Xhieda ta’ Chris Cardona – 13 ta’ Novembru 2020
L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Seduta miżmuma llum il-Gimgha 13 ta’ Novembru 2020, fid-9:30 a.m. fit- Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.
Xhud l-Avukat Dr Chris Cardona Iben Anthony u Antoinette nee` Buttigieg imwieled H’ Attard u residenti l-Madliena bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid :
Chairman Imhallef M Mallia :
Qabel ma nibdew inti qieghed soggett ta’ xi inkjesta jew proceduri?
Ix-Xhud :
Iva. Tal-Vitals.
Chairman Imhallef M Mallia :
Tal-Vitals?
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef A Lofaro :
Inkjesta Magisterali?
Ix-Xhud :
Yes. Hemm sentenza illi iva, illi fiha hemm Professur Edward Scicluna, jiena u Konrad Mizzi.
Imhallef A Lofaro :
Sentenza?
Ix-Xhud :
Le, hemm sentenza li titlob li jkun hemm l-inkjesta.
Imhallef A Lofaro :
U l-inkjesta bdiet?
Ix-Xhud :
Nassumi li bdiet. Pero` jien ghadni ma gejtx imsejjah fiha.
Imhallef A Lofaro :
All right.
Imhallef J Said Pullicino :
Trid tirregola ruhek inti kif ..
Ix-Xhud :
Le jiena nista’ inwiegeb fuq kollox; minhiex …
Imhallef J Said Pullicino :
Jekk ma tistax ..
Ix-Xhud :
Le le le.
Imhallef A Lofaro :
Jekk thoss li tista tinkrimina ruhek b’ xi haga..
Ix-Xhud :
No Sur Imhallef, no.
Chairman Imhallef M Mallia :
Dak hu avukat.
Ix-Xhud :
Le le.
Imhallef A Lofaro :
Imma ahna obbligati xorta wahda.
Ix-Xhud :
Le le, jiena ser nixhed fuq kollox.
Imhallef A Lofaro :
Anke jekk jigi il-Prim Imhallef; obbligati naghtu twissija.
Imhallef J Said Pullicino :
Forsi qabel nibdew id-domandi, kulhadd jaf is-sitwazzjoni x’ kienet, u minn xiex ghaddejt inti u kif qieghed illum. Jekk trid taghmel qabel id-domandi xi
statement generali fuq is-sitwazzjoni min-naha tieghek personali ki finhi, you have the time to do it. If you want to do it now you can..
Imhallef A Lofaro :
Yes, go-ahead.
Imhallef J Said Pullicino :
Qabel id-domandi.
Ix-Xhud :
No no ma ghandix statements.
Imhallef A Lofaro :
Ma trid tghid xejn.
Ix-Xhud :
Le. Inwiegeb ghal mistoqsijiet taghkom l-Imhallfin
Imhallef A Lofaro :
Ok.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ok; mela nibdew bill-mistoqsijiet generali. F’ liema sena bdejt tahdem ta’ avukat u f’ liema qasam tal-ligi inti tipprattika l-iktar?
Ix-Xhud :
Ehe jiena ghamilt.. igradwajt fl-1999; kont diga` bdejt naghmel, il-prattika ghaliex kont gejt elett membru parlamentari fin-1996 ghall-ewwel darba; u allura kont qieghed naghmel prattika go ufficcji legali; wara ..
Imhallef A Lofaro :
Ma’ min please? Ma’ min?
Ix-Xhud :
Ma’ Dr Edward Woods.
Imhallef A Lofaro :
All right.
Ix-Xhud :
Wara li ghamilt.. wara li gradwajt ghamilt masters sena full time fl- International Maritime Law Institute, iffokajt l-izjed fuq il-ligi internazzjonali kummercjali. Ix-xewqa tieghi kienet li nahdem f’ dik is-settur pero` minhabba
l-politika ftaht ufficcju Birkirkara. U fl-ahhar I would say 10 years minn 2002 sa 2012 hdimt kwazi kriminal biss. Jigifieri kont inservi bhala avukat quddiem il-Qorti tal Magistrati u il-Qorti Kriminali..
Imhallef A Lofaro :
Kellek lil xi hadd l-ufficcju mieghek partners?
Ix-Xhud :
Kont ghamilt zmien fejn konna inghaqqadna grupp ta’ avukati pero` konna cost sharing iktar milli partners.
Imhallef A Lofaro :
Ehe; imbaghad wahdek?
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef A Lofaro :
Imbaghad kont wahdek.
Ix-Xhud :
Yes. Kelli kollegi jahdmu fl-istess ufficcju jigifieri, bhal Dr Mark Vassallo, bhal Dr Shaheryar Ghaznavi. Dr Reuben Farrugia, Dr Michael Grech, anke xi avukati ohrajn li kienu jaghmlu l-prattika u imbaghad eventwalment bdew jahdmu fl-istess ufficini. Pero` l-iktar li kellna cost sharing agreement.
Imhallef A Lofaro :
So ghal rasek..
Ix-Xhud :
Yes yes eys Sur Imhallef, yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
Inti gejt elett l-ewwel darba fil-parlament ghedtli fin-1996 hux hekk?
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
U regajt tlajt ..
Ix-Xhud :
1998, 2003, 2013, 2017; kollha.
Chairman Imhallef M Mallia :
Issa wara t-2013 x’ rwoli kellek?
Ix-Xhud :
Jiena kont Ministru ta’ l-Ekonomija minn 2013 sa 2020, January.
Imhallef A Lofaro :
All the time ta’ l-Ekonomija.
Ix-Xhud :
Qatt ma biddili l-portafol.
Chairman Imhallef M Mallia :
Jigifieri inti dan iz-zmien kollu kont tattendi il-Kabinett regolarment.
Ix-Xhud :
Meta kont hawn Malta qatt ma fallejt.
Chairman Imhallef M Mallia :
Kif kien jitmexxa l-Kabinett b’ mod generali?
Imhallef A Lofaro :
In general.
Ix-Xhud :
Ara, in general il-Kabinett kien ikollu agenda iebsa; kien ikollu bejn wiehed u iehor 12 to 15 items fuq l-agenda tieghu kull seduta nhar ta’ Tlieta. Konna nibdew fl-ghaxra ta’ filghodu; approssomittivament konna nispiccaw qisu xi s- saghtejn – it-tlieta. Gie li domna izjed; gie li domna inqas. Wara l-Kabinett il- Prim Ministru kien jghazel grupp ta’ Ministri illi jkun irid ikellimhom fuq affarijiet illi jinterssaw il-portafol taghhom. Il-kabinett kien jattendi wkoll ghalih il-Permanent Secretary Mario Cutajar illi ovvjament kien l-advisor biex nghidu hekk tal-Kabinett fuq proceduri …
Imhallef A Lofaro :
Tac-Civil.
Ix-Xhud :
…ta’ l-amministrazzjoni tac-Civil, ezattament. Kulhadd kien ikollu l-aganda tieghu; jigifieri jekk hemm 12-il agenda inti jaf ikollok tlieta (3) minnhom jew ikollok tnejn (2) minnhom li inti tkun il-leading Minister; taghnmel il- prezentazjoni tal-memorandum u mbaghad ovvjament jinfetah id-dibattitu bejn il-Ministri.
Imhallef A Lofaro :
Per ezempju jekk inti ser tipprezenta progett lill-Kabinett kif kien isir? Il- procedura kif kienet tkun?
Ix-Xhud :
Ara jiena kont ghazilt zewg sistemi. Jekk jiena nkun naf x’ ser nghid inside out..
Imhallef A Lofaro :
Imma dik kienet il-procedura li kont tuza inti biss jigifieri?
Ix-Xhud :
Yes; le on a general bases hekk kien jigri. Jiena kont jew naghmel prezentazzjoni jiena u jkolli it-technical experts barra jistennew just in case ikun hemm xi mistoqsijiet illi ma nafx inwiegeb. Jekk il-kaz ikun ta’ natura teknika hafna kont nitlob lit-teknici jaghmlu l-prezentazzjoni huma stess. Imbaghad jien nissuplimenta bl-argumenti politici narrattiva tal-gvern.
Imhallef A Lofaro :
Ok; esperti legali; inti avukat…
Ix-Xhud :
Yes yes
Imhallef A Lofaro :
Nahseb li kellek…
Ix-Xhud :
Yes. Jiena kelli lil Dr Nadine Sant illi llum hija membru tal-Gudikatura.
Imhallef A Lofaro :
Yes, Magistrat, ok.
Chairman Imhallef M Mallia :
Dak iz-zmien pero` kienet tahdem ma’ l-AG, le?
Ix-Xhud :
No. Ghamlet xi zmien l-AG. Fit-2013 I think at the end of it kienet legal advisor tal-Ministeru ta’ l-Ekonomija
Imhallef A Lofaro :
Mela telqet l-AG ..
Ix-Xhud :
Yes yes, telqet l-AG sintendi u zgur.
Imhallef A Lofaro :
U giet tahdem fil-Ministeru tieghek.
Ix-Xhud :
Yes Sur Imhallef.
Chairman Imhallef M Mallia :
Projects Malta kienet taqa’ taht id-dekasteru tieghek hux hekk?
Ix-Xhud :
No.
Chairman Imhallef M Mallia :
Le?
Ix-Xhud :
Qatt.
Imhallef A Lofaro :
Never never
Ix-Xhud :
Qatt.
Imhallef A Lofaro :
U l-Malta Enterprise?
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef A Lofaro :
U minn meta sa meta?
Ix-Xhud :
Mill-bidu sa l-ahhar.
Imhallef J Said Pullicino :
… Projects Malta …….
Ix-Xhud :
Skuzani?
Imhallef J Said Pullicino :
Il-Projects Malta taht min kienet taqa’?
Ix-Xhud :
Jidhirli li fil-bidu Projects Malta meta giet.. minhiex cert, pero` jiena jidhirli li kienet taht il-Ministeru ta’ l-Energija.
Imhallef A Lofaro :
Ta’ Konrad Mizzi
Ix-Xhud :
Yes. Illum ma nafx, illum jidhirli qieghda taht il-Ministru Ian Borg Infrastruttura; pero` minhiex cert min l-entitajiet u mid-dekasteru taht minn kienu jaqghu, ghax inbidlu ovvjament; Sinjuri Mhallfin, ma baqghux dejjem taht l-istess Ministeru.
Chairman Imhallef M Mallia :
Jidher illi Malta Enterprise u Projects Malta ghandhom overlapping interests. Kif kienu jigu trattati?
Imhallef A Lofaro :
Kief kienu jahdmu dawn l-interaction bejniethom?
Ix-Xhud :
Ahna, jiena kien jinteressani minn Malta Enterprise. Malta Enterprise l-ewwel haga li ghamilt biddilt il-policy illi kienu jahdmu biha bhala l-entita` tal-gvern li tattira l-investiment gewwa Malta. Qabel kienu juzaw blanket policy fejn imorru l-fieri jatttakkaw kull gurisdizzjoni illi..
Imhallef A Lofaro :
…possibbli hux!
Ix-Xhud :
….illi hija possibbli, inkluz il-Brazil per ezempju. Pero` jiena kont biddilt il- policy u ghamilt policy ibbazata fuq microtargeting. Fejn bdejna naraw setturi li huma mix markets li jaghmlu sens,..
Imhallef A Lofaro :
Nimmagina li ghamilt dan bl-assistenza ta’ xi esperti li kont qabbadt, mhux hekk?
Ix-Xhud :
Le le, ghamiltu flimkien mas-CEO ta’ Malta Enterprise, bazikament flimkien ghamilnihom
Imhallef A Lofaro :
Inti u huma..
Ix-Xhud :
Iva. U bdejna nidentifikaw mix markets illi hemm l-Ewropa u barra minn l- Ewropa li jaghmel sens ghal-investitur li jigi Malta. Jigifieri qlibna l-modi superandi, minflok immorru ahna kullimkien bdejna mmorru mix markets illi nahdmu.. ..
Imhallef A Lofaro :
You targeted
Ix-Xhud :
Microtargeting ezatt.
Imhallef A Lofaro :
All right.
Chairman Imhallef M Mallia :
Is-CEO dak iz-zmien is-Sur Camenzuli kien?
Ix-Xhud :
Le qatt ma kien. CEO fil-bidu kien Dr Mario Vella li huwaillum il-gvernatur tal-Bank Centrali; sussegwentement kien hemm Mario Galea illi ghamel zmien twil hafna CEO, nahseb li mis-seba’ snin ghamel a good 4 and a half years CEO; u mbaghad Mario Galea kien hareg bl-eta` tal-pensjoni ta’ l-irtirar u floku gie Kurt Farrugia CEO li ghadu sal-lum il-gurnata.
Imhallef J Said Pullicino :
X’ inhija d-demarcation line between Projects Malta and Malta Enterprise? Jekk kienu l-linja bejniethom x’ inhu?
Ix-Xhud :
Jiena nahseb Sur Imhallef illi l-linja li tiddemarkhom hija Projects Malta kienet inkaragata minn progetti tal-gvern f’ Malta, mentri Malta Enterprise kellha l-inkarigu l-portafol li tara l-investiment dirett barrani diehel fil-pajjiz u tghin ukoll lil dawk l-investituri li jixtiequ jmmorru barra. Pero` xtaqt naghmel provaiso hawnhekk; sussegwentement il-gvern flimkien mal-General Retailers and Traders Union kien waqqaf Trade Malta. Trade Malta x-xoghol taghha
imbaghad dahlet biex tghin lil dawk l-investituri Maltin li jixtiequ jaghmlu negozju barra.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri l-progetti kollha kbar tal-gvern f’ Malta mhux tahtek kienu jaqghu.
Ix-Xhud :
Ma konniex immexxuhom ahna, kienu jmexxuhom Projects Malta yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
B’ mod generali issa kif sirt taf li l-gvern kien bi hisebu jiprivatizza t-tliet sptarijiet?
Ix-Xhud :
Sirt naf ovvjament at cabinet level.
Chairman Imhallef M Mallia :
At cabinet level
Ix-Xhud :
Yes. Inti qed tirreferi ghal ovvjament VGH Vitals u mbaghad Steward.
Imhallef A Lofaro :
Vitals.
Ix-Xhud :
Yes yes.
Imhallef J Said Pullicino :
U l-istess japplika ghall-Electrogas?
Ix-Xhud :
L-istess japplika ghal Electrogas. Huma progetti illi ghalkemm jien fil-Vitals iffirmajt il-memorandum of understanding xorta wahda kienu progetti immexxijin minn entitajiet barra mill-Ministeru tieghi.
Imhallef A Lofaro :
Imma allura ghaliex kont inti li ffirmajthom?
Ix-Xhud :
Ghaliex jiena Sur Imhallef, kont niffirma kwazi l-memorandum of understanding tal-gvern ma’ entitajiet barranin kollha. Fil-fatt l-NAO – in- National Audit Office staqsieni fuq dan; ipprezentajtlu lista ta’ memoranda illi
jiena kont iffirmajt. Li qieghda mieghi hawnhekk ukoll; jekk forsi nista’ naqralkom naqra minnha jekk nista’ naqra minnha ..?
Imhallef A Lofaro :
Iva all right
Ix-Xhud :
Mis-sena 2013 sal-2017 sakemm jiena kont ghandi Ministru, sorry, sal-2019, skuzawni
Imhallef A Lofaro :
’19, 2019
Ix-Xhud :
2019, jiena l-Malta Enterprise u l-Ministeru ta’ l-Ekonomija ffirma 15-il memorandum of understanding ta’ natura kummercjali ma’ kumpaniji privati li jinkludu confederations ta’ industriji barranin; jinkludu chambers of commerce barranin, kumpaniji privati, venture capitalists, universitajiet bhal La Sapienza, mal-Malta Development Bank, mal-Vitals wahda minhom, u kumpaniji privati ohrajn. U ffirmajna ukoll aktar minn ghaxra illi sa dak iz- zmien hamsa ohra kienu qeghdin jigu innegozjati; memoranda ta’ natura istituzzjonali. Jigifieri illi l-gvern ikun dahal fi ftehim ma’ jew pajjiz jew inkella ma’ entita` governattiva; bhal per ezempju s-Saudi Arabia, l-Algerija, it-Tunzija, l-MCAST ta’ Malta stess, u dak iz-zmien konna qeghdin ninnegozjaw hamsa ohra illi ma nafx x’ sar minnhom illum ovvjament ghax ma ghandix nokkupa l-kariga.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma meta inti tiffirma l-MOU wiehed jifhem li tkun qieghed tiehu responsabbilta` ta’ dak li tkun qed tiffirma.
Ix-Xhud :
Iva da zgur, qed niehu responsabbilta` tal-memorandum of understanding; il- memorandum of understanding huwa .
Imhallef J Said Pullicino :
Meta tkun parti ..
Ix-Xhud :
….ftehim li ninnegozjaw.
Imhallef A Lofaro :
Tkun parti minn negozjati pero`?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
No.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma tkunx ippartecipajt inti?
Ix-Xhud :
Fin-negozjati qatt.
Imhallef A Lofaro :
No; qatt.
Imhallef J Said Pullicino :
Mela allura x’ tiffirma taghmel?
Ix-Xhud :
Jien nirrapprezenta lill-gvern bhala Ministru. Xi hadd irid jiffirmah.
Imhallef A Lofaro :
Kont tkun briefed. Kont tkun infurmat sew?
Ix-Xhud :
Fuq dawn l-MOUs.
Imhallef A Lofaro :
Fuq l-MOUs
Ix-Xhud :
…jekk imbaghad iwasslu biex in-negozjati jsiru jew iwasslu ghal obbligazzjonijiet kuntrattwali illi jorbtu l-Ministeru tieghi iva.
Imhallef A Lofaro :
Jekk jorbtu Ministeru iehor le?
Ix-Xhud :
Imbaghad jidhol il-Ministru responsabbli minn dak is-settur.
Imhallef A Lofaro :
Avolja tkun iffirmajt inti l-MOU.
Ix-Xhud :
L-MOU hija biss ftehim illi jigu negozjati l-affarijiet, memorandum of understanding. Ma ghandekx rabta ta’ natura kummercjali illi tista’ tigi inforzata fil-qrati.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma l-MOU ma kienx jigi diskuss fil-Kabinett?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef J Said Pullicino :
Lanqas?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
Kont taqrah biex tifhem sew….?
Ix-Xhud :
Yes of course.
Imhallef A Lofaro :
U jekk ikollok xi dubji x’ kont taghmel?
Ix-Xhud :
Kont insaqsi jew lill-AG jew inkella lil min ikun qieghed qed imexxi n- negozjati min-naha tal-gvern skont il-ministeru li jkun.
Imhallef A Lofaro :
Mela jew lill-Ministru jew lill-AG.
Ix-Xhud :
Hekk hu.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma issa b’ mod generali, jigifieri l-MOU certu element ta’ commitment ikollu min-naha tal-gvern.
Ix-Xhud :
Commitment li ninnegozjaw, ezattament. Ftehim illi ser ninnegojzaw. Ftehim li qeghdin naqblu fuq principju li ser iwassalna biex ninnegozjaw. Dak huwa l- memorandum of understanding.
Imhallef J Said Pullicino :
Halli ma niehudx …niehdu l-Electrogas.
Ix-Xhud :
Ma huwiex konvenju Sur Imahllef.
Imhallef J Said Pullicino :
Le, ovvjament. Le mhux konvenju
Ix-Xhud :
Ma jistax jigi enforzat.
Imhallef A Lofaro :
Le le; pero` it binds you hux!
Chairman Imhallef M Mallia :
Pero` f’ dan il-kaz ahna nafu, ahna nafu illi dwar l-istparijiet mal-Vitals l- MOU gie ffirmat fl-10 ta’ Ottubru 2014
Imhallef A Lofaro :
Iva, hames xhur qabel ma harget l-RFP.
Chairman Imhallef M Mallia :
Fl-10 ta’ Ottubru 2014. Il-call for proposals kienet March 15; quindi hawnhekk qed nifhem jien illi diga` fthemtu ma’ xi hadd li tiddiskutu ma’ dan ix-xi hadd qabel dan ix-xi hadd kien maghzul bhala bidder.
Ix-Xhud :
Jiena nista’ nghidlek sa fejn wasal l-MOU. L-MOU wasal sa zmien illi kien hemm l-interess illi jigu innegozjati kummercjalment dawn l-isptarijiet; gew imsemmijin dawk in-nies illi intom ghandkom firmatarji f’ dak l-MOU. Sar due diligence minn Malta Enterprise illi rrid nghid illi ma rrizultax tajjeb; u fil-fatt il-Malta Enterprise imbaghad waqfet milli taghmel izjed xoghol preparatorju ghal gvern; s’ hemmhekk nista’ nghidlek jien. Ma baqghetx taht l-isfera ta’ kompentenza tieghi bhala Ministru.
Imhallef J Said Pullicino :
Baqghet taghmlu imbaghad Projects Malta.
Ix-Xhud :
Ezattament.
Imhallef J Said Pullicino :
U dan japplika wkoll ghal Electrogas allura? Japplika wkoll?
Ix-Xhud :
L-Electrogas differenti Sur Imhallef; ghax l-Electrogas jiena lanqas iffirmajt il-memorandum of understanding, jigifieri l-Electrogas….
Imhallef J Said Pullicino :
Kien hemm wiehed?
Ix-Xhud :
Ma nahsibx li kien hemm wiehed fil-fatt; minhiex cert. Minhiex cert. Ahjar ma inwegibx ghax ma nafx.
Imhallef A Lofaro :
Jekk nergghu mmorru ghal din imma, ma rajt xejn suspettuz illi ffirmajt lil MOU hames xhur qabel ma’ hareg l-RFP?
Ix-Xhud :
Jiena ffirmajtu qabel ma hareg l-RFP. Ma kontx qed nantecipa li johrog l-RFP.
Imhallef A Lofaro :
I see. Ma kellek ebda suspetti hziena jew hekk..
Ix-Xhud :
Ma kellix suspetti li ser johrog l-RFP ghax ma kontx naf li ser johrog l-RFP.
Imhallef A Lofaro :
I see, fhimt. Ma tafx ta’ min kienet id-decizjoni li tiffirma l-MOU u ghadu lanqas hareg l-RFP u inti ma kontx taf li ser johrog.
Ix-Xhud :
Probabbilment id-decizjoni tkun ikkomunika minni minn Malta Enterprise ; pero` l-Malta Enterprise f’ dan il-kaz ikunu informaw l-ufficcju tal-Prim Ministru.
Imhallef A Lofaro :
Ok, dejjem ikunu infurmawh.
Ix-Xhud :
U zgur.
Imhallef J Said Pullicino :
U kif ghedtilna inti l-progett.. it-tfassil tal-progett ikun sar minn Projects Malta u mhux minnek.
Ix-Xhud :
Ezattament Sur Imhallef.
Imhallef A Lofaro :
U l-OPM dejjem ikunu jafu kollox. L-OPM.
Ix-Xhud :
L-OPM huwa ovvjament il-qalb.. l-organu l-iktar importanti fil-gvern hux.
Imhallef A Lofaro :
Mhux hekk?
Imhallef J Said Pullicino :
Qed insaqsuk dawn id-domanda ghaliex dan il-pattern jidher f’ diversi progetti; u allura ahna qeghdin daqsxejn konfuzi kif kienet tahdem is-sistema. Jigifieri jekk kienx hemm nies illi jiddeciedu progett, m’ hemm xejn hazin ta jigifieri! Imbaghad jghidli dan il-progett ser naghmlu, mela inqabbdu lill- Ministru..; jekk kinetx dik is-sistema; jew kienx l-ewwel jiddeciedi l-Kabinett ser naghmlu hekk hekk u hekk, anke bi principju, u mbaghad jitfassal kif jitqassam ix-xoghol.
Ix-Xhud :
Pero` jiena nohloq distinzjoni minn certu progetti li kont naghmel jien internament u ma jkolli bzonn.. ikolli bzonn l-approval ta’ l-ufficcju tal-Prim Ministru sintendi, jew inkella tal-Ministru tal-Finanzi minhabba l-finanzi. Analogija li nista’ naghmel bhal issa huwa l-progett ta’ Ta’ Qali per ezempju. Il-progett ta’ Ta’ Qali illi huwa progett massiv enormi..
Imhallef A Lofaro :
Il-park. Il-park hux hekk?
Ix-Xhud :
No; il-progett ta’ Ta Qali tal-Crafts Village.
Imhallef A Lofaro :
Eh il-Crafts Village!
Ix-Xhud :
Ta’ l-Artisan and Craft Village. Daka kien progett illi lahhaq jekk minhiex sejjer zball sbatax-il miljun ewro. Kien hemm xi tnax-il miljun minnhom li gibnihom mill- EU; ohrajn illi gew investiti mill-privat. Mexxejnih ahna mill- bidu sa’ l-ahhar bhala progett through Malta Industrial Parks. L-approval tal- Ministru tal-Finanzi ovvjament ridnih minhabba illi kienu fondi ta’ l-Unjoni Ewropea; pero` l-general guide lines ta’ kif mexa l-progett ghamilnihom ahna mill-bidu sa l-ahhar inkluz l- xpression of interest, l-RfPs etc. Kull ma kien involut kienet responsabbilta` diretta taghna. Ezempju wiehed dan.
Imhallef J Said Pullicino :
F’ dak il-kaz jidher li l-affarijiet imxew kif wiehed jistenna li jimxu.
Ix-Xhud :
Hekk hu.
Imhallef J Said Pullicino :
Min kien jaghzel x’ jibghat lilek u x’ jibghat lil haddiehor? I mean min kien jiddeciedi liema progett taghmel l-Enterprise u liema progett taghmel il – Projects Malta ? Ghaliex dana..
Ix-Xhud :
Projects Malta nerga’ nirrepeti, Projects Malta kienet u ghadha iffokata fuq progetti tal-gvern hux; tal-gvern.
Imhallef J Said Pullicino :
Anke l-Crafts Village; anke l-Crafts Village.
Ix-Xhud :
Iva, imma l-Crafts Village kien settorjali, kien ta’ l-artigjanat, kien jaqa’ fil- Ministeru ta’ l-Ekonomija minhabba illi dak is-settur huwa parti mill-portafoll tieghu. Kien hemm il-fondi Ewropej; kien ..
Imhallef J Said Pullicino :
Imma min jiddeciedi hekk? Inti ghandek ragun ta, imma min ..
Ix-Xhud :
Jiena nahseb illi fil-kaz ta’ Crafts Village u progetti ohrajn konna hrigna bl- idea ahna parti min-narrattiva politika li konna marbutin bija fil-manifesti elettorali u allura dika taqa’ implementation taghna, responsabbilta`. Progetti ohrajn jiena nahseb illi intom Sinjuri Imhallfin tistghu taraw.. naf li ma ghandkomx hin; pero` taraw naqra.., jekk taraw naqra l-press releases minn fejn ikunu hargu nahseb illi wiehed jista’ jifhem min ikunu l-originator u l-
implementor ta’ dak il-progett partikolari. Jigifieri jekk inti issemmi l- Electrogas per ezempju ovvjament illi l-Ministeru ta’ l-Energija kien qed imexxi dan il-progett.
Imhallef A Lofaro :
Konrad Mizzi mhux hekk?
Imhallef J Said Pullicino :
Li ma nifhimx hija ghax li gralna hawn, illi l-progetti fejn daqsxejn dell fuqhom, u x’ inhu tajjeb jew hazin, huwa minn taht Projects Malta principalment. Mhux minn taht Ministeru ohra, inkluz tieghek. Jigifieri din ghalina hija xi haga ..
Ix-Xhud :
Jiean Sur Imhallef l-unika progett illi xhedt fuqu huwa l-Vitals. Xhedt fuqu quddiem in-National Audit Office. Il-konkluzzjonijiet ta’ National Audit Office huma cari. Qed nerga’ nixhed quddiemkom bl-istess haga li ghedt quddiem l-NAO; ovvjament la darba nigi msejjah fl-inkjesta jkolli nghid l- istess haga ghat-tielet darba dwar il-Vitals. Ma ghandi l-ebda investigazzjoni fuq progetti li ghamilt jien bhala Ministru la lokalment u lanqas barra minn Malta.
Imhallef J Said Pullicino :
Mela inti fil-Vitals xhedt u fil-Vitals kont koncernat. U tajt spjegazzjoni.
Ix-Xhud :
Jiena fil-Vitals xhedt quddiem l-NAO.
Imhallef J Said Pullicino :
U tajt spjegazzjoni
Imhallef A Lofaro :
L-NAO.
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef J Said Pullicino :
Ahna li jinteressana pero` huma l-progetti fejn hemm id-dell; fuq dawn mhux ser tghidilna xejn fejn inti hemm id-dell?
Ix-Xhud :
Li tistaqsuni nwiegeb.
Imhallef J Said Pullicino :
Fair enough; imma inti bhala Ministru, ifhimni ftit, kont Ministru all through these years.
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri nahseb jiean meta bdew johorgu d-dellijiet ftit ftit…
Ix-Xhud :
Imma ghal liema qed tirreferi s-Sinjorija Tieghek?
Imhallef J Said Pullicino :
Per ezempju fuq l-Electrogas, fuq Vitals ukoll; imma anek l-ohrajn kollha, fuq Montenegro.
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef J Said Pullicino :
I mean fuq dawn bdew johorgu hafna dellijiet
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef J Said Pullicino :
Ir-reazzjoni taghkom bahal kabinett, jekk dawn ma gewx quddiemkom qabel allura nifhem li tghidu hares, kif ma gewx?
Ix-Xhud :
L-Electrogas, l-Electrogas kien progett illi ovvjament ahna bhala politici konna nabbinawh mal-fatt illi trahhsu l-kontiejit tad-dawl u l-ilma ghar-..
Imhallef J Said Pullicino :
Mal-programm elettroali.
Ix-Xhud :
… ghar-rsidenzi u ghal kummerc.
Imhallef J Said Pullicino :
Mal-programm elettorali.
Ix-Xhud :
Ezattament. Issa sussegwentement fil-media bdew johorgu stejjer illi bdew jitfghu l-progett ta’ l-Electrogas kif qed tghid inti Sur Imahllef f’ dell, fid-dell.
Imhallef A Lofaro :
Fid-dellijiet.
Ix-Xhud :
Ovvjament dawn l-affarijiet jigu diskussi mhux biss fil-Kabinett, anke f’ organi tal-partiti politici. Jiean niftakar per ezempju…
Imhallef J Said Pullicino :
Anke fil-kabinett..
Imhallef A Lofaro :
Parliamentary group forsi?
Ix-Xhud :
U zgur; mhux hekk hux! Executive level jigu diskussi. Dan liema gvern ma jghaddix minn dawn l-affarijiet?
Imhallef J Said Pullicino :
Ghalik naturali, imma milli smajna ahna mhux naturali. Ghaliex l-Electrogas qatt ma ddiskutejnih fil-Kabinett; ghamilna presentation darba u daqshekk.
Ix-Xhud :
L-Electrogas fil-Kabinett kien hemm prezentazzjoni
Imhallef J Said Pullicino :
U daqshekk imma mbaghad.
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef J Said Pullicino :
Meta staqsejnihom x’ gara hekk.. ; daka ma ghandniex x’ naqsmu ahna.
Ix-Xhud :
Mhux hekk? Imma dik hija l-verita`.
Chairman Imhallef M Mallia :
L-implimentazzjoni tal-progett f’ idejn min kienet allura?
Ix-Xhud :
Energija.
Chairman Imhallef M Mallia :
Energija.
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
Dr Mizzi voldieri.
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef A Lofaro :
Dr Cardona, smajna hafna fuq kitchen cabinet u mhux kitchen cabinet; inti ghalik kien hemm xi…. issa meta nghidu kitchen cabinet tista’ tifhimha forsi l-mod illi kien hemm xi forsi Ministri li allura kienu jiddeciedu huma flimkien mal-Prim Ministru minghajr… kienu iktar importanti, kellhom skala iktar importanti minn shabhom; x’ tghidilna fuq din? Ghandek xi rimarka?
Ix-Xhud :
Ara Sur Imahllef, iva Ghandi, da zgur li ghandi x’ nikkommenta. Jiena rajthom il-proceduri ta’ l-Inkjesta u qrajthom mill-media u bqajt sorpirz meta issemmhiet il-kitchen cabinet..
Imhallef A Lofaro :
Mhux wiehed ta’ semmihom!
Ix-Xhud :
Iva, imma xorta nibqa’ sorpriz..
Imhallef A Lofaro :
Ok.
Ix-Xhud :
Ghaliex dak iz-zmien ma ssemmewx kitchen cabinets, issa qeghdin jissemmew il-kitchen cabinets.
Imhallef A Lofaro :
Jigifieri ma kienx hemm hux?
Ix-Xhud :
Nahseb illi jekk wiehed jara l-approval li kien ikollu l-Prim Ministru Joseph Muscat meta jindirizza l-media, meta jindirizza fil-parlament ma kienx ikun hemm kitchen cabinets ghax kulhadd kien icapcap u japprova dak li kien qed jghid dak iz-zmien il-Prim Ministru Muscat; issa qed johorgu bil-kitchen cabinet
Imhallef A Lofaro :
Imma Dr Cardona, jista’ jkun li approvaw imma fil-fatt ihossubom urtati ghax qishom gew sidelined? Ghax forsi kien hemm min kien iktar importanti minnhom?
Ix-Xhud :
Imam jista’ jkun li qed ihossu hekk issa. U hija facli issa li tghidha xi haga bhal dik iktar milli tghidha meta inti kont ghadek tmexxi ..
Imhallef A Lofaro :
Hekk hu iva, messhom li qaluha qabel; naqbel mieghek.
Ix-Xhud :
…temxxi taht Prim Ministru li huwa differenti.
Imhallef A Lofaro :
Ehe, imma inti ..
Ix-Xhud :
Huwa konvenjenti Sur Imhallef li tghidha issa.
Imhallef A Lofaro :
Iva, naqbel mieghek. Jigifieri inti ghalik ma kienx jezisti dan..
Ix-Xhud :
Le.
Imhallef A Lofaro :
Assolutament
Ix-Xhud :
No.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma kienx jezisti formalment, imma ..
Ix-Xhud :
Ma kienx jezisti la fromalment u lanqas informalment Sur Imhallef.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma nistghu naqblu.. ghax anke minn dak li qed tghidilna inti issa donnu din is-sistema ta’ qsim ta’ xoghol fejn wiehed izomm xoghol ta’ certu importanza u l-iehor le, u ta’ certa avicinanza, dan donnu ftit jew wisq jirrizulta.
Ix-Xhud :
L-importanza hija relattiva
Imhallef J Said Pullicino :
Inti kif qed thossok ..
Ix-Xhud :
L-importanza hija relattiva. Jekk inti qed taghmel progett fuq l-anzjani hija importanti daqs l-Electrogas. Jekk qed taghmel progett fuq ic-Childcare Centers huwa progett daqs l-Electrogas. Jekk qed taghmel progett fuq riforma tal-bandwidths tat-taxxa u inti ser thalli izjed flus fil-bwiet tan-nies hija importanti daqs l-Electrogas.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma allura llum, mhux ser niggudika x’ qed jigri ghax ma nistghux niggudikaw ahna, imma llum li jirrizutlaw certi allegazzjonijiet li wiehed jista’ jehodhom bhala provati f’ certu livell, illum inti thoss li kien hemm certu sistema fejn certi progetti li setghu kienu iktar frottiferi hadmu minn grupp ta’ nies u mhux mill-Kabinett? Din tohorg hekk?
Ix-Xhud :
Iva Sur Imhallef, jiena nista’ naghmel assessment anke tax-xoghol tieghi stess. Jigifieri li kieku jkolli nerga’ nibda minn l-2013 nevita li naghmel certu affarijiet u naghmel affarijiet naqra differenti;
Imhallef A Lofaro :
Dak nasheb kulhadd hu!
Ix-Xhud :
Minn l-esperjenza titghallem illi iva…..
Imhallef A Lofaro :
Mhux kulhadd!
Ix-Xhud :
…certu zbalji tivithom.
Imhallef A Lofaro :
Ezatt.
Ix-Xhud :
Issa min ghamel certu zbalji zghar baqghu ghaddejjin u intesew; heq!, min ghamel zbalji mbaghad illi ma humiex zaghar, heq, ma nafx, irid jara naqra kif iwiegeb ghalihom issa.
Imhallef J Said Pullicino :
Hekk hu. Imma by hindsight, by hindsight issa, ma tghidx illi hemmhekk kellna sistema illi ma kinetx qed tahdem sew illi certi progetti saru b’ mod illi l-Kabinett kollu lanqas kien jaf x’ qed jigri? Ghax il-Kabinett hekk donnu ..
Ix-Xhud :
Nerga’ nghid, is-sistema kienet tajba, ghaliex is-sistema…; u din, din tohrog.., issa il-Kabiunett meetings huma marbutin bil-konfidenzjalita` u b’ kollox.
Imhallef J Said Pullicino :
..
Ix-Xhud :
Pero` jiena l-kumment generali tieghi hu illi fil-Kabinett jiena ma niftakarx darba wahda biss illi kien hemm nuqqas ta’ qbil fuq progett nazzjonali.
Imhallef A Lofaro :
Lanqas f’ xi dettallji jew hekk?
Ix-Xhud :
Issa jekk kien dettall… waqt il-Kabinett le. Mhux qed nghid Sur Imhallef li ma kienx ikun inter-ministerial dialogue.
Imhallef A Lofaro :
Mhux hekk?
Ix-Xhud :
Jigifieri jekk hu progett illi qed imixxi Chris, u John ma ghogbux u gholla idejh u esprima l-opinjoni tieghu dawk huma affarijiet normali. Allahres ma jezistux go Kabinett! Pero` le, iva l-Kabinett kien jimxi fuq struttra ta’ agenda, nargumentaw kull item wiehed wara l-iehor u fl-ahhar minn l-ahhar id- decizjoni hija kif tafu intom wahda kollettiva. U torbot il-Kabinett kollu
Chairman Imhallef M Mallia :
Ahna l-Electrogas li qed jinkwetana mhux tant il-fatt li hadtu decizjoni politika illi mill-heavy fuel oil tmorru ghal gass; that’s not us. Mhux kwistjoni t’ hawn.
Imhallef A Lofaro :
Mhix kwistjoni tahna dik.
Chairman Imhallef M Mallia :
Dik hi kwistjoni politika, il-gvern iddecieda hekk u hekk ghandu jigi implimentat. L-implimentazzjoni taghha u l-mod kif twaqqfet, illum, wara din l-informazzjoni kollha li harget tidher illi l-affarijiet ma kienux qeghdin isiru sew. Hemm hafna allegazzjonijiet. Bicciet minnhom huma pruvati bicciet minnhom forsi ghad iridu jigu pruvati. Illi anke dak li huma pruvati huma ta’ certa preokkupazzjoni. Illum, illi inti taf bhal ma nafu ahna, x’ inhija r- reazzjoni tieghek?
Ix-Xhud :
Ovvjament meta jkun hemm …
Chairman Imhallef M Mallia :
Nafu min kienu l-promoturi ta’ l-Electrogas. Nafu kif giet iffurmata. Nafu x’ kien hemm warajha wkoll. Nafu li kien hemm 17 Black. Dawn kontu tafuhom intom dawn?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
No hux?
Ix-Xhud :
No Sur Imhallef, ma konniex nafuhom.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ma kontux.
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
U meta faqgghet ..…
Chairman Imhallef M Mallia :
U meta sirt taf bihom? Meta sirt taf?
Ix-Xhud :
Ahna sirna nafuha mill-media hux
Chairman Imhallef M Mallia :
Mill-media.
Ix-Xhud :
Mhux hekk?
Imhallef A Lofaro :
Meta harget tal-Panama Papers, x’ kien4t ..
Ix-Xhud :
Yes. Dika qabel.
Chairman Imhallef M Mallia :
Dik qabel kienet.
Imhallef A Lofaro :
X’ kienet ir-reazzjoni bejnietkom hekk?
Ix-Xhud :
Ir-reazzjoni kienet wahda ovvjament preokkupanti hafna. Partikolarment fejn kienet tmiss persuni politici appuntati.
Imhallef A Lofaro :
Hekk hu; Ministru, Chief of Staff.
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
X’ kienet ir-reazzjoni tieghek ghall-ewwel …?
Imhallef A Lofaro :
Meta…, ghax hu kellimkom one by one…
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef A Lofaro :
….il-Prim Ministru
Ix-Xhud :
Yes. Jiena Sur Imhallef, jiena qieghed bil-gurament hawnhekk. Jiena nghid illi fil-bidu jiena qbilt mal-Prim Ministru illi jibqghu hemmhekk.
Imhallef A Lofaro :
Qbilt li jibqghu hemmhekk.
Ix-Xhud :
Iva. U kont ghedtlu illi at this stage l-opinjoni tieghi l-parir tieghi hu biex ma icaqlaqx la lil Konrad, u Keith ovvjament kien appuntat minnu allura dik ma nidhlux fiha. Pero` l-opinjoni tieghi kienet illi rridu naghtu naqra cans ha naraw naqra x’ ha jigri minn l-investigazzjoni dwar il-Panama Papers
Imhallef A Lofaro :
Peor` mid-dehra bdilt l-opinjoni mbaghad inti hux?
Chairman Imhallef M Mallia :
U sussegwentement ..?
Imhallef A Lofaro :
Biddiltha tidher.
Ix-Xhud :
Sussegwentement l-istorja baqghet tihhontja lill-gvern.
Imhallef A Lofaro :
Imbaghad harget 17 Black.
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef A Lofaro :
Inbidlet l-opinjoni tieghek meta harget ..?
Ix-Xhud :
Iva. Imma Sur Imhallef, inti tifhem illi l-affarijiet ma jibqghux kif kienu.. kif ikunu.
Imhallef A Lofaro :
Ezatt; meta harget ..
Ix-Xhud :
Fil-bidu iva, jiena kont wiehed minn dawk illi .., ma nafx x’ qalu l-ohrajn, rajt x’ qalu minn l-Inkjesta Pubblika.
Imhallef A Lofaro :
Kien hemm illi min ma riedx.
Ix-Xhud :
Pero` jiena mhux ser nghid hekk ghax jiena ..
Imhallef A Lofaro :
Il-verita` hux!
Ix-Xhud :
…il-verita` bil-gurament. Jiena lill-Prim Ministru kont ghedtlu : Prim, le, jiena nahseb illi ghalissa ma ghandek diddisturba xejn.
Chairman Imhallef M Mallia :
U meta biddiltha din l-opinjoni?
Imhallef A Lofaro :
Meta harget 17 Black?
Ix-Xhud :
Imbaghad iva. Imbaghad kif ghedt iktar qabel; dina baqghet tihhontja lill- gvern hux; baqghet tigri warajna; jigifieri wasal mument imbaghad illi l-gvern illi qed jaghmel dak il-gid kollu, jaghmel dak it-tajjeb kollu, jirbah l- elezzjonijiet kollha; dejjem izid l-appogg tal-pajjiz …
Imhallef A Lofaro :
Ehe, veru veru
Ix-Xhud :
… dan baqa’ imxekkel b’ din l-istorja bazikament; baqghet katina ma’ saqajna.
Imhallef A Lofaro :
U kibret b’ 17 Black..
Ix-Xhud :
Kull fejn tmur isaqsuk fuqha.
Imhallef A Lofaro :
U kibret bis-17 Black !
Ix-Xhud :
…tilloncja progett tajjeb, jigu l-gurnalisti, flok jistaqsuk fuq il-progett isaqsuk fuq is-17 Black
Imhallef A Lofaro :
Mhux hekk? Ezatt.
Ix-Xhud :
Heq! Dak li gara.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri kwistjoni li qed taghmel hsara kbira lill-partit, lill-gvern, lill-pajjiz.
Ix-Xhud :
Lill-gvern.
Imhallef A Lofaro :
Lill-pajjiz; lill-pajjiz.
Ix-Xhud :
Lill-gvern u lill-pajjiz.
Imhallef A Lofaro :
Ezatt.
Imhallef J Said Pullicino :
U baqghet sal-lum prattikament
Chairman Imhallef M Mallia :
Dak li nghidu bl-Ingliz the the albatross around the government’s neck
Imhallef J Said Pullicino :
Hekk hu. Pero` kif nafu wkoll ..
Ix-Xhud :
Niftakruha dik.
Chairman Imhallef M Mallia :
Tiftakruha dik.
Imhallef J Said Pullicino :
…. f’ pajjizi ohra m’ ghandekx l-ghada; wara ftit gimghat bdew jitilqu Prim Ministri, jirrezenjaw gvernijiet minhabba s-17 Black. Jigifieri jiena li ma nifhimx.. ghax jien nifhem fil-bidu ma tridx tkun… .. ejja ha naraw; pero` li wiehed jallarma ruhu u jibda minn dak inhar stess jara anke jekk mhux direttament min hu implikat jekk hux korrett jew le, u hemm hafna modi, tghallimni inti kif wiehed isir jaf jekk wiehed hux jimxi korrettmant jew le, daka ma jirrizultalniex li sar, u dak li jinkwetana. Ghax jiena nifhem li l- kawtela trid tkun, tajjeb?
Ix-Xhud :
Ezatt.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma hemm hafna modi kif inti tikkontrolla minghajr ma tqajjem ir-reazzjoni fil-pajjiz. Ghax inti tinsiex, imbaghad kollha kemm intom bqajtu ma genbhom tiddiskutu u tiddeciedu qisu ma gara xejn! U kif qed jirrizulta llum bdejna b’ wahda, u imbaghad giet l-ohra u mbaghad giet l-ohra…! Jigifieri s-searchlight ma kienx hemm ghax kieku konna nieqfu, almenu konna nieqfu fil-Panama Papers, qed niftehmu? Din li qed tinkwetana lilna bhala sistema ta’ gvern issa, qed tifhem? Jigifieri taqbel mieghi nahseb s’ hemmhekk, hux hekk?
Ix-Xhud :
Ehe naqbel ovvjament illi kif ghadu kif ghal l-Imhallef Mallia kienet… kienet problematika hux! Jigifieri..heq.. issa..; pajjizi ohrajn irezinjaw minn jeddhom ukoll il-Ministri.
Imhallef A Lofaro :
Iva iva.
Imhallef J Said Pullicino :
U lanqas huwa korrett li tghid ‘l ghaliex wiehed ma huwiex Ministru imma huwa person of trust ta’ xi hadd, tal-Prim Ministru, allura ma tistax tmissu! Ghax anzi bil-kontra. Jekk huwa wiehed person of trust u ma jgibx ruhu skont il-fiducja li tajtuh ghandu jispicca. Mhux..; jigifieri dawn l-affarijiet lilna jinkwetawna ghaliex huma l-qofol ta’ l-inkjesta taghna, tajjeb? Minn hemm bdejna l-istorja.
Chairman Imhallef M Mallia :
Fuq Keith Schembri, meta sirt tafu lil dan is-sinjur?
Imhallef A Lofaro :
Kont tafu qabel ma gie mahtur Chief of Staff?
Ix-Xhud :
Ara, jiena ..
Imhallef J Said Pullicino :
Ma’ ahniex qed niggudikawh ta.
Ix-Xhud :
Jiena ghandi idea tieghu minn zmien l-universita`.
Imhallef A Lofaro :
Iva?
Ix-Xhud :
Iva. Ghandi idea tieghu minn l-universita`; pero` sirt nafu l-aktar.. mhux sirt nafu l-aktar!.. sirt nafu jigifieri naf li jismu Keith Schembri fl-2012.
Imhallef A Lofaro :
Sena qabel l-elezzjoni.
Ix-Xhud :
Sena qabel l-… iva.
Imhallef J Said Pullicino :
Meta dahal fit-team taghkom tal-kampanja elettorali u dawn l-.
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef J Said Pullicino :
.. gustament
Imhallef A Lofaro :
Kien jahdem hafna hux hekk?
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
Minn barra c-Chief of Staff, Keith Schembri kellu xi rwol fl-amministrazzjoni tal-gvern?
Imhallef A Lofaro :
Jew fit-tmexxija almenu?
Ix-Xhud :
No. Not that I know of. Jidhirli li kien appunta board member; jidhirli li kien appuntat board member..minhiex.. pero` I stand to be corrected, SmartCity, SmartCity Malta. Pero` minhiex cert fuqha. Pero` ghamel xi zmien jidhirli li kien appuntat board member hemmhekk.
Imhallef A Lofaro :
Kien responsabbli mill-Customer Care tal-gvern
Ix-Xhud :
Le.
Imhallef A Lofaro :
Customer Care, le?
Ix-Xhud :
Ma nahsibx ta.
Chairman Imhallef M Mallia :
Kien jattendi laqghat tal-Kabinett?
Ix-Xhud :
Iva.
Chairman Imhallef M Mallia :
Regolari?
Ix-Xhud :
Iva.
Chairman Imhallef M Mallia :
Kont tiddiskuti l-hidma tieghek ta’ l-organizzazzjoni tal-Ministeru mieghu?
Ix-Xhud :
Iva, b’ mod regolari.
Imhallef J Said Pullicino :
Issa ahna nafu, nafu ahna lkoll, illi kull gvern ikollu xi hadd illi l-kingpin ta’ l- amministrazzjoni. Jigifieri sejjahlu Chief of Staff, sejjahlu li trid. Jigifieri ahna ma naraw xejn hazin li jkun hemm persuna fil-kariga li kien jokkupa s-Sur Schembri, assolutament. Il-problema hi f’ liema mument inti, jekk hu hekk, dherlek illi dana jista’ mhux qed jimxi kif suppost is-Sur Schembri?
Ix-Xhud :
Jiena minn l-esperjenza personali tieghi dik qatt ma kont rajtha.
Imhallef J Said Pullicino :
Qatt ma …?
Ix-Xhud :
Qatt ma skontrajta.
Imhallef A Lofaro :
Ma kienx jindahhalek lilek.
Ix-Xhud :
Anzi!
Imhallef A Lofaro :
Le.
Ix-Xhud :
Kont niddiskuti mieghu Sur Imhallef, kont niddiskuti mieghu; fejn ma nistax nasal wahdi u allura ghandi bzonn naqra izjed appogg tal-gvern, kont niddiskuti mieghu; u kont nasal.
Imhallef A Lofaro :
Kien jintervjeni hu..
Ix-Xhud :
Kien jintervjeni b’ mod pozittiv ghal dak li ma ..
Imhallef A Lofaro :
Fuq talba tieghek imma, mhux jintervjeni minn jeddu hu.
Ix-Xhud :
Jiena qed nghid.. iva da zgur
Imhallef A Lofaro :
Fuq talba tighek.
Ix-Xhud :
Iva mela da zgur; sintendi; u minn knowledge dak li nara jien …
Imhallef A Lofaro :
Le fuqek qed nitkellmu.
Ix-Xhud :
Iva iva mela mela mela sintendi. Kont nitolbu l-ghajnuna tieghu.
Imhallef J Said Pullicino :
Mela jekk nghidu illi.. kif qal haddiehor il-Ministri shabek, illi kellu poter wisq u ma kellux ikollu dik is-sahha kollha, inti ma taqbilx maghha din l- assessment? Mhux ahna qed nghiduha din.
Ix-Xhud :
Kellu poter proporzjonali mal-kariga tieghu.
Imhallef J Said Pullicino :
Mal-kariga. Jigifieri inti ghalik kien f’ postu.
Ix-Xhud :
Kien f’ postu u zgur. Kien indispensabbli.
Chairman Imhallef M Mallia :
Meta tghidli Chief of Staff jien nifhem illi dan ikun responsabbli ta’ l-ufficcju tal-Prim Ministru; jorganizza sew; jara li l-ufficcju jimxu sew, jara li l-Prim Ministru jkollu l-ghodda kollha necessarja ghax-xoghol tieghu ta’ kull jum; jien nifhem li dak huwa Chief of Staff..
Ix-Xhud :
Ma nahsibx Sur Imhallef; ma naqbilx mal-Qorti.
Chairman Imhallef M Mallia :
…u kull Ministru kull Ministeru ghandu Chief of Staff tieghu
Ix-Xhud :
Hekk hu ezatt.
Chairman Imhallef M Mallia :
Issa milli qed jghidulna hawn jidher.. u l-assessment taghna huwa li dan ic- Chief of Staff partikolari ha l-mansjoni tal-politiku elett u ha dan it-tip t’ xoghol li suppost qed jaghmlu l-politiku.
Imhallef A Lofaro :
It-tip ta’ poter ukoll ..
Ix-Xhud :
No ma nahsibx.
Chairman Imhallef M Mallia :
…ha l-poter. .
Ix-Xhud :
No, jien ma nahsibx.
Chairman Imhallef M Mallia :
Inti ma taqbilx ma’ din ..
Ix-Xhud :
No. Ma naqbilx. Qed inwiegeb dejjem ghal dak li ghandi x’ naqsam jien.
Imhallef A Lofaro :
Fuqek fuqek.
Ix-Xhud :
Mhux fuq haddiehor.
Imhallef A Lofaro :
Le.
Ix-Xhud :
Fuqi. Jigifieri hu kien jagixxi bhala Chief of Staff. Chief of Staff qabel kienu jghidulu assistent personali; niftakru fi zmien prim ministri ta’ qabel kollha kellhom l-assistenti personali.
Imhallef A Lofaro :
Iva.
Ix-Xhud :
Mhux ser noqghod insemmi ismijiet, pero` kulhadd jaf min huma.
Imhallef A Lofaro :
Kollha kellhom
Ix-Xhud :
U kollha kellhom dan it-tip ta’ rwol, ta’ facilitator, ta’ intermejdajru, ta’ interlokatur.
Imhallef A Lofaro :
Iva, naqblu mieghek.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ghaliex ic-Chief of Staff allura ma taqbilx mieghi illi dana huwa l-kap ta’ l- ufficcju, imma ghandu mansjonijiet ohra barra dan?
Ix-Xhud :
Ghax iva ezattament Sur Imhallef; l-ufficcju ma jmexxihx ic-Chief of Staff. L-ufficcju fejn jidhlu affarijiet amministrattivi, anke fil-kaz ta’ Ministru li huwa hafna inqas minn Prim Ministru, ahna kien ikollna c-Chief of Staff taghna. L-amministrazzjoni titmexxa mis-segretarjat pubbliku. Inti jkollok il- Permanent Secretary u tmexxi l-amministrazzjoni jew imixxi l- amministrazzjoni ta’ l-ufficcju huma.
Chairman Imhallef M Mallia :
Mela allura c-Chief of Staff x’ inhu jaghmel?
Ix-Xhud :
Ic-Chief of Staff huwa iktar.
Imhallef A Lofaro :
Fil- Ministeru tieghek
Ix-Xhud :
Fil-Ministeru jiena Chief of Staff kont narh izjed ta’ l-istess, interlokatur, intermadjatur, jekk ghandna xi problemi illi rridu ninvolvu Ministeru ohrajn biex insolvuhom, indahhal lilu flimkien ma’ Chief of Staff iehor. Jekk hemm xi tip ta’ challenge jew inkella xi problema li tista’ twassal xi kumpanija per ezempju li forsi ghandha problema illi tista’ twassal biex taghmel il-lay-offs, iddahhal lic-Chief of Staff biex..; jigifieri c-Chief of Staff ir-rwol tieghu huwa pivotal go Ministeru. Huwa importanti, l-iktar l-iktar rwol importanti illi ghandu l-Ministeru. L-iktar rwol importanti fis-sens illi mhux fl- amministrazzjoni ta’ dat-to-day ta’ l-ufficcju, imma f’ decizjonijiet importanti li jrid jappogga lill-Ministru. Issa jiena ghandi nifhem li at Prime Ministry level dik tkun izjed b’ sahhitha hux.
Imhallef J Said Pullicino :
Inti fil-Ministeru tieghek kien hemm xi hadd jirrispondi direttament lilu? Ghax qalulna li ..
Ix-Xhud :
Lil Keith Schembri qed tghid inti?
Imhallef J Said Pullicino :
Ehe. Qalulna li kull Ministeru kien ..
Ix-Xhud :
Ovvjament kull Ministeru kellu c-Chief of Staff..
Imhallef J Said Pullicino :
Li kien jirrispondi ..
Ix-Xhud :
Ic-Chief of Staff jirrispondi lili ..
Imhallef J Said Pullicino :
Ovvjament; imma kien li ..
Ix-Xhud :
Pero pero` iva, kien ikollhom il-laqghat tac-Chief of Staffs iva.
Imhallef A Lofaro :
Imma inti tieghek inti ghaziltu?
Ix-Xhud :
Iva, darbtejn
Imhallef J Said Pullicino :
…kellhom il-laqghat mas-CEO tal-Prim Ministru kollha kemm huma mal- Ministeru..
Ix-Xhud :
Ezattament.
Chairman Imhallef M Mallia :
Meta harget il-Panama Papers leak, u anke meta gew ippubblikata r-rapporti ta’ l-FIAU dwar Keith Schembri x’ kienet ir-reazzjoni tieghek? Xorta bqajt tikkonsultah fl-affarijiet fid-diffikultajiet li kien ikollok?
Ix-Xhud :
Iva Sur Imhallef, ghaliex irrid infakkar illi meta kien hemm il-pubblikazzjoni tal-Panama Papers, Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu irreagixxew, ghamlu reazzjoni; reazzjoni ghal dik l-ahbar..
Imhallef A Lofaro :
Iva iva.
Ix-Xhud :
Konrad Mizzi u Keith Schembri kienu jekk minhiex sejjer zball hargu press releases separati jew inkella ghamlu press conferences separati. U d-difiza biex nghidu hekk generali taghhom kienet illi iva kienet decizjoni illi hija politically naïve, pero` t-tnejn qalu wkoll li ma kellhomx intenzjoni kriminali, biex nghidu hekk, jew intenzjoni malizjuza f’ dak li kienu ghamlu.
Imhallef A Lofaro :
U inti dak iz-zmien emminthom jigifieri.
Ix-Xhud :
Iva. Ma kellix ghalfejn le. Ma stajtx nifhem ir-raguni ..
Imhallef A Lofaro :
Ghax PEP’s, ifhimni.
Ix-Xhud :
Ma stajtx nifhem ir-raguni.
Imhallef J Said Pullicino :
Ir-raguni ghalfejn …
Ix-Xhud :
Ma stajtx nifhimha, imma emminthom, u zgur.
Imhallef A Lofaro :
Pero` ma stajtx tifhem ir-raguni.
Ix-Xhud :
Ifhimni, din ma kinetx l-ewwel leak.
Imhallef A Lofaro :
Le.
Ix-Xhud :
Jigifieri niftakru Swiss leaks; niftakar x’ gara qabel
Imhallef A Lofaro :
Iva iva veru.
Ix-Xhud :
U nafu minn xiex ghaddew politici qabel. Jigifieri jiena kont naraha xi haga assurda illi bniedem illi ghadda minn dik l-esperjenza jerga’ jaghmel xi haga li tista’ tpoggih f’ pozizzjoni kompromessa l-istess kif gara 7, 8, 10 years qabel.
Imhallef A Lofaro :
Imma dawn affarijiet li jigru eh!
Ix-Xhud :
Graw fil-fatt.
Imhallef J Said Pullicino :
Graw graw. Graw, u l-verita` hi li fil-waqt li qabel il-leak kienet tkun wiehed kellu kont ..
Ix-Xhud :
..l-Izvizzera
Imhallef A Lofaro :
Ezatt.
Imhallef J Said Pullicino :
Din mhix kwistjoni ta’ kont.
Ix-Xhud :
Mhux hekk!
Imhallef J Said Pullicino :
Dina kwistjoni ta’ sistema.
Imhallef A Lofaro :
Trust; kumpaniji sigrieti…
Imhallef J Said Pullicino :
…sistema. Issa jekk hux veru jew le ma nafux ghadna; imma dawk huma l- allegazzjonijiet. Li nholqot sistema li kif dak il-kont imbaghad jigi utilizzat. Imbaghad ikollok kont li l-affarijiet jigru…
Ix-Xhud :
Hekk hu.
Imhallef J Said Pullicino :
U ghalhekk hemm din id-distinsjoni bejn dawk illi gew skoperti bil-Panama Papers; hemm seba’ mitt kaz. Imma hafna minnhom dawn huma kif qed nghidu irregolaritajiet finanzjarji. Tajjeb? Xorta jista’ ikunu serji, imma ahna li qed nitkellmu fuqu differenti hux.
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef A Lofaro :
Ghax tax evasion mod, money laundering hija hafna aghar.
Imhallef J Said Pullicino :
Qed nitkellemu fuq livelli li mhux money laundering biss ghandna hawn!
Imhallef A Lofaro :
Ezatt.
Chairman Imhallef M Mallia :
U x’ kienet ir-relazzjoni tal-Prim Ministru ma’ Keith Schembri?
Ix-Xhud :
Hbieb.
Imhallef A Lofaro :
Imma close hafna?
Ix-Xhud :
Yes
Chairman Imhallef M Mallia :
Oltre professional
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
Oltre professional; kienu friends, kienu hbieb.
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef A Lofaro :
Very close.
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
Very close.
Ix-Xhud :
….
Chairman Imhallef M Mallia :
Irrispondi iva.
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef A Lofaro :
Ghax inkella fuq it-tape ma tigix
Ix-Xhud :
Skuzawni.
Imhallef J Said Pullicino :
U dan jirrizulta kull jum qieghed ghax ghanda wkoll ilbierah informazzjoni.. u anke llum ghandu jkun dalghodu, fuq it-telfonati u mhux telefonati; I mean inti kont maqtugh minn dan ic-cirku donnok.
Imhallef A Lofaro :
Fuq il-WhatsApp chats….
Imhallef J Said Pullicino :
Inti kont maqtugh minn dan ic-cirku.
Ix-Xhud :
Liema cirku?
Imhallef A Lofaro :
Tal-WhatsApp chats.
Ix-Xhud :
Le le ma kontx involut fil-WhatsApp chats.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma kontx imdahhal fihom hux hekk?
Ix-Xhud :
Le; ghandi l-WhatsApp chats tieghi ma’ persuni…
Imhallef J Said Pullicino :
Imma ma kontx qieghed inti fic-cirku Schembri, Fenech u Muscat ..
Ix-Xhud :
Le le le; le.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma kontx.
Ix-Xhud :
Le; ghandi imma WhatsApp chats tieghi kemm ma’ Schembri, kemm mal- Prim Ministru, u zgur, mhux ovvja! Kulhadd juzah illum il-WhatsApp.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma kontx sorpriz inti b’ dan it-triangolu?
Ix-Xhud :
Le le le
Imhallef J Said Pullicino :
Ma kontx sorpriz b’ dan it-triangolu.
Imhallef A Lofaro :
…ma’ Yorgen Fenech.
Ix-Xhud :
Skuzi?
Imhallef J Said Pullicino :
Bit-triangolu Muscat, Fenech u Schembri ma kontx sorpriz.
Ix-Xhud :
Le ma kontx naf bih jiena.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma kontx taf bih.
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
No.
Ix-Xhud :
Ma kontx naf bil-WhatsApp group le.
Imhallef J Said Pullicino :
Sewwa.
Imhallef A Lofaro :
Kont taf li l-Prim Ministru daqshekk hu kien close ma’ Yorgen Fenech ukoll?
Ix-Xhud :
No Sur Imhallef ma kontx naf lanqas.
Imhallef A Lofaro :
No. Kont tarah Kastilja lil Yorgen Fenech?
Ix-Xhud :
No
Imhallef A Lofaro :
…Yorgen Fenech?
Ix-Xhud :
No qatt.
Imhallef A Lofaro :
Qatt
Chairman Imhallef M Mallia :
Imma l-ufficcju tieghek ma kienx Kastilja hux?
Ix-Xhud :
Le; imma jiena kont inkun Kastilja regolarment.
Imhallef A Lofaro :
Mhux cabinet?
Ix-Xhud :
Le le le, kwazi kuljum..
Imhallef A Lofaro :
U ma kontx tarah?
Ix-Xhud :
No qatt.
Imhallef A Lofaro :
L-ufficcju ta’ Keith Schembri?
Ix-Xhud :
Qatt.
Imhallef A Lofaro :
Le.
Ix-Xhud :
Nahlef li qatt.
Imhallef A Lofaro :
All right. Jiena kelli l-vantagg tad-distanza, allura l-Prim Ministru jekk kien irid ikellimni, flok joqghod jistenna cabinet jew jistenna grupp parlamentari jew hekk, kien icempilli jew jibghatli messagg – ejja naqra sa hdejja. 2 minutes u nasal ghandu bil-mixi.
Imhallef A Lofaro :
Mhux hekk? Vicin.
Ix-Xhud :
Konvenjenti hafna kienet. U mbaghad kont niltaqa’ izjed mal-Prim Ministru peress li jien minn l-2016 sa l-2020 kont Deputy Leader allura kont nattendi anke ghal leadership meetings, ghall-esekuttiv. Meta l-Prim Ministru kien isiefer u kien ikun hemm id-Deputat Prim Ministru imsiefer kont inkun Agent Prim Ministru u allura ..
Chairman Imhallef M Mallia :
Allura meta ssejhet l-elezzjoni generali bikrija fis-2017, inti kont ghadek Deputat Mexxej fit-2017
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
Kif kont involut? Kont taf biha din id-decizjoni li ser tissejjah bikrija?
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
U kemm kont taf qabel?
Ix-Xhud :
Yes; kont naf a couple of days before Sur Imhallef.
Chairman Imhallef M Mallia :
Days?!
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
Now weeks or months?
Ix-Xhud :
No; days.
Chairman Imhallef M Mallia :
Days.
Ix-Xhud :
I am qualifying the word ‘days’
Imhallef A Lofaro :
Tawhielek ir-raguni ghaliex?
Ix-Xhud :
Ha mmorru ghall-elezzjoni?
Imhallef A Lofaro :
Bikrija?
Ix-Xhud :
Ghaliex mis-sondaggi li kienu saru kien jidher illi l-Partit Laburista kien ser jerga’ jirbah b’ mod komdu.
Imhallef A Lofaro :
Imma ma kienx hemm xi haga ohra forsi?
Ix-Xhud :
Iva da zgur; kien hemm l-intercezza illi kienet tinholoq fil-pajjiz hux, protesi ..
Imhallef A Lofaro :
Ghaliex kien hemm il-protesti …
Ix-Xhud :
..mass meetings kull gimgha, il-Hadd, is-Sibt. L-ekonomija bdiet tiehu indikazzjonijiet illi b’ dawn il-protesti tista’ tiggammja certi setturi bhal ma huma r-retail u l-hospitality fejn qed isiru l-protesti, u allura ovvjament iva da zgur, mhux ovvja din! Dan huwa kalkolu politiku hux!
Imhallef A Lofaro :
Tinsiex illi fiz-zmien in kwistjoni Malta kellha l-presdenza ta’ l-EU.
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
Le?
Chairman Imhallef M Mallia :
2017!!
Ix-Xhud :
Iva mela mela u zgur; yes yes yes, skuzani. Ghandha ragun il-Qorti. ‘L ghaliex jiena niftakar illi dak inhar ta’ l-elezzjoni.. dik il-gimgha ta’ l-elezzjoni kelli committee meeting go Brussel. Iva.
Imhallef A Lofaro :
Kien hawn hafna events hu.
Ix-Xhud :
Iva ghandek ragun Sur Imhallef.
Imhallef A Lofaro :
Ma kkonsidrajtuhx dak il-fattur?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
Le.
Ix-Xhud :
Jigi konsidrat bhala variable, mhux hekk? Sintendi; pero` mbaghad fl-ahhar minn l-ahhar inti d-decizjoni tissejjah fl-interess tal-pajjiz.
Imhallef A Lofaro :
U jehodha l-Prim Ministru hux?
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef A Lofaro :
Mhux hekk? Prerogattiva tieghu dik.
Ix-Xhud :
Hu kien informani bid-decizjoni fil-fatt.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri ma kontux.., inti ma kontx konxju jekk hu hekk dejjem, illi kienet ser tohrog certa informazzjoni fuq l-Electrogas ghaliex kien sar xi leak.. ghax pajjiz tal-leaks dan! qisna passatur, minn Electrogas li setghet tkun ta’ pregudizzju kbir ghal partit. Jigifieri jekk kontx konxju..
Ix-Xhud :
Ma kontx naf. Sirt naf mill-media.
Imhallef J Said Pullicino :
Ehe; wara.
Ix-Xhud :
Wara li thabbret mill-media, mhux hekk? Sintendi.
Imhallef J Said Pullicino :
Wara. jigifieri qabel l-elezzjoni ma kontx taf li kien hemm dina c-cans ta’ imminent leakage?
Ix-Xhud :
No no.
Imhallef J Said Pullicino :
Le.
Ix-Xhud :
Qabel l-elezzjoni ta’ l-2017 qeghdin nitkellmu ahna
Imhallef A Lofaro :
Ehe.
Ix-Xhud :
No ma kontx naf.
Imhallef A Lofaro :
U ma ninsewx kienet harget l-allegazzjoni ta’ Egrant ukoll.
Ix-Xhud :
Yes. Imma dika kien hemm l-inkjesta ghaddejja fuqha.
Imhallef A Lofaro :
Imma kienet ghadha mhix konkluza.
Ix-Xhud :
No. Fil-fatt kienet wahda mid-dibattiti principali li kien ikollu l-Prim Ministru u l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni. Il-Prim Ministru kien jghidlu hemm l-inkjesta, jekk isibu xi tip ta’ htija fuqi jew fuq marti jien nirrizenja. Kien tefa’ l-istess challenge lill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, pero` dak inhar il-Kap ta’ l- Oppozizzjoni ma kienx laqghaha dik ic-challenge. Ghax qallu jekk ma isibunix hati trid tirrezenja inti.
Imhallef A Lofaro :
Eh fhimtek.
Ix-Xhud :
U l-iehor kien qallu.. ma kienx wiegeb bazikament; kien harab mill-mistoqsija.
Chairman Imhallef M Mallia :
Meta sirt tafu lil Konrad Mizzi?
Ix-Xhud :
Jiena naf lil Konrad Mizzi meta kien ghadu tifel, ghaliex ..
Imhallef A Lofaro :
Kontu hbieb?
Ix-Xhud :
Le; ghaliex kont nghallem l-Ingliz go skola ta’ l-Ingliz, u kien student hemmhekk.
Imhallef A Lofaro :
Kien jghallem l-Ingliz?
Ix-Xhud :
Le kien student haddiem haw.. jaghmel xi xoghol bhala student ta’ 16 years.
Imhallef A Lofaro :
U sirtu hbieb.
Ix-Xhud :
Le le; ma sirniex hbieb hux! Jiena ikbar minnu. Imma niftakru jigifieri, gie li wassaltu d-dar; ma kellux karozza, kellu 16. Imbaghad ma bqajtx narah. Sparixxa. U darba iltqajt mieghu Hal Balzan; kien mal-mara tieghu wara nahseb kienu ghaddew a good 10 years. Kont staqsejtu x’ inhu jaghmel. Ma kienx semmieli politika. Kien semmieli xoghol iehor.
Imhallef A Lofaro :
Kien imsiefer l-Ingilterra, le?
Ix-Xhud :
Iva. Imbaghad iltqajt mieghu c-Centru Nazzjonali Laburista meta ghamel il- prezentazzjoni tal-bdil mill-faham ghal gass.
Imhallef J Said Pullicino :
U allura f’ dik il-prezentazzjoni saret minn Dr Mizzi saret ghaliex naturalment jew ressaqha hu jew xi hadd iehor ressaq il-progett.
Ix-Xhud :
Qabel l-2013 qeghdin nitkellmu.
Imhallef A Lofaro :
Iva iva.
Imhallef J Said Pullicino :
Qabel. Il-progett gabu bhala progett tieghu Dr Mizzi jew inkella ..?
Ix-Xhud :
Le, kienet.. ha nghid x’ naf jien
Imhallef J Said Pullicino :
Da zgur x’ taf inti.
Ix-Xhud :
Jiena dak iz-zmien kont membru parlamentari sintendi;
Imhallef J Said Pullicino :
Ehe; u kontu qed tippreparaw ..
Ix-Xhud :
… u kont prezenti ghal din il-prezentazzjoni. Kien il-persuna illi l- introduzzjoni tieghu kienet l-espert li ser jghidilna kif ghandna naghmluha. Jigifieri lanqas konna naf… jien, jien ma kontx naf li hiereg ghall-elezzjoni Konrad Mizzi; li sussegwentement ha jkun Ministru..
Imhallef A Lofaro :
Xejn.
Ix-Xhud :
Fhimt? Jigifieri jiena kont f’ mohhi li kien ser ikun the person running the transition. Issa jekk tghidli kienx ser ikun CEO ta’ l- Enemalta, jew inkella l- advisor tal-Ministru; jew il-Ministru huwa stess; dika f’ dak iz-zmien ma kontx nafha jien.
Imhallef A Lofaro :
I see. Ma qalulkomx.
Ix-Xhud :
Hadd ma kien jafha
Imhallef J Said Pullicino :
U resaq quddiemkom fil-preparament ghall-elezzjoni jigifieri..
Ix-Xhud :
Imbaghad hareg ghall-elezzjoni u tela’.
Imhallef J Said Pullicino :
U pprezenta l-progett. Meta pprezenta l-progett fil-… nahseb jew fl-esekuttiv tal-Partit jew inkella ma nafx ..
Ix-Xhud :
No, jidhirli, ta Sur Imhallef, jidhirli, minhiex cert, pero` jidhirli li kienet mhux fil-kamra ta’ l-esekuttiv. Il-presentation kienet saret fil-hall,
Imhallef J Said Pullicino :
Sewwa; u allura dak kien mezz ..
Imhallef A Lofaro :
Tac-Centru Laburista, le?
Ix-Xhud :
Yes yes definitely.
Imhallef J Said Pullicino :
Dana kien mezz kif intom il-weghda principali tal-programm elettorali taghkom kontu..
Ix-Xhud :
Ha titwettaq ..
Imhallef J Said Pullicino :
..
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef J Said Pullicino :
Allura dan takom il-mod kif.
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef A Lofaro :
Tat-trahhis tal-kontijiet.
Ix-Xhud :
Sure.
Imhallef J Said Pullicino :
Il-mod kif. U meta ghamel din il-presentation, il-presentation ghamilha off the cuff jew inkella kellu progett preparat?
Ix-Xhud :
Le le; kellu anke xi infographics
Imhallef J Said Pullicino :
Ukoll ehe?
Ix-Xhud :
Iva iva niftakar; niftakar li kellu infographics u jidhirli li kien hemm analizi komparattiva ta’ l-uzu tal-heavy fuel oil mal-gass u l-hinijiet tal- ..
Imhallef J Said Pullicino :
U kif ser jigi konvertit bil-vapur …
Ix-Xhud :
Iva iva. Le le
Imhallef J Said Pullicino :
Anke l-idea tal-vapur ..
Imhallef A Lofaro :
Kellu esperti mieghu? Esperti?
Ix-Xhud :
Ma niftakarx li kellu esperti.
Imhallef A Lofaro :
Ma tiftakarx
Ix-Xhud :
Jidhirli li kien wahdu; jidhirli.., jiena kont naqra sorpriz li ma kienx hemm ix- shadow minister ta’ l-Energija hemmhekk.
Imhallef A Lofaro :
Veru.
Ix-Xhud :
Jidhirli. Pero` this goes back 10 years or more. No, 10 years; it goes back 10 years, 9 years.
Imhallef A Lofaro :
9.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ix-shadow minister dak iz-zmien kien ..
Ix-Xhud :
Jidhirli Joe Mizzi.
Imhallef A Lofaro :
Iva Joe Mizzi nahseb. Jew ma nafx ..
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
Joe Mizzi jew Carmenu ..?
Ix-Xhud :
Carmenu Vella? Le le, Carmenu Vella kien qed jiehu hsieb il-manifest elettorali dak iz-zmien. Jista’ ikun li kellu turizmu jixxedowja; pero` minhiex cert. Jidhirli dak iz-zmien Marie Louise Coleiro Preca kienet ix-shadow Minister tat-Turizmu. U Carmenu Vella kien il-campaign ..il-manifesto..
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri dan il-progett.. il-presentation saret xi ftit gimghat qabel.. jew kwazi xi xahar qabel l-elezzjoni..
Ix-Xhud :
Minhiex f’ pozizzjoni nghidlek iva jew le; pero` zgur qabel l-elezzjoni tat- 2013.
Imhallef J Said Pullicino :
Hekk hu. Takom indikazzjoni Dr Mizzi dak iz-zmien li seta’ kien hemm nies interessati Malta biex jaghmlu dan il-progett?
Ix-Xhud :
No, ma niftakarx.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma takomx.
Ix-Xhud :
Jista’ ikun, pero` ma niftakarx.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma tiftakarx.
Imhallef A Lofaro :
Semma lic-Cina per ezempju?
Ix-Xhud :
No no no.
Imhallef A Lofaro :
Xejn.
Ix-Xhud :
Jien ma niftakarx li ..
Imhallef J Said Pullicino :
Kien hemm l-iskema pero` fl-iskema kellkom anke dawn il-progett bhala progett kien finalizzat.
Ix-Xhud :
Li niftakar hu illi hu kien pjuttost cert illi dan il-progett ser jirnexxi minhabba illi kien diga` sar go gurisdizzjoni ohra u allura it was not a test case. There was a model to follow.
Imhallef J Said Pullicino :
Sewwa. Pero` imma inti ma tafx li qabel l-elezzjoni kienu saru xi meetings anke ma’ negozjanti Maltin ..
Ix-Xhud :
No.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma tafx.
Ix-Xhud :
No no
Imhallef J Said Pullicino :
…jew xi ikliet jew hekk qatt ma..
Ix-Xhud :
No no no.
Imhallef A Lofaro :
Li kien hemm Gasan, Apap Bologna.
Ix-Xhud :
No no Sur Imhallef.
Imhallef A Lofaro :
Xejn.
Imhallef J Said Pullicino :
Dawk ma tafhomx.
Ix-Xhud :
No ma nafhomx.
Chairman Imhallef M Mallia :
Di professjoni Konrad Mizzi huwa inginier hux hekk? Ghandi nifhem.
Ix-Xhud :
Le, no.
Chairman Imhallef M Mallia :
Le?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
X’ inhu mela?
Chairman Imhallef M Mallia :
X’ inhi l-professjoni tieghu?
Ix-Xhud :
Il-professjoni tieghu jekk minhiex sejjer zball huwa speccjalizza barra f’ management ..
Imhallef A Lofaro :
Management
Ix-Xhud :
Yes. Management u ..
Imhallef A Lofaro :
Kif kien jifhem daqshekk allura fl-enerigija ..?
Ix-Xhud :
…u project management rather more then that..
Imhallef A Lofaro :
Kif kien jifhem daqshekk fl-enerigija allura?
Ix-Xhud :
Ma nafx.
Imhallef J Said Pullicino :
Kien trejnjajt ovvjament. Pero` ghax il-kurjuza hi illi ftit gimghat.. forsi xahrejn tlieta wra l-elezzjoni dan il-progett gie lest; gie lest. Jigifieri fis-sens..
Ix-Xhud :
Kienet feather in his cap anzi!
Imhallef J Said Pullicino :
Iva iva; jigifieri gie lest bin-nies li jinvestu u ..
Ix-Xhud :
Yes, yes yes jigifieri he hit the ground running
Imhallef J Said Pullicino :
Kif tispjegaha din? Ghax..
Ix-Xhud :
Ma nafx.
Imhallef J Said Pullicino :
Ghax dan progett tant hu kbir illi normalment jiehu ..
Imhallef A Lofaro :
Ghax kienm komplikat hafna
Ix-Xhud :
I have no idea.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma tafx inti.
Ix-Xhud :
Le, jiena li naf hu illi kien hemm pressjoni kbira fuqu biex iwassal il-progett fl-ewwel sitt xhur.
Imhallef J Said Pullicino :
Iva dak naqblu, dak naqblu u ma ghandix dubju li you had to cut corners ukoll probabbillment biex issir…; pero` l-kurjuza hi kif f’ daqqa wahda nsabu n- nies, barranin whatever, kumpaniji..
Imhallef A Lofaro :
Investituri, kollox
Imhallef J Said Pullicino :
Dik ghalina hija misteru
Ix-Xhud :
Jiena Sur Imhallef, ha nerga’ nirrepeti, minni da parti tieghi, minni, minni bhala xhud ma nafx.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma tafx.
Ix-Xhud :
Illum naf minn dak li gie rappurtat fil-media kif graw l-affarijiet ovvjament. Jigifieri l-organigram tal-kumpanija, min huma in-nies, kemm kienu jiltaqghu ma’ nies; ma’ min iltaqghu qabel; kienu iltaqghu ma’ l-oppozizzjoni; ghamlu prezentazzjoni, ma gietx accettata. Jigifieri dika nafha, imam nafha mill- media.
Imhallef J Said Pullicino :
Tafha mill-media. Ghaliex wahda minn l-affarijiet li tinkwetana bhala Board hawn u mhux ghal ta’ l-Electrogas biss, imma anke ghal progetti ohrajn, li f’ kull progett ta’ certu kobor u ta’ certu entita` nazzjonali kwazi, dejjem ikun hemm xi element ikrah. Fis-sens illi l-investitur jew wiehed minn l-investituri principali jigi hawn jaghmel ftit u jitlaq; wiehed ifalli. Dawn l-affarijiet li ma jidhirx li kien hemm preparazzjoni adekwata meta jigi deciz kif ser isir il- progett u min ser jaghmlu. Dawn l-affarijiet hawnhekk jirrizultaw. Jigifieri jekk kienx hemm due diligence fuq affarijiet li normalment huma taken for granted li jsiru. U mhux wiehed! Ghax kieku wiehed tghid marritli zmerg din. Imma f’ kull wahda hemm xi element… ha nitkellmu hekk, ha nuza l-kelma mhux suppost, korruttiv.
Ix-Xhud :
Sur Imhallef, jiena kelli portafol pjuttos impenjattiv. Hafna mill-hin jekk mhux il-hin kollu kont qieghed niffoka fuq xoghol li qed naghmel jiena.
Imhallef A Lofaro :
Ovvja hux. Imma ma rajthiex hekk stramba li ma tantx ha hin dak il-progett?
Ix-Xhud :
No; Sur Imhallef, ahna lanqas konna.. jien, jien lanqas kont naf bin-nies involuti.
Imhallef J Said Pullicino :
Dr Cardona, il-progetti li ghamilt inti li huma hafna, Malta Enterprise, ma jirrizultax dan it-tip ta’ ombra, tajjeb? Kultant ikollok xi wahda; imma ma jirrizultax.
Imhallef A Lofaro :
Dawn ix-shadows biex nghidulhom hekk.
Imhallef J Said Pullicino :
…kien hemm sistema lijew timxi skont ir-regoli… the book; dik donnu hekk kienet is-sistema; dawna mhux hekk; din hija d-differenza. Ahna f’ kull gvern ikun hemm problemi, u f’ kull gvern ikun hemm wiehed li jmorlu zmerg tajjeb? Korruzzjoni, mhux ser issibha u ma ssibhiex, tajjeb? Imma li ssibha li donnu distinzjoni netta li dawn kienu jigru f’ Ministeri ohrajn inkluz tieghek, tghidu l-affarijiet jimxu kif suppost hu; bid-difetti kollha li hemm, u dawn il- progetti li huma ta’ certu kobor, jinvolvu l-istess nies ..
Imhallef A Lofaro :
..hafna flus, miljuni kbar.
Imhallef J Said Pullicino :
….u dejjem l-istesss tip ta’ problema. Dik ghalina ..heq! Ghax imbaghad dik li ggib ir-reazzjoni; dik li iggib il-kritka fil-gurnali u l-blogs, u tikber l-affari; u dan li gara spicca mhux qed naqblu illum ….. li l-kawza kienet dik. Issa preciz preciz hadd ma hu ser jkun …..
Chairman Imhallef M Mallia :
Inti kont ippartecipajt fil-vot ta’ fiducja jew sfiducja li ittiehed kontra s-Sur Mizzi fl-4 ta’ Mejju tas-sena ..
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
U kont ivvotajt?
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
Favur?
Ix-Xhud :
Konna ghamilna mozzjoni jekk minhiex sejjer zball.
Imhallef A Lofaro :
Kien free vote? Jew taht il-Whip?
Ix-Xhud :
Le nahseb li kien Whip hu. Imma le, kien Whip vote; normalment, le, meta jkollok vot ta’ fiducja ma jistax ikun free vote. Ma nahsibx li kien free vote, le; imma jiena ivvotajt dejjem favur id-direzzjoni tal-….
Imhallef A Lofaro :
Il-linji tal-partit.
Ix-Xhud :
U zgur.
Imhallef A Lofaro :
Imma kellek rizervi?
Ix-Xhud :
Li kieku kont nitlaq Sur Imhallef ta.
Imhallef A Lofaro :
Ma kellekx.
Imhallef J Said Pullicino :
Inti ghalik bil-vot tieghek ma kontx qed tbierek kull ma kien ghamel..
Ix-Xhud :
Le imma li kieku kont nitlaq kif ghamilt dan l-ahhar hux. Jigifieri ma qghadtx nahsibha darbtejn biex nirrizenja minn.. nitlaq mill-politika b’ mod definittiv. Stajt bqajt hemmhekk jien fil-parlament, hadd ma seta’ inehhihuli is-siggu.
Imhallef A Lofaro :
Le, is-siggu le.
Chairman Imhallef M Mallia :
Issa ha nsaqsik xi domanda dwar is-Sinjura Caruana Galizia. Qabel ma giet assassinata, qabel, x’ tip ta’ relazzjoni kellek fil-konfront taghha ghal f’ dak li huwa professjoni..professjonali ..
Imhallef A Lofaro :
Il-blogs; il-blog taghha; kienet issemmik hux hafna?
Ix-Xhud :
Iva jiena kont wiehed minn dawk l-izjed li kienet issemmi ricentament.
Imhallef A Lofaro :
Ehe.
Ix-Xhud :
Jien ma kellix relazzjoni maghha Sur Imhallef. Ma kontx inkellimha,. Ma kontx incemplilha; ma kinetx iccempilli ma..
Imhallef A Lofaro :
Qatt ma kellimtu lil xulxin? Ma kinetx iccempillek hi?
Ix-Xhud :
No. Jekk kienet iccempilli ma gharaftx in-numru taghha.
Imhallef A Lofaro :
Qatt ma kellimtha fuq telephones jew hekk?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
No.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ara, inti ghedt f’ Gunju tat-2020 illi Daphne kellha agenda popolista.
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
Popolista. And the reason was her agenda; she never wanted and she never wanted labour. The Labour Party to be in government to remain in
government and stay in government; and she did that forcely. Pero` llum kif tara din l-attitudni li kellha fil-konfront tieghek? Ghax kienet pjuttos vocifera ghal dak fejn jirrigwarda inti
Ix-Xhud :
Ehe; ara Sur Imhallef, jiena nahseb illi meta titkellem fuq xi hadd li gie maqtul trid taghmel naqra ta’ priambolu qabel tibda titkellm fuq ir-relazzjonijiet. Jigifieri ghax ma ghandix dubju li ser nigi kwotat fil-media. Il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa qtil ta’ persuna; huwa qtil makabru, kattiv, bla gustifikazzjoni ..
Imhallef A Lofaro :
Minhabba x-xoghol taghha, hux hekk?
Ix-Xhud :
Minhabba x-xoghol taghha, ma ghandix dubju
Imhallef A Lofaro :
Mhux hekk?
Ix-Xhud :
Hekk; ma nistax nara raguni ohra. Fil-konfront tieghi kienet tara hazin biss. Jien kont dirt, hmieg, hazin, injorant, stupidu, drogat ..
Imhallef A Lofaro :
Ghajritek injorant?
Ix-Xhud :
Drogat ..
Imhallef A Lofaro :
Injorant ukoll?
Ix-Xhud :
Mhux ignorant, imma ..
Imhallef A Lofaro :
Le hux.
Ix-Xhud :
Hafna aghar minn hekk, hafna aghar minn hekk; hafna aghae. Mhux ignorant. Ghax meta inti drogat, u taghmel ritratt tieghek fuq wicc, scarface, all right?,
bid-droga imdawwar mieghek u tippublikah fuq il-blog, u inti ghandek it-tfal ta’ 16-il sena dak iz-zmien, u 17-il sena, ma hijiex sabieha Sur Imhallef. U iridu jmorru l-iskola dawn u jghidulhom il-papa` tieghek huwa drug trafficker.
Imhallef A Lofaro :
Pero` din bdiet minn dik il-kwistjoni tal-Germanja?
Ix-Xhud :
Le le le..
Imhallef A Lofaro :
Bdiet minn qabel jigifieri?
Ix-Xhud :
Uuuu! Ilha. Ilha. Dina bdiet minn hafna qabel, niftakar ironikament…
Imhallef A Lofaro :
Tiftakar meta bdiet u ghaliex?
Ix-Xhud :
Mhux meta sirt Ministru?
Imhallef A Lofaro :
Mall-ewwel.
Ix-Xhud :
Uuu! Mill-ewwel. U niftakar li mill-ewwel ghax darba gabet ritratt tal-kelba tieghi. Gandi kelba jien, u dak iz-zmien kien jikkoncidi maz-zmien li ilhaqt Ministru. U qalet ara kemm hu bravu dan! Gab kelba, ma jafx kemm irid idum johrog jigri biha din; ghax din hija kelba tal- .. hija hound, u allura jrid johrogha fejn ser isib il-hin, u hekk u hekk. Hemmhekk imbaghad waqajna fil- livelli l-iktar baxxi; li din per ezempju bdiet tippubblika ritratti tieghi niekol mat-tfal. Xi hadd jiehu ritratt; jibghatulha u tippubblikah.
Imhallef A Lofaro :
Mat-tfal tieghek.
Ix-Xhud :
Mat-tfal mela da zgur, mal-familja. Mhux jigifieri in my public..; I was a public person at the time..
Imhallef A Lofaro :
Imma kont mat-tfal.
Ix-Xhud :
Imma meta tkun mat-tfal ma tghamilhomx dawn l-affarijiet hux! Allura hija bilfors hux kienet tohloq certu animozita. U dik li kwota l-Imhallef qabel, iva nega’ nirreptija, Daphen kienet popolista; kienet trid illi l-blog taghha isegwuh hafna nies. U biex inti ssegwi blog mhux ser toqghod tikteb it-teoriji ta’ l- Anthology….! Trid taghmel stejjer li huma jaharqu. Issa jekk minn dawk l- istejjer ikun hemm xi tnejn illi they demand investigation dik imbaghad kwistjoni ohra. Imma ma nahsibx jiena illi Ministru qed jiehu lunch mat-tfal hija storja ta’ barra minn hawn!
Chairman Imhallef M Mallia :
And yet dan l-ahhar f’ intervista li tajt fuq it-Times gejt ikkwotat li ghedt illi Daphne kienet kolonna ta’ demokrazija.
Ix-Xhud :
Fil-bidu ..
Imhallef A Lofaro :
Imma issa ghedtha ta.
Chairman Imhallef M Mallia :
..u li she was the most formidable political opponent that anybody could have.
Ix-Xhud :
Fil-bidu, fil-bidu tal-karriera taghha, mhux issa meta ghedtha, iva, nahseb illi hekk. Imma mbaghad il-kitba taghha iddegenerat. Hi kellha Ingliz impekkabbli. Il-mod ta’ kif kienet titrasforma l-hsibijiet taghha fil-kitba ..
Imhallef A Lofaro :
Kienet kittieba eccellecnti..
Ix-Xhud :
…ma setax ikun hawn bhalha. Provaw..
Imhallef A Lofaro :
Difficli hafna.
Ix-Xhud :
Ma setghux. Dak iz-zmien ma setghux. Ahna ma stajniex insibu persuna li tista’ tirriplejsja r-reazzjonijiet politici illi kellha Daphne fil-blog taghha politici. Pero` daka ma jiggustifikax imbaghad l-istejjer li kienet taghmel hux!
Imhallef A Lofaro :
Pero` kien hemm Glenn Bedingfield hux li kien jitkeb blog meta kien jahdem Kastilja, naqblu?
Ix-Xhud :
Kulhadd jafha dik hux.
Imhallef A Lofaro :
Ehe.
Ix-Xhud :
Kienet il-counter blog
Imhallef A Lofaro :
Ehe; imma waqt li kien Kastilja, ifhimni..
Ix-Xhud :
Imma li kien issa… jitla’ jixhed Glenn Bedinfield hawnhekk ..
Imhallef A Lofaro :
Le diga` xehed;
Ix-Xhud :
Ehe? Ma nafx..; iva iva qrajtha
Imhallef A Lofaro :
Diga` xehed.
Imhallef J Said Pullicino :
Hares Sur-Avukat, m’ hemmx dubju fuq il-kwalitajiet ta’ Mrs Caruana Galizia, fuq it-tip ta’ gurnalizmu taghha, jigifieri agressiv u x’ naf jien, pero` dan il-Bord biex jaghmel bilfors distinzjoni bejn qabel Panama Papers u wara. Ahna ghadna prattikament kulhadd, ufficjali tal-Pulizija, Secret Service, kulhadd jghidilna illi l-blog ta’ Caruana Galizia apparti l-istejjer personali li ma nidhlux fihom ahna, tajjeb?, kienet an open secret ..
Imhallef A Lofaro :
..open source.
Imhallef J Said Pullicino :
..open source ghall-informazzjoni
Imhallef A Lofaro :
Pulizija ..
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri jikkonsidrawha dak li hija informazzjoni fuq l-agir l-komportament tal-gvern u l-Ministri bhala kwazi vangelu. Ghax il-fatti jirrizultaw, u llum dan provat bil-fatt. Jigifieri llum dan kemm ilna nisimghu haw hames – sitt xhur, seba’ xhur dejjem l-istess storja li l-fatti huma korretti. Nerga’ nghid muhx il- fatti personali sakemm dawn ma jkunux importanti, ghax jista’ ikun ukoll ghal mertu principali, fthemna? Jigifieri dawk l-istejjer tal-gossip nghidilhom, gossip – gossip dawk ahna ma nidhlux fihom, stijl ta’ gurnalizmu, ma ghandix grazzja mieghu jien, imma jigifieri mhix kwistjoni ta’ din l-Inkjesta. Imma l- fatti dak li huwa fatti sostanzjali tal-komportament ta’ gvern u Ministri fl- ezercizzju tal- funzjoni taghhom korrett.
Ix-Xhud :
Jiena Sur Imhallef, Daphne Caruana Galizia lili qatt ma kitbet storja fuq jew ix-xoghol tieghi bhala Ministru tajjeb jew hazin, jew kritikat ix-xoghol tieghi tajjeb jew hazin, jew allegat xi tip ta’ ..
Imhallef J Said Pullicino :
..ta’ korrozzjoni jew xi haga ..
Ix-Xhud :
…korruzzjoni jien bhala Ministru tajjeb jew hazin; hi kienet tikteb biss fuqi personalment.
Imhallef J Said Pullicino :
U naqblu llum ghax inti stess qed tghid u tikkonferma ..
Ix-Xhud :
Ma stajtx nifhem ..
Imhallef J Said Pullicino :
..imma ahna qeghdin naqblu illi inti fil-Ministeru tieghek ma tantx kien hemm x’ tikritika minn dak l-att allura ..
Ix-Xhud :
Imma ahna fuq Daphne qeghdin nitkellmu.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri inti mbaghad tehel.. imbaghad tehel.
Ix-Xhud :
Ghandi. qghadt nipprintjahom kollha biex narawhom wahda wahda.
Imhallef J Said Pullicino :
Alrua mbaghad inti tidhol imbaghad titghabba bi dnubiet ta’ shabek li ma kienux korretti daqshekk. Jigifieri hawn il-kwistjoni kollha.
Imhallef A Lofaro :
Inti semmejt illi din kellha l-agenda kontra l -Partit Laburista
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef A Lofaro :
Naqblu li kienet attakkat hafna lil Kap ta’ l-Oppozizzjoni Dr..
Ix-Xhud :
Iva..
Imhallef A Lofaro :
.. Adrian Delia?
Ix-Xhud :
Iva naqblu.
Imhallef A Lofaro :
Saritlu hafna hsara.
Ix-Xhud :
Naqblu.
Imhallef A Lofaro :
Ghax allura ..
Ix-Xhud :
Anke lili involviet fiha dik.
Imhallef A Lofaro :
Lilek?
Ix-Xhud :
Ghax qalet li jiena kont firmatarju f’ xi transazzjoni li Adrian Delia ffirma ..
Imhallef A Lofaro :
Iva, f’ xi flat li kellu Londra?
Ix-Xhud :
F’ xi flat ta’ Soho
Imhallef A Lofaro :
Imma mhux fuq hekk biss attakkatu eh!
Ix-Xhud :
Imma dika.. ifhimni, jiena ..
Imhallef A Lofaro :
U hu attakkaha lura wkoll jigifieri
Ix-Xhud :
Anke kienet attakkat anke lil Fenech Adami u qaltlu village lawyer.
Imhallef A Lofaro :
Iva fil-bidu nett; iva.
Imhallef J Said Pullicino :
Ahna l-mertu taghna huwa …..
Ix-Xhud :
Imma mod tattakka u tghid village lawyer, u avukat iggibu traffikant ta’ droga! Nahseb li hemm differenza Sur Imhallef.
Imhallef A Lofaro :
Pero` Dr Delia qala’ hafna kritika eh minn ghandha.
Ix-Xhud :
Imma ma kienx traffikant ta’ droga kif ghamlet lili.
Imhallef A Lofaro :
Imma taf x’ qalet hux fuq dak il-flat ta’ Londra?
Ix-Xhud :
Iva mela, da zgur li naf.
Imhallef J Said Pullicino :
Ahna l-mertu taghna hu l-assassinju. L-affarijiet l-ohrajn importanti in kwantu
..
Ix-Xhud :
L-assissinju bdejt biha jien Sur Imhallef mill-ewwel jiena
Imhallef A Lofaro :
Jien semmejtha ghax semma hu ta’ jigifieri, biex niccaraw il-punt.
Chairman Imhallef M Mallia :
Kif sirt taf bl-assassinju taghha?
Ix-Xhud :
Kif?
Chairman Imhallef M Mallia :
Kif sirt taf bl-assassinju taghha?
Ix-Xhud :
Kont mal-Prim Ministru Ta’ Sliema..
Imhallef A Lofaro :
Iva, kellu dak l-event.
Ix-Xhud :
Kellna event illi jaqa’ fid-dekasteru tieghi. Morna b’ karozzi separati l-Belt. Quddiem il-Ferries.., niftakru ezatt il-post, il-Ferries Ta’ Sliema, giet breaking news illi kien hemm bomba, li hadet bomba ..
Imhallef A Lofaro :
Il-Ferries kontu?
Ix-Xhud :
Konna fil-karozza.
Imhallef A Lofaro :
Ok.
Ix-Xhud :
Quddiem il-Ferries ezatt; quddiem Marks & Spenser in-naha l-ohra
Imhallef A Lofaro :
Yes.
Ix-Xhud :
Sakemm wasalna l-Belt l-ufficcju konna ghadna nafu illi saret bomba.
Imhallef A Lofaro :
Fejn? Fejn kontu tafu fejn?
Ix-Xhud :
Jien ma niftakarx le li semmew il-post. Pero` xi hadd qalli illi fil-breaking news kien hemm li kienet il-Bidnija. Pero` jiena li kieku smajt il-Bidnija kont naghmel one plus one.
Imhallef A Lofaro :
Kont tinduna li hi.
Ix-Xhud :
Kont ninduna illi xi haga relatata ma’ Daphne ovvjament.
Imhallef A Lofaro :
Ghax diga` kienu provaw jaharqulha d-dar.
Ix-Xhud :
Iva mela. Wasalt l-ufficcju, jidhirli li kien wara nofsinhar, f’ xi l-erbgha, minhiex cert, u rcivejt telefonata li kkonfermatli illi fil-fatt il-kaz kien sehh il- Bidnija.
Imhallef A Lofaro :
Pero` mbaghad ma kontx mal-Prim Ministru, kont fl-ufficcju tieghek.
Ix-Xhud :
Iva wahdi kont.
Chairman Imhallef M Mallia :
U x’ kienet ir-reazzjoni dak il-hin?
Ix-Xhud :
Ta’ bla kliem hux; bla kliem.
Imhallef A Lofaro :
Xokk hux?
Ix-Xhud :
Xokk kbir hafna.
Imhallef A Lofaro :
Xokk.
Ix-Xhud :
Hafna. Ifhimni, jiena mhux Ministru biss Sur Imhallef,
Imhallef A Lofaro :
Bniedem, mhux hekk?
Ix-Xhud :
Bniedem, missier, ragel, tifel ta’ omm..
Imhallef A Lofaro :
Hekk hu; hi kienet omm, mara, bint..
Ix-Xhud :
Xokk enormi.
Imhallef A Lofaro :
…oht. Apparti minn ..
Ix-Xhud :
U ohti ghandi wkoll. Xokk enormi.
Chairman Imhallef M Mallia :
L-assassinju taghha gie diskuss at Cabinet level?
Ix-Xhud :
Iva. Mhux gie diskuss minn l-att operazzjonali, pero` ssemma. Kien ghamel.. kien il-Prim Ministru kien indirizzana at Cabinet level qabel ma ghamel il-..
Imhallef A Lofaro :
Dik l-offerta tal- ….?
Ix-Xhud :
Il-press statement.. il-… x’ jghudlu dak..?..il-prime ministerial statement fil- parlament.
Imhallef A Lofaro :
Ghax imbaghad kien offra … ta’ miljun hux hekk?
Ix-Xhud :
Qabel dik il- ..
Imhallef A Lofaro :
Qabel dik.
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
Dak iz-zmien ta’ l-assassinju jekk niftakar sew inti kellek xi proceduri legali pendenti fil-konfront taghha hux hekk?
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef A Lofaro :
Kien hemm hafna libelli hux?
Ix-Xhud :
Tnejn (2)
Chairman Imhallef M Mallia :
Tnejn?
Imhallef A Lofaro :
Kien hemm is-sekwestru
Ix-Xhud :
Yes.
Chairman Imhallef M Mallia :
Kien hemm is-sekwestru ..
Ix-Xhud :
Pero` s-sekwestru kont ghamiltu mal-libelli.
Chairman Imhallef M Mallia :
Nghid sew li din kienet l-ewwel darba li provajtu taghmluha din?
Ix-Xhud :
Skuzani?
Chairman Imhallef M Mallia :
Waqt libell ghamiltu sekwestru?
Ix-Xhud :
L-ewwel darba.
Chairman Imhallef M Mallia :
Kienet l-ewwel darba.
Ix-Xhud :
Iva. Jien ghamiltu dak Sur Imhallef decizjoni tieghi. Kontra l-parir ta’ l- avukati. Jien bqajt ninsisti li jsir. U meta staqsewni ghalfejn kont ghedtilhom minhabba l-proporzjonalita`. Reazzjoni b’ reazzjoni.
Imhallef A Lofaro :
Din minhabba dak l-incident tal-Germanja hux?
Ix-Xhud :
Yes; minhabba ta’ Acapulco
Imhallef A Lofaro :
Il-Germanja ehe.
Ix-Xhud :
Imbaghad li kien gara hu li kien hemm DJ illum sar membru parlamentari illi ghamel gabra bil-crowdfundings u gabrulha l-ammont within a matter of days.
Imhallef A Lofaro :
Pero` jidhirli li s-sekwestru baqa’ hemm.
Ix-Xhud :
Imma s-sekwestru l-Qorti hargitu. Jiena kont tlabt lill-Qorti u l-Qorti hargitu. Jien ma nistax..; imbaghad kien tnehha ghandi nifhem mal-kawza.. mal-kawzi.
Imhallef A Lofaro :
Ma nafx kienx tnehha; ma nafx ma nafx.
Imhallef J Said Pullicino :
Illum public knowledge illi ..
Ix-Xhud :
Iva hekk hu.
Imhallef J Said Pullicino :
Illum public knowledge illi f’ xi zmien wara l-assassinju kien hemm tentattiv biex jghidu li inti kont b’ xi mod implikat.
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef A Lofaro :
Kienu dahhluk fiha hux?
Imhallef J Said Pullicino :
X’ inhi l-istorja? Fejn tidhol inti biss jinteressana.
Ix-Xhud :
Jiena kelli Cabinet..
Imhallef A Lofaro :
F’ Novembru 2019 hux?
Ix-Xhud :
Yes Novembru 2019.
Imhallef A Lofaro :
Kien gie l-Kummissarju hux?
Ix-Xhud :
Yes; le le le jien ma kontx hemmhekk dak inhar
Imhallef A Lofaro :
Eh ma kontx hemmhekk?
Ix-Xhud :
No. Kelli Cabinet, u l-Prim Ministru kien informani illi qed nigi imsemmi minn persuna investigata fl-omicidju ta’ Daphne. Jiena kont ghedtlu – Prim, jekk qed jigri hekk ..
Imhallef A Lofaro :
Dawk it-tlieta li gew arrestati fil-bidu?
Ix-Xhud :
No. Wara hafna qabel; hafna wara, skuzawni
Imhallef A Lofaro :
Hafna wara.
Ix-Xhud :
Yes. Jien ghedltu isma’, ghedtlu din hija serja hafna..
Imhallef A Lofaro :
…allura hux?
Ix-Xhud :
Skuzi?
Imhallef A Lofaro :
Il-middleman.
Ix-Xhud :
No no.
Imhallef J Said Pullicino :
Le le
Ix-Xhud :
Ha nkompli l-istorja biex ..
Imhallef A Lofaro :
Skuzani, kompli.
Ix-Xhud :
Kienet a couple of days qabel dak il-Cabinet meeting ta’ billejl. Jiena informatj lil.. u ghedtlu, ghedtlu jien din hija gravi hafna; irrid niehu decizjoni fuqha.
Imhallef A Lofaro :
U zgur.
Ix-Xhud :
Nitolbok illi tissospendini. U qalli le qalli you out to suspend yourself. Ghedtlu ok, I will. Mhix problema. U nformajt lill Permanent Secretary u issospendejt ruhi.
Imhallef A Lofaro :
U allura ghalhekk ma kontx hemm il-cabinet meeting ..
Ix-Xhud :
Yes exactly.
Imhallef A Lofaro :
…ta’ billejl.
Ix-Xhud :
Yes. Fil-fatt x’ gara f’ dak il-cabinet ta’ billejl jien ma kontx hemm, ma kontx naf bih.
Imhallef A Lofaro :
Lanqas kont taf bih.
Ix-Xhud :
Ma kontx prezenti. Filghodu kmieni l-ghada cemplu l-kollegi tieghi..
Imhallef A Lofaro :
Fil-Cabinet..
Ix-Xhud :
Yes. U informawni b’ dak li kien gara. Illi kien hemm ittra fil-file tal-Pulizija illi hija ittra illi nkitbet minn xi hadd u ghaddhiet ghal xi hadd iehor illi rega’ kiteb fuqha bil-handwriting u baghtha lura.
Imhallef A Lofaro :
Iva.
Ix-Xhud :
Illi timplika lili fil-qtil ta’ l-omicidju. Mhux timplikani bhala persuna illi kont naf, imma li kkomissjonajt ir-reat.
Chairman Imhallef M Mallia :
Nghid sew li dina kienet…, dina public knowledge, kienet ittra miktuba minn Kieth Schembri?
Ix-Xhud :
Jien ma nafx minn min kienet inkitbet; pero` kienet instabet fl-appartament jew fl-ufficcju ta’ Yorgen Fenech.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ta’ Yorgen Fenech.
Imhallef A Lofaro :
Iva.
Ix-Xhud :
Jiena, malli harget din l-ittra kont qieghed fil-karozza niftakar meta cempluli l- kollegi tieghi ..
Imhallef A Lofaro :
Shabek; x’ ghamilt imbaghad?
Ix-Xhud :
Heq! Ccempilt lill-avukati tieghi u iltqajna. U bdejt nara nistax niehu azzjoni kontra min kiteb din l-ittra biex ikun hemm investigazzjoni fuq din l-ittra min kitibha, min mexxiha…
Imhallef A Lofaro :
Saret investigazzjoni?
Ix-Xhud :
…minn post ghal iehor. Iva, ghadha ghaddejja l-investigazzjoni
Imhallef A Lofaro :
Ghadha ghaddejja
Ix-Xhud :
Milli naf jien li gara hu illi waqt il-meeting tal-Cabinet kien hemm Ministri li ghandhom esperjenza fil-qrati u staqsew lill-ufficjali tal-Pulizija jekk dik l- ittra gietx mibghutha ghal analizi u testijiet. L-ufficjali tal-Pulizija qalulhom illi ma setghux jaghmlu hekk ghaliex kienet tempered ..
Imhallef A Lofaro :
Imbaghbsa.
Ix-Xhud :
Imbaghbsa. Pero` ovvjament Sinjuri Imhallfin, intom tghallmuni, il-kalegrafija ma nahsibx illi ..
Imhallef J Said Pullicino :
…tigi tempered
Ix-Xhud :
..tista’ issir analizi.
Imhallef A Lofaro :
L-esperti tal-kalegrafija ..
Ix-Xhud :
Ezattament, tal-kalegrafija min kiteb.
Imhallef A Lofaro :
Taf saritx din?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
Ma saritx.
Ix-Xhud :
Ma nafx.
Imhallef A Lofaro :
Ma tafx.
Imhallef J Said Pullicino :
Il-problema Sur Avukat illi mhux il-karta giet tempered, ghandna Pulizija li gie tempered ukoll; jigifieri ghandna dawn il-problemi. Din id-domanda qed issir ghaliex forsi din hija wahda mic-cirkostanzi, hemm ohrajn, imma, li tghaqqad l-omicijdu ma’ l-amministrazzjoni. Jigifieri ghax wiehed jista’ jghid Sur Fenech, xi hadd iehor, ma nafx, .. hemm hafna nies kienu jobghoduha lil din. Imma f’ dan ic-cirkostanza fejn ghandek allura lil xi hadd qed jghid li Ministru iehor Chief of Staff u x’ naf jien, il-qrubija ta’ dawn il-fatti vicin jghaqqad lill-amministrazzjoni ma’ dan id-delitt. Jigifieri ahna bhala Bord kull informazzjoni li tista’ ittina biex ticcara s-sitwazzjoni, l-idea mhix li jehel dan u jew jehel l-iehor, illi niccaraw bhala Bord jekk il-gvern kienx verament b’ xi mod jew iehor jew l-elementi tieghu, involut. Ghax issa gabuna proprju f’ dawn ic-cirkostanzi. Ghax nistghu nibdew biex naraw it-terms of reference taghna minn hemm, tajjeb?. Ghax jekk il-gvern ma ghandux x’ jaqsam ma ghandux x’ jaqsam. Imma din ic-cirkostanza tieghek wahda minn l-elementi li tqarribna l-iktar lejn il-likk
Ix-Xhud :
Sur Imhallef, din l-ittra ma nafx min kitibha jien; jigifieri ma nistax nghid min kitibha. Ghandi ovvjament il-hsibijiet tieghi min kitibha u kif intbaghtet, ma’ min intbaghtet u min rega’ baghatha lura. Pero` kif ghedt tajjeb inti s-Sinjorija Tieghek ovvjament min kitibha ma qaghadx jiddejjaw illi jimplika Ministru ewlieni tal-gvern ta’ Joseph Muscat f’ reat bhal dan. Ma qaghadx jaghti kas illi l-konsegwenzi ta’ xi haga bhal dik barra mill-konsegwenza li setghet giet fuqi li kieku ma instabitx l-ittra per ezempju, li kieku ma nstabitx l-ittra u xehedu dak li kien hemm fl-ittra n-nies li kienu qeghdin idawru l-ittra bejniethom. Li kieku l-pozizzjoni tieghi kienet tkun hafna iktar difficli mil-lum.
Imhallef J Said Pullicino :
U tahseb li din l-ittra ikkontribwiet ghar-rizenja tal-Prim Ministru?
Ix-Xhud :
No. Il- Prim Ministru nahseb illi kien deciz illi jirrizenja?
Imhallef J Said Pullicino :
U taf ghaliex irrezenja l-Prim Ministru?
Ix-Xhud :
Skuzi?
Imhallef J Said Pullicino :
Taf ghaliex irrezenja l-Prim Ministru?
Ix-Xhud :
Il-Prim Ministru ghamel l-istatements tieghu u naqbel perfettament ma’ dak li qal jigifieri li kien wasal iz-zmien iva illi jiehu l-interess nazzjonali fuq quddiem l-interess tieghu bhala Prim Ministru minhabba ovvjament dak li kien qed jigri fil-pajjiz
Imhallef A Lofaro :
Minhabba dak li ghamel haddiehor ukoll.
Imhallef J Said Pullicino :
Minhabba dan il-fatti li qed nitkellmu fuqhom.
Ix-Xhud :
Min…?
Imhallef J Said Pullicino :
Minhabba dawn il-fatti li fuqhom qed nitkellmu
Ix-Xhud :
Sintendi. Mhux hekk?
Imhallef J Said Pullicino :
Il-Prim Ministru, jekk ma kinetx l-ittra f’ cirkostanzi li kienu iqarrbu d-deltit lejn l-amministrazzjoni, mhux bilfors l-amministrazzjoni hatja ta..!
Ix-Xhud :
Hekk hu. Hekk hu hekk hu.
Imhallef J Said Pullicino :
.. ghax din …
Ix-Xhud :
Hekk hu. Imbaghad il-Prim Ministru kien esprima ruhu illi mhux ser imur ghal elezzjoni ohra, pero` telaq f’ nofs legislatura, jigifieri ..
Imhallef A Lofaro :
Hu qal illi qieghed… kellu jassumi wkoll ..
Ix-Xhud :
Responsabbilta`
Imhallef A Lofaro :
…responsabbilta` ta’ hadd iehor.
Ix-Xhud :
Mhux hekk?
Imhallef A Lofaro :
..u mhux tieghu.
Ix-Xhud :
Hekk hu.
Imhallef J Said Pullicino :
U inti naturalment qtajt kategorikament li ma’ dawn ic-cirkostanzi ma ghandek x’ taqsam assolutament xejn.
Ix-Xhud :
X’ cirkostanzi huma?
Imhallef J Said Pullicino :
Tad-delitt u dawn l-affarijiet kollha li qed insemmu.
Ix-Xhud :
Xejn. Absolutely nothing.
Imhallef J Said Pullicino :
Anke konsiderando l-allegazzjonijiet li saru illi inti kont b’ xi mod habib jew taf lil certi ….
Ix-Xhud :
Yes yes yes..; saru hafna allegazzjonijiet Sur Imhallef. Saru allegazzjonijet li jiena ghamilt pistola go halqi; illi ghamilt attentat ta’ suwicidju; li kont l- isptar; illi cempilt lil nies u kellhom il-burner phone bin-numri tieghi; illi
kellimt lil certu Darmanin illi kien habib taghhom illi kien hemm xi telefonati mieghu, li qatt ma rrizulta. Saru hafna allegazzjonijiet, pero` ma kinetx wahda minn l-allegazzjonijiet li giet pruvata, wahda; wahda biss.
Imhallef J Said Pullicino :
Apparti li ma gietx pruvata, mhux veri.
Ix-Xhud :
Mhux hekk! Sintendi. Imma biex tkun vera f’ ghajnejn in-nies trid tkun pruvata. Issa jiena naf id-dannu u l-hsara li saret lili bhala persuna pubblika. Naf bil-hsara u li kienet parti mid-decizjoni ghalfejn hassejt illi ghandi nitlaq mill-politika.
Imhallef A Lofaro :
Minhabba l-hsara li saritlek.
Ix-Xhud :
Minhabba diversi affarijiet. Minhaba li kont ilni 25 sena; minhabba li wasal iz- zmien illi naghmel xi haga ohra; li tajt dak kollu li stajt; iva, hafna ragunijiet illi wasluni ghal din id-decizzjoni li nitlaq.
Imhallef J Said Pullicino :
Ifhimni Dottore, intom bhala gvern issotni, u naqbel maghhom jien, illi ghamiltu hafna gid..
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef J Said Pullicino :
U ghadkom taghmlu.
Ix-Xhud :
Ma ghadnix parti minn dan il-gvern
Imhallef J Said Pullicino :
Illum ma ghadekx.
Imhallef A Lofaro :
Le. Imma kont hux!
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef J Said Pullicino :
Allura tigi wehidha d-domanda; ghaliex kellu jigri dan? Minhabba li kien hemm xi hadd iddecieda li jkun jaqbad it-triq ..
Ix-Xhud :
Ghaliex kellu jigri dan ghaliex hawn nies illi l-problemi jsolvuhom mil-ligijiet tal-gungla u mhux bil-ligijiet iddettati mil-ligijiet ta’ Malta hux, dik il- problema. Illi meta inti jkollok xi tghid ma’ xi hadd tiehdu l-qorti u mhux titfghu gol-qabar.
Imhallef J Said Pullicino :
Ok fair enough.
Imhallef A Lofaro :
Mhux toqtlu; mhux hekk?
Ix-Xhud :
Mhux hekk?
Imhallef J Said Pullicino :
U l-Prim Ministru dejjem kien jghid li kellu zrara fiz-zarbuna. U lil kull min staqsejna hawnhekk hadd ma jaf x’ inhi din iz-zrara. Qatt esprima ruhu mieghek ..
Ix-Xhud :
No no ..
Ix-Xhud :
…x’ kienet? Qatt? Ma tafx?
Ix-Xhud :
Mieghi personalment wahdi qatt.
Imhallef J Said Pullicino :
Qatt.
Ix-Xhud :
U qatt ma staqsejtu to be honest.
Imhallef J Said Pullicino :
U lanqas pubblikament qatt ma qalilkom.
Ix-Xhud :
U lanqas staqsejtu.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma taf li ghamilha din..
Ix-Xhud :
Yes yes qalha, qalha.
Imhallef A Lofaro :
Qalha iktar minn darba.
Ix-Xhud :
Ehe iktar minn darba.
Imhallef J Said Pullicino :
Allura thoss inti.. ghax wahda mir-ragunijiet li tista’ tinghata hija illi kollox kien miexi sew u f’ certi aspetti kien miexi sew u mbaghad f’ daqqa wahda kien hemm xi hadd ittradixxa lill-Partit jew ittradixxa lill-pajjiz. Dan is- sensazzjoni dan is-sentiment ghandek inti?
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef J Said Pullicino :
Ghandek.
Imhallef A Lofaro :
Li l-Prim Ministru wkoll gie tradut?
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef J Said Pullicino :
U liema huma l-elementi li qed tghid ta’ tradiment?
Ix-Xhud :
Le, inhoss, inhoss. Ghaliex ghandi l-emozzjonijet tieghi hux. Jiena persuna li nitkellem man-nies; ma’ l-eks Prim Ministru ghadni niltaqa’ u nhoss il- grievances tieghu u d-dwejja li ghandu.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma t-tradiment ghal min tattribwieh? Ghax tradiment xi hadd jaghmlu hux.
Ix-Xhud :
Ahna, jiena qieghed f’ awla tal-qorti hawnhekk mhux qieghed f’ Konferenza ta’ l-Ahbarijiet
Imhallef J Said Pullicino :
Fair enough. Ix-xogol taghna mhux facli eh!
Imhallef A Lofaro :
Gie tradut min ta’ madwaru, mhux hekk? Minn ta’ madwaru; l-iktar nies vicin li kellu.
Chairman Imhallef M Mallia :
Fuq Yorgen Fenech, inti tghid illi ilek tafu s-snin, meta kien ghadu zghir ..
Ix-Xhud :
Yes iva.
Chairman Imhallef M Mallia :
..meta kien ghadu ma nannuh, ma’ missieru.., u darba biss kont kilt mieghu pero` kellek business lunch.
Ix-Xhud :
Iva; hawnhekk il-Belt.
Imhallef A Lofaro :
Kien gie b’ xi progett?
Chairman Imhallef M Mallia :
Kien gie b’ xi progett? X’ kienet..?
Ix-Xhud :
Kien hemm dak iz-zmien problema bejn zewg kummercjanti u dhalt biex insolviha.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ma kellhiex x’ taqsam ma’ l-Electrogas?
Ix-Xhud :
No.
Chairman Imhallef M Mallia :
Kont taf inti bir-relazzjoni ta’ Joseph Muscat u Yorgen Fenech jekk kienux jafu lil xulxin?
Ix-Xhud :
Le no; diga` wegibtha dik.
Imhallef A Lofaro :
Staqsejnihielu dik.
Chairman Imhallef M Mallia :
Jew Schembri ma’ Fenech?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef J Said Pullicino :
Pero` donnu kien hemm din ix-xibka. Xibka donnu kien hemm; kien hemm I mean.
Ix-Xhud :
F’ liema sens?
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri intricci bejn.. in-nies li qeghdin insemmu; imbaghad intricci.. jien naf?
.., ma’ segretarju. Kuljum kien ikun hawn xi storja. Minn dan kollu ma hareg xejn?
Ix-Xhud :
Jiena Sur Imhallef, jien li nista’ nghid jien li rajt jien b’ ghajnejja u naf b’ mohhi qed nghidu.
Imhallef J Said Pullicino :
Inti ghalik ma kien hemm xejn li jidher minn dan kollu.
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
Ma kontx taf.
Ix-Xhud :
No. Ifhimni, ‘ma kontx naf!’, kont naf illi l-Prim Ministru u Kieth hbieb u jsiefru flimkien ..
Imhallef A Lofaro :
Fuq Yorgen Fenech
Ix-Xhud :
No. Fuq Yorgen Fenech ma kont naf b’ xejn. Yorgen Fenech l-iktar mument vicin illi kelli mieghu kienu l-Luxol Sports Ground ghax it-tifel tieghu jilghab il-football fl-istess nursery fejn ghandi t-tifel iz-zghir tieghi jien; u dancing tat- tfal tal-girls; minhabba li t-tifla tieghi tattendi l-istess post fejn tmur it-tifla tieghu. Xejn izjed.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri allura l-party tal-Girgenti ma kontx prezenti inti?
Ix-Xhud :
No. Ma kontx mistieden
Imhallef J Said Pullicino :
Ghaliex imma hu?
Ix-Xhud :
X’ jigifieri?
Imhallef J Said Pullicino :
Ma kontx mistieden
Ix-Xhud :
Heq! Min johrog l-inviti trid tistaqsiha dik, mela lili!
Imhallef J Said Pullicino :
Fair enough; imma jigifieri..
Chairman Imhallef M Mallia :
.. illi pero` zmien minnhom inti kont toqghod f’ appartament Portomaso?
Ix-Xhud :
Iva; kelli problemi matrimonjali ..
Chairman Imhallef M Mallia :
Mhux ser nistaqsik fuq dawk ovvjament
Ix-Xhud :
Iva. Ghamilt zmien noqghod hemmhekk. Illum ghaddhiet, dik il-mewga ghaddhiet u llum nghix id-dar mal-familja tieghi Sur Imhallef jien, mal-mara.
Chairman Imhallef M Mallia :
U min kien irrangalek biex toqghod f’ dak l-appartament?
Ix-Xhud :
Silvan Fenech.
Ix-Xhud :
Li jigi t-tifel ta’ Ninu Fenech
Imhallef A Lofaro :
Il-kugin ta’ Yorgen
Ix-Xhud :
Li jigi l-kugin ta’ Yorgen Fenech yes.
Imhallef A Lofaro :
Il-kugin ta’ Yorgen Fenech
Chairman Imhallef M Mallia :
Kont thallas kera hemmhekk?
Ix-Xhud :
Yes. Kera kummercjali
Chairman Imhallef M Mallia :
Dr Therese …?
Dr Therese Comodini Cachia :
Hemm xi dikjarazzjonijiet illi ghamel ix-xhud li forsi nista’…; ara, per ezempju, Dr Cardona, meta l-Bord kien qed jistaqsik fuq l-amministrazzjoni u kif tahdem l-amministrazzjoni inti ghedt min ghamel l-izbalji mhux zghar irid jirrispondi ghalihom hu. Pero` inti kont parti minn din l-amministrazzjoni ghal minn l-inqas sitt snin; u allura inti llum tista’ tidentifika ghal min qed tirreferi? Ghax inti tghid min ghamel l-izbalji kbar. Ghalik min ghamilhom dawn l- izbalji kbar?
Ix-Xhud :
Ha jistaqsini l-Bord ta’ l-Inkjesta jew l-Avukati? Inwiegeb lid-Dottoressa?
Imhallef A Lofaro :
Le, hi taghmel id-domanda u jekk ahna napprovaw..
Dr Therese Comodini Cachia :
Inti twiegeb lil Bord.
Ix-Xhud :
Inwiegeb lill-Bord; ok. Iva, kif qed tghid l-avukat min ghamel l-izbalji jrid ipatti ghalihom; dik hija xi haga li ma tohrog minn l-ebda ktieb tal-proceduri parlamentari jew proceduri ..
Imhallef A Lofaro :
Tohrog mil-ligi hux.
Ix-Xhud :
Tohrog mil-ligi stess. Issa l-collective ministerial responsibility li qed tirreferi ghaliha l-avukata hija differenti minn hekk. Ghaliex hija decizjoni illi tkun ittiehdet, illi tkun hazina, u allura dik id-decizjoni torbot lill-Ministri kollha flimkien b’ mod solidali.
Imhallef A Lofaro :
Collective responsibility
Ix-Xhud :
Exactly. F’ dan il-kaz mhux hekk qeghdin nghidu ahna. F’ dan il-kaz qeghdin nghidu mod iehor; differenti. Minn zbalja b’ mod unilaterali jrid ihallas ghal dak l-izball b’ mod unilaterali. Ma jistax jorbot lil haddiehor ghal dak l-izball li jkun ghamel! Ma tarax!
Imhallef J Said Pullicino :
Ahna nifhmu illi r-responsabbilta` kriminali hija haga ..
Ix-Xhud :
Hekk hu
Imhallef J Said Pullicino :
U responsabbilta` kollettiva..
Ix-Xhud :
Hekk hu, sintendi. Kollettiva hija l-principji elementari ta’ li tghallimna fl- ewwel sena tal-kors tal-ligi.
Imhallef J Said Pullicino :
Ghax anke dak irrelevanti ghal din l-Inkjesta.
Ix-Xhud :
Hekk hu.
Chairman Imhallef M Mallia :
L-avukat qed tistaqsik; tista’ tidentifika xi persuna li jista’ ikun responsabbli ghal …?
Ix-Xhud :
Jiena Sur Imhallef, jiena minhiex investigatur u minhiex gudikant. Imma l- istejjer qed naqrhom. L-izvilupp fl-investigazzjoni tal-Pulizija qed naqrhom..
Imhallef A Lofaro :
Izzomm ruhek aggornat, mhux hekk?
Ix-Xhud :
U zgur li nzomm ruhi aggornat! Pero` minhiex ser nghaddi xi gudizzju qabel ikun hemm jew sejbien ta’ htija mill-qorti, jew ghallinqas ikun hemm proceduri kontra xi hadd!
Imhallef A Lofaro :
Mhux hekk? kulhadd huwa prezunt innocenti.
Ix-Xhud :
Ma tarax! Mela.
Imhallef A Lofaro :
Hemm l-prezunzjoni ta’ l-innocenza.
Ix-Xhud :
Mhux hekk? Issa mbaghad l-konkluzjonijiet naslu ghalihom b’ mod individwali wkoll ahna hux.
Dr Therese Comodini Cachia :
Dan il-Bord jezorbita l-funzjoni tieghu fejn tidhol responsabbilta` legali u kriminali.
Imhallef A Lofaro :
Ezatt; mhux ahna narawha.
Dr Therese Comodini Cachia :
U allura d-domanda ma kinetx la fuq responsabbilta` kriminali u lanqas fuq responsabbilta` legali. Imma d-domanda kienet qed timmira biss fuq responsabbilta` politika; li x-xhud ghamel sitt snin ipoggi fil-Kabinett ma’ dawn il-persuni. La darba x-xhud stess qal illi hemm min ghamel zbalji zghar u dawk jintesew u hemm min ghamel zbalji kbar sinjal illi x-xhud jaf hu stess ghal min qed jirreferi, u ghalhekk id-domanda nixtieq nerga’ impoggiha biex
ix-xhud jidentifka hu f’ min qed jahseb meta jghid – dawk li ghamlu zbalji kbar.
Imhallef A Lofaro :
Mhux kriminali.
Dr Therese Comodini Cachia :
…zbalji kbar jiean nifhimha responsabbilta` ta’ politika
Imhallef A Lofaro :
Politici biss.
Dr Therese Comodini Cachia :
‘l ghaliex dik hija l-indagni ta’ dan il-Bord,
Imhallef A Lofaro :
Ir-responsabbilta` mhux kriminali imma wahda politika; per ezempju ma jmissnix ftaht kont il-Panama bhala PEP per ezempju..
Ix-Xhud :
Sur Imhallef, kont gejt ghaliha
Imhallef A Lofaro :
..qed ingib ezempju.
Ix-Xhud :
Kont gej ghaliha. Dak ghalija huwa zball politiku kbir.
Imhallef A Lofaro :
Hekk hu. Ghax bhala PEP ma tistax.
Ix-Xhud :
Mhux ovvja li huwa zball politiku kbir!
Imhallef A Lofaro :
Ma ahniex qed nghidu bilfors kriminali.
Ix-Xhud :
Anke min fethu iddikjara li kien zball politiku kbir ahseb u ara ahna min barra kemm nistghu nghidu iktar!
Dr Therese Comodini Cachia :
Huwa dak l-uniku zball kbir illi….?
Ix-Xhud :
Le, hemm izjed.
Dr Therese Comodini Cachia :
Tista’ tidentifikom?
Ix-Xhud :
Nista’ insemmi hux, mela da zgur li nista’ insemmi. Imma jiena per ezempju dak huwa l-iktar kaz car f’ ghajnejja illi huwa misjudgement completely of a political decision. Of a family decision; imma l-imlikazzjoni taghhom kienet fuqna l-politici.
Imhallef A Lofaro :
Ezatt.
Imhallef J Said Pullicino :
Pero` gustament id-domanda kienet…
Ix-Xhud :
Iva, le le, fhimtha lill-avukata jiena, cara.
Imhallef J Said Pullicino :
Jekk ghandek apprezzament ohrajn, inti bhala Ministru fuq l-operat tal-gvern; m’ hemm xejn hazin, anzi nahseb li ghandek tghidilna jien!
Ix-Xhud :
Mhux hekk?
Imhallef J Said Pullicino :
Jekk ghandek affarijiet ohrajn. ; .. dik ovvja tal-Panama, forsi hemm ohrajn; jew forsi l-process kif sar ta’ l-Electrogas tarah li kien wiehed trasparenti? Illum taf? Ma tafx..?
Ix-Xhud :
Illum milli qeghdin naqraw nistghu nidentifikaw zbalji ohrajn iva; iva Sur Imhallef mela. Mhux dak biss kien l-izball.
Imhallef J Said Pullicino :
Qed naqblu jigifieri, hekk hu.
Ix-Xhud :
Jigifieri din l-analizi nistghu naghmluha mhux ghall-ahhar seba’ snin biss ta! Nistghu nibqghu ghaddejjin
Imhallef A Lofaro :
Daka fatt.
Imhallef J Said Pullicino :
Le le, bla dubju; m’ hemmx dubju..
Ix-Xhud :
Jigifieri min zmien kellna l-ewwel assemblea legislattiva tal-gvern Malti.
Imhallef J Said Pullicino :
M’ hemmx dubju.
Ix-Xhud :
Imma ehe iva, issa rridu nirrikonoxxu illi iva l-politici jaghmlu zbalji wkoll, mela, da zgur; heq!
Imhallef A Lofaro :
Mela le? Il-gudikanti wkoll; fil-fatt marru l-habs, le? Mhux hekk?
Imhallef J Said Pullicino :
Mhux kulhadd jaghmel l-izbalji!
Ix-Xhud :
Hekk hu.
Dr Therese Comodini Cachia :
Ix-xhud ukoll meta kien mistqosi dwar ir-relazzjoni tieghu mal-Prim Ministru Joseph Muscat u mac-Chief of Staff Kieth Schembri qal illi.. inti ghedt jekk fhimtek sew jiena, ghedt illi kont tkun Kastilja kwazi kuljum. Pero` meta ..
Ix-Xhud :
On a regular bases iva. Mhux kuljum imma ..
Imhallef A Lofaro :
Ghax kont vicin hux hekk?
Ix-Xhud :
..tliet dabriet fil-gimgha jigifieri kont naghmilhom iva iva.
Imhallef A Lofaro :
Kont Deputy Leader
Ix-Xhud :
Iva ehe; regolarment
Imhallef J Said Pullicino :
Id-domanda taf x’ inhi? Ghax per ezempju Yorgen Fenech ghandna prova hawnhekk ….
Ix-Xhud :
Skuzani waqqaft il-mistoqsija lil ..
Imhallef J Said Pullicino :
Is-Sur Fenech ghandna provi hawnhekk illi kien Kastilja zgur 70 darba per ezempju..
Ix-Xhud :
X’ inhu?
Imhallef J Said Pullicino :
Kien Kastilja 70 darba..
Ix-Xhud :
Jiena qatt ma rajtu hemmhekk.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma inti biex tidhol ghand il-Prim Ministru kont tghaddi dejjem minn quddiem l-ufficcju ta’ Kieth Schembri?
Imhallef A Lofaro :
Kont tghaddi minn l-ufficcju..?
Ix-Xhud :
No. Jiena kont nghaddi mill-main door ta’ quddiem;
Imhallef J Said Pullicino :
Ghalhekk ehe.
Ix-Xhud :
… nitla’ u nigi ezatt fejn l-ufficcju tieghu fejn kien ikun hemm Ray Barbara li kien l-assistent personali. Nistenna hdejn Ray Barbara. Qatt ma iccaqlaqt minn hemmhekk.
Imhallef A Lofaro :
Ma kontx tmur f’ ta’ Kieth Schembri?
Ix-Xhud :
No no no. Mort, imma xi darbtejt tlieta f’ hajti.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma la s-Sur Scehmbri u lanqas lis-segretarja tieghu.
Ix-Xhud :
No. Jiena kont immur hdejn Ray Barbara direttament. Tghaddi minn fejn il- main guard, jifthuli il-bieb, nitla’ fuq. Nistennieh hemmhekk 5, 10 minutes, gie li ghamilt kwarta.
Imhallef A Lofaro :
Allura jekk kien hemm ma stajtx tarah, mhux hekk?
Ix-Xhud :
No.
Dr Therese Comodini Cachia :
Pero` l-Ministri kollha kienu jmorru regolari ghal laqghat mal- Prim Ministru?
Ix-Xhud :
Le ma nahsibx li l-Ministri kollha. Pero` l-frekwenza ta’ l-attendenza tal- Ministri mal-Prim Ministru nahseb li kienet ibbazata l-aktar fuq certu xoghol illi kien qed isir dak iz-zmien. Per ezempju kien ikollna hafna laqghat, Edward Scicluna, jien u l-Prim Ministru. Il-prezenza jigifieri kienet tkun regolari. Kien ikun hemm hafna dak iz-zmien niftakar il-Ministru Konrad Mizzi li kien ikun prezenti wkoll hemm fuq bazi regolari.
Imhallef A Lofaro :
Minhabba l-progetti ….
Ix-Xhud :
Ehe, minhabba… mhux hekk hu! Minhabba progetti, minhabba n-natura tal- portafoli tieghu; kellu s-Sahha dak iz-zmien, kellu l- Energija, jigifieri kellu ..
Imhallef A Lofaro :
Kien kbir il- ..
Ix-Xhud :
Da zgur; hafna. L-istess Finanzi, l-istess Ekonomija, l-istess Foriegn Affairs hafna drabi minhabba Trade Malta wkoll.
Imhallef A Lofaro :
Allura dawk iktar ser ikunu prezenti.
Ix-Xhud :
Iktar kienu jkunu prezenti. Mhux hekk?
Imhallef A Lofaro :
Taghmel sens.
Imhallef J Said Pullicino :
Ohra li tippreokkupana l-Finanzi. Mela normalment wiehed jimmagina illi l- progett li huma ibbazati fuq il-finanzji u allura l- Ministru tal-Finanzi ikun involut f’ kull progett kbir. Imma mhux dejjem hekk gara donnu. Donnu hafna drabi l-Ministeru tal-Finanzi jew after thought, jew biex jaghmel tajjeb ghal xi garanzija jidhol biex jiddiskuti; ghaliex ma jkunx hemm dan l-affediment ..
Ix-Xhud :
Jiena Sur Imhallef, nerga’ nirrepeti.
Imhallef J Said Pullicino :
Minn l-injoranza taghna ta; ahna ma ahniex fil-gvern jigifieri…!
Ix-Xhud :
Nerga’ nirrepti, daqs kemm kemm kont immur ghand il-Prim Ministru kont immur ghan il-Ministeru tal-Finanzi u forsi naqra inqas. U kont immur bil- pass ukoll. Kont nevitalu li jigi ghandi ghax anzjan u allura kont immur jien! Pero` nassigurak illi kull progett li ghamilna ghandna jew kellna l- approvazzjoni tas-Sur Alfred Camilleri u tal-Ministru Edward Scicluna biex naghmluh.
Imhallef J Said Pullicino :
Qeghdin nitkellmu ghal Malta Enterprise
Ix-Xhud :
Yes. Ghal Malta Enterprise, Malta Industiral Parks, il-Freeport, il-Malta Gaming Authority.
Imhallef J Said Pullicino :
Ehe, dawk li jaqghu tahtek.
Ix-Xhud :
Yes kienu jaqghu tahti..
Imhallef J Said Pullicino :
… jirrizultalna li mhux kulhadd kien jaghmel din is-sistema ma kontx qed nirreferi ghalik, tajjeb? Jigifieri ..
Ix-Xhud :
Ma nistax inwiegeb ghax ma kontx inkun prezenti ghal laqghat illi huma inezistenti.
Imhallef J Said Pullicino :
Hekk hu. U inti dak iz-zmien.. id-domanda li qed tistaqsik l-Avukatessa kont Deputy Leader.
Ix-Xhud :
Minn l-2016.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri frekwenza naturalment ta’ laqghat setghet kienet anke ..
Ix-Xhud :
Iva hekk hu.
Dr Therese Comodini Cachia :
Ix-xhud ghadu kif isemmi li kien ukoll tahtu kien jaqa’ l-MGA – il- Malta Gaming Authority. U allura ghadha kif tigi d-domanda issa f’ mohhi..
Imhallef A Lofaro :
Ehe. Yorgen Fenech hux?
Dr Therese Comodini Cachia :
Ehe.
Imhallef A Lofaro :
Jiena l-istess hsieb ghaddhieli
Dr Therese Comodini Cachia :
Nista’ inhalli f’ idejn il- Bord allura..
Ix-Xhud :
Qatt; never
Imhallef A Lofaro :
Possibbli li ma kellux bzonn jiddiskuti xi haga maghkom?
Ix-Xhud :
Kelli Parliamentary Secretary dak iz-zmien jien Sinjura Mhallef, fil-bidu. Ma kontx niehu pjacir nindahal fil-portafol tieghu.
Imhallef A Lofaro :
Ghax gaming Yorgen Fenech minhabba li ghandu l-Casinos u hekk..
Ix-Xhud :
Iva naf naf. Fil-bidu tal-2013 l-MGA kienet taqa’ parti mill-portafoll tieghi, iva. U kelli Parliamentary Secretary. Imbaghad mar-reshuffle il-Prim Ministru kien nehha l-Parliamentary Secretary u ha il-gaming go ..
Imhallef A Lofaro :
Fiz-zmien li kont inti imma …
Ix-Xhud :
Xi sentejn jekk minhiex sejjer zball
Imhallef A Lofaro :
Ma kienx jigi dan Yorgen?
Ix-Xhud :
No qatt.
Imhallef A Lofaro :
Lanqas ikellem ufficjali tieghek?
Ix-Xhud :
No qatt.
Imhallef A Lofaro :
Xejn.
Ix-Xhud :
Xejn.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jigifieri l-Malta Gaming Authority kienet taqa’ taht id-dekasteru tieghek imma kienet taht responsabbilta` tas-Segretarju Parlamentari.
Ix-Xhud :
Yes iva.
Dr Therese Comodini Cachia :
Imbaghad jigifieri kien jiehu hsiebha s-Segretarju Parlamentari..
Ix-Xhud :
Iva mela da zgur.
Dr Therese Comodini Cachia :
Imbaghad minn hemmhekk imxiet ..
Ix-Xhud :
Imbaghad imxiet minn taht id-dekasteru tieghi ..
Imhallef A Lofaro :
Ghal Prim Ministru
Ix-Xhud :
Wara r-reshuffle
Dr Therese Comodini Cachia :
Fl-ufficcju tal-Prim Ministru?
Imhallef J Said Pullicino :
Jew ghal Ministru Mizzi?
Ix-Xhud :
Le le; jidhirli l-MGA wara giet taht il-Ministru Manuel Mallia.
Dr Therese Comodini Cachia :
Inti meta kont qed tigi mistoqsi fuq id-differenza bejn il-Malta Enterprise u Projects Malta f’ hin minnhom ghedt illi l-Malta Enterprise mbaghad waqfet biex taghmel xoghol preparatorju ghal gvern. Tista’ tispjega c-cirkostanzi f’ liema ittiehdet din id-decizjoni li Malta Enterprise tieqaf taghmel dak ix- xoghol?
Ix-Xhud :
Kont qed nirreferi ghal kaz partikolari tal-Vitals. Konna qabbadna kumpanija mir-Renju Unit mill-Londra li tahdem b’ mod regolari maghna. Nikkommissjonawha li taghmlilna due diligence fuq potential investors illi jkollna f’ Malta, u d-due diligence li kien sar ma kienx wiehed tajjeb. Ma kienx wiehed tajjeb mhux fis-sens ta’ kif sar..
Imhallef A Lofaro :
Le. Dak li sar.
Ix-Xhud :
Ir-rizultali tieghu. U allura meta gejt ikkomunikat dawn l-affarijiet ovvjament.. heq!
Imhallef A Lofaro :
X’ ghamiltu?
Ix-Xhud :
Kienet responsabbilta` tieghi illi niflegja din il-lanjanza.
Imhallef A Lofaro :
Din il-haga serja hux; mhux hekk?
Ix-Xhud :
Li fil-fatt ghamilt. U allura jiena tajt ordni lil Malta Enterprise biex tieqaf
Imhallef A Lofaro :
Biex tieqaf.
Imhallef J Said Pullicino :
U l-progett waqaf hemm?
Ix-Xhud :
Le.
Imhallef J Said Pullicino :
Baqghu involuti l-istess nies?
Ix-Xhud :
Projects Malta.
Imhallef J Said Pullicino :
Bl-istess nies baqa’ miexi?
Ix-Xhud :
Inbidlu. Sirt naf li nbidlu meta kont qieghed nattendi l-NAO sitting u urewni illi x-shareholders originali tal-VGH kienu zdiedu b’ zewg firmatarja godda.
Dr Therese Comodini Cachia :
Kienu zdiedu ..?
Imhallef A Lofaro :
B’ zewg firmatarji godda.
Ix-Xhud :
Li jien ma kontx naf bihom.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jigifieri l-persuni li lilek kienu gew flagged bhala ejja nghidu ..
Ix-Xhud :
Ma kienux dawk it-tnejn il-godda; dawk l-antiki.
Dr Therese Comodini Cachia :
Kienu l-antiki. Imma l-antiki li gew flagged lilek kienu baqghu shareholders?
Ix-Xhud :
Yes.
Dr Therese Comodini Cachia :
Kienu baqghu?
Ix-Xhud :
I reckon yes.
Dr Therese Comodini Cachia :
U inti din l-informazzjoni li ghadditlek il-kumpanija ta’ due diligence likek kont ghaddejtha lill-Kabinett.. lill-Prim Ministru.. lil ..
Ix-Xhud :
Iva. Konna ghaddejniha l-Malta Enterprise kieny tkellmu mal-Prim Ministru, yes. Iva konna flagjajniha; diga` ghedtha.
Imhallef J Said Pullicino :
Pero` dina.. sorry ta, popolarment qed nghid, ghandna l-impressjoni Malta illi dawn gew originarjament tal-Vitals gew ghand Vitals, dahlu fi progett, qabdu l-flus u telqu ‘l hemm. Jigifieri telqu bil-flus. In-nies li inti flegjajt kontra taghhom l-esperti tieghek..
Ix-Xhud :
Mhux jiena..
Imhallef J Said Pullicino :
L-esperti..
Ix-Xhud :
Il-kumpanija li taghmel id-due diligence..
Imhallef J Said Pullicino :
Kienu dawn in-nies illi fil-fatt sparixew? Jew uhud minnhom?
Ix-Xhud :
Uhud minnhom yes.
Imhallef J Said Pullicino :
Heq! Allura ..!!
Ix-Xhud :
Imma din tohrog minn..… din mhux jiena. Jien ..mhux jien qed nikkonkludija din. Din tohrog minn l-NAO, mir-rapport ta’ l-NAO. Jekk wiehed jara l-NAO li ghamel xhur jinvestiga ..
Imhallef J Said Pullicino :
Imma dak iffiser..
Ix-Xhud :
Ir-rakkomandazzjonijiet u l-konkluzjonijiet tieghu huma cari hafna.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma dak li jfisser hux hekk?
Ix-Xhud :
Skuzi?
Imhallef J Said Pullicino :
Dak li jfisser, li l-Kabinett jew l-amministrazzjoni nonostante li kienet allertjata minnek gustament din il-problema baqa’ miexi xorta.
Imhallef A Lofaro :
Baqghu hemm dawn in-nies.
Imhallef J Said Pullicino :
U jekk il-progett baqa’ miexi mhux bil-Kabinett imma ghaliex kien hemm tnejn – tlieta min-nies li riedu imexxuh, I mean ir-responsabbilta` trid tixxiftja mbaghad.
Ix-Xhud :
Ahna xogholna konna ghamilnih.
Imhallef J Said Pullicino :
Intom xogholkom ghamiltuh..
Imhallef A Lofaro :
Ghandek ragun, imma hemm baqghu dawn.
Ix-Xhud :
U jidhirli li dak iz-zmien kien CEO Mario Galea li kien ikkonferma dan kollu.
Imhallef J Said Pullicino :
Dak li qal l-awditur ahna niehdu konjizzjoni tieghu u qieghed hawn..
Ix-Xhud :
Lill-awditur kien ukoll ikkonferma mieghu Mario Galea meta kien itbaghat biex jixhed fl-investigazzjoni tal-Vitals. Jekk mhux hu, is-successur tieghu.
Imhallef J Said Pullicino :
Dak li hemm miktub fir-rapport narawh ahna.
Ix-Xhud :
Yes yes.
Dr Therese Comodini Cachia :
Kont qed tiddiskrivi kif inti kont il-persuna li kont tiffirma l-MOUs ghan-nom tal-gvern, pero` ma kontx imbaghad tiehu sehem fin-negozjati. Taf min kien jiehu sehem pero` f’ dawn in-negozjati?
Ix-Xhud :
Mela nista’ naghti zewg ezempji. Meta kienu jkunu progetti li ghandhom x’ jaqsmu ma’ Sahha per ezempju, ovvjament f’ dan il-kaz kien ikun il-Ministeru tas-Sahha illi jkompli bin-negozjati skont il-bzonnijiet illi ghandu l-Ministeru u l-pjanijiet illi ghandu l- Ministeru. Kien hemm kazijiet ohrajn fejn iffirmajt MOUs fis-settur ta’ l-Edukazzjoni per ezempju ma kumpaniji minn barra. Illi they were furthered by the Ministry of Eeducation. U ikkonkludewhom il- Ministeru ta’ l-Edukazzjoni..
Imhallef J Said Pullicino :
Il-problema tieghi taf x’ inhi? L-MOU s-soltu jaghmlu sens u taccethom facilment gvern ma’ gvern. Jigifieri gvern….
Ix-Xhud :
Those are institutional MOUs. Hemm imbaghad non institutaional MOUs.
Imhallef J Said Pullicino :
Ehe, il- problema hija imma meta jkun hemm MOU…
Ix-Xhud :
Ma’ kumpanija privata li lanqas hija listed fuq l-istock exchange. .
Imhallef J Said Pullicino :
…private,. li eventwalment tkun trid tinteressahom il-progett u allura tkun qisu l-progett ikun qisu lest. Din l-istorja inti konxju taghha?
Ix-Xhud :
Iva, konna noqghodu attenti hafna l-wording li nuzaw fl-MOU. Illi l-gvern ihallilu d-dritt….
Imhallef J Said Pullicino :
L-ispazzju?
Ix-Xhud :
L-ispazzju l-elbowroom biex jimmanuvra. Jekk ovvjament il- memorandum of understanding illi fil-bidu jkun .., ghax meta inti tiffirmah ikun hemm ix- xoghol; inkella ma tiffirma xejn. Illi imbaghad jiehu twist illi ma hijiex favorevoli ghall-interess tal-pajjiz, inti tkun tista tirriktektja minn dak l-MOU.
Imhallef A Lofaro :
Tohrog minnu.
Ix-Xhud :
Issa tghidli – imma kulhadd hekk? Iva ma kulhadd hekk, imma hemm istituzzjonijiet privati – u hemm istituzzjonijiet privati. Meta inti tiffirma MOU ma’ l-universita` ta’ La Sapienza nahseb illi ma ghandekx dak l-inkwiet hux!
Imhallef J Said Pullicino :
Il-problema jekk taghmel xi haga ma’ Montenegro u l-wind farm hu mbaghad. Heq! iva imma taghmilli hekk imma..!
Ix-Xhud :
Le le skuzani. Jiena ma nistax nghid ghax ma nafx.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma tistax tghid; ma kontx taf.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jigifieri fin-negozjati li komplew wara l-MOU fuq il-kwistjoni tal- Vitals dak kellu jkun il-Ministru Fearne u kien il-Ministru Fearne li ghamel in-negozjati?
Ix-Xhud :
Le ma nahsibx li kien il-Ministru Fearne dak iz-zmien.
Dr Therese Comodini Cachia :
Ghax inti ghedt ..
Imhallef A Lofaro :
Mhux hu kien ts-Sahha?
Ix-Xhud :
Fl-2014?
Dr Therese Comodini Cachia :
Inti ghedt jekk kien progett tas-Sahha allura ovvjament il-Ministru tas-Sahha.
Ix-Xhud :
Iva, mhux hekk hu! Ma nahsibx li kien hu ta’ dak iz-zmien! Nahseb li ma kienx hu.
Imhallef J Said Pullicino :
Qalilna li ma kienx hu.
Dr Therese Comodini Cachia :
Kien il-Ministru Farrugia?
Ix-Xhud :
Farrugia min hu? Godfrey?
Dr Therese Comodini Cachia :
Godfrey Farrugia.
Ix-Xhud :
Le le le. Nasheb li qeghdin nirreferi ghal Ministru Mizzi hawnhekk; mhux kulahdd jaf!?
Dr Therese Comodini Cachia :
Kien il-Ministru Konrad Mizzi
Ix-Xhud :
Iva mela. Hu kien Ministru dak iz-zmien; mhux hekk?
Imhallef J Said Pullicino :
Anke dik hija cirkostanza kurjuza; kif il-Ministeru ta’ Dr Mizzi ikkoncentra fih il-progetti kollha anke jekk ma kienux jaqghu that..
Imhallef A Lofaro :
Progetti kbar, kollha tieghu..
Imhallef J Said Pullicino :
Fl-Energija mhux suppost jifhem, insomma; fis-Sahha. I mean, u pero` kollha baqghu..; dika ma ghandekx spjegazzjoni ghaliha.
Ix-Xhud :
No.
Imhallef J Said Pullicino :
Hija decizjoni tal-Prim Ministru eh jigifieri
Ix-Xhud :
Hija decizjoni ..
Imhallef J Said Pullicino :
Tal- Prim Ministru ovvjament.
Ix-Xhud :
Kif kienet id-decizjoni tieghu li jahtar lili Ministru ta l-Ekonomija. Wahda mill-ftit prorogattivi li baqaghlu l-Prim Ministru llum.
Imhallef J Said Pullicino :
Iva iva. Kont ta’ parti mill-Ekonomika inti; mhux ta’ l-Ekonomija kollha, mhux hekk? Imma insomma
Dr Therese Comodini Cachia :
Meta l-Bord kien qieghed jistaqsik dwar il-Panama Papers, ir-rapporti tal- FIAU, kif dawn jirrelataw ma’ Kieth Schembri u ma’ Konrad Mizzi, jien jidhirli li inti ghedt ma stajtx tifhem ir-raguni ghal dawn l-istrutturi; u ghedt ukoll assurda illi speci ta’ kienet assurda li regghu ghamlu l-istess zball illi politici qabilhom kienu inqabdu fih f’ dan ir-rigward. Imma jekk kienet tant assurda kif tispjega l-pozizzjoni tieghek illi ma kellhomx jerfghu r- responsabbilta` politika meta giet imhabbra… meta gew ippubblikati l-Panama Papers?
Ix-Xhud :
Iva, hija mistoqsija li ovvjament tajba hafna llum ghax ghadda z-zmien. Dak iz-zmien id-difiza li kien hareg biha Konrad Mizzi kien ammetta hu stess li kien zball. U allura in a way kellu the political privation illi jitnehha minn Deputy Leadership, illi jitnehhilu l-portafol, illi l-Ministeru tieghu jigi minghajr portafol etc.
Imhallef A Lofaro :
Kien minghajr portafol imma kellu dawk il-progetti kollha.
Ix-Xhud :
Kellu iva iva. Imma jiena qed nghid x’ gara…..
Imhallef A Lofaro :
Imma donnu fl-isem biss hux?
Ix-Xhud :
Id-decizjonijiet. Imma…! Pero` jiena sa dak l-istadju nibqa’ intenni illi kif gejt mistoqsi issa minn l-avukata, iva jiena xorta kont nahseb illi l-izball huwa wiehed ikrah, pero` huwa wiehed medjokri.. ta’ medjokrita`. Ta’ nuqqas ta’ hsieb, mhux ta’ intenzjoni.
Imhallef J Said Pullicino :
U inti kont thoss illi Dr Mizzi bata jew gie penalizzat politikament ghax tnehha minn Deputy Leader, hux hekk?
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef J Said Pullicino :
Pero` s-Sur Schembri x’ garalu?
Imhallef A Lofaro :
Dak baqa’ fejn kien.
Ix-Xhud :
Baqa’ fejn kien.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma dak kellu qawwa kbira fl-amministrazzjoni; imexxi.
Ix-Xhud :
Iva iva da zgur.
Imhallef J Said Pullicino :
Ghaliex baqa’ fejn kien?
Ix-Xhud :
Ic-Chief of Staff tal-Prim Ministru ma nahsibx li jista’ ..
Imhallef J Said Pullicino :
…li issa bhala principju, ma jintmessx dak.
Ix-Xhud :
Ma jintmessx.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma jigix diskuss fil-Kabinett – hares, x’ ha naghmlu bih dan?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef J Said Pullicino :
No. Fil-fatt il-Prim Ministru to be fair baqa’ isostni dik it-tezi sa l-ahahr eh!
Ix-Xhud :
U l-Prim Ministru meta baghat ghalina wiehed wiehed, jien nista’ nghid x’ qal lili.
Imhallef J Said Pullicino :
Sewwa.
Ix-Xhud :
Hu ma staqsinix l-opinjoni tieghu fuq Kieth Schembri; staqsieni l-opinjoni tieghu fuq Konrad Mizzi biss,
Imhallef A Lofaro :
Qaluhielna dik ukoll.
Imhallef J Said Pullicino :
Ok. Insomma trid tiehu d-decizjonijiet u mbaghad …
Dr Therese Comodini Cachia :
Xi mistoqsijiet dwar il-parti tax-xhieda fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia u l-assassinju. Inti xhedt dwar kif Daphne Caruana Galizia kienet wahda minn l-iktar opponents vociferi tal-gvern. U f’ intervista illi saritlek
mat-Times of Malta inti ghedt illi so she was yes one of the people who had to be watched in the sense of critics.
Ix-Xhud :
In the …? In the sense of…?
Dr Therese Comodini Cachia :
In the sense of critics
Ix-Xhud :
Yes yes.
Dr Therese Comodini Cachia :
I mean any critic of a government has to be watched. Imma meta tghid ‘any critic of government has to be watched’, il-gvern fil-kontront ta’ Daphne Caruana Galizia kif kien qieghed jaghmel dan il-watching fuqha? Kien hemm decizjonijiet interni ta’ kif wiehed kellu jindirzza lil din il-gurnalista u x- xoghol taghha?
Ix-Xhud :
Kif ghedt iktar qabel il-blogs ta’ Daphne Caruana Galizia kienu maqsumin biex nghidu hekk f’ attakki fuq l-amministrazzjoni jew kritika ta’ l- amministrazzjoni u mbaghad kien hemm il-blogs personali. Il-blogs politici per se proprja, jigifieri li ma humiex sui generis u johorgu at attraction, u at a tangent, kulhadd kien jaf bihom ghax kien jaqrahom in-nies; u allura iva kienu jzommu lill-gvern fuq attenzjoni. Jigifieri jekk ha ssir privatizzazzjoni ta’ kumpanija pubblika parastatali u jkun hemm allegazzjoni fil- media illi l-mod ta’ kif qed issir ha tiffavorixxi a third party, il-gvern irid jiehu azzjoni fuq dik. Issa tkunx harget spekolazzjoni, tkunx konfermata bi provi, tkunx ahbar ta’ barra minn hawn li mhix vera; pero` l-gvern, any government needs to give the due attention to something like that. Ma tistax u taqbad u tarmih taht it-tapit.
Imhallef A Lofaro :
U tinjora.
Ix-Xhud :
U nahseb jien li Daphne fi zmien illi konna fil-gvern kienet taghmel dan ix- xoghol b’ mod kontinwu u b’ mod regolari.
Imhallef A Lofaro :
Iva.
Ix-Xhud :
Kellhiex ragun jew le ..
Imhallef A Lofaro :
Imma kienet taghmlu.
Ix-Xhud :
Il-kazijiet partikolari; pero` kienet taghmlu. And she use to dig and dig and always dig; jigifieri f’ dak is-sens ghedtha jien ta; ma ghedthiex b’ xi..
Imhallef J Said Pullicino :
U l-proprju hu illi hi kienet korretta f’ hafna mill-fatt.
Ix-Xhud :
Skuzi
Imhallef J Said Pullicino :
…il-proprju li l-fatti bazici kienu dejjem korretti. Jigifieri bilfors li l-gvern kellu jaghti kasha. Ma tistax jghid..
Ix-Xhud :
Jien ma nistax nghid l-istess haga, pero` ..
Imhallef A Lofaro :
Mhux qed nghidu affarijiet personali ta hawnhekk.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jiena nifhem illi r-risposta kienet deskrizzjoni tax-xoghol ta’ Daphne li kulhadd jaf x’ kien. Id-domanda pero` kienet….
Ix-Xhud :
Il-gvern
Dr Therese Comodini Cachia :
Pero` d-domanda kienet il-gvern bhala Kabinett, bhala l-ufficcju tal-Prim Ministru, bhala l-mexxej tal-Partit u d-Deptutat Mexxej, kontu hadtu decizjonijiet dwar kif ser izzommu tirrispondu l-kirtika taghha? Kontu hadtu decizjonijiet dwar per ezempju jekk ghandkomx tohorgu press releases li ssemmu gurnalista b’ isimha flok tohorgu press releases fejn taghmlu argumenti dwar il-mertu tal-pubblikazzjoni taghha?
Ix-Xhud :
No no no. Ma kienx hemm decizjoni f’ dan is-sens, no.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jigifieri dawn il-press releases li nhargu fuq isimha personali..
Ix-Xhud :
Ghal liema qed tirreferi Dottoressa?
Dr Therese Comodini Cachia :
Kien hemm press releases li kienu mahruga minn l-ufficcju tal- Prim Ministru, gew prezentati anke fid-dossiers quddiem dan il-Bord. U kien hemm ukoll press releases li nhargu minn Ministri partikolari.
Ix-Xhud :
No ma kienx hemm decizjoni fuq din; nahseb li kienet tkun tinpingi dak il- Ministru dik il-persuna li tkun qed tigi taht il-lenti.
Dr Therese Comodini Cachia :
Ok. U d-decizjoni allura politika illi jkun hemm billboard dwar Daphne Caruana Galizia fil-kampanja tal-elezzjoni generali dik min ikun hadha dik id- decizjoni?
Ix-Xhud :
Ovvjament tal-Labour Party qed tghid inti?
Dr Therese Comodini Cachia :
Iva.
Imhallef A Lofaro :
Ehe, kienet fuq billboard.
Ix-Xhud :
Naf; imma ovvjament tkun decizjoni nahseb jien li ttiehdet mill-campaign strategist tal-Partit hux.
Dr Therese Comodini Cachia :
U l-campaign strategy group kien jinvolvi lil Kieth Schembri?
Ix-Xhud :
Jiena ma kontx fih; jigifieri ma nistax inwiegbek.
Dr Therese Comodini Cachia :
Ok. U mal-Bord inti kont qed tiddiskuti illi hassejtu sens ta’ tradiment u li gejtu traduti. Il-membru tal-Bord staqsiet jekk it-tradiment kienx minn nies
min l-iktar vicin ta’ Joseph Muscat. Jiena rajtek tmaxxi rasek, imma r-risposta ta’ iva jew le ma gietx registrata.
Imhallef A Lofaro :
Iva; ma gietx fit-tape li iva.
Ix-Xhud :
Ara fihimni, jiena personalment it-tradiment zgur li ma hassejtux min-nies li hadmu vicin tieghi.
Imhallef A Lofaro :
Inti.
Ix-Xhud :
Li hafna minnhom lanqas biss kont nafhom qabel sirt Ministru. Imma ovvjament ehe l-Prim Ministru Joseph Muscat kien qal ukoll illi hass.. ihoss….
Imhallef A Lofaro :
Ali gie tradut.
Ix-Xhud :
… li gie tradut. Jigifieri dan il-feeling, dan is-sentiment..
Imhallef A Lofaro :
Minghalija li kien issemma Kieth Schembri
Ix-Xhud :
Dan is-sentiment huwa sentiment li jinhass, heq! U jinhass l-iktar nahseb jien minn dawk in-nies li l-izjed hadmu u irsistew u taw il- hin u s-sagrificcju taghhom.
Imhallef J Said Pullicino :
Dan l-istess sentiment mhux limitat ghal Kabinett
Ix-Xhud :
No.
Imhallef J Said Pullicino :
Ghaliex l-organizzazzjonijiet kollha ta’ l-istat, Pulizija, Secret Service, kollha hemm element qawwi ta’ nies li jahdmu tajjeb, li jahdmu b’ qalbhom u efficcjenti. Il-problema hi li f’ certu livell jirrizulta llum, hemm qisu stop. Tajjeb? Ghax kulhadd jehel ghaliex hemm xi haga li zzomm. U din ix-xi haga
ghalkemm hi cara llum, imma jekk inti tista’ tikontribwixxi biex naraw x’ inhi din ir-raguni ghaliex tehel, din hija xi haga li hija tangibbli.
Ix-Xhud :
Sur Imhallef, trid tpoggi kollox fil-perspettiva tieghu u ta’ dak iz-zmien. Meta inti tiret pajjiz illi jkun vicin illi jiddikjara bancarotta. Illi jkollu t-tkabbir ekonomiku inqas minn wiehed fil-mija (1%); meta jkollok pajjiz fejn id-dawl u l-ilma l-kontijiet taghhom imbaghad jitnaqqas b’ hamsa u ghoxrin fil-mija (25%); taghmel kumpanija ta’ l-Eenergija illi hija profitable meta din kellha valur ta’ one Euro (€1). Dawn huma kienu, dawn kienu l-ingridjenti li konna nitkellmu fuqhom dak iz-zmien. Ma konniex nitkellmu fuq Panama Papers u fuq Wiki Leagues!
Imhallef A Lofaro :
..ma kontux tafu bihom
Ix-Xhud :
Heq! Jigifieri dak iz-zmien x’ inhu s-sentiment li kellna? Ahdem ahdem u ahdem; iktar kemm tahdem iktar ha tmur ahjar fil-pajjiz, il-pajjiz ser imur izjed ‘il quddiem. Ha noholqu izjed xoghol; ha noholqu izjed opportunitajiet….
Imhallef J Said Pullicino :
Verissimu dan.
Ix-Xhud :
Ahna hemmhekk konna f’ mohhna; u fil-fatt ir-rizultati juru li dak li kellna f’ mohhna we achieved it. And we achieved it in little time. Pero` dan ma kienx xi programm li dam ghaxar snin!
Imhallef J Said Pullicino :
Dak verissimu naqblu ….
Ix-Xhud :
Jigifieri wara sena – sentejn it-tkabbir ekonomiku bdejna narawh; u bdew isaqsuna anke minn barra, kif qeghdin taghmlu hekk intom? X’ irnexxilkom taghmlu? Kif ikkrejajtu ix-xoghol? Kif ma ghandkomx izjed qaghad fil- pajjiz?.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma parallel ma’ dik kien hemm sistema qed tahdem imma n-nies kienu kulhadd ..zewg elementi immirati biex jaghmlu profitt gwadan.
Ix-Xhud :
Dawk l-elementi ma jidhru qatt.
Imhallef J Said Pullicino :
Inti ma kontx maghhom.
Ix-Xhud :
Dawk ma jidhru qatt dawk l-elementi. Dawk ma tarhomx.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma x-xibka kienet hemm eh! Kullimkien.
Imhallef A Lofaro :
Ma nhassitx avolja ma ..
Ix-Xhud :
Ma tarhomx Malta Sur Imahllef.
Imhallef A Lofaro :
Ma tarhomx imma..
Ix-Xhud :
U sal-lum ghadni ma nafx jekk kinetx hemm jew le. Dik hija xi haga li ser tidhlu fiha intom ua ha tehorgu bid-decizjoni tas-Sinjorija Taghkom.
Imhallef J Said Pullicino :
Anke min hawn, certezza ma jkunx hemm.
Ix-Xhud :
Mhux hekk! Ahseb u ara jiena li jiena politiku u mhux gudikant. Lanqas jiena imrawwam biex niehu dak it-tip ta’ analizi go mohhi
Imhallef A Lofaro :
U anke issa fuq responsabbilta` politika….
Ix-Xhud :
Dik iva; ghalhekk semmejtha jiena.
Imhallef A Lofaro :
U fuq dik tista’ tghidilna zgur.
Ix-Xhud :
Dik iva; semmejtha
Dr Therese Comodini Cachia :
Fir-rigward ta’ l-assassinju wkoll, l-informazzjoni fid-dominum pubbliku tindika li inti kont gejt imsejjah mill-Magistrat Inkwerenti fl-istess gurnata.. ta’ l-assassinju..
Imhallef A Lofaro :
Consuelo Scerri Herrara.
Dr Therese Comodini Cachia :
Semplicement biex tindika jekk inti kontx gejt mitkellem f’ dawn l- investigazzjonijiet dak inhar jew .
Imhallef A Lofaro :
Kien qed jistenna l-Qorti zgur..
Dr Therese Comodini Cachia :
Jew f’ mumenti ohra sabiex tkun ..
Ix-Xhud :
Sinjura Mhallef, jiena kont mghajjat flimkien ma’ grupp ta’ nies biex immur.
Imhallef A Lofaro :
Mill-Magistrat dak iz-zmien Scerri Herrara.
Ix-Xhud :
Kont attendejt ghal dik .. it-talba
Imhallef A Lofaro :
Ghal dik is-sejha.
Ix-Xhud :
Ghal dik is-sejha, ezatt, pero` fil-frattemp imbaghad kien dahal rikors mill- familja.
Imhallef A Lofaro :a
…..mill-familja Caruana Galizia
Ix-Xhud :
…tas-sinjura Caruana Galizia fejn talbet illi l-Magistrat ..
Imhallef A Lofaro :
Tirrikuza ruhha.
Ix-Xhud :
..tirrikuza ruhha. Fil-fatt irrikuzat ruhha u ma semghetniex, lili.
Imhallef A Lofaro :
Pero` kont wiehed min-nies li baghtet ghalihom.
Ix-Xhud :
Yes correct, iva.
Dr Therese Comodini Cachia :
Biex tkun cara fuq ir-record ukoll tal-…
Ix-Xhud :
Jiena hadd ma baghat ghalija bhala Magistrat jigifieri fl-edba hin..
Imhallef A Lofaro :
Imma hi baghtet ghalik;
Ix-Xhud :
Hi biss. Imma mbaghad sussegwentement kien dahal magistrat iehor u qatt ma baghat ghalija.
Imhallef A Lofaro :
Ehe, Tony Vella.
Ix-Xhud :
Yes.
Dr Therese Comodini Cachia :
U lanqas gejt mitkellem mill-Pulizija
Ix-Xhud :
Dak mort darba b’ mod volontarju meta kien hemm protesta, u tar-Republika jew tas-Socjeta` Civili, u kienu ghamlu kwerela kontra tieghi ghal murder, kienu baghtuha l-Ghassa tal-Pulizija, wahluhielhom mal-bieb; u kellhom il- placards bin-number tat-telephone tieghi, u jiena kont cempilt lil..
Imhallef A Lofaro :
Lill-Kummissarju..?
Ix-Xhud :
Lill-Kummissarju tal-Pulizija u tlabtu biex nirrilaxxa stqarrija ma’ l-uffucjal investigattiv; u li fil-fatt kont mort u kien hemm l-Ispettur Kieth Arnaud u ..
Imhallef A Lofaro :
U Kurt Zahra..?
Ix-Xhud :
..u Kurt Zahra. U t-tieni darba kien cempilli Lawrence Cutajar, kien Kummissarju, is-Sibt filghodu, kien qalli fejn qieghed? Ghedtlu jien qieghed id-dar. Qalli ghandna bzonn inkellmuk. Qalli ten minutes kollox.
Imhallef A Lofaro :
Ilu dan? Jekk joghgbok?
Ix-Xhud :
Id-data ezatt ma niftakarx;
Imhallef A Lofaro :
2019
Ix-Xhud :
Pero` ha nghidlek Sur Imhallef..
Imhallef A Lofaro :
2019.
Ix-Xhud :
2019. Naqra qabel l-ittra tal-Kabinett; jigifieri a couple of days before.
Imhallef A Lofaro :
Xi Novembru mela.
Ix-Xhud :
A couple of weeks rahter before; xi gimaghtejn qabel.
Imhallef A Lofaro :
Ottubru – Novembru 2019.
Ix-Xhud :
U lill-Kummissarju Cutajar kont ghedtlu – gej issa. Kont qbadt il-karozza, inzilt id-Depot, kien hemm l-istess zewg ufficjali Spetturi..
Imhallef A Lofaro :
Arnaud..
Ix-Xhud :
Hu ma kienx hemm, ma kienx hemm. Jiena hsibt li .
Imhallef A Lofaro :
Kellmuk Kieth Arnaud mela ..
Ix-Xhud :
Iva. Jien hsibt li ser insibu hemmhekk. Kellmuni, u l-istess..
Imhallef A Lofaro :
Irrilaxxajt xi stqarrija?
Ix-Xhud :
Yes yes yes. U tawni ir-recordings, qaluli ok. U ovvjament illum nifhem li kienet minhabba l-ittra. Imma dak inhar ma kienux qaluli
Imhallef A Lofaro :
Ma kontx taf.
Ix-Xhud :
No.
Dr Therese Comodini Cachia :
Ix-xhud, f’ Gunju ta’ din is-sena kien ta intervista estensiva lil Times of Malta.
Imhallef A Lofaro :
Iva; niftakarha dik.
Ix-Xhud :
Min?
Dr Therese Comodini Cachia :
Inti.
Imhallef A Lofaro :
Inti.
Ix-Xhud :
Ehe yes, skuzani.
Imhallef A Lofaro :
F’ Gunju ta’ din is-sena.
Dr Therese Comodini Cachia :
Iva.
Ix-Xhud :
Meta rrezenjajt mill-parlament.
Dr Therese Comodini Cachia :
F’ dik l-intervista Dr Cardona jigi rappurtat bhala illi qed jitkellem dwar l- assassinju, u qed jitkellem dwar ir-rwol tieghu politiku u qed jitkellem ukoll dwar kif kien jaf lill-ahwa Degiorgio li huma akkuzati fil-kumpilazzjoni.
Ix-Xhud :
Yes.
Dr Therese Comodini Cachia :
Biex ma noqghodx nerga’ nistaqsi l-istess domandi, pero` biex inkun nista’ nipprezenta wkoll kopja ta’ dik l-intervista fl-atti, inti tikkonferma dak kollu illi hemm rapportat f’ dik l-intervista?
Ix-Xhud :
Yes. Jiena nikkonferma dik l-intervista; nikkonferma wkoll kull intervista ohra li saret, mhux biss minnhom imma anke The Guardian, li nahseb ghadha ma gietx imxandra..
Imhallef A Lofaro :
Ilha tal-Guardian?
Ix-Xhud :
Skuzi?
Imhallef A Lofaro :
Ilha tal-Guardian?
Ix-Xhud :
Tal-Guardian ilha xi 2 months. Konna ghamilna nofstanhar bil-gurnalisti Franciszi u gurnalisti tal-Guardian jisimha Juliet.. insejt x’ kunjoma
Imhallef A Lofaro :
Mta tghid ‘konna’, ‘konna’ ghaliex qed tghid fil-plural?
Ix-Xhud :
Kollha. L-intervisti kollha nikkonferma.
Imhallef A Lofaro :
Le le naf. Imma meta ghedt dak inhar tal-Guardian..
Ix-Xhud :
Ghax ma kienx hemm gurnalist wiehed.
Imhallef A Lofaro :
Ehe ok. Lilek biss….
Ix-Xhud :
Ehe; kien hemm minn agenzija Franciza. Iva le, wahdi kont jiena.
Imhallef A Lofaro :
Ok.
Ix-Xhud :
Minn agenzija Franciza u minn The Guardian. Ghadha ma ixxandritx, pero` nikkonferma kull ma ghedt ..
Imhallef A Lofaro :
Tikoknferma.
Ix-Xhud :
Yes, absolutely kollox. Qatt ma gdibt, u ma ghandix ghalfejn ma nikkonfermax dak li ghedt.
Imhallef J Said Pullicino :
Dan l-interess mill-media internazzjonali donnu jikkonferma l- hsieb illi dan l- assassinju huwa marbut mal-politika.
Ix-Xhud :
Jiena qatt ma kelli problema Sur Mhallef. Jiena meta ikkuntattjawni l- gurnalisti barranin dejjem wegibthom u dejjem iltqajt maghhom.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma jigifieri tikkonferma illi s-sensazzjoni generali tal-media internazzjonali qieghda torbot l-assassinju mal-politika …?
Ix-Xhud :
Meta inti ghandek qtil ta’ gurnalista inevitibbilment il-gvern irid jidhol fl- istorja ..
Imhallef J Said Pullicino :
Iva kollox sew imma…
Ix-Xhud :
…jigifieri l-gurnalisti ma jinqatlux minn persuni li jmorru jahdmu u jmorru lura d-dar filghaxija bil-kwiet u joqghodu mal-familja!
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri l-muviment bilfors ..
Ix-Xhud :
Jigifieri jew ghandek.. jew muviment kriminali bilfors, issa jekk minn xiex ikun xprunat daka…
Dr Therese Comodini Cachia :
Meta kont qed titkellem dwar ir-relazjoni tieghek ma’ Daphne Caruana Galizia inti ghedt illi..
Ix-Xhud :
Ma kellix.
Dr Therese Comodini Cachia :
…qatt ma cemplitlek, jew ma gharaftx in-numru taghha. Nghid sew li fil- verita` inti kont blokkjajt in-numru taghha fuq il-mobile tieghek?
Ix-Xhud :
Jiena nibblokkja diversi numri li jkunu ripetittivi.
Imhallef A Lofaro :
Min joqghod icempillek b’ mod ripetut?
Ix-Xhud :
Yes. Li ma jkunx fil-contacts list tieghi nibblokkjahom.
Imhallef A Lofaro :
Imma kont taf li kienet hi li bblokkjajt?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
Jigifieri ma kontx taf li hi.
Ix-Xhud :
Imma ghalhekk, anticipajt li setghet kienet hi.
Imhallef A Lofaro :
All right.
Dr Therese Comodini Cachia :
Meta kont ..
Ix-Xhud :
U antecipajt li setghet kienet hi wisq probabbali ghaliex dan in-numru kien qed jigi mcempel f’ xi zmien li kien ikun hemm xi storja.
Imhallef A Lofaro :
I see.
Ix-Xhud :
All right? U kif kont naghmel lilha…kif ghamilt f’ dan il-kaz ghamilt anke f’ kazijiet illi kien hemm gurnalisti minn per ezempju minn 101 illi kienu jcemplu u jitfghuk life..; u inti qed titkellem mieghu u tkun life fuq ir-radio
Imhallef A Lofaro :
Minghajr ma javzawk?
Ix-Xhud :
Minghajr ma javzawk. Jghidlek – hello, this is.. whatever, inti qieghed life; Ministru ser nistaqsik din il-mistoqsija.. ; bum.
Dr Therese Comodini Cachia :
Pero` inti ma’ Daphne kont tkellimt.
Ix-Xhud :
Darba.
Dr Therese Comodini Cachia :
Tista’ tispjega meta?
Ix-Xhud :
Mela kienet party ta’ kugin tieghi, lunch..
Imhallef A Lofaro :
Kienet hemm hi?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
Hi kienet hemm?
Ix-Xhud :
No no.
Imhallef A Lofaro :
Le.
Ix-Xhud :
Lunch. Wara illi kellna lunch tlaqna niehdu drink qabel immorru d-dar, u xi hadd li naf min hu kien qalilha fejn qieghed; u giet hemmhekk ..
Imhallef A Lofaro :
Giet hi?
Ix-Xhud :
Yes yes personalment. Gie ma’ xi nies ohrajn jigifieri, mhux wehidha.
Imhallef A Lofaro :
U kellmitek hemmhekk?
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef A Lofaro :
U kellmitek hemmhekk.
Ix-Xhud :
Iva. Gie fuqi personalment.
Imhallef A Lofaro :
Biex tehodlok xi stqarrija jew…?
Ix-Xhud :
No no. Staqsienti fejn noqghod.
Imhallef A Lofaro :
Fejn toqghod.
Ix-Xhud :
Yes.
Dr Therese Comodini Cachia :
Dak kien fi zmien li inti informajt il-Bord li inti kont toqghod Portomaso?
Ix-Xhud :
Yes.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jigifieri allura jiena u inti qed nirreferu ghall-istess laqgha li saret fl-iStables Bar?
Ix-Xhud :
Yes.
Imhallef A Lofaro :
Il-Belt hux?
Ix-Xhud :
Iva.
Dr Therese Comodini Cachia :
Inti kont qed issemmi lista ta’ allegazzjonijiet li saru fil-media fil- konfront tieghek bhal per ezempju li n-numru tieghek kien issejvjat go burner phone ta’ l-ahwa Degiorgio.
Ix-Xhud :
Yes.
Dr Therese Comodini Cachia :
Pero` ghal dawn ir-rapporti inti qatt ghamilt xi proceduri ta’ libell jew hadt xi passi biex tikkoregihom?
Ix-Xhud :
Jiena Sur Mhallef, wara l-libelli li ghamilt lil Daphne Caruana Galizia ddecidejt li ma naghmel libell qatt izjed f’ hajti. Mhux worth it.
Imhallef A Lofaro :
Ehe?
Ix-Xhud :
Tghaddi minn wisq; tghaddi minn wisq. Tirrepti l-istorja, terga’ tidhol fit-tir tal-media. Terga’ tigi c-centru ta’ l-attenzjoni. Ghalija dan mhux worth it illum il-gurnata.
Dr Therese Comodini Cachia :
Imma jekk inti jkollok il-fatti dwar il-verita` li dawn l-allegazzjonijiet huma hziena?!
Ix-Xhud :
Jiena ma jistax jkolli l-fatti li jeskludu xi haga. Min qed jghidha jrid jippruvaha dik. Jekk inti ghandek informazzjoni li jiena n-numru tieghi kien fuq il-burner ta’ l-ahwa Degiorgio hudu l-passi u gibu dan il-burner phone. Jekk intom ghandkom provi li jiena kont ipprovajt naghmel tentattivi ta’ suwicidju u kont qieghed l-isptar gibu dawn il-provi. Il-provi jiena intikom permess. Kont ghedtlu lil Christian Peregin, mhix problema, jien naghtikom il- kunsens tieghi li tfittxu fil-files personali medici tieghi biex taraw jekk xi darba qattx dhalt l-isptar jien. Jew inkella li poggejt revolver go halqi; u sabuni b’ revolver go halqi Alla ibierek!
Dr Therese Comodini Cachia :
Inti f’ wahda minn dawn l-intervisti wkoll kont qed tghid jidhirli li fl-istess wahda ta’ Gunju ta’ din is-sena; kont esprimejt illi xi hadd prova jiffrejmjak bhala partecipi fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Meta tghid xi hadd prova jiffrejmjak b’ dan l-assassinju, allura inti ghandek hsieb dwar min kien qed jiffrejmjak?
Ix-Xhud :
Hafna nies. Jigifieri mhux min kiteb l-ittra biss. Hemm nies li provaw jaghmlu din l-affari li qeghdin prezenti hawnhekk fl-Awla hux! Illi bdew jaghtu hints u implikazzjonijiet illi Chris Cardona huwa parti mill-murder plot ta’ Daphne Caruana Galizia! Indubjament.
Dr Therese Comodini Cachia :
Il-konfront ta’ l-ittra li l-ittra waslitek sabiex inti tahseb illi .., inti ghedt jidhirli li tlabt li tigi sospiz u mbaghad taghmel auto suspention..?
Ix-Xhud :
Correct.
Dr Therese Comodini Cachia :
Il-fatt illi dik l-ittra gaghlitek tahseb illi qed tigi iffrejmjat, pero` inti dak iz- zmien f’ min kont qed tahseb illi kien qieghed jiffrejmjak b’ dik l-ittra?
Ix-Xhud :
Jiena mhux kont qed nahseb; dik hija ittra prova li hija carissima ta’ tentattiv ta’ frame-up. X’ tahseb tahseb! Tahseb b’ ittra miktuba!? Mghoddija go file tal-Pulizija misjuba go post! Dak mhux il-hsieb. Il-hsieb nahseb illi nafu t- tentattiv x’ ifisser. U dak li hemm bzonn biex ikun hemm tentattiv ta’ reat! Dak mhux..
Imhallef A Lofaro :
Ezatt. ..
Ix-Xhud :
In complation. Jigifieri anke bin-notamenti ta’ Cremona nahseb li naslu ghaliha dik il-konkluzjoni.
Imhallef J Said Pullicino :
U l-awtur …
Ix-Xhud :
L-awtur kif nista’ nkun naf min hu jiena Sur Mhallef?
Dr Therese Comodini Cachia :
Imma ghalhekk id-domanda tieghi.
Imhallef A Lofaro :
Ma gharaftx il-handwriting hux?
Ix-Xhud :
U zgur li le; lanqas qatt rajthom l-ittri jien. Mill-media biss.
Imhallef A Lofaro :
Ma rajthomx. Lanqas rajthom?
Ix-Xhud :
Mill-media rajthom l-ittri jien. Qatt ma urewhomli, qatt. Lanqas il-Pulizija ma urewhomli l-ittri lili, hadd.
Dr Therese Comodini Cachia :
Il-kollega tieghek li ghedtilna li cemplulek l-ghada li sar dak il-cabinet meeting ma nfurmawkx min kienu l-persuni involuti f’ dik l-ittra.?
Imhallef J Said Pullicino :
Min setghu kienu.
Dr Therese Comodini Cachia :
Min setghu kienu?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
Ma staqsejthomx?
Ix-Xhud :
Qaluli min jahsbu huma; mhux hekk?
Imhallef A Lofaro :
Eh qalulek.
Ix-Xhud :
Imma xorta, bejn dak li tahseb u l-verita` kultant ikun hemm naqra ta’ differenza.
Dr Therese Comodini Cachia :
Inti tlabt sabiex issir investigazzjoni halli wiehed jara min lilek kien qed jiffrejmjak?
Imhallef A Lofaro :
Ghandu jkun qal illi iva, hux?
Ix-Xhud :
Jiena kont semmejtha din. Kont tlabtha; imma l-ittra kienet tempered, kienet imbaghbsa.
Imhallef A Lofaro :
Inti stess ghedtilna li setghu qabdu espert tal-kalegrafija.
Ix-Xhud :
Mhux hekk?
Imhallef A Lofaro :
Allura dik ghalfejn ma komplejtx tinsisti fuqha?
Ix-Xhud :
F’ liema forum Sur Mhallef?
Imhallef A Lofaro :
Mal-Pulizija, jien naf?
Ix-Xhud :
F’ liema forum? X’ naghmel?
Imhallef A Lofaro :
Mal-Pulizija.
Ix-Xhud :
Jiena nahseb li l-Pulizija jistghu jaghmluha huma minn jeddhom din hux! Mela cittadin privat jista’ jidhol fl-investigazzjoni tal-Pulizija?
Imhallef A Lofaro :
M’ hemmx ic-challange imbaghad? Ic-challange; ma kellekx interess?
Ix-Xhud :
Xorta ghadni fi zmien li nista’ naghmilha dik.
Imhallef A Lofaro :
Ma kellekx interess ticcara ismek?
Ix-Xhud :
Jien ma ghandix interess Sur Mhallef illi nxekkel l-investigazzjoni tal- Pulizija.
Imhallef A Lofaro :
Imma din haga serja hafna ta. Din haga serja hafna.
Ix-Xhud :
Ghadni fic-chance li naghmilha fil-mument opportun.
Imhallef A Lofaro :
Jekk taf li mhux inti? Taf li mhux inti u thalli dak id-dell fuqek?
Ix-Xhud :
L-ittra? L-ittra ovvja li mhux jien.
Imhallef A Lofaro :
Le le. Qalu li inti l-mastermind tal-murder.
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef A Lofaro :
Ma hijiex xi haga serjissima dik?
Ix-Xhud :
Serjissima hafna.
Imhallef A Lofaro :
Allura ma tiehux passi ..?
Ix-Xhud :
Imma dik il-kredibbilta` ta’ l-ittra x’ inhi llum il-gurnata?
Imhallef A Lofaro :
Jien ghalija hafna aghar minn ta’ Acapulco din. Hafna aghar. Li jiena murderer!! X’ jigifieri? Thalliha hekk!? Ara inti ta..
Ix-Xhud :
Kulhadd jaf Sur Mhallef illi dik l-ittra l-intenzjoni taghha kienet li jiffrejmjaw lili.
Imhallef A Lofaro :
Imma ma tiehux passi u li thallihom ghaddejjin! Inti taf.
Ix-Xhud :
Jigi l-mument illi iva jkolli niehu passi.
Dr Therese Comodini Cachia :
Fid-dawl tal-kliem li inti ghedt fil-pubbliku illi kont iffremjat kif irrepetejt hawnhekk, u illi kien hemm dan it-tradiment politiku; allura ahna ghandna nifhmu illi inti kellek ghedewwa fl- amministrazzjoni?
Ix-Xhud :
Ma nahsibx li kien kompliment sabih jien!
Imhallef A Lofaro :
Lanqas xejn.
Dr Therese Comodini Cachia :
Imma inti taf min kienu dawn l-ghedewwa tieghek?
Ix-Xhud :
Li kieku naf hadt passi kontrihom. Mall insir naf ha niehu.
Dr Therese Comodini Cachia :
Tlabt biex jigu investigati min kienu?
Imhallef A Lofaro :
Xnieghat kien hemm.
Ix-Xhud :
Fil-mument opportun iva. Ma rridx inxekkel l-investigazzjoni tal- Pulizija.
Imhallef A Lofaro :
Kien hemm xnieghat hux?
Ix-Xhud :
Ma nixtieqx inxekkel l-investigazzjoni tal-Pulizija fil-kaz; u mhux investigazzjoni wahda hemm. Hemm diversi
Imhallef J Said Pullicino :
…ahna noqghodu atttenti hafna, ahna bhala Bord irridu noqghodu attenti hafna li ma nidhlux fih.
Chairman Imhallef M Mallia :
Biex ma nidhlux..
Ix-Xhud :
Absolutely.
Imhallef A Lofaro :
Ma nistghux. U ma rridux.
Dr Therese Comodini Cachia :
Pero` jekk hemm informazzjoni li x-xhud ghandu, tkun qed tfixkel jekk ma taghtihiex.
Ix-Xhud :
M’ ghandix informazzjoni Sur Mhallef. Jiena ma ghandix informazzjoni. Nixtieq li kieku ghandi. Imam l-hear say ma jaghmlux informazzjoni; u l-detto del detto inqas.
Imhallef A Lofaro :
Xnieghat.
Ix-Xhud :
Xnieghat kien hemm hafna. U qed nerga’ nirrepeti,
Imhallef J Said Pullicino :
U anke suspetti ..
Ix-Xhud :
Kien hemm xnieghat illi xerduhom persuni li qeghdin go din l-Awla, b’ mod pubbliku.
Dr Therese Comodini Cachia :
Ftit qabel ir-rizenja tieghek, tikkonferma li kien hemm persuni mill-Ministeru tieghek li kienu gew mitkellma mill-Pulizija dwar b’ rabta ma’ l-assassinju?
Ix-Xhud :
Iva.
Dr Therese Comodini Cachia :
Ok. U inti ..
Ix-Xhud :
Persuna.
Imhallef A Lofaro :
Wiehed biss.
Ix-Xhud :
Yes.
Dr Therese Comodini Cachia :
U inti ivverifikajt dwar xiex kienu gew mitkellma?
Ix-Xhud :
No.
Dr Therese Comodini Cachia :
No.
Imhallef A Lofaro :
Lanqas minn jeddhom ma qalulekx?
Ix-Xhud :
No. Pero` kont assigurat illi ma ghandux x’ jaqsam xejn mal-kaz tieghi. Jigifieri kienet purament mistoqsija fuq relazzjoni personali illi kellu persuna ma’ xi hadd illi kien investigat.
Imhallef A Lofaro :
Ma kellekx x’ taqsam inti?
Ix-Xhud :
No; neskludi.
Dr Therese Comodini Cachia :
Inti semmejt is-sospensjoni tieghek minn Ministru li kienet sospensjoni volontarja. Dik is-sospensjoni hija dak il-perjodu ta’ hmistax?
Ix-Xhud :
Yes.
Dr Therese Comodini Cachia :
Iva.
Ix-Xhud :
Nahseb inqas fil-fatt minn hmistax.
Dr Therese Comodini Cachia :
Pero` inti mbaghad wara dawk.. ejja nghidu hmistax-il gurnata, ergajt gejt rientegrat bhala Ministru, mhux hekk?
Ix-Xhud :
Iva. U bhala Deputat Mexxej.
Dr Therese Comodini Cachia :
U allura f’ dak il-perjodu ta’ ftit inqas minn hmistax, x’ wasslek biex tiehu lura s-sospensjoni tieghek meta inti kont qed thoss illi ghandek l-ghedewwa, illi hemm min tradiek, illi hemm min iffrejmjak?
Ix-Xhud :
Kien cempilli l-Prim Ministru l-Gimgha filghaxija biex nattendi laqgha tal- grupp parlamentari s-Sibt gewwa l-Girgenti. Kont mort u kien habbar illi lili kien ser jirrijintegrani bhala Ministru fil-Kabinett.
Imhallef A Lofaro :
Jigifieri d-decizjoni kienet tieghu.
Ix-Xhud :
Tal-Prim Ministru. U kien informa lill-grupp ukoll illi l-Pulizija kienu tawh l- assiguazzjoni illi jiena ma kontx qed inkun investigat dak inhar. Kien informa lill-grupp b’ mod pubbliku.
Dr Therese Comodini Cachia :
Inti kont accettajt dan ghaliex kont hsibt illi dawk li kienu qed jipprovaw jiffrejmjawk issa telqu minn l-amministrazzjoni?
Ix-Xhud :
Le; jiena kont hsibt.. x’ jigifieri ‘hsibt’? Jiena ma nafx min ipprova jiffremjani, jien ma nistax nasal ghal dik il-konkluzjoni. Jiena gejt rientegrat; ovvjament ridt illi nkun rientegrat f’ dak iz-zmien illi politikament nahseb kien l-iktar zmien infelici li qatt ghaddejt minnu f’ hajti jien personalment, u hadt pjacir li l-Prim Ministru nfurmani illi l-Pulizija qeghdin jeskludu l-investigazzjoni fuqi. U ghalhekk setghu facilment jikkonkludi li dak li kien gie allegat originarjament li wassal ghal awto sospensjoni kien ma ghadux jezisti.
Imhallef J Said Pullicino :
Pero` inti kellek suspett illi xi hadd fl-amministrazzjoni ..
Ix-Xhud :
Iva, ghad ghandi suspett
Imhallef J Said Pullicino :
… seta’ kien awtur taghha din?
Ix-Xhud :
Iva mhux hekk Sur Mhallef? Mhux kulhadd ikollu suspetti? Imma d-dinja ma timxix bis-suspetti.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma l-fatt li inti kellek dan is-suspett..
Ix-Xhud :
Iva imma s’ issa x’ hemm pruvat? S’ issa hemm pruvat illi hemm ittra li nsabet go post; hemm allegazzjoni li din l-ittra ttiehdet minn ghand tabib u dan it-tabib qed jghid illi hadha minn ghand xi hadd iehor. S’ hemm kulhadd jafu. Jigifieri x’ suspett suspett!? Mhux ovvja ..?
Imhallef A Lofaro :
…tal-kalegrafija jista’ isolviha
Ix-Xhud :
Imma mbaghad hemm il-kalegrafija; ghandek it-tipa tal-computer, tal- printer.. jien naf…?
Imhallef A Lofaro :
Ukoll iva.
Ix-Xhud :
… l-investigazzjoni tal-Pulizija, finger prints. Ma nafx.
Imhallef A Lofaro :
Finger prints forsi le; ma nafx
Ix-Xhud :
Mhux hekk? Ghax tempered dokument bhal dak Alla ibierek! Pero` jiena Sur Mhallef, jiena ma nixtieqx illi inxekkel l-investigazzjoni tal-Pulizija at this stage.
Imhallef A Lofaro :
Imma taf jekk hux qed imexxu almenu dawn?
Ix-Xhud :
Kif tridni nkun naf jien ..?
Imhallef A Lofaro :
Ma ssaqsix?
Ix-Xhud :
… mid-dar?
Dr Therese Comodini Cachia :
Fl-istess zmien inti kont tajt intervista lill-TVM u fiha kont qed tispjega illi l- consortium The Daphne Project inti kont qed tghid kienu qed jaghmlu frame- up fuqek; it-titolu ta’ l-intervista kien Minister Cardona Accuses Daphne Project Journalist with frame- up against him..
Ix-Xhud :
Meta kienu ghamlu kwerela
Dr Therese Comodini Cachia :
Le; Daphne Project
Ix-Xhud :
Iva.
Dr Therese Comodini Cachia :
…ghal guranlisti. Il-gurnalisti ghamlu kwerela kontrik?
Ix-Xhud :
Eh le le. Ma nafx f’ liema kuntest qed taqra din jigifieri. Nista’ nara r-rapport qabel nireagixxi ghal …
Dr Therese Comodini Cachia :
Nista’ insibhielek iva, mela le? Irrid insibhielek ghax ovvjament hija..
Ix-Xhud :
Jew it-transcript taghha.
Dr Therese Comodini Cachia :
Ara, l-istorja hija 24 ta’ April 2018. It-titolu huwa Minister Cardona Accuses Daphne Project Journalist with frame up against him fuq il-platform ta’ TVM. U tghid hekk : Minister Chris Cardona has accused that journalist consortium working on the Daphne Project are conducting what he described as a frame- up on him. Interviewed in Dissett program Dr Cardona…
Ix-Xhud :
Eh qed niftakar, Dissett
Dr Therese Comodini Cachia :
….invited the journalist to contact again the person who alleged seeing him speaking with one of the suspects of the murder of Daphne Caruana Galizia.
Ix-Xhud :
Yes; nikkonferma li kont ghedt dan fil-kuntest ta’ Dissett, u fi zmien fejn kien ikun hemm hafna stejjer illi rawni ‘l hawn nitkellem ma’ xi hadd, u rawni ‘l hemm nitkellem ma’ xi hadd iehor; u ghaddejt il-flus lil xi hadd biex iwassalhom ghand xi hadd iehor; ehe iva dak iz-zmien jiena kont inhoss illi kien hemm ukoll certu biex nghid hekk tentattiv ta’ certu gurnalisti illi jimplikawni bhala persuna involut f’ dan il-kaz; iva. Kellu kull raguni ghalfejn nahseb hekk u nghid hekk.
Dr Therese Comodini Cachia :
Biex impoggiha f’ kuntest, dan kien kumment fir-rigward tal- pubblikazzjonijiet dwar il-laqghat tieghek fil-Bar tas-Siggiewi ma’ l-ahwa Degiorgio?
Ix-Xhud :
Mhux hekk? Mhux hekk hu! Li huma gideb. Mhux biss, mhux biss; f’ hafna affarijiet ohrajn. Daqs kemm.. lanqas niftakar x’ qalu jinea. Ghandi hawn ghandi l-file mimli. File mimli rapporti fil- gurnali u fis-social media illi sal- lum dawn ir-rapporti Alla Iberek intesew. Jien l-ahhar darba li gejt imsemmi
fis-social media jew inkella fil-gazzetti.. tmien xhur ilu Sur Mhallef, meta kont ghadni Ministru. Minn meta r-rizenja.. meta tlaqt mill-politika kulhadd insieni. Ma ghadnix it-terrur li kont qabel. L-organizzatur tal-qtil. F’ daqqa wahda.. sirt nobody. Kulhadd nesa. Ghax qabel kuljum kienu johorgu b’ xi storja. L- aqwa li jsemmu lili.
Dr Therese Comodini Cachia :
Staqsejtek dwar din ‘il ghaliex qabel f’ Novembru tas-sena l-ohra ta’ l-2019 inti bghatt ittra lill-Ispeaker fejn semmejt ghamilt referenza ghal frame-up minhabba l-ittra li kienet misjuba jew relatata ma’ l-akkuzi ta’ Yorgen Fenech. Imma mbaghad f’ April tas-sena ta’ qabel inti ukoll kont allegajt li kien hemm dan il-frame-up minn gurnalisti..
Ix-Xhud :
Imma f’ cirkostanzi differenti ovvjament
Dr Therese Comodini Cachia :
Imma meta inti allura tara frame-up fi kliemet wiehed wara l-iehor kif tiggustifika illi kif talbek il-Bord qabel tghid illi ma tlabtx lill- Pulizija jinvestigaw dan kollu? U ma ghamiltx lanqas libelli. Inti ghedtilna wara ta’ Dapne iddecidejt li ma taghmilx libelli..
Ix-Xhud :
Ghaliex il-Pulizija ghaddejjin bl-investigazzjoni. Allahares jien neskludi illi l- Pulizija ma humiex qeghdin jinvestigaw dawk il- claims li qed taghmel referenza ghalihom inti! X’ naghmel jien? Kull darba li johorgu bi storja noqghod nidhol il-Qorti u nghid isma’ jien mhux vera li kont qieghed hemm; jien mhux vera ghamilt hekk, jien mhux vera ghamilt hekk. Lanqas taqbad art. Kieku diehel u hiereg.. u nista’ naghmel kamra hawn jien fejn il-Kamra ta’ l- Avukati!
Imhallef A Lofaro :
Staqsietek fuq il-libelli mbaghad.
Ix-Xhud :
Iva anke fuq il-libelli. Ma rridx naghmel libelli izjed;
Imhallef A Lofaro :
Ma tridx.
Ix-Xhud :
U zgur li le. U lanqas ghamilt; u kelli fejn naghmel kemm irrid; anke kontra persuni pubblici.
Dr Therese Comodini Cachia :
Kien hemm perjodu fejn inti kien hemm din l-auto suspension minn Ministru, imbaghad ghamilt diversi xhur pero` minkejja dik l-auto suspension illi kont bqat ukoll Deputat Mexxej. Imbaghad kien hemm ftit xhur minn meta inti rrezenajt; jigifieri you were reintegrated fil-post fir-rwol ta’ Ministru ..
Ix-Xhud :
Kronologija ser insemmilek.
Dr Therese Comodini Cachia :
… imbaghad ftit xhur irrezenjajt.
Ix-Xhud :
Mela kronologija. Meta kont reinstated bhala Ministru servejt sal-ahhar gurnata illi Joseph Muscat kien Prim Ministru. Kulhadd jaf illi mbaghad jien ma kellix portafol Ministerjali, dik hija xi haga li iddiskutejt mal-Prim Ministru Robert Abela personalment u ma nahsibx li ghandi nghid x’ ghedna waqt dik il-laqgha, u allura jiena kont barra minn l-ezekuttiv. Ippjanajt illi nirrizenja minn Deputa Mexxej ftit tal-gimghat wara ghaliex dak iz-zmien l- attakki kienu ghahom gejjin il-hin kollu, gurnata wara l-ohra; gurnata wara l- ohra! U jiena ma ridtx illi l-gvern il-gdid ikollu ma saqajh persuna li qed tkun attakkata kontinwament fil-honeymoon tieghu. Fil-fatt irrezenjat minn Deputat Mexxej. U mbaghad ghazilt lejlet l- ewwel ta’ Mejju biex nirrizenja mill- politika b’ mod definittiv u mill-parlament. Dik hi l-kronologija.
Imhallef J Said Pullicino :
Nistghu nehduha illi d-diskors li sar mal-Prim Ministru tal-lum..
Ix-Xhud :
Ma’ Robert Abela
Imhallef J Said Pullicino :
Ehe; ma kienx jattribwilek xi responsabbilta` imma kien in vista ta’ cirkostanzi illi inti kont qieghed ghaddej minnhom illi dherlu li ahjar ma tkunx?
Ix-Xhud :
Le le le Sur Imhallef, jien mhux ser inwegeb ghal dik il-mistoqsija ghaliex hija diskussjoni personali mal-Prim Ministru. Il-Prim Ministru kellimni diversi drabi fil-bidu ta’ gvern tieghu. Jiena kelli id-decizjoniji tieghi u zammejt maghhom.
Imhallef J Said Pullicino :
Ok.
Imhallef A Lofaro :
Il-Prim Ministru dejjem Abela issa.
Ix-Xhud :
Yes. U jiena qatt ma ridt illi nkun ta’ xkiel ghal Prim Ministru Abela fil-mixja tieghu gdida bhala Prim Ministru.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri naqblu illi hu kien ihoss jew inti kont thoss illi kieku bqajt ser tkun ta’ xkiel, allura ..
Ix-Xhud :
Jiena kont inhoss dik minn qabel ma kien hemm il-Prim Ministru Abela. Kont ikkomunikajtha kemm lil Robert Aberla u anke lil Chris Fearne.
Imhallef A Lofaro :
Jigifieri qabel ma gie elett xi hadd minnhom..
Ix-Xhud :
Yes Sur Imhallef, u d-decizjoni li nitlaq kont hadtha hafna qabel.
Dr Therese Comodini Cachia :
Ara, ir-rizenja tieghek minn Ministru allura saret jekk nista’ nifhem il- kronologija sewwa, wara r-rizejna ta’ Kieth Schembri u Konrad Mizzi? Fl- istess zmien?
Ix-Xhud :
No. X’ jigifieri? Jiena ma rrizenjajtx minn Ministru, qatt.
Dr Therese Comodini Cachia :
Inti issospendejt lilek innifsek minn Ministru
Ix-Xhud :
Iva ezatt.
Dr Therese Comodini Cachia :
Dik is-sospensjoni saret fl-istess zmien illi kien hemm rizenji jew sospensjonijiet ta’ Kieth Schembri u ..
Ix-Xhud :
Konrad
Dr Therese Comodini Cachia :
..Konrad Mizzi
Ix-Xhud :
Konrad Mizzi
Imhallef A Lofaro :
Konrad Mizzi
Dr Therese Comodini Cachia :
..ta’ Konrad Mizzi. Ir-rizenja ta’ Konrad Mizzi, lilek affettwatlek id-decizjoni tieghek biex tissospendi lilek innifsek jew biex imbaghad tghid….
Ix-Xhud :
No; jiena kont deciz mill-ewwel, nahseb id-decizjoni tieghi affettwat, bil- maqlub.
Dr Therese Comodini Cachia :
Tista’ tispjega?
Ix-Xhud :
Ghax jiena ddecidejt u kont habbar illi ser inkun awto sospiz wara l-Kabinett b’ mod immedjat. Hadd iehor ghamel mod iehor; ma hax dik it-triq, baqa’ jirrezisti.
Imhallef J Said Pullicino :
U ghadu sal-lum fil-fatt membru tal-parlament
Imhallef A Lofaro :
Iva hekk ghadu sal-lum.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jiena ma ghandix iktar domandi.
Imhallef A Lofaro :
Ok. Dr Azzopardi. Tghidilna id-domandi qabel Dr Azzopardi please?
Dr Jason Azzopardi :
Yes. Mela Dr Cardona qal illi huwa beda jahdem ta’ avukat fid- ‘99; xtaqt insaqsih ..
Imhallef A Lofaro :
Gradwa qal hux? Gradwajt?
Ix-Xhud :
Jidhirli gradwajna ahna qabel il-millenju
Dr Jason Azzopardi :
Bejn wiehed u iehor ..
Imhallef A Lofaro :
Imma mbaghad bdejt tahdem mall-ewwel, le?
Ix-Xhud :
Qabel.
Dr Jason Azzopardi :
Id-domanda hija jekk joghgbu is-Sinjuri tal-Bord, f’ liema sena sar jekk kien l- avukat ta’ l-ahwa Degiorgio jew ta’ xi hadd minnhom?
Ix-Xhud :
Ahwa Degiorgio qatt. Xi hadd minnhom x’ jigifieri?
Imhallef A Lofaro :
L-ahwa Degiorgio flimkien.
Dr Jason Azzopardi :
Either or.
Ix-Xhud :
L-ahwa Degiorgio qatt.
Imhallef A Lofaro :
Dawk it-tnejn.
Dr Jason Azzopardi :
Qatt.
Chairman Imhallef M Mallia :
Jew wiehed minnhom?
Ix-Xhud :
Qatt.
Imhallef A Lofaro :
Qal li le.
Dr Jason Azzopardi :
Qatt, qed jghid qatt. Meta sar l-avukat ta’ Vince Muscat maghruf bhala l- Kohhu..
Ix-Xhud :
Kont dhertlu darba ghal bail
Dr Jason Azzopardi :
Bejn wiehed u iehor l-annu
Ix-Xhud :
I have no idea.
Imhallef A Lofaro :
Jigifieri kien tressaq
Ix-Xhud :
Yes. Kien tressaw bl-arrest ..
Imhallef A Lofaro :
Tal-Ghassa, il-Magistrat ta’ l-Ghassa.
Ix-Xhud :
Yes. Jidhirli li mhux il-Magistrat ta’ l-Ghassa Sur Mhallef, jidhirli wara; sussegwentement kont dhertlu ghal bail
Imhallef A Lofaro :
Fil-kumpilazzjoni.
Ix-Xhud :
Yes; fil-fazi ta’ kumpilazzjoni.
Dr Jason Azzopardi :
I see. Jekk nissuggerilek ara jekk taqbilx illi tajtu r-release f’ Dicembru 2010 naqblu?
Ix-Xhud :
Nahseb illi ..
Imhallef A Lofaro :
Ma tiftakarx imma roughly?
Ix-Xhud :
Nahseb illi dak iz-zmien.
Dr Jason Azzopardi :
At least that period.
Ix-Xhud :
Iva.
Dr Jason Azzopardi :
Thank you. Jekk jafx lil ahwa Agius tal-Maksar?
Ix-Xhud :
Nafhom by sight. Naf wiehed by sight rather.
Imhallef A Lofaro :
Wiehed minnhom.
Ix-Xhud :
Yes. Mhux it-tnejn; skuzani.
Imhallef A Lofaro :
Dawn tnejn qeghdin.
Ix-Xhud :
Ma nafx jekk humiex ahwa; pero` jien wiehed minnhom naf, Adrian.
Imhallef A Lofaro :
Adrian.
Ix-Xhud :
Nafu by sight.
Dr Jason Azzopardi :
Sinjuri Imhallfin, xtaqt insaqsi lil Dr Cardona peress illi fi proceduri ohrajn issemma dan l-isem u ssemma Dr Cardona. Xtaqt insaqsih lil certu Toni l- Bigli illi ssemma.
Chairman Imhallef M Mallia :
…
Imhallef A Lofaro :
Il-Bigli; iva ssemma dan.
Dr Jason Azzopardi :
Issemma, u fil-kuntest ta’ Dr Cardona, jekk jafux u kif jafu?
Ix-Xhud :
Anthony Chetcuti maghruf bhala Toni il-Bigli huwa ex ufficjal tal-Pulizija. Kien membru fl-iskwadra illi kien ifforma l-Professur Guido De Marco jisimha l-SAG
Imhallef A Lofaro :
SAG, niftakar iva.
Ix-Xhud :
Illi kienet membri specjali ta’ Pulizija, sussegwentement ..
Imhallef A Lofaro :
Special Assignment Group
Ix-Xhud :
Special Assignment Group. Sussegwentement ….. kien jinhatar bhala ufficjal tas-sigurta` ta’ persuni politici lokali u barranin biex iservu bhala Pulizija ta’ Sigurta` ma’…
Imhallef A Lofaro :
Ehe, protection officer.
Ix-Xhud :
Protection officer mal-.. jien naf? Niftakar il-Papa per ezempju; Mr Anthony Chetcuti kien l-ufficjal ta’ sigurta` tal-Papa, ta’ Angela Merkel, ta’ hafna nies illi jigu hawn Malta. Sussegwentement hareg..
Imhallef A Lofaro :
Meta gew hawn Malta.
Ix-Xhud :
Meta gew Malta. Sussegwentement hareg mill-Korp tal-Pulizija bil-25 sena. Kien habib tieghi u beda jghini fil-kampanji elettorali; u kien ..is-sorpriza kienet illi tradizzjonalment kulhadd jaf x’ partit politiku kien fih u ovvjament baqghu.. in-nies bhal speci x’ fettilek?
Imhallef A Lofaro :
Ehe; kien dar speci.
Dr Jason Azzopardi :
Yes; fair enough
Ix-Xhud :
Mr Anthony Chetcuti, yes.
Imhallef A Lofaro :
Kien dar ehe
Ix-Xhud :
Iva.
Dr Jason Azzopardi :
Meta Dr Cardona sar Ministru wara Marzu 2013, f’ xi zmien wara Marzu 2013 dan is-sinjur gie moghti xi nkarigu xi xoghol partikolari fil-Freeport?
Ix-Xhud :
Kien hareg bil-25 sena servizz mill-Pulizija; kien hemm call ghal security guards fil-Freeport, applika, u kien wiehed illi intghazel.
Dr Jason Azzopardi :
Grazzi. Sinjuri Imhallfin, jekk Dr Cardona qattx inzerta.. ha nuza kelma wiesgha ‘inzerta’ mhux ha nuza l-kelma ‘iltaqa’ ma’’, inzerta qatt xi darba lil Alfred Degiorgio jew Vince Muscat fi Stables Bar il-Belt.
Imhallef A Lofaro :
Qatt kienu hemm dawn?
Ix-Xhud :
Le.
Dr Jason Azzopardi :
Le. Qatt gew mistiedna d-dar tieghu?
Ix-Xhud :
Le.
Dr Jason Azzopardi :
Fl-2015 Dr Cardona jiftakarx jekk kellux laqgha ma’ George Degiorgio fil- lobby tal-Hilton?
Ix-Xhud :
Le.
Imhallef A Lofaro :
Tista’ taghzel li ma twegibx; tinsiex.
Ix-Xhud :
Qed nghid le.
Dr Jason Azzopardi :
Qed jghid le. Fuq id-Daphne Project, u Dr Cardona qal illi dan kien tentattiv ta’ frame-up, u d-Dottoressa ikkwotat x’ kien qal ‘l allura Ministru Cardona
Imhallef A Lofaro :
F’ Dissett; fil-programm Dissett?
Dr Jason Azzopardi :
Ezattament. Issa xtaqt li nistaqsi lil Dr Cardona wahda minn stejjer li kitbu d- Daphne Project f’ Ottubru 2018 kien illi Dr Cardona kien attenda bachelor’s party fl-Imnarja ta’ l-2017 fejn kien prezenti.. dejjem skont din l-istorja Alfred Degiorgio maghruf bhala l-Fulu. Xtaqt insaqsi lil Dr Cardona jekk dik kinetx minnha jew le.
Ix-Xhud :
Kellhom zball. Ghax jiena kont attendejt it-tieg.
Imhallef A Lofaro :
U mhux il-bachelor party.
Ix-Xhud :
Yes.
Dr Jason Azzopardi :
It-tieg ta’..?
Ix-Xhud :
Ta’ l-istess persuna.
Dr Jason Azzopardi :
U ghal dak it-tieg kien prezenti wkoll is-Sur Degiorgio?
Ix-Xhud :
Ma nistax niftakar; imma nassumi li iva.
Dr Jason Azzopardi :
Tassumi li iva. Is-Sur Alfred Degiorgio qattx mar il-Ministeru li tieghu kien Ministru Dr Cardona?
Ix-Xhud :
Le.
Dr Jason Azzopardi :
Jigifieri fis-sajf 2017 Degiorgio maghruf bhala l-Fulu Dr Cardona qed jghid li qatt ma mar il-Ministeru?
Ix-Xhud :
Le.
Dr Jason Azzopardi :
No. Kien hemm rapporti, u xtaqt naghti l-opportunita` lil Dr Cardona jichad jew jikkonferma jew jispjega illi.., kienet fl- Ahbarijiet, public knowledge anke minn xhieda li inghatat band’ ohra, illi l-ahwa Degiorgio “kienu irrabjati ghal Dr Cardona”. Xtaqt li nsaqsi lil Dr Cardona jekk hix minnha jew le u fil- kas jekk jistax jispjega?
Ix-Xhud :
Ma ghandix spjegazzjoni; mhix minnha.
Dr Jason Azzopardi :
Mhix minnha.
Ix-Xhud :
Ma nistax nikkonferma. Irrabjati ta’ xiex?
Dr Jason Azzopardi :
Ok.
Ix-Xhud :
Ma nistax nifhem din ..
Dr Jason Azzopardi :
Ok; le le, imma kienet fil-media.
Ix-Xhud :
Iva mela da zgur ..!
Imhallef A Lofaro :
Kienet fil-media.
Ix-Xhud :
Mhux hekk!
Dr Jason Azzopardi :
Meta sar jaf Dr Cardona bid-data ta’ l-arrest tat-tliet persuni f’ Dicembru ta’ l- 2017?
Ix-Xhud :
Dak inhar li ghamel l-istatement il-Prim Ministru.
Dr Jason Azzopardi :
Jumejn qabel l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia huwa fatt.., kien hemm anke rapporti f’ The Shift News, naghmel referenza partikolari pero` kien fatt pubbliku diga`, illi jumejn qabel l-assassinju l-Ministru ‘l allura Ministru Cardona flimkien mal-Prim Ministru kienu qeghdin f’ attivita` ta’ kumpanija gewwa Le Meridien Hotel San Giljan, u dak inhar il-Prim Ministru kien tah hass hazin u inzammet sigrieta haxx-haxx min-naha tal-gvern ma hareg ebda komunikat. Xtaqt insaqsi lil Dr Cardona jekk jafx – a) x’ kien gara; jew b) ghaliex kienet ittiehdet decizjoni illi dak il-fatt jinzamm mistur?
Imhallef A Lofaro :
Kien hassu hazin il-Prim Ministru?
Ix-Xhud :
Iva. Ma nafx jekk hux jumejn qabel il-qtil ta’ Caruana Galizia; imma iva. Kont qieghed… ehe s-Sibt kien filghaxija ..
Imhallef A Lofaro :
Fil-Meridien hux?
Ix-Xhud :
Kellna attivita` l-Meridien minhabba li kien hemm ..
Imhallef A Lofaro :
Ta’ San Giljan ..
Ix-Xhud :
Iva. Kien hemm kumpanija illi jidhirli kienet qed tkabbar l-operat taghha f’ Malta. Kien hemm jigifieri mitt ruh mistednin; kien imissu jaghmel l-indirizz
il-Prim Ministru u tah hass hazin u zammejtu jiena; u hadtu barra flimkien mas-security officers tieghu, hadnih barra biex ..
Imhallef A Lofaro :
Ghall-arja.
Ix-Xhud :
.. ghall-arja. U kien irrizulta illi ma kienx kiel xejn dak il-gurnata; dak ma kellux hin, u kien iffejntja.
Dr Jason Azzopardi :
Pero` li ‘l hinn minn l-aspett mediku, ghax dak mhux importanti; ghaliex amministrattivament jekk jafx, ghax dan mhux hu, pero` jekk jafx jekk semax kliem biex dan inzommuh mistur. Ghax meta Dr Muscat kien darba wegga’ ghajnejh kien anke hargu intervisti u komunikat ufficjali; jekk jafx. No.
Imhallef A Lofaro :
Ma jafx.
Ix-Xhud :
Le ma nafx.
Dr Jason Azzopardi :
Dr Cardona, f’ proceduri li ghaddejjin, jekk ghandekx spjega x’ tghid intqal illi oht il-Fulu kienet giet kellmitek ghal licenzja fuq il-medical cannabis; jekk hux vera jekk mhux ..
Ix-Xhud :
Mhux veru
Dr Jason Azzopardi :
Mhux veru. Dr Cardona qatt attenda l-potato shed il-Marsa?
Ix-Xhud :
Lanqas naf fejn hi.
Dr Jason Azzopardi :
Ma tafx fejn hi. Jekk qattx Dr Cardona wara l-2013 qattx iltaqa’ socjalment, mhux inzerta, socjalment, ma’ Yorgen Fenech partikolarment fil-Level 22.
Ix-Xhud :
Iltqajt jew.. x’ jigifieri?
Dr Jason Azzopardi :
Inzertajt..
Imhallef A Lofaro :
Inzertajtu.
Ix-Xhud :
Iva iva, rajtu darba. Rajtu.
Dr Jason Azzopardi :
Ok. Dr Cardona, ..
Ix-Xhud :
Ghax kont ser inwiegeb ghal dik id-darba li semmejt qabel.
Dr Jason Azzopardi :
Meta kien bejn wiehed u iehor tiftakar?
Ix-Xhud :
Ma ghandix idea, pero` iva nikkonferma li rajtu hemmhekk; kien party.
Dr Jason Azzopardi :
Dr Cardona kienx mistieden party f’ dak il-post wara Ottubru 2017, wara l- assassinju, u fejn gie mistieden minn Yorgen Fenech.
Ix-Xhud :
Ara, le mhux minn Yorgen Fenech; pero` iva attendet party 50th Birthday Party hemmhekk. Ma niftakarx jekk hux qabel jew wara l- murder. Pero` iva attendejt.
Dr Jason Azzopardi :
Grazzi Dr Cardona. Dak inhar kienet kellmitek b’ mod partikolari l- mama’ tas-Sur Fenech?
Ix-Xhud :
Il-mama` tas-Sur Fenech ta’ Yorgen Fenech qed tghid inti?
Imhallef A Lofaro :
Iva.
Ix-Xhud :
No no no.
Dr Jason Azzopardi :
No. Is-sena li ghaddhiet, mela 2019 ghadek fil-kariga Ministerjali, iltqajt ma’ Yorgen Fenech?
Ix-Xhud :
Ga semmejt; il-Luxol u ..
Imhallef A Lofaro :
.. ..it-tfal.
Ix-Xhud :
Skuzi?
Imhallef A Lofaro :
Fejn ghandek it-tifel tieghek
Ix-Xhud :
Iva. Darba l-Luxol u.. darbejn il-Luxol rather. Ghax darba minnhom kien hemm il-mara tieghu u staqsejtha jekk hux ser jattendi ghal serata ta’ zfin tat- tfal; u ma giex.
Imhallef A Lofaro :
Ma kienx gie.
Ix-Xhud :
No. Imma l-Luxol darbtejn easy.
Dr Jason Azzopardi :
Jistax jikkonferma jew jichad jew jispjega jekk is-sena li ghaddhiet.. ha nkun ezatt, fil-bidu tas-sena li ghaddhiet l’ allura Ministru Cardona baghatx messagg lil Yorgen Fenech biex jiltaqghu ghall-ikel.
Ix-Xhud :
Ghad ghandi l-messaggi fil-mobile; jekk niccekkja intik id-dati ezatti. Ghadhom ghandi fil-WhatsApp.
Dr Jason Azzopardi :
Ok; imam mill-memorja ma tiftakarx..?
Imhallef A Lofaro :
Jista’ ikun?
Ix-Xhud :
Meta ghedtli?
Dr Jason Azzopardi :
Lejn il-bidu tas-sena li ghaddhiet
Ix-Xhud :
Lejn il-bidu 2009 early.
Imhallef A Lofaro :
2019
Ix-Xhud :
2019 early. Ma neskludix illi ..
Dr Jason Azzopardi :
Id-data mhux importanti, Dr Cardona id-data mhux importanti; is-suggett.
Ix-Xhud :
U zgur li importanti d-data.
Dr Jason Azzopardi :
Ok, all right
Ix-Xhud :
Hafna importanti d-data
Dr Jason Azzopardi :
All right; fil-bidu tan- ‘19
Ix-Xhud :
Jidhirli li iva, jidhirli.. pero` jekk ittuni permess nixghel il-mobile u niccekkja.
Dr Jason Azzopardi :
Nistghu naghmluha wara; kif trid
Ix-Xhud :
Sure.
Dr Jason Azzopardi :
Innotajt fix-xhieda tieghek ilil ghedt ma’ l-eks Prim Ministru Muscat ghadni niltaqa’.
Ix-Xhud :
Yes.
Dr Jason Azzopardi :
Xi haga illi hija interessanti forsi tista’ taghti spjega taghha; l-ghada li irrezenja minn Prim Ministru Dr Muscat inti u hu hadtu ritratt flimkien… jew l-ghada jew il-pitghada, u ittella’ fuq Instagram, u kien l-unkiu ritratt li l-Prim Ministru l’ allura Prim Ministru ghax kien irrezenja gurnata jew tnejn qabel, kien ha u tellghu wara; xtat insaqsi lil Dr Cardona ..
Imhallef A Lofaro :
Jidhirli li rajt tieghu mal- Prim Ministru Robert Abela ta’ ukoll.
Dr Jason Azzopardi :
Imma f’ dan il-kaz kien litteralment l-ghada;
Imhallef A Lofaro :
All right.
Dr Jason Azzopardi :
Kien l-ghada; kien jekk niftakar tajjeb b’ xi tracksuit whatever; xtaqt insaqsi lil Dr Cardona kienx hemm xi raguni partikolari ghala dak kien l-uniku ritratt illi Dr Muscat kien ippubblika ma’ l-eks Ministri tieghu?
Imhallef A Lofaro :
Imma jiena rajt ohrajn ta’ ma’ Robert Abela kif diga` ghedt
Ix-Xhud :
Ma nafx hu! Forsi jhobbni izjed minn haddiehor! Jien naf?
Imhallef A Lofaro :
Jiena rajt ohrajn
Ix-Xhud :
Jiena zgur ma nafx ghalfejn tella’ tieghi biss! Imma mhux ovvja li kont hemm? Ritratt qeghdin hdejn xulxin!
Imhallef A Lofaro :
Imma jien rajt ohrajn.
Ix-Xhud :
Konna qeghdin insajru dak inhar.
Dr Jason Azzopardi :
Minn Novembru tas-sena li ghaddhiet, inti u Dr Muscat sifirtu flimkien?
Ix-Xhud :
Minn Novembru tas-sena li ghaddiet? Jigifieri minn 2019?
Imhallef A Lofaro :
2019.
Ix-Xhud :
Le. No. Bhala kariga ufficjali qed tghid inti jew bhala …?
Dr Jason Azzopardi :
Le le..
Ix-Xhud :
Eh?
Dr Jason Azzopardi :
Wara Novembru 2019 ..
Ix-Xhud :
Kiena ghadu Prim Ministru, u jiena kont ghadni Ministru
Dr Jason Azzopardi :
Ezattament
Ix-Xhud :
Ma nafx jekk kienx hemm xi safar..
Dr Jason Azzopardi :
Insa insa..; ahna qeghdin 2020. Din is-sena sifirtu flimkien?
Ix-Xhud :
No.
Dr Jason Azzopardi :
No. Issa dana zgur huwa pertinenti. It-tifla tal-Fulu giet impjegata l-Ministeru tieghek fis-sajf ta’ l-2017; hareg fatt fil-pubbliku, sia fil-kumpilazzjoni u sia band’ ohra. Jekk kontx taf u kif kont involut?
Ix-Xhud :
Mela dina ma kontx naf biha. Sirt naf meta harget fil-media kont ghadni Ministru. Ikkonfermajt illi kienet studenta, minhiex cert jekk hix qieghda l- universita` tistudja l-medicina jew inkella s-Sixth Form. Johorgu student packages tas-sajf ghal dawn l-istudenti, u wahda minn dawn it-tfajliet kienet it-tifla ta’ Alfred Degiorgio. Illi ghamlet is-summer work taghha go wahda minn l-entitajiet tal-gvern. Lanqas naf liema wahda hi. Pero` iva, nikkonferma li veru.
Dr Jason Azzopardi :
L-ahhar haga; intqal kemm-il darba, ghandek l-okkazjoni tghid jekk hux veru jew le, ghax is-soltu pettigolezzi tal-media jew le, illi ma kienx hemm relazzjoni tajba bejnek u s-Sur Schembri. Jekk hux minnu jew le, jekk kienx hemm xi raguni.
Ix-Xhud :
No.
Dr Jason Azzopardi :
No.
Ix-Xhud :
Kien hemm relazzjoni ta’ xoghol.
Imhallef A Lofaro :
Inti ghedtilna li kien jghinek, le?
Ix-Xhud :
Iva; konna nahdmu, konna nahdmu; kont fuq bazi regolari. Jigifieri lis-Sur Schembri issa ilni ma narah nahseb sena, inqas minn sena imma diehlin fis- sena, pero` fi zmien li kont fil-gvern 7 snin bazi regolari li niltaqghu u nitkellmu.
Imhallef A Lofaro :
Ma kienx hemm problemi.
Ix-Xhud :
No; never. U issa jekk tghidli ismaghni, gie li kien hemm nuqqas ta’ qbil.
Imhallef A Lofaro :
U iva! Imma kbar; problema kbar ..
Ix-Xhud :
Le le le; imma jkunu affarijiet illi tista’ titwijkjahom
Chairman Imhallef M Mallia :
Ok; grazzi hafna. Tista’ tirtira.
Ix-Xhud :
Ha niccekkja d-data ezatt.
Imhallef A Lofaro :
Ha jiccekja d-data ezatt.
Ix-Xhud :
Sinjuri Mhallfin, l-ahhar messagg li ghandi mas-Sur Fenech imur lura 28th August 2019; u jirreferi proprja ghad-dancing classes tat-tfal.
Imhallef A Lofaro :
Ok. Grazzi Dr Cardona.
Ix-Xhud :
Grazzi lilkom.
Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ l-Avukat Dr Chris Cardona kif giet dettata minnu stess fil-prezenza ta’ l-istess xhud.
Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.
Saviour Scicluna Traskrittur