqqas ta’ due diligence rigward il-progett ta’ Montenegro, ok? Irrid infakkarkom ukoll li dik il-firma ta’ Michael Farrugia, f’ dik l-ittra, dik tfisser giet mitejn miljun profitt eh! Ghax dik kienet zona under less than 10 stories, issa ser itellghu 18 stories ..


Imhallef J Said Pullicino :

..


Ix-Xhud :

Mhix opinjoni. Its 18 times 10


Imhallef J Said Pullicino :

Kompli.


Ix-Xhud :

Ok. Il-Quad Towers hawnhekk ghandna gidba ohra oxxena minn Transport Malta, mill-gdid Awtorita` tal-gvern, ghandkom hemm issa skoprejt l-ittra originali. Transport Malta, fil-25 ta’ Ottubru 2016 f’ korrispondenza ufficjali qalet li kienet lahqet diga` agreement mal-Quad Developers (qed nikkwota) with regards to the financial contribution by the developer for infrastructural works. Jigifieri qalet li kellha diga` ftehim mal-Quad ghal dak li kellhom ihallsu ghall-infrastructure etc. Meta jien mort nivverifika niskopri li din hija gidba fahxija. Ghaliex l-agreement biex dwar x’ kellhom ihallsu kumpens ghall-Quad ghall-infrastruttura gie ffirmat ix-xahar ta’ wara fl-10 ta’ Novembru 2016; jigifieri dawn jew veggenti jew ma nafx xiex! Jigifieri metait-Transport Authority kitbet lill-Planning Authority li kellhom ga ftehim fuq kemm iridu ihallsu ta’ l-infrastruttura tal-Quad kienu qed jigdbu, they lied. Ghax dik imbaghad il-kuntratt ghamluh 15 days later, 15-il gurnata wara. U naturalment apparti dak, tridu taraw it-trattament preferenzjali. Jigifieri f’ dan il-kuntratt issa hemm li l-Quad ihallsu fifty thousand Euros, ma noqghodux niddiskutu l-entita` tas-somma, meta mhux dak inhar stess, meta xi darba jkun hemm master plan ghall-Imriehel. Sal-lum stess ghad hemm ma hemm l-ebda master plan ghall-Imriehel, sal-lum lanqas thallas sold min-naha tal-Quad. U ghadhom jiddiskutu u jigdbu Ian Borg u Frederick Azzopardi, jekk tmorru fil- website tal-Graffiti taraw il-gideb kull tlett ijiem kif ibiddlu l-verzjoni biex jaghmlu l- flyover biex jaqdu lil tal-Quad tas-central link kollu ..


Imhallef J Said Pullicino :

Professur, ma ahniex niddiskutu l-progetti u t-tahwid u mhux tahwid ..

Ix-Xhud :

Jekk il-progetti huma kawza ta’ dan kollu!!


Imhallef J Said Pullicino :

Le, imma ahna ghandna terms of reference cari. Ha kunu qed nghidu t-tajjeb ghax inkella imbaghad wara jkollna l-problemi. Dak illi qed tixhed inti l-fatti li minnhom johorgu relevanti ghal din l- Inkjesta taghna naghtu kashom.


Ix-Xhud :

Hekk hu.


Imhallef J Said Pullicino :

L-ohrajn ghalina qeghdin hemmhekk, huma x’ inhuma. Ma jinteressaniex. Ghax inkella noqghodu naghmlu…


Ix-Xhud :

Tafu li.., mela, it-Transport Malta li taghha u kien il-president jew CEO, x’ jghidulu, James Piscopo, skanjozz iehor tal-Prim Ministru .. political of trust, all right?, gidbet. Jigifieri dawn iridu kieku jitilghu kollha bi spergur, fil- fehma.. opinjoni, skuzawni. Imma all right? Gidbet li kien hemm diga` x’ jismu ffirmat. It-trattament privileggjat ikompli aktar meta.., (u dina ma stajtx insib id-data sfortunatament), meta l-Quad area giet iddezinjata bhala special designated area. Issa special designated area f’ Malta jfisser li x-xerrejja jkollhom l-istess drittijiet ta’ Maltin, ta’ cittadini Maltin. M’ hemm l-ebda limitazzjoni ghal cittadini barranin, kemm ta’ l- EU u kemm ta’ barra minn l- EU. U dak ifisser naturalment miljuni ohra kbar li hiergin ta’ vantagg.


Nghiddi ghar-raba’ punt li nfakkar naturalment li wkoll id-datament specjali tal-Planning Authority huwa c-Chairman Johann Buttigieg, ga semmejnih. Ir- raba’ punt huwa.. din kif jista’ ikun li dan is-sinjur rapprezentant ta’ dawn iz- zewg ditti li ghandu wkoll it-Tumas Gaming. Tumas Gaming instabu li kienu skorretti fl- affarijiet taghhom u ittellghu l-qorti. U kellu jitla’ jixhed fil-qorti fil-kawza is-CEO tal-Gaming is-Sur Joseph Cuschieri. Is-Sur Joseph Cuschieri meta ghad irid imur jixhed fil-kawza kontra dawn ir-rapprezentanti jaccetta vjagg gratis Las Vegas…..


Imhallef J Said Pullicino :

Dottore, again,


Ix-Xhud :

Fatti dawn.

Imhallef J Said Pullicino :

… ghax inkella ser ikollna inwaqqfuk li tixhed. Ma ghandu x’ jaqsam xejn ma’ l-kumplament ta’ l-Inkjesta taghna, tajjeb? Issa l-kwistjoni mhix kwistjoni..


Ix-Xhud :

….il- kwistjoni jekk l-istat iffavorrixiex.. jekk l-istat iffavorixxiex l-affarijiet..


Imhallef J Said Pullicino :

Professur, ahna nhalluk tixhed, imbaghad nghazlu ahna


Ix-Xhud :

U iva..


Imhallef J Said Pullicino :

Imma hemm barra mhux hekk tidher. U allura ahna ma rridu lil hadd li jhawwad haga ma’ l-ohra; tajjeb? Iffoka, u inti kapaci, iffoka fuq it-terms of reference taghna. X’ ghamel is-Sur Cuschieri wara fuq affarijiet ohra ghalina sekondarju hafna, all right? Jigifieri.


Ix-Xhud :

All right. Dak ovvjament hija prerogattiva taghkom u li jiena ma nistax niddecidielkom, imma..


Imhallef J Said Pullicino :

Imma x-xhieda ahna immexxuha.


Ix-Xhud :

Iva, mhux ovvja! Hlief meta jigi xi hadd minn Burmarrad. Imma is-Sur Cuschieri huwa president ta’ awtorita` ta’ l-istat. Ma huwiex Mr so and so!


Imhallef A Lofaro :

Ma jirrizulta li ghandu l-ebda konnessjoni, s’ issa hadd ma qal li ghandu xi konnessjoni b’ xi mod jew iehor anke remota ma’ l-assassinju la qabel u lanqas wara.


Ix-Xhud :

Mhux ma’ l-assassinju ..


Imhallef J Said Pullicino :

Mela ghalina irrelavanti ..

Ix-Xhud :

Qed nghidu ta’ l-awtorita` ta l-istat ; imma ghalikom mhux…; its up to you


Imhallef A Lofaro :

Imma hu semma l-culture of opinion; semma dik eh! U dik importanti.


Ix-Xhud :

Mela jiena jigifieri nista’ nasal il-mod..; il-connections jiena ili sentejn fuqhom ta’ dawn mhux illum gejt! Mela ..


Imhallef J Said Pullicino :

Ghax il-problema hi li kieku inti gttj hawnhekk u ghedtilna fatt li tafu inti, allura nghidlek iva jista’ jkun utili ghal kultura ta’ impunita`, ta’ hekk, ghax tafu inti. Imma li tghidli hawnhekk.


Imhallef A Lofaro :

…fuq l-impunita`


Ix-Xhud :

Nafu jien


Imhallef J Said Pullicino :

Imma konkluzjoni fuq dak li taf tista’ tkun tieghi u tista’ ma tkunx. Imma ghalina mhux hekk. Ahna irrid il-fatt li jikkoncerna preciz …


Ix-Xhud :

… mid-dokumenti


Imhallef J Said Pullicino :

Iva; fejn ghandek id-dokument, fejn ghandek l-email daka .


Ix-Xhud :

Hemm, kollha hemm qeghdin. Insomma, mela dan kollu huwa evidenti li kien hemm intervent ta’ l-istat biex jiffavorixxu din il-persuna. Evidenzi ghal fatt li anke f’ din l-Awla stess saru hafna atti ta’ spergur u jiena tlabt lill- Kummissarju biex jaghmel inkjesta u l-Kummissarju fetah inkjesta biex jekk.., nimmagina tafu, imma jew ma tafux, ghal spergur…


Imhallef J Said Pullicino :

Dak jirrizultalna. Dak jirrizultana mir-rikors tal-Kummissarju li ghamel apposta ghax-xhieda.

Ix-Xhud :

Ehe, jiena tlabtu spergur ghal hames persuni li huma Joseph Muscat, Kieth Schembri, Mark Gasan, Paul Apap Bologna u Edward Scicluna. Ovvjament mhux kollha sperguraw! Heq, ghax huma ikkontradixxew irwiehom..


Imhallef J Said Pullicino :

Dik issa jaraha l-Kummissarju


Ix-Xhud :

Dak irid isibuhom il-Kummissarju mhux jiena.


Imhallef A Lofaro :

Jara l-Kummissarju; sewewa.


Ix-Xhud :

Hekk hu. U allura in konkluzjoni ta’ dawn l-affarijiet kollha jigifieri li semmejtilkom li appuntu jinkludu habi, qerq, gideb etc., il-konkluzjoni tieghi hija illi kien hemm iva rapprezentanti ta’ l-istat; iva kien awtoritajiet ta’ l-istat li ghal xi raguni jew ohra iffavorixxew lil dan is-shareholder ta’ dawn iz-zewg kumpaniji. U nahseb li dak huwa bizzejjed sakemm intom ma ghandkomx xi mistoqsijiet ghalija


Imhallef J Said Pullicino :

Hemm l-istatement tieghek u l-istatement tieghek ahna mbaghad nistipulaw dak illi huwa utitli, u hemm affarijiet utili.


Ix-Xhud :

Naturalment.


Chairman Imhallef M Mallia :

Intom ghandkom xi domandi? All right.


Imhallef A Lofaro :

Grazzi hafna


Ix-Xhud :

Qabel ma mmur nixtieq li nirringrazzjakom li tajtuni din l- oportunia` li nitkellmu ..


Imhallef J Said Pullicino :

Ahna ghamilna avviz pubbliku.

Imhallef A Lofaro :

Ahna ghamilna avviz.


Ix-Xhud :

Ghalhekk qed nirringrazzjakom; u rrid infakkar li kieku ma kienx ghalikom il- Prim Ministru kien jipprova jzommni illi jien nigi hawn nitkellem u jzomm lil haddiehor….


Imhallef J Said Pullicino :

Imma ..


Ix-Xhud :

Opinjoni opinjoni; m’ hemmx ghalfejn tiggudikani. Imma tajjeb li wiehed jirrikordjaha. Kieku llum fi Frar kieku jiena llum minhiex qieghed hawn kieku kien … , u ta’ min jinvestiga ghaliex il-Prim Ministru ma riedx li jigu n-nies hawn jitkellmu.


Imhallef J Said Pullicino :

Issa qed nifhmu ahjar.


Chairman Imhallef M Mallia :

Prof, ghedtilna li ma kienx ihallik titkellem il-Prim Ministru ghedtli inti?


Ix-Xhud :

U zgur.


Imhallef A Lofaro :

Ghaliex?


Ix-Xhud :

Il-Prim Ministru ried li jwaqqfilkom l-Inkjesta sal-25 ta’ Dicembru


Imhallef A Lofaro :

Eh, ghat-terminu.


Ix-Xhud :

Kieku ghaddiet tieghu, ‘mnalla li kontu intom li awtonimament iddecidejtu x’ ghandkom taghmlu kieku jien mhux qieghed hawn.


Imhallef J Said Pullicino :

Ahna naghmlu xoghlna. Ahna naghmlu xoghlna. Full stop u daqshekk.

Ix-Xhud :

Appuntu.


Imhallef J Said Pullicino :

U nipprovaw naghmluh sew; mhux dejjem jirnexxielna. Imma insomma


Imhallef A Lofaro :

Nirringrazzjawk.


Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Prof Arnold Cassola kif giet dettata minnu stess fil-prezenza ta’ l-istess xhud.


Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Saviour Scicluna Traskrittur