Xhieda ta’ Arthur Azzopardi – 3 ta’ Lulju 2020

Xhieda ta’ Arthur Azzopardi – 3 ta’ Lulju 2020

03.07.20 xhud dr. arthur azzopardi fil-miftuh

Fl-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum il-Gimgha 3 ta’ Lulju, 2020.


Dr. Arthur Azzopardi, iben Alfred u Lucia nee` Buhagiar, imwieled H’Attard u residenti Naxxar, minn jeddu, bil-Malti bil-gurament jghid:


Dr. J. Azzopardi : Mela, Dr. Azzopardi inti tlabt illi tixhed u ghamilt talba lill- Bord. Ghandi xi domandi illi l-logika twassalni biex naghmel, pero’ qabel ma naslu f’dak il-punt, tista’ tghidilna jekk kontx taf, qattx kellimt lis-sinjura Daphne?

Dr. Arthur Azzopardi : Iva, fil-fatt jiena Mrs. Caruana Galizia nemmen li kellna relazzjoni professjonali tajba hafna.

Imh. A. Lofaro : Int u hi, hux hekk?

Dr. Arthur Azzopardi : Yes, gie li kitbet fuqi fit-tajjeb u gie li kkritikatni wkoll, pero’ relazzjoni tajba hafna.

Imh. A. Lofaro : Ehe.

Dr. J. Azzopardi : Issa, qabel ma naghmel domandi relatati ma’ xoghol professjonali tieghek in konnessjoni ma’ Vince Muscat il-Kohhu . . .

Dr. Arthur Azzopardi : Iva.

Dr. J. Azzopardi : . . . nahseb tajjeb li tghid jekk ghandekx l-ezenzjoni mis- sigriet professjonali halli kullhadd . . .

Imh. A. Lofaro : Konna ha nsaqsuh kumbinazzjoni.

Dr. Arthur Azzopardi : Fil-fatt fl-awla hawn Dr. Mark Sant li hu l-avukat li qed jippatrocinja lis-sur Muscat wara li jien irrinunzjajt dan l-inkarigu u nahseb hu ghandu jaghmel il-verbal jekk inhiex rilaxxat jew le.

Imh. A. Lofaro : Dr. Sant.

Imh. M. Mallia : Imma inti trid taghmilha wkoll.

Dr. Arthur Azzopardi : Jien infurmat minn Dr. Sant li l-klijent irrilaxxani, ghax minhabba li s-sur Muscat qieghed il-habs u m’ghadnix avukat tieghu jien m’ghandix kuntatt mieghu.

Imh. A. Lofaro : M’ghandekx kuntatt mieghu issa. Dr. Sant tghidilna please? Dr. Sant: . . . (mhux jitkellem fil-microphone) . . .

Imh. A. Lofaro : Mela l-klijent tieghek qed jezentah mis-sigriet. Dr. Sant: . . . (mhux jitkellem fil-microphone) . . .

Dr. J. Azzopardi : Yes.

Imh. A. Lofaro : U inti ghalhekk qieghed hawn, le? Imh. M. Mallia : First name?

Imh. A. Lofaro : Marc.

Imh. M. Mallia : Mela deher ukoll Dr. Marc Sant li llum qed jippatrocinja lil Vincent Muscat fejn iddikjara illi l-istess Muscat qieghed jezenta lill-avukat Arthur Azzopardi li allura kien jirraprezentah, mis-sigriet professjonali.

Dr. J. Azzopardi : Ok. Mela ejja nibdew kronologikament. Fuq dan il-kaz, is-sur Muscat meta talbek tassumi l-patrocinju tieghu?

Dr. Arthur Azzopardi : Is-sur Muscat kien ga klijent tieghi fuq proceudri ohra

. . .

Dr. J. Azzopardi : Fuq dan il-kaz qed inkellmek.

Dr. Arthur Azzopardi : Meta mort inkellmu fuq dawk il-proceduri ‘l ohra, allura qed nitkellmu qisu ghal – skuzani qed nara n-notamenti tieghi just biex ma nizbaljax – kien qisu ghal nofs Marzu tat-two thousand and eighteen (2018) fejn kien staqsieni biex nispjegalu xi tfisser meta bniedem jinghata proklama. Jigifieri dak kien Marzu ta’ l-eighteen (’18), ma kienx ilu lanqas tliet (3) xhur arrestat fuq dan il-kaz dwar l-omicidju ta’ Mrs. Caruana Galizia.

Dr. J. Azzopardi : Trid nimxu allura timeline naf illi ghandek id-dati pjuttost cari f’mohhok. Spjega lill-Bord x’gara minn Marzu ‘l hemm sakemm tista titkellem fil-miftuh – ghax imbaghad ha jkun hemm parti fejn ha jkollha bilfors issir bil-maghluq minn habba l-Official Secrets Act. Mela Dr. Azzoppardi.

Dr. Arthur Azzopardi : Ehe dan prattikament Marzu wzajnieh kollu kemm hu fejn effettivament spjegajtlu xi tfisser il-ligi u x’tghid il-ligi dwar il- proklama u l-obbligi li jkunu marbuta maghha meta bniedem

jinghata mahfra Presidenzjali u effettivament ukoll kif tahdem – fis- sens it-talba kif trid issir, l-awtorizazzjoni minn min tinghata, jigifieri mhux il-procedura kollha li l-President jircievi ittra u jaqbad u japprova imma li ghandek ovvjament l-Attorny General involut fil-vesti tieghu bhala Public Prosecuter, il-Ministeru tal-Gustizzja, aktarx iva milli le l-Kabinett u mbaghad fl-ahhar jekk il-parir ikun favorevoli l-President tar-Repubblika. Dik hadet daqsxejn zmien mhux hazin. Minn hemmhekk imbaghad . . .

Imh. V. Said Pullicino : Tkellem ftit bil-mod. Inkella ma jkunux jistghu jittraskrivu . . .

Dr. Arthur Azzopardi : Skuzani. Skuzani Sur Imhallef. Imh. A. Lofaro : Kemm hadet zmien? Kemm?

Dr. Arthur Azzopardi : Dik wasslitna bejn wiehed w iehor sa l-ahhar ta’ April, il-bidu ta’ April ‘il ghaliex effettivament fl-ghaxra (10) ta’ April infurmajt b’din il-pozizzjoni u d-decizjoni li kien ha s-sur Muscat lill- pulizija, direttament lill-Ispettur Keith Arnaud. Tghidli kull ma qed issemmi hmistax, tliet gimghat, pero’ kienu hmistax, tliet gimghat intensivi li prattikament kont qed immur il-habs narah kwazi kulljum, biex ma nghidx kulljum jigifieri. Minn hemm ovvjament l- Ispettur Arnaud naturalment ghamel certu domandi biex jibda jiggejgja jekk hijiex intenzjoni genwina minn naha tas-sur Muscat. Kemm hu vera, wara l-ewwel inkontru tieghi mieghu fl-ghaxra (10) ta’ April ergajt mort ghand is-sur Muscat narah il-habs l-ghada, hdax (11) ta’ April. Ergajt iltqajt mas-sur Arnaud fit-tnax (12) – skuzani, Marzu. April, April, April. Skuzani. Fit-tnax (12) ta’ April ergajt iltqajt mas-sur Arnaud fejn effettivament spjegajna effettivament li dan rejalment ried jikkopera u jikkollabora. Difatti fit-tlieta u ghoxrin (23) ta’ April tas-sena elfejn u tmintax (2018) sar l-ewwel inkontru bejn l-Ispettur Keith Arnaud u Vincent Muscat gewwa d-Depot. Dak l-ewwel inkontru. It-tieni nkontru sehh fl- erbgha u ghoxrin (24) ta’ April, l-ghada, bejn is-sur Muscat u l- Ispettur Arnaud fejn ovvjament kien qed jikkopera u jikkollabora sod. Jigifieri mhux qed nitkellmu fl-arja. Dettalji rejali li nahseb illum il-gurnata kullhadd jaf x’kien ir-rizultat taghhom.

Imh. M. Mallia : Irrepeti d-data please ha nkunu . . .

Dr. Arthur Azzopardi : L-ewwel inkontru bejn is-sur Muscat u s-sur Arnaud kien fit-tlieta u ghoxrin (23) ta’ April two thousand and eighteen (2018).

Imh. M. Mallia : April two thousand and eighteen (2018).

Dr. Arthur Azzopardi : It-tieni nkontru bejniethom kien fl-erbgha u ghoxrin (240 – l-ghada.

Imh. A. Lofaro : L-ghada.

Dr. Arthur Azzopardi : Nelfrattemp, dan issa kienet fegget problema ohra fejn gie appuntat guri fi proceduri ohra kontra s-sur Muscat fejn is- sur Muscat kien qed jinsisti li jekk dak il-guri ha jibda, effettivament hu mhux se jkompli bil-kollaborazzjoni tieghu. Kemm hu veru kont ipprezentajt f’isem is-sur Muscat kawza Kostituzzjonali li kienet fil-Prim Awla quddiem – preseduta mill- Imhallef Padovani Grima. Kawza ma bdietx ‘il ghaliex kien intlahaq ftehim ma l-Ufficcju ta’ l-Avukat Generali u kienet dik il-kawza giet irtirata ‘l ghaliex konguntament – jigifieri jiena u l-Ufficcju ta’ l- Avukat Generali personalment Dr. Philip Galea Farrugia li fl-ebda hin u fl-ebda stant qatt ma jista’ jkolli xi forma ta’ lment fuqu – jigifieri a true professional Dr. Galea Farrugia and a true prosecutor u effettivament il-guri li kien ha jigi appuntat ghall- habta ta’ Mejju kontra s-sur Muscat, dak gie deferit ukoll u allura s-sur Muscat kompla. Li gara huwa mbaghad . . .

Dr. J. Azzopardi : Dr. Azzopardi meta ltqjat – meta Vince Muscat u l-Ispettur Arnaud iltaqghu twenty third (23), twenty fourth (24) April two thousand and eighteen (2018) issemma l-isem ta’ Melvin Theuma?

Dr. Arthur Azzopardi : Kien hu li qallhom b’Melvin Theuma. Il-pulizija sa qabel it-twenty third (23) April, kullma kienu jafu bl-ezistenza tal- persuna bl-isem ‘M’. Issa jekk hux Mark, Matthew no idea jigifieri, ma kellhom xejn. Is-sur Muscat li tahom id-dettalji kollha min hu. Jigifieri jistghu jghidu li jridu l-korp tal-pulizija – imma din hi l- verita. Jigifieri they were aloof, jigifieri ma kienux jafu. Ma kellhom idea ta’ xejn. Kull ma kellhom li hemm xi hadd bl-isem ‘M’ minhabba telefonata bejn xi hadd mill-ahwa Degiorgio ma xi hadd iehor li semmew dan l-isem ‘M’ … kien is-sur Muscat. Minn hemm ovvjament min ghandu daqsxejn sens f’mohhu seta’ mill-

ewwel jaghmel il-one plus one bejn Melvin Theuma u min baghtu. Jigifieri ghalija kienet cara fis-sens pero’ ma nafx x’ghamlu l- pulizija. Di fatti tant il-pulizija kienet qieghda temmen fil-kelma tas-sur Muscat u l-kontribut taghhom, illi jiena nfurmat illi lejn l- ahhar ta’ April tat- two thousand and eighteen (2018) il-korp tal- pulizija, jigifieri qed nitkellem il-Kummissarju tal-Pulizija dak iz- zmien Lawrence Cutajar, id-Deputat Kummissarju Silvio Valletta u l-Ispettur Keith Arnaud kellhom laqgha Kastilja li jien infurmat li prezenti ghaliha biss kien hemm prezenti tnejnn (2) min nies . . .

Imh. M. Mallia : Meta tghidli nfurmat? Imh. A. Lofaro : Minn min?

Dr. Arthur Azzopardi : Mill-Ispettur Arnaud. Imh. M. Mallia : L-Ispettur Arnaud qallek.

Dr. Arthur Azzopardi : L-Ispettur Arnaud infurmani. Yes, yes, jigifieri . . . Imh. A. Lofaro : U min kienu t-tnejn (2) min nies?

Dr. Arthur Azzopardi : Il-Prim Ministru ta’ dak iz-zmien Joseph Muscat u c- Chief of Staff li kellu dak iz-zmien Keith Schembri.

Imh. A. Lofaro : Keith Schembri.

Dr. Arthur Azzopardi : Kemm hu vera – u hawnhekk na nikkwata x’intqal lili – illi meta s-sur Arnaud ta din l-informazzjoni, s-sur Arnaud lili nfurmani li l-Prim Ministru kkongratulah bil-bicca xoghol tajba li kien ghamel. Dik li qal lili s-sur Arnaud. Pero’ sa hemm nista’ nasal, ma nistax nghid aktar minn hekk.

Imh. A. Lofaro : Ehe.

Dr. Arthur Azzopardi : Minn hemm, ftit wara, jigifieri kwistjoni ta’ granet is- sur Muscat gie rinfaccat mill-ahwa Degiorgio waqt laqgha li huma kellhom it-tlieta (3) flimkien fil-prezenza ta’ l-avukat William Cuschieri fejn urewh bic-car li dawn kienu jafu illi dan he was spilling the beans, jigifieri . . .

Imh. A. Lofaro : Kien? Spilling the beans?

Dr. Arthur Azzopardi : Kien qed jikxef. Jigifieri mal-hagra t-tajn tista’ tghid. Jigifieri kienet kwistjoni ta’ ghal massimu hmistax (15) mhux iktar. Darba tghid tahsdek, ovvjament infurmani s-sur Muscat – imma tghid possibli, koncidenza, forsi kumbinazzjoni – imma xorta tinkwetak. Ftit iktar ‘il quddiem u allura issa nigu ghall- hamsa (5)

ta’ Lulju, dakinhar ukoll kien hemm inkontru iehor bejn l-ahwa Degiorgio u Vince Muscat fil-prezenza dejjem ta’ l-avukat William Cuschieri fejn issa effettivament is-sinjuri Degiorgio nfurmawh lis- sur Muscat li mhux biss kienu jafu li qed jikkopera imma kienu jafu wkoll fuq liema kawzi ried jikkopera. Jigifieri mhux xi haga vaga – b’certu dettalji illi ma nahsibx li hu l-post li nghidhom issa u ma nahsibx li ghandi nghidhom lanqas bil-maghluq ghax ovvjament hemm investigazzjonijiet ohra ghaddejjin. U minn hemm is-sur Muscat ovvjament kont infurmajtu u kellna ftehim dwar kif irid jinfurmani jekk tinqala’ xi haga gravi. Fil-fatt kienghamel kuntatt mieghi, tramite t-tifla tieghu. Mort narah immedjetament il-habs. Infurmani b’dan kollu – jigifieri dan l-inkontru bejni u bejn is-sur Muscat ma damx aktar minn hames (5) minuti ghax it is serious, it’s daming, jigifieri ma tistennihiex. Hrigt mall-ewwel mill-habs, cempilt lis-sur Arnaud, bqajt sejjer dritt id-depot, iltqajna jiena u hu u dak iz-zmien id-Deputat Kummissarju Silvio Valletta fejn infurmajthom – ha nkun onest ir-rejazzjoni tas-sur Arnaud flabbergasted bl-Ingliz – jigifieri dan xi hadd qisu gibidlu l-ossignu mill-pulmun jigifieri u s-sur Valletta qalilna: irridu naraw dawn minn fejn gejjin il-leaks. Ovvjament jien dak il-hin l-inkwiet kollu kien x’se jigri mis-sur Muscat. Ghax vera qieghed il-habs u relattivament protett pero’ ovvjament tibda tinkwieta. U kien minn hemmhekk is-sur Muscat ma baqax bl-ebda mod u manjiera jiekol wahdu. Ha nispjegalkom x’jigifieri. Beda jirrifjuta kull forma ta’ ikel il-habs. Beda jiekol biss ikel li tipprovdilu l-familja tieghu, pero’ l-ikel ukoll li kienet qed tipprovdilu l-familja tieghu kien qed jixxerjah ma’ inmates ohra.

IMH. A. LOFARO : Ehe.

Dr. Arthur Azzopardi : U l-inmates ohra jixxerjaw mieghu jigifieri – as a security protecton measure, ma nafx kif taqbad issejhilha. Imma ovvjament tista’ timmagina l-istress tieghu u tal-familja tieghu, tieghi wkoll – mhux ha ninheba wara subajja. U minn hemmhekk imbaghad jigi Awwissu tat-two thousand and eighteen (2018) – kien propju tmienja u ghoxrin (28) ta’ Awwissu, tat-two thousand and eighteen (2018). Kont qed nattendi funeral ta’ papa’ ta’ klient

tieghi gewwa Marsaxlokk u ezatt fil-hin ta’ l-offerti nisma’ lil xi hadd jghajjatli mill-bank ta’ wara – ndawwar rasi u nsib lil dak iz- zmien il-Ministru tal-Gustizzja Owen Bonnici. Sellimtlu, bhal speci ghaddejja l-quddiesa u talabni pero’ biex nohorgu nitkellmu barra. Hrigna nitkellmu barra. Rajtha stramba ghal l-ahhar pero’ qalbi hebritni u dan beda jghidli: jien mahfra wahda ha naghti mhux ha naghti aktar minn wahda, jekk ha naghti wahda lil Vince Muscat jekk imbaghad il-middleman ha jitkellem x’se naghmel bih? Lili qed tistaqsi? Ippruvajt nispjegalu illi l-article 211 tal-Kodici Kriminali fuq l-omicidju filwaqt li jistabilixxi l-massimu, ma jistabilixxix il-minimu. Ippruvajt nispjegalu wkoll kif jahdem l- Artiklu 31 tal-Kodici Kriminali … il-pieni, pero’ sa hemm wasalna.

Minn hemmhekk imbaghad bdew jigru certu ghajdut fit-triq, sejhilha l-under world, sejhilha fic-crieki ta’ kriminalita’ illi effettivament dan kien hemm riskju fuq il-hajja tas-sur Muscat jigifieri. Fosthom u mhux biss li effettivament tigi mmankata wahda minn uliedu, ghax hu ghandu zewgt (2) ibniet, billi jintefa xi actu f’wiccha – li ovvjament tista’ timmagina l-istat ta’ paniku, tieghi, tieghu, l-familjari tieghu. Biex nghid kollox, il-familjari tas- sur Muscat ma kienux aware mill-bidu, jigifieri din kollu saru jafu biha very late in the day, jigifieri kien ga dahal is-sajf tajjeb. Ghax dak kin il-ftehim u l-arrangament mas-sur Muscat li l-familjari tieghu kemm jista’ jkun ma ninfurmawhomx biex ma nallarmawhomx. Pero’ mbaghad meta giet din is-sitwazzjoni bilfors kellna nghidulhom biex jippruvaw jaraw kif ha jipprotegu lilhom infushom fis-sens. Minn hemm imbaghad kien hemm – ippermettuli sekonda wahda – kien hemm inkontru jiena, s-sur Arnaud u l-Kummissarju ta’ dak iz-zmien Lawrence Cutajar – fil-fatt din kienet grat qabel il-funeral ta’ Marsaxlokk. Niskuza ruhi. U kienet fis-sitta (6) ta’ Lulju ta’ l-eighteen (’18) fejn hemmhekk konna diga bdejna nisimghu bit-theddid fuq il-hajja tas-sur Muscat. Ma kienux ghadhom daqshekk cari x’tip ta’ theddid.

Imh. M. Mallia : Nineteen (’19) ghidtli?

Dr. Arthur Azzopardi : Eighteen (’18), eighteen (’18). Imh. M. Mallia : Eighteen (’18).

Imh. A. Lofaro : Eighteen (’18). Lulju.

Dr. Arthur Azzopardi : Skuzani, sitta (6) ta’ Lulju eighteen (’18) qabel il- funeral.

Imh. A. Lofaro : Ehe eighteen (’18).

Dr. Arthur Azzopardi : Dan kollox fl-eighteen (’18) ghadni ghalissa. Hemmhekk konna qeghdin nisimghu li hemm theddid fuq il-hajja tas-sur Muscat – fis-sens li anke jekk ma tismaghhomx pero’ taf illi n-nies jafu li inti qed tikxef, one plus one kullhadd kapaci jaghmlu. Biex id-diskors ikun car – minn fejn ken gej it-theddid – min kien irid jaghmel hsara lil Vincent Muscat jiena ghadni sa issa ma nafx min. Jigifieri ma nistax nippunta subajja dak, dik, dawk jew l-ohrajn, ma nafx. Is-sur Arnaud, jiena u l-Kummissarju ta’ dak iz-zmien konna ltqajna fl-ufficcju tal-Kummissarju tas-sur Lawrence Cutajar, fejn b’insistenza kbira naturalment is-sur Arnaud kien qed jitlob biex sia jiena u s-sur Muscat ninghataw protezzjoni. Is-sur Cutajar kien irrejagixxa billi qal : imma jekk ha naghtikom protezzjoni allura ha nikkonfrmaw li vera l-Kohhu qed jikxef. Sur Imhallef hekk qalli. Ma nistax nghid mod iehor u grazzi ghall-insistenza ta’ l-Ispettur Arnaud, is-sur Cutajar talab lili biex nipprovdilu l-indirizz tad-dar tieghi, ta’ l-ufficcju tieghi, d-djar tas-sur Muscat, tal-mara tieghu u ta’ wliedu u l-postijiet tax-xoghol taghhom biex ikun jista’ jigi zgurat li l-patrol ta’ l-RIU li ssir fit-torq ta’ Malta kollha f’dawn it- toroq issir iktar regolari. Is-sur Arnaud kien insista illi l-ufficjali ta’ l-RIU meta jaghmlu dawn il-patrols jkollhom logbook apposta jiffirmaw u jiddikjaraw biex ikun hemm kontrol fuqhom pero’ s-sur Cutajar hass li din ma kelliex tkun. Bhal speci ma hemmx ghalfejn, ma hemmx bzonnhom. Iktar ‘il quddiem u allura issa naqilbu ghan-nineteen (’19) it-theddid fuq il-hajja tas-sur Muscat zdied mhux ftit . . .

Imh. A. Lofaro : Imma dan jigifieri fejn kontu tisimghuh?

Dr. Arthur Azzopardi : Sinjura bhal ma l-gurnalisti u l-pulizija ghandhom is- sources of information taghhom, avukat fid-difiza wkoll, in criminal defence, wkoll ikollu.

Imh. A. Lofaro : Ok.

Dr. Arthur Azzopardi : Jigifieri dan ikollok klijenti illi tkun qed tassistihom f’xi kawza . . .

Imh. A. Lofaro : Int ikollok certu connections.

Dr. Arthur Azzopardi : Ghax jisimghu. Jigifieri dawn huma n-nies li kienu qed jinfurmawna bit-theddid fuq il-hajja tas-sur Muscat huma, ha nsejhulhom hekk, hbieb tas-sur Muscat li jridju jghinuh u ma jistghu jaghmlu xejn minn naha taghhom.

Imh. A. Lofaro : Hekk hu, ehe, mhux hekk.

Dr. Arthur Azzopardi : Il-pulizija ssolvi l-kazijiet, meta trid bl-informers, id- drug squad b’hekk ghandha rizultati eccellenti.

Imh. A. Lofaro : Kienu sors illi toqghodu fuqhom jigifieri dawn.

Dr. Arthur Azzopardi : Sinjura li nista’ nghidlek hi li dawn is-sorsi plurimi, dak kollu li qalu u li wasslu fuq il-kaz ta’ l-omicidju ta’ Mrs. Caruana Galizia, time is proving li dejjem kellhom ragun f’kollox.

Imh. A. Lofaro : All right.

Dr. Arthur Azzopardi : Ma zbaljawx f’wahda li hi wahda sa issa. Jigifieri . . . Imh. A. Lofaro : Fhimt.

Dr. Arthur Azzopardi : Jigifieri ma nistax nghid mod iehor ghax hekk hi. Imh. A. Lofaro : Ehe.

Dr. Arthur Azzopardi : Iktar ‘il quddiem dan it-theddid beda jizdied fuq il- hajja tas-sur Muscat u mhux ftit, difatti – difatti nhar is-sebgha (7) ta’ Ottubru nineteen (’19) kont ergajt kellimt – bghat anke e mails fejn tlabt appuntament mas-sur Cutajar propju minhabba l- protezzjoni ghal hajja tas-sur Muscat u l-familjari tieghu. Fil-fatt il- laqgha saret nhar il-hdax (11) ta’ Ottubru tan-nineteen (’19). Kont prezenti ghaliha jiena, s-sur Lawrence Cutajar, dak iz-zmien id- Deputat Kummissarju Charles Magri u dak iz-zmien l-Assistent Kummissarju Nezrin Grixti, fejn l-Assistent Kummissarju Nezrin Grixti dak iz-zmien kien responsabli mill-RIU u kien ikkonfermali illi effettivament l-ordni tal-frequent patrols, allura dik illi s-sur Arnaud kien insista ghaliha nhar is-sitta (6) ta’ Lulju ta’ l-eighteen (’18), dik kienet qieghda ssehh.

Imh. A. Lofaro : Ehe.

Dr. Arthur Azzopardi : U ergajt hrigt bl-istess rizultat. Jekk hemmx iktar theddid fuq il-hajja tas-sur Muscat ma nafx.

Imh. A. Lofaro : Ma smajtx imma?

Dr. Arthur Azzopardi : Jien ma smajtx b’aktar theddid fuq il-hajja tas-sur Muscat, pero’ l-Inglizi jghidu revenge is best served cold.

Imh. A. Lofaro : Forsi ghax ma ghadekx tippatrocinah?

Dr. Arthur Azzopardi : Jista’ jkun u aktar iva milli le nemmen li dik ir-raguni.

Pero’ . . .

Imh. A. Lofaro : Meta waqaft tippatrocinah?

Dr. Arthur Azzopardi : Imbaghas Sinjura irrinunzjajt ghall- patrocinju fl- erbgha u ghoxrin (24) ta’ Ottubru tan-nineteen (’19). Kienet decizjoni li hadna bhala law firm, illi dan prattikament l-istress levels ta’ dan it-theddid kollu li kien qed jghaddi lis-sur Muscat . . .

Imh. A. Lofaro : Minhabba t-theddid.

Dr. Arthur Azzopardi : . . . kienu ta’ livelli fenomenali. Jigifieri ahna bhal ufficcju, bhala partners ma konniex qeghdin niffunzjonaw to the best of our abilities, ma stajniex.

Imh. A. Lofaro : Ehe.

Dr. Arthur Azzopardi : It was – jigifieri l-livelli tal-pressjoni tieghi baqghu tilghin. Iktar tard fit-twenty twenty (2020), fil-bidu tat-twenty twenty (2020) kont ghadni ma gejtx f’tieghi jien bil-pressjoni kif kienet u anke jiena baghtejt attakk ta’ artial fibrillation – ghamilt sitt (6) ijiem l-isptar ‘il ghaliex qalbi kienet tilghab.

Imh. A. Lofaro : Bl-istress.

Dr. Arthur Azzopardi : Vera ma ghadnix nippatrocinah pero’ l-hsibijiet hemm jibqghu. Ma nafx Dr. Azzopardi ghandux xi domandi ohra.

Dr. J. Azzopardi : As far as the public parties concerned minn naha tieghi ma jista jigi xejn iktar f’rasi. Ovvjament jara l-Bord, pero’ mbaghad hemm xi domandi li jridu jsiru minhabba certi affarijiet illi Dr. Azzopardi ghamel in liaison with other autorities illi nahseb ghandha tkun bil-maghluq. Ghax – halli ma nghidx . . .

Imh. M. Mallia : Jigifieri ha nara fhimx sew. L-ewwel darba li l-pulizija saru jafu bl-isem ta’ Melvin Theuma kien fit-tlieta u ghoxrin (23) . . .

Dr. Arthur Azzopardi : Twenty third (23) April, eighteen (’18). Imh. M. Mallia : Two thousand and eighteen (2018).

Dr. Arthur Azzopardi : Yes, yes. U biex id-diskors ikun car Sur Imhallef, tafni bizzejjed kull darba li dehert quddiemek bhala gudikant

prattikanti, ma noqghodx ninheba wara subajja. F’dak l-istess perjodu kienu wkoll jafu li hemm link mas-sur Yorgen Fenech.

Imh. A. Lofaro : Bejn is-sur Melvin . . .

Dr. Arthur Azzopardi : Let’s call a spade a spade jigifieri. Imh. M. Mallia : Jigifieri darba ssemma Melvin Theuma . . .

Dr. Arthur Azzopardi : Ghal min ghandu melh f’mohhu jrid jahdem, il-link . . . Imh. M. Mallia : Kienu jafu b’dak il-link?

Imh. V. Said Pullicino : Imma ghalina li ma nifhmux, li m’ghandniex melh f’mohhna . . .

Dr. Arthur Azzopardi : Le, le Sur President mhux hekk qed nghid, le skuzani. Imh. A. Lofaro : Qed jghid ghal min ikun jaf b’dawn il- . . .

Imh. V. Said Pullicino : L-informazzjoni ghaliex tahseb fil-fatt, ghax din allegazzjoni serja.

Dr. J. Azzopardi : Kif wasalt ghaliha.

Dr. Arthur Azzopardi : Melvin Theuma, Malta kollha li qieghda fl-industrija tat-taxis af li ghandu taxi, jew ahjar kellu, nimmagina li ghad ghandu, ma nafx, Portomaso. Issa biex ikollok taxi quddiem lukanda trid thallas cifra fenomenali. Issa t-taxi tas-sur Melvin Theuma dak iz-zmien mhux talli ma kienetx hallset u kien maghruf mat-taxi drivers kollha, talli fuq il-hgiega ta’ wara kellu reklam ta’ Portomaso li dak is-soltu thallas ghal dak ir-reklam. Jigifieri dan ghandu t-taxi hemmhekk, bir-reklam ta’ Portomaso. Min qieghed fl-industrija taz-zwiemel jaf il-link bejnis-sur Theuma u l-familja Fenech, jaf li huma hbieb.

Imh. V. Said Pullicino : Pero’ sa dak il-mument is-sur Fenech ma kienx b’xi mod konness mal-kriminalita’. Jigifieri ghan-nies normali ma setghux jikkonnetjawh, sakemm il-pulizija ma kelliex informazzjoni ohra, ghalihom is-sur Fenech kien is-sur Fenech tas-sur Tumas – jigifieri negozjant kbir, xejn iktar.

Imh. A. Lofaro : Kien hemm xi haga jew le?

Dr. Arthur Azzopardi : Minghajr ma ninstema’ daqs li kieku qed noggezzjona dak li qed tghid Sur Imhallef . . .

Imh. V. Said Pullicino : Le, le oggezzjona kemm trid. Dr. Arthur Azzopardi : Ha nispjegalek . . .

Imh. A. Lofaro : Nahseb mhux ha jaqbel mieghek.

Dr. Arthur Azzopardi : . . . jien kont dejjem tal-hsieb u bhali hafna ohrajn li Mrs. Caruana Galizia nqatlet mhux fuq xi haga li kitbet u fuq xi haga li ghad trid tippubblika. Pero’ ma hemmx dubju l-kwistjoni ta’ l-Electrogas u 17 Black ga kienet fid-deher, and it was just the beginning of the story. Malli inti ghandek lil Melvin – Fenech . . .

Imh. V. Said Pullicino : Ifhimni dawn konkluzjonnijiet li forsi wiehed jista’ jasal ghalihom imma mhux fatti.

Dr. Arthur Azzopardi : Le ipotezi, pero’ ipotezi li l-pulizija trid tikkunsidraha.

Mhux qed nghid li ma kkunsidrawhiex . . .

Imh. V. Said Pullicino : Ma nistghux nghidu li hi xi haga bhala fatt li ma tkunx pruvata bhala fatt.

Dr. Arthur Azzopardi : Ghalhekk tkun ipotezi Sur President. Imh. V. Said Pullicino : Tista’ tkun ma tfissirx li hi.

Dr. Arthur Azzopardi : Ghalhekk tkun ipotezi sur President u xoghol il-pulizija hu li tinvestiga l-ipotezijiet kollha.

Imh. M. Mallia : Ghal dawk il-laqght illi attendejt ghalihom inti wara t-tlieta u ghoxrin (23) ta’ April ta’ l-eighteen (’18), ok?

Dr. Arthur Azzopardi : Laqghat mal-pulizija? Imh. M. Mallia : Laqghat mal-pulizija.

Dr. Arthur Azzopardi : Yes, yes.

Imh. M. Mallia : Mieghek – mieghek qatt issemma Yorgen Fenech? Dr. Arthur Azzopardi : Le.

Imh. V. Said Pullicino : Jew xi negozjant kbir? Dr. Arthur Azzopardi : Le.

Imh. V. Said Pullicino : Fil-fatt fil-gazzetti harget negozjant kbir. Dr. Arthur Azzopardi : Iva.

Imh. V. Said Pullicino : Dik l-ahbar meta harget? Qabel jew wara? Dr. Arthur Azzopardi : Le dik hafna wara.

Imh. A. Lofaro : Ehe dik wara kienet.

Dr. Arthur Azzopardi : Dik biss, biss qed insemmu, jekk il-memorja sservini tajjeb, ippermettili – dik issemmiet ghall-habta – nahseb eight (8) September two thousand and nineteen (2019), nahseb.

Imh. A. Lofaro : Two ow one nine (2019) zgur.

Dr. Arthur Azzopardi : Dik nahseb eight (8) September two ow one nine (2019).

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri hemmhekk nistghu jghidu zgur fil-public domain illi kien hemm xi forma ta’ konnessjoni man-negozju, heqq qabel ma tantx . . .

Dr. Arthur Azzopardi : Pero’ Alla hares il-pulizija jistennew biex xi haga tohrog fil-public domain.

Imh. V. Said Pullicino : Dottore dak li stajt tasal ghalih inti u nifhem bhala avukat ta’ persuna partikulari huwa l-konkluzjoni tieghek u tista’ tkun gustifikat kompletament.

Dr. Arthur Azzopardi : Yes, yes, yes.

Imh. V. Said Pullicino : Ma jfissirx illi tista’ tghid li . . . .

Dr. Arthur Azzopardi : Naqblu, hekk hu Sur President, naqblu.

Dr. J. Azzopardi : Dr. Azzopardi meta fit-tlieta u ghoxrin (23) ta’ April, erbgha u ghoxrin (24) ta’ April dawk il-laqghat – elfejn u tmintax (2018) saqsejtek u wegibt li Muscat, klijent tieghek, semma isem Melvin Theuma . . .

Dr. Arthur Azzopardi : Ehe.

Dr. J. Azzopardi : . . . domanda ftit tinstema’ assurda jew retorika, pero’ semmieh fit-tajjeb? F’liema kuntest semmieh? Ghax kien is- sagristan tal-knisja jew ghaliex kien . . .

Dr. Arthur Azzopardi : Le, le, le point blank li hu kien il-middleman . . . Dr. J. Azzopardi : Hekk.

Dr. Arthur Azzopardi : . . . li hu kien ingagga, li kien ikkumissjona l-omicidju. Dr. J. Azzopardi : Lill-pulizija Muscat f’April tmintax (’18) meta semma lil

Melvin Theuma bhala sensar, middleman ghan-nom ta’ xi hadd.

Dr. Arthur Azzopardi : Mela hu dejjem qal : hares kien gie Melvin pero’ min baghtu ma nafx.

Dr. J. Azzopardi : Hekk.

Dr. Arthur Azzopardi : Jigifieri – pero’ kien car fi kliemu.

Dr. J. Azzopardi : Pero’ li kien qed jagixxi ghan-nom ta’ xi hadd kienet cara . . . Dr. Arthur Azzopardi : It was implied.

Dr. J. Azzopardi : . . . skont Vince Muscat.

Dr. Arthur Azzopardi : Yes, yes, yes, yes. Vince Muscat hekk fehem. Imh. V. Said Pullicino : Dak stabbilit ok.

Dr. J. Azzopardi : Thank you. Issa bil-maghluq hemm xi domandi Sur Imhallef, minhabba . . .

Imh. V. Said Pullicino : Iva, iva, iva.

Imh. A. Lofaro : Ok. Jekk taf ghalfejn ma hax il-proklama s-sur Muscat?

Dr. Arthur Azzopardi : Fl-inkontru li kelli mas-sur Cutajar – jigifieri dakinhar tas-sebgha (7) ta’ Ottubru nineteen (’19) meta s-security information, s-security protection tas-sur Muscat din il-laqgha spiccat, jigifieri din il-laqgha kullma hadet two (2), three (3) minutes ta’ jigifieri, kien talab biex id-Deputat Kummissarju Carmelo Magri u l-Assistent Kummissarju Nezrin Grixti johorgu. Bqajna jiena u hu, ghadni naf ezatt fejn kont bilqieghda, fuq liema siggu . . .

Imh. A. Lofaro : Min talbek biex tohrog?

Dr. Arthur Azzopardi : Bqajna jiena u s-sur Lawrence Cutajar . . . Imh. A. Lofaro : Sewwa.

Dr. Arthur Azzopardi : Pero’ Carmelo Galea u Nezrin Grixti gew mitluba biex jallargaw mis-sur Cutajar.

Imh. A. Lofaro : Ehe.

Dr. Arthur Azzopardi : Fejn hemm hekk is-sur Cutajar infurmani illi – ha nuza kliemu testwalment : minn fuq gejja illi x-xiedha tieghu hija hearsay, allura mhux ha naghtuhielu.

Imh. A. Lofaro : Ma saqsejtux fuq min hu? Dr. Arthur Azzopardi : Sinjura . . .

Imh. A. Lofaro : Jista’ jkun il-Ministru le? Jista’ jkun il-Prim Ministru?

Dr. Arthur Azzopardi : Sinjura ma saqsejtux u ma saqsejtux ghal raguni semplici. ‘Il ghaliex meta tqis li ahna konna tlabna u bdejna l- ezercizzju f’April ta’ l-eighteen (’18) u li dan f’Ottubru tan-nineteen (’19) qed jghidli hekk – bil-miktub m’ghandi xejn tinsewx, kemm niccaraha, din ir-request ta’ mahfra ma saritx mis-sur Muscat lill- ezekuttiv jew lill-pulizija. Ir-request tal-mahfra tas-sur Muscat giet mill-Kummissarju tal-Pulizija ‘l fuq.

Imh. A. Lofaro : Fhimt.

Dr. Arthur Azzopardi : Jien qatt ma ktibt f’isem is-sur Muscat fuq il-mahfra, ghalfejn?

Imh. A. Lofaro : Ok.

Dr. Arthur Azzopardi : Ghax il-korp tal-pulizija ghamel dik it-talba, li allura bhala talba ghal mahfra it is more loaded and it carries more

weight, ghax il-Korp innifsu qed jghidlek aghtih il-mahfra ghax jien dan ga gharbiltu u qed nemmnu.

Imh. A. Lofaro : Sewwa.

Dr. Arthur Azzopardi : U ghalhekk hdimna b’dan il-mod – propju biex tmur ghand l-esekuttiv iktar soda bhala talba. Meta mbaghad ikollok il- Kummissarju tal-Pulizija . . .

Imh. V. Said Pullicino : Trid tifhem ukoll illi d-diskrezzjoni li tinghata l-mahfra lil min tinghata mhix f’idejna.

Dr. Arthur Azzopardi : Mhux hekk.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri l-assessment irid jaghmlu haddiehor.

Dr. Arthur Azzopardi : Yes, yes, yes, yes. Pero’ jekk l-assessment ikun ga sar mill-Korp tal-Pulizija nahseb it carries weight.

Imh. V. Said Pullicino : Lanqas ahna ma nistghu naghmluh l-assessment. Dr. Arthur Azzopardi : Yes, yes mhux hekk. Mhux hekk.

Imh. M. Mallia : Ok, il-famuz party tal-Girgenti daka liema sena sar? Imh. A. Lofaro : Dr. Azzopardi minghalija fit-two ow one eight (2018). Dr. J. Azzopardi : Il-party tal-Girgenti, February last year.

Imh. M. Mallia : Nineteen (’19)?

Dr. J. Azzopardi : February nineteen (’19). Imh. A. Lofaro : Fit-two ow one nine (2019). Imh. M. Mallia : February nineteen (’19).

Dr. J. Azzopardi : February nineteen (’19). Imh. M. Mallia : Ok.

Dr. J. Azzopardi : February nineteen (’19). Imh. A. Lofaro : Ok.

Imh. M. Mallia : Ha niehu daqsxejn timeline tal-connections.

Imh. A. Lofaro : Kemm minghalija two ow one eight (2018) imma two ow one nine (2019).

Imh. M. Mallia : Ok inkomplu bil-maghluq sinjuri jekk joghgobkom. Imh. V. Said Pullicino : Nirringrazzjakhom.

Imh. A. Lofaro : Trid tohorgu mill-Awla.


Din hija x-xhieda ta’ Dr. Arthur Azzopardi dettata minnu stess.

Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Margaret De Battista Traskrittrici