Xhieda ta’ David Casa – 31 ta’ Lulju 2020
Fl-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Seduta miżmuma llum il-Gimgha 31 ta’ Lulju, 2020.
David Casa, iben Anthony u Rita nee’ Degabriele, imwieled Pieta’ u residenti Gzira bil-Malti bil-gurament jghid:
Imh. M. Mallia : Sur Casa ahna nafu li inti membru tal-European – tal- Parlament Ewropew. Bghattilna certa informazzjoni li tista’ tkun utli ghalina f’din l-inkjesta specjalment il-kuntatti tieghek illi kellek mad-Dubai fuq din il- kwistjoni ta’ 17 Black u nixtieqek tamplifika fuq dak. Pero’ ghandna dan id-dossier li inti pprezentajt ukoll biex tispjegalna u tamplifika ftit. Pero’ importanti sur Casa biex tifhem li ahna ghalina l-fatti li huma li nistghu nimxu fuqhom. Dawk huma mportanti. Il-fatti. Mhux dak illi tahseb inti x’gara u ma garax.
Imh. A. Lofaro : Eccezzjonijiet.
Imh. M. Mallia : Ghax at the end of the day fuq il-fatti rridu niddeciedu, dawk li jirrizultaw quddiemna. Tajjeb? Tista’ tibda.
David Casa : Grazzi Sinjuri Mhallfin.
Imh. M. Mallia : L-ewwel nett, tikkonfermah dan id-dossier li ghadu kemm gie prezentat?
David Casa : Iva nikkonfermah. Imh. M. Mallia : Ok.
Imh. A. Lofaro : Ma nafx il-press kemm ghandhom kopja jew jekk ghandhomx tad-dossier?
Dr. J. Azzopardi : Ma ghandhomx. Nitstghu nghaddulhom.
Imh. A. Lofaro : Ahjar hux ghax pubbliku. Ezatt, pubbliku. Ikkonfermajtu bil- gurament tieghek?
David Casa : Yes, Yes.
Imh. A. Lofaro : Ok.
Imh. M. Mallia : Tista’ taghtuhom lill-press . . . Imh. A. Lofaro : Ahjar.
Imh. M. Mallia : L-ittra li rcivejna ahna minn ghand is-sur Casa fit-tmintax
(18) ta’ Mejju, ta’ din is-sena kif ukoll kopja ta’ l-e mail li inti rcivejt minn ghand id-Dubai – le l-Emirati sorry, tat-tnax (12) ta’ Mejju ta’ din is-sena, ok.
David Casa : Ehe, naturalment kif ghidt tajjeb inti Sur Imhallef qaghadt attent hafna illi ma nkunx partiggjan f’dan li nghidilkom hawn ghaliex jiena ridt naghtikom biss il-fatti tax-xoghol tieghi bhala Deputat Parlamentari Ewropew. Jien hassejt illi minkejja li jiena m’iniex il- pulizija u m’iniex il-Gudikatura u m’iniex l-Attorney General, allura ma stajtx ninvestiga kif kellhom ir-rwol – id-dover li jinvestigaw dawn l- istituzzjonijiet, pero’ bhala Deputat Parlamentari hassejt illi kelli d- dmir u d-dover illi nezercita pressjoni f’dawn l- istituzzjonijiet Ewropej ‘il ghaliex fl-ahhar mill-ahhar gejt elett mill-poplu Malti biex nara li l-affarijiet f’pajjizi l-ewwel nett ikunu mexjin kif suppost. Naturalment ma kienetx haga facli ghalija, fuq zewg (2) ragunijiet – illi jiena ma kontx wahdi li qed naghmel dan ix-xoghol ghaliex kelli deputati ohra mill-gruppi politici kollha jkolli nghid tal-Parlament Ewropew, jigifieri anke l-group Socjalista, l- group tal-Hodor, il- group Liberali u flimkien rajna x’inhuma dawk it-toroq li stajna niehdu bhala deputati biex ahna nkunu nistghu naslu ghall- verita. ‘Il ghaliex jiena nemmen li ma tistax issir gustizzja ma’ Daphne Caruana Galizia jekk ma noqorbux u nkunu nafu l-verita kollha. U allura tajjeb li nghidlek illi jiena kont ilni snin li naghmel referenza ghal diversi drabi fuq il-kumpanija 17 Black illi jiena konvint u ghandna fatti illi huma issue principali li setghu wasslu ghall- qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Jien ukoll ghaddejt minn theddid wara li bdejt nahdem fuq dawn l-issues. Ghandi dokumenti illi nista’ naghtikom illi kelli nikteb kemm ‘il darba lill-Kummissarju tal- Pulizija, imma ma ttiehdu ebda passi, ghaliex jiena hassejtni mhedded kull meta nitkellem fuq 17 Black. U naturalment illum ghandna nformazzjoni wkoll illi Yorgen Fenech anka pprova joffri flus biex
jiena jghalaqli halqi, mhux kif ghalaq halq Daphne, pero’ jghalaqli halqi billi ma nigix elett fil-Parlament Ewropew. U allura ma kienx zmien facli u rrid nirringrazzja hawn qabel nibda nghidilkom, illi l- gurnalisti Maltin u Ewropej, illi huma wkoll kienu mheddha anke b’attakki ta’ slap fuqhom, ukoll lill-whistle blowers li kellna, li kellhom il-kuragg jitkellmu bhali ghaliex dawn ukoll ghaddew minn perjodu xejn facli. U nahseb hawnhekk jiena l-ewwel messagg li nixtieq inwassal li l-istat ghandu jipprotegi n-nies bhal gurnalisti, l- whistle blowers u iva anke deputati jekk hemm bzonn, illi jkunu qeghdin jitkellmu dwar dan il-hazen kollu u jippretendu li xi forma ta’ protezzjoni jkollna. Jiena Sur Imhallef fuq pariri anka ta’ nies esperti sa llum ma nistax insuq il-karozza tieghi. Sa llum anka biex immur quddies nhar ta’ Hadd irid jigi xi hadd mieghi. Sa llum jien kull fejn immur irrid inkun akkumpanjat mis-segretarjat tieghi jew minn hbieb ohra. Ghaliex nibza nohrog wahdi.
Imh. A. Lofaro : Anke barra minn Malta?
David Casa : Anke hawn Malta iva. Hawn Malta b’mod specjali – jigifieri jiena sal- bierah, inkun miexi Strada Rjali n-nies jiefqu jghajruk f’wiccek ghaliex meta jaraw nahseb in-nies li hawn impunita li Ministri jaghmlu li jridu u ma jsir xejn, li ex Prim Ministru sa llum ghadu jigri barra u ma jsir xejn. Allura naturalment il-poplu hemm barra li jkun mghejjun ukoll minn sezzjoni ta’ media jarawna hazin. Jiena mort il-Qorti anka gie akkuzat persuna, b’sentenza sospiza fuq theddid li ghamel lili. Jigifieri mhux ma nghtihomx tort, in-nies ikunu nfluwenzati naturalment minn dak illi jkunu qeghdin jaraw anke minna l-politici stess. Jiena nsostni illi din l-impunita wkoll wasslet ghal qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Daphne nqatlet meta
. . .
Dr. T. Comodini Cachia : Jekk tippermettili qabel ma tmur fuq dan l-aspett, inti semmejt illi gie li tlabt il-protezzjoni tal-pulizija. Tista’ tghidilna jekk inghatajtx dik il-protezzjoni u jekk ma nghatajtx dik il- protezzjoni ghalfejn?
David Casa : Bghatna diversi ittri. L-aghar theddid hija meta jiena – beda l-aghar theddid meta jiena kelli f’idejja r-rapport ta’ l-FIAU u jiena minkejja t-theddid li saru minn Manuel Mallia per ezempju,
mill-FIAU, mill-avukati ta’ Keith Schembri illi anke lili ghamluli xi forma ta’ slap u minkejja dan it-theddid jiena xorta gejt quddiem il-Qrati taghna ghaliex jiena l- Qrati taghna, l-Gudikatura hija l- unika istituzzjoni illi jiena onestament ghandi fiducja fiha. U allura minkejja li forsi vera kienet xi haga kontra l-ligi li jien kelli f’idejja rapport ta’ l-FIAU u li ma stajtx nigi bih il-Qorti, pero’ xorta hassejt illi kien id-dover tieghi illi nigi l- Qorti u nipprezenta rapport ta’ l- FIAU li kien bid-dikjarar qed jitlob li ghandhom isiru investigazzjonijiet serji fuq Konrad Mizzi – rapport li kien anke jitkellem kif ghidtilkom fid-dokument tieghi fuq il- konnessjoni ta’ 17 Black, Keith Schembri, Konrad Mizzi, l-operat ta’ Pilatus Bank u Nextia BT, pagamenti minn nies involuti fil-Power Station u 17 Black, dettalji dwar korruzzjoni fid-deal tal-Wind Farm tal- Montenegro. Anke sa dalghodu stess Sinjuri Imhalfin hemm storja fil-gurnal it-Times fejn qed naraw li ghadha hierga anka sa llum, mhux investigazzjoni li ghamlet il-pulizija, mhux investigazzjoni li ghamel l-Attorney General imma nvestigazzjoni li ghamlu gurnalisti barranin illum jifformaw parti mid-Daphne Caruana Galizia Foundation. U ma ninsewx illi l-FIAU report tieghi jitkellem ukoll fuq miljun li ha, milljun Euro, li ha Chen Ceng, il-persuna li nnegozja l-bejgh ta’ l-Enemalta lil Shanghai Electric. Sallum, sallum, ghadna ma smajna xejn jekk dan giex investigat, jekk hux ha jitressaq quddiem il-Qrati taghna. Jigifieri f’dan il-perjodu malli jiena mort il-Qorti b’dan id-dokument, beda l-attakk fuqi u naturalment iva l-avukat tieghi Paul Porg Olivier kiteb diversi ittri – ghadna sa ftit ilu li nitlbu li li jkolli protezzjoni pero’ qatt ma nghatajt protezzjoni u lanqas biss risposta ghall-ittri li ahna baghtna lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Imh. J. Said Pullicino : Halli nghalqu daqsxejn l-episodju tat-theddid. It- theddid huwa fizuku jew kien theddid ghaliex xi hadd jghid li inti qed timxi kontra l- ligi u allura trid toqghod attent ghax se jfittxuk minhabba – ghax dika hija differenti hux hekk. Allura ahjar tispjegalna ftit x’forma ta’ theddid kont ghaddej minnu.
David Casa : Kelli zewg tipi ta’ theddid. Wahda kif qed tghid tajjeb inti through speeches u diskorsi, pero’ kitbuli ittri minn avukati ta’ Keith Schembri illi lesti jfittxuni ghad-danni.
Imh. J. Said Pullicino : Hekk hu jigifieri slap, theddid. Dak it-tip imma t- theddid . . .
David Casa : Imma kelli wkoll theddid minn nies fuq Facebook. Fil-fatt mort il- Qorti u anke meta jiltaqghu barra mieghi le – vjolenza qatt ma ntuzat fuqi.
Imh. J. Said Pullicino : Qed nitkellmu ejja nghidu ma kienx hemm, imma ha nkunu ahna cari meta nsemmu certi nies f’liema kuntest qed tagixxi, qed tifhem.
Imh. M. Mallia : Haga ohra, din it-theddida li ghamlulek l-avukati ta’ Keith Schembri li jfittxuk, dina fil-Qrati Maltin jew Qrati barra minn Malta?
David Casa : Le baghtuli ittra lili personali. Nghidlek il-verita l-avukati ta’ Ketih Schembri kienu jirraprezentaw il-Pilatus Bank, kienu heddew li jfittxuni ghad-danni. Kienu qaluli wkoll biex innehhi anzi l- immunita tieghi li ghandi fil-Parlament Ewropew ghaliex kienu qeghdin jakkuzawni illi jiena kont parti integrali ta’ nies illi ppruvaw jaghmlu frame up fuqhom, jekk tridu nista nissottometti.
Imh. A. Lofaro : Frame up fuq min? David Casa : Frame up fuqhom.
Imh. A. Lofaro : Fuq min? David Casa : Fuq Pilatus Bank. Imh. A. Lofaro : Fuq Pilatus.
Imh. M. Mallia : Fuq Pilatus Bank. David Casa : Yes.
Ja. Sur Casa fuq domanda tal-Bord ha nghalqu dan il-kapitlu tas- security, protezzjoni, theddid – ghid lil Bord kien hemm konverzazzjoni bejnek u l-Kummissarju u ssemmiet l-ghassa tal- Gzira.
David Casa : Ehe f’mument minnhom darba Paul Borg Olivier quddiem il- Kummissarju waqt li jien kont qed naqdi d-dover tieghi Brussell, il- Kummissarju tani offerta li jaghlaq l-ghassa tal-Gzira biex jaghmel pulizija mieghi. Issa jien naturalment ma accettajtx din ghaliex
jiena immagina kif stajt nidher mar-residenti tal-Gzira illi bhala skuza nghalaq ghassa ta’ lokalita shieha biex jipprotegu iktar milli lili Sinjuri Imhallfin, jiena l-iktar li kont ninkwieta naturalment ghall- genituri tieghi.
Imh. A. Lofaro : Mhux hekk.
David Casa : Ghaliex jien ma ridtx li minhabba fija jsir xi haga lill- familjari tieghi u allura ghidtilhom – ghidtlu le ma rridx li tghalaq l-ghassa tal- Gzira.
Imh. A. Lofaro : U meta kien dan?
David Casa : Dana kien wara – ftit qabel l-elezzjoni ghall-Parlament Ewropew. Imh. A. Lofaro : Ok.
David Casa : Pero’ d-decizjoni kienet mbaghad li nqatta’ aktar hin Brussell ghaliex jiena onestament inhossni iktar safe meta nkun Brussels milli nkun qieghed Malta. U allura ddecidejt illi minflok nibqa’ nitlob ghall-protezzjoni naghmel iktar hin Brussell ghax hemmhekk inkun inhossni iktar safe.
Imh. M. Mallia : Meta tghid illi m thossokx safe hawn Malta – ok semmejtilna xi haga diga, tara n-nies iharsu lejk bl-ikrah, xi thoss?
Imh. A. Lofaro : Jinsulentawk, jhedduk in-nies? David Casa : Telefonati.
Imh. A. Lofaro : Anonimi?
David Casa : Anonimi. Kienu jidhluli telefonati li qatt ma rrispondejt mill- Azerbaijan u dana jidher li l-avukat tieghi baghathom ukoll lill- pulizija jigifieri anke meta jarawni barra n-nies il-kliem li jghiduli ta’ theddid mhux haqq rasek imma t-theddid li kelli fuq Facebook li nigi eliminat, li ghandi nigi mghallaq. Issa naf li nista’ ninjorhom dawn Sinjuri Imhallfin, pero’ lil Daphne l-istess kienu jaghmlula, jigifieri hafna iktar minni naturalment. Pero’ li nixtieq nghid huwa dan: hafna drabi l-pulizija jghidu illi ma tawhiex protezzjoni ghaliex hi ma riditx. Avolja jiena konvint illi l-pulizija kellha xorta taghtiha protezzjoni minkejja li forsi hi ma fdatx li tkun qed tinghata protezzjoni mill-pulizija. Pero’ jiena mhux bhal Daphne. Jiena talbt permezz ta’ l-avukat tieghi li nkun – ninghata protezzjoni u xorta ma nghatajtx protezzjoni. Jigifieri l-pulizija ma jistghux jghidu illi jiena ma ridtx. Jiena tlabt ghaliex jiena hassejt illi jiena kompljet.
Jiena meta qatlu li Daphne Sinjuri Imhallfin, billi kienet habiba personali tieghi u fil-fehma tieghi kienet l-ahjar gurnalista li qatt kellu pajjizna u wahda mill-ahjar gurnalisti li qatt kien hawn fl- Ewropa, hlift mieghi nnifsi illi ga la darba fl-akkar moment vulnerabbli taghha kienet wehidha, nkluz irrid nghid biex anke ma nkunx partegjan, waqt kampanja ghall- Kap tal-Partit Nazzjonalista
. . .
Imh. A. Lofaro : Ehe.
David Casa : Hemmhekk nahseb kien il-mument fejn Daphne verament hallejniha wehidha, ftit li xejn konna ghadna madwarha, jiena wara li qatluha ghamilt promessa mieghi nnifsi illi ha nkompli fuq kull kaz li kienet titkellem dwaru hi u naghmel hilti kollha biex ghall-inqas tohrog il-verita, u harget hafna verita. Jigifieri biex nghalqu dan il-kapitlu, llum dak li ghandi nghidu ghidtu, ghadni qed ninvestiga naturalment kwistjonijiet bhal ma huwa d-deal tal- Montenegro u anke iva kif staqsejtni inti Sinjur Imhallef imma ghadni ma rrispondejtekx fil- verita dwar il-pajjizi Emirati Gharab Maghquda. Ghaliex anka hawnhekk intqalu affarijiet f’din l- inkjesta partikolarment minn Ian Abdilla illi jiena fuq ir-ricerka u l- laqghat ufficjali . . .
Imh. A. Lofaro : Per ezempju x’qal jekk joghgbok jekk tista’ tghidilna?
David Casa : Ian Abdilla jsostni illi l-pajjizi Emirati Gharab Maghquda lanqas biss taw acknowledgment ghad-domanda . . .
Imh. A. Lofaro : Ehe hekk qalilna. David Casa : Mela ha nitkellmu fuq din.
Imh. M. Mallia : Qabel dik – naslu ghaliha halli ma jkollniex – semmejt illi kien hemm hin minnhom fejn gie allegat illi nghata xi flus, thallsu xi flus, jew gew offruti xi flus lill-Partit Nazzjonalista halli inti ma tigix elett fil- Parlament Ewropew.
Imh. A. Lofaro : Lil-partit jew lil xi ndividwu?
Imh. M. Mallia : Ahna smajniha ghax kienet fid-dominju pubbliku, pero’ kullhadd nnegaha. Xi provi ghandek?
Imh. A. Lofaro : L-ewwelnett jekk hux lill- partit jew lil xi ndividwu.
David Casa : Naturalment jiena provi ta’ dan m’ghandix, pero’ dan intqal fil- Qrati taghna. Bhalissa ghaddejja Inkjesta fuq hekk, fil-fatt jiena
mort nixhed quddiem il-Magistrat Doreen Clarke. Jiena ma nafx kemm ghaddew flus u jekk ghaddew flus lil min jekk hux individwu.
Imh. M. Mallia : Jekk ghaddew flus.
David Casa : Jekk hux individwu jew jekk huwiex individwi. Ma ghandix provi ta hekk.
Imh. A. Lofaro : Fil- partit.
David Casa : Pero’ jrid ikolli nammetti li jiena kont nahdem assistent ma’ Guido DeMarco qabel, kont assistant personali tieghu ghal aktar minn disa’ (9) snin. Jien ghaddejt minn kampanji elettorali kemm tieghu u issa din ir-raba’ darba tieghi li gejt elett. Jiena naf kampanji s- soltu kif isiru u jiena iva hassejt illi f’din l-ahhar elezzjoni tieghi l- Partit ma xtaqx li jien inkun il-favorit jew nigi elett. Hassejt illi seta’ qed jigi mbuttat haddiehor.
Imh. A. Lofaro : Per ezempju ma tawkx coverage bhas-soltu? David Casa : Mhux hekk u anke qabel il-kampanja.
Imh. A. Lofaro : Ghax ahna ma nafux sur Casa.
David Casa : Hekk hu, jigifieri thossha Sinjura Imhallef. Naturalment jiena ma ghandix provi ta’ dan, pero’ nemmen . . .
Imh. A. Lofaro : Pero’ taf li ma nghatajtx coverage per ezempju? David Casa : Yes, yes.
Imh. A. Lofaro : Dawk fatti le? David Casa : Yes, yes.
Imh. A. Lofaro : All right.
David Casa : Ma nghatajtx daqskemm – jew jiena kont biex tghaxxaqha l-kap tad- delegazzjoni dak iz-zmien, jigifieri l-iktar deputat b’esperjenza
. . .
Imh. A. Lofaro : Ezatt, ezatt.
David Casa : . . . ghaliex jiena kont diga gejt elett ghal tliet (3) drbiet u din kienet ir- raba’ elezzjoni tieghi. Kont il-kap tad-delegazzjoni ghax irrid nghid illi ezatt wara l-elezzjonijiet ta’ l-ahhar darba jien mill- ewwel tnehhejt minn kap tad-delegazzjoni.
Dr. J. Azzopardi : Minn min?
David Casa : Mill-kap tal-partit attwali Dr. Delia. Imh. A. Lofaro : Dr. Delia ok.
David Casa : Jiena naf imma wkoll illi iva b’dak li kont qed naghmel – ehe nahseb kont qed indejjaq, mhux nahseb, kont qed indejjaq zgur lil Yorgen Fenech u ma ghandix dubju illi dawn l-affarijiet fil-fatt setghu graw. Naturalment m ghandix provi.
Imh. J. Said Pullicino : Dawn saru differenti l-politika u differenti x-xiri eh. David Casa : Sorry?
Imh. J. Said Pullicino : Differenti l-politika, l-intricci taghha u x-xiri ta’ xi had jew – ok.
Imh. A. Lofaro : Jekk xi hadd gie korrott biex jaghmel hekk, mhux hekk?
David Casa : Ehe, pero’ ghandek zewg (2) xiedha li qed jghidu dan u zgur li ninkwieta jigifieri, biex nirrispondi ghad-domanda . . .
Imh. J. Said Pullicino : Sur Casa, fuq din hemm l-inkjesta, nhalluha timxi. Imh. A. Lofaro : Iva, iva. Hemm l-inkjesta mela.
Imh. M. Mallia : All right. Tista’ tghidilna mela, tkompli fuq dik li kont qed tghid, dwar ir-ricerka tieghek dwar 17 Black.
Dr. T. Comodini Cachia : Jekk jista’ jibda, ‘l ghaliex meta wiehed jara d-dossier li pprepara qieghed isegwi mill-ewwel pass u qieghed segwenti. Nahseb illi jekk is-sur Casa jibda billi jispjega r-rapport ta’ l-FIAU li kellu f’idejh fiex kien jikkonsisti u hem hekk jista’ jillidjana ghall- kwistjoni ta’ 17 Black.
Imh. M. Mallia : All right, tajjeb. Aghmel hekk, aghmel hekk. David Casa : Tajjeb.
Imh. A. Lofaro : Kompli, iva kompli.
David Casa : Ir-rapport kif kont qed nghid qabel jitkellem dwar dawn il- punti – l-konnessjoni ta’ 17 Black, Keith Schembri u Konrad Mizzi, l- operat ta’ Pilatus Bank u Nextia BT, pagamenti lin-nies involuti fil-Power Station u 17 Black, dettalji dwar korruzzjoni fid-deal tal-Wind Farm tal-Montenegro u pagament mistenni ta’ miljun Euro lil Chen Ceng, il-persuna li nnegozja kif ghidtilkom qabel il-bejn ta’ l- Enemalta lil Shanghai Electric. Meta rcivejt dan ir-rapport ridt nippublikah mill-ewwel ghax ghassejt li n-nies ghandhom id-dritt ikunu jafu, pero’ ma ppublikajtux ghal zewg ragunijiet – il-Ligi kif ghidtilkom diga ma kienetx tippermetti u t-tieni li ma stajtx forsi ninfluwenza b’mod hazin xi nvestigazzjnijiet illi kienu qeghdin isiru. Pero’ rrejalizzjat illi il-kont f’ Noor Bank kien krucjali hawn u
ma stajtx inkompli nostor dan ir-rapport u forsi jsiru xi tbghabis f’dan il-kont li jinhargu xi flus li nafu li kien hemm u in the meantime hadd ma hu qed jitkellem dwarhom.
Imh. M. Mallia : Meta ssemmi Noor Bank ghandi nifhem illi dan huwa l-bank fejn kien hemm il-kont ta’ 17 Black hux hekk?
David Casa : That’s right. That’s right. That’s right.
Imh. M. Mallia : U dan qieghed fid-Dubai jew l-Emirati? David Casa : Qieghed Dubai.
Imh. M. Mallia : Dubai.
David Casa : Dubai. Sa dak iz-zmien jiena . . . . .
Dr. T. Comodini Cachia : Biex inkunu cari, inti sirt taf bin-Noor Bank u bil-kont ta’ Noor Bank minhabba r-rapport ta’ l-FIAU?
David Casa : That’s right. That’s right.
Dr. T. Comodini Cachia : U dan ir-rapport ta’ l-FIAU kien inghata lilek fis-sena elfejn u sbatax (2017)?
David Casa : Hekk hu.
Dr. T. Comodini Cachia : U tikkonferma li fih kien hemm diga dettalji dwar il- korruzzjoni fid- deal tal-Wind Farm tal-Montenegro?
David Casa : Iva, iva. Anke minkejja – wara nsomma biex ma nirriskjax illi l-kont ta’ Noor Bank jilhqu jinhargu minnu flus, naturalment hadt id- decizjoni li nigi fil-Qrati taghna u ppublikajtu. Nahseb din kienet sitwazzjoni surrejali ftit illi politici, kriminali u kumpaniji privati jghattu lil xulxin biex jiddefendu lilhom infushom u allura ghidt, jigrili x’jigrili jiena dan ir-rapport ma stajtx inzommu ghandi biss ghaliex jekk jigri xi haga lili mbaghad dan ir-rapport jista’ jibqa’ jkun mistur. Irrid nghid illi kellek Ministri tal-Gvern, fosthom il- Ministru Scicluna, l-Ministru tal-Finanzi, illi dan qal illi dan ir- rapport skreditah kemm seta’, fil- fatt qal fil-pubbliku li dan ir- rapport inkiteb apposta minn nies biex jigi leaked. Jigifieri Ministru tal-Finanzi li sussegwentiment illum nafu li wkoll ghaddej minn Inkjesta Magisterjali fuq id-deal ta’ l- isptarijiet, imma ejja ma nidhlux f’dak ghal mument. Illi kien hemm diversi Ministri li skreditaw dan ir-rapport, pero’ naturalment illum ukoll inserrah rasi illi dan qieghed fi process ta’ inkjesta marbuta mal- Panama Papers u allura nhossni li ghamilt sew illi pprezentajtu.
Dr. T. Comodini Cachia : Nahseb ikun tajjeb jekk inti tista’ taghti, jiena naf li inti tghajt lista ta’ affarijiet dwar issues li huma mqajmin f’dan ir- rapport. Nahseb ikun tajjeb jekk tinforma lil – jew taghti iktar dettalji lil dan il-Bord dwar id-dettalji tal-fatti li kien hemm f’dan ir- rapport. Jigifieri inti semmejt per ezempju l-konnessjonijiet bejn 17 Black, Keith Schembri u Konrad Mizzi. X’kienu?
David Casa : Naturalment ir-rapport ta’ l-FIAU nimmagina li ghandkom intom. Dr. T. Comodini Cachia : Le.
David Casa : Jekk m’ghandkomx jien nista’ qabel nitlaq . . . Dr. T. Comodini Cachia : Le mhux necessarjament.
David Casa : Ghax inkella ma nieqafx nitkellem.
Dr. T. Comodini Cachia : Mhux necessarjament li ghandna dan ir-rapport, ‘l ghaliex ir-rapport li ghandna ahna huma dawk illi kienu moghtija fil-publiku, jigifieri jekk nistghu nqabblu r-rapport li inti pprezentajt quddiem il- Magistrat mar-rapporti li ghandna hawnehkk, jekk huma l-istess.
David Casa : Jiena nista’ nhalli kopja hawnhekk, irrid nghid illi dan ir-rapport . . . Imh. J. Said Pullicino : Ir-rapport.
David Casa : Ir-rapport ta’ l-FIAU qieghed ghandi. Imh. A. Lofaro : Wiehed hemm, wiehed?
David Casa : Yes wiehed. Biex nghidilkom ukoll dan ir-rapport biex, dan ir- rapport illum huwa fid-dominju pubbliku irrid nghid ghaliex il- Parlament Ewropew jiena pprezentajtu biex inserrah rasi wkoll li jkun f’siti tal-Parlament Ewropew li wiehed jista’ jidhol f’dan is-sit u jaccessa ghal dan ir-rapport.
Imh. J. Said Pullicino : U hafna mill-fatti minn dakir-rapport illum gew verifikati, jigifieri hemm il-konferma ta’ dak li hemm, jekk hux kollox ma nafx imma l-bicca l-kbira zgur li hemm qieghed, is- sustanza hemm qieghda.
David Casa : Hekk hu. Hekk hu. U rrid nghid ukoll illi fuq dak ir-rapport komplew jinvestigaw ghadd ta’ gurnalisti rispettati hafna madwar id-dinja. Il-progett jismu The Daphne Project kif forsi diga smajtu u permezz ta’ dawn il-gurnalisti dhalna iktar fid-dettal u skoprejna hafna iktar affarijiet li llum huma fid-dominju pubbliku wkoll.
Imh. J. Said Pullicino : Anke l-istorja li hemm illum fit-Times fuq il- Montenegro hija parti ta’ dak l-ambjent.
David Casa : Yes, yes, yes, precizament. Jigifieri ejja ma ninsewx illi FIAU hija istituzzjoni importanti fil-pajjiz. Kien hazin hafna li Ministri, anke l- Prim Ministru ta’ dak iz-zmien illi jippruvaw jiskreditaw ufficjali ta’ l-FIAU – ghax dan mhux jien ktibtu, dan gie moghti lili ghaliex ufficjali fl-FIAU hassew illi l-pulizija mhux qed jaqdu d-dover taghhom, allura anka dawn l-ufficjali b’riskju anke ghalihom tajjeb, ghaddewli r-rapport biex jiena naghmlu pubbliku. U allura jiena kont nonqos kieku bzajt mit-theddid li kien qieghed isirli meta haddiehor ha riskju wkoll qabli li tani dan ir-rapport – li tawni dan ir-rapport biex jiena naghmlu pubbliku halli dawn bit-tama illi ssir gustizzja, kif fil-fatt kien qed jitlob ir-rapport ta’ l-FIAU. Naturalment kif tafu intom il-pulizija m’ghamlet xejn. Anke ma ghamlet xejn fuq il-hasil ta’ flus, ghax l-ewwel ma komplejtx nghidilkom dak li ghandu x’jaqsam Pilatus Bank ghalkemm konfermati. U jiena minkejja illi ktibt lill-istituzzjonijiet Ewropej kollha, hemmhekk il-Gvern baqa’ ma ccaqlaqx, iccaqilqet biss Malta meta gie arrestat Ali Sadr Hasheminejad, hemmhekk biss. Imma twaqfet il-licenzja minkejja li jiena nghid li ma kellux jinghata licenzja. Dan inghata licenzja ejja ma ninsewx meta kien anke qed jigi nvestigat mill-Amerikani. Issa dan instab hati, issa ma nghatax Sentenza ghal ragunijiet li jafuhom biss l-Amerikani, pero’ l-evidenza li ntuzat fl-Amerika m’ghandha x’taqsam xejn mal- hasil ta’ flus li kien qed isir f’pajjizna. Ma ghandha x’taqsam xejn. U allura jiena nistenna illi dan il-persuna ghandu jigi estradit jew issir talba biex jigi estradit lejn pajjizna biex jiffaccja l-gustizzja fuq korruzzjni u hasil ta’ flus lampanti, dikjarati, fatti, illi kien qed jaghmel Pilatus Bank. Anke hemm Sinjuri Imhallfin jiena gejt mghajjar traditur – l-iktar titlu forsi li jdejjaqni lili li jiena ghax kont qed immur fil-Parlament Ewropew, fl-Istituzzjoni l-iktar demokratika, nitkellem kontra l-hasil ta’ flus li kien qed jaghmel dan il-bank jiena kont konsistentament mghajjar traditur fil- gurnali kollha permezz tal-Gvern u l-Ministri tieghu u anke minn
istituzzjonijiet li lili kienu suppost qed jipproteguni. Dak dwar Pilatus Bank.
Dwar in-Nextia BT. Jigifieri Nextia BT Sinjuri ghamlet it-triq facli, t- triq facli hafna, jigifieri din anke tissemma f’diversi rizoluzzjonijiet addottati mill-Parlament Ewropew eee. Nextia BT kienet il-magna li ntuzat biex isir il-hasil ta’ flus. Dan huwa ezempju car ukoll ta’ kemm x’hawn hazin f’pajjizna – jigifieri sitwazzjoni li kwazi tiskantak. Ghandek Nextia BT, vicin hafna l-Gvern, tiehu hafna kuntratti tal-Gvern, tirraprezenta lil Mossak Fonseka f’pajjizna – tirrapprezenta lil Mossak Fonseka! Waqfu din l-entita’ ta’ hasil ta’ flus illi sa llum ghadhom joperaw, sa llum. Jigifieri taht il-Prim Ministru Joseph Muscat u llum taht il-Prim Ministru Robert Abela minkejja din l- evidenza kollha, minkejja dawn il-fatti kollha, Nextia BT ghadha topera sa llum stess. Jigifieri ghadha lanqas biss twaqqfet milli topera. Jiena naturalment ktibt ukoll lill- Accountancy Board ta’ Malta diversi drabi biex nitlob u nara saritx investigazzjoni fuq dawn it-tnejn min nies li kienu qeghdin imexxu n-Nextia BT. Carl Cini huwa wkoll membru ta’ l-ACAA staqsejthom ukoll jinvestigawh. Il- kumitat tal-Panama li gie mwaqqaf apposta, fil-Parlament Ewropew waqqafna kumitat specjali, normalment ma kienx hemm, issemmew diversi drabi Nextia BT u naturalment dak li ma rawx l- istituzzjonijiet f’pajjizna li dawn in-nies kienu l- qofol tal-magna tal- hasil tal-flus li kellna – li ghandna f’pajjizna, l- Parlament Ewropew ma setax jifhem u dan il-kumitat kif Nextia BT kellha din il-protezzjoni kollha mill-istituzzjonijiet illi ghandna f’pajjizna. Naturalment imbaghad 17 Black. 17 Black jiena l-iktar. .
. .
Imh. J. Said Pullicino : Qabel nghaddu – Nextia BT hanwhekk donnu hadd ma jaf biha, fis-sens jigifieri nsaqsu jekk kelliex desk Kastilja, jekk kienx hemm konnessjoni diretta Kastilja, hadd ma jaf x’inhi s- sitwazzjoni.
David Casa : Ezatt.
Imh. J. Said Pullicino : Ghandek indikazzjoni x’tista’ tkun?
David Casa : Naturalment jiena iktar kont inkun barra Sur Imhallef. Ma ghandix idea, pero’ ghidtilhom ufficcu dan jinghad.
Imh. J. Said Pullicino : Jinghad biss imma.
David Casa : F’Kastilja stess. Jigifieri jiena m’iniex pulizija, nahseb jiena xoghol il- pulizija li jsibu din il-konnessjoni.
Imh. J. Said Pullicino : Qed insaqsik ghaliex issa xi darba jitilghu wkoll, imma jigifieri irrid inkun naf fizikament, fizikament, kif kienet tahdem l- operazzjoni, qed tifhem? Jigifieri xi haga organizzata kien hemm b’xi mod jew iehor.
David Casa : Ezatt.
Imh. J. Said Pullicino : Imma fejn kienet din l-organizazzjoni?
David Casa : Jiena nahseb jekk titolbu lil Carl Cini u lil Brian Tonna jigu hawnhekk quddiemkom din id-domanda nahseb l-ahjar issaqsiha lilhom. Jiena kont nippretendi li l-Kummissarju tal-Pulizija kellu jigi hawn u jghidilkom dik it-tip ta’ nformazzjoni, ghax jiena kif qed nghidilkom m’iniex fid-dmir li naghmel dawn it-tip ta’ nvestigazzjonijiet. Pero’ iva kelli nsaqsi nies, kelli naghmilha ta’ pulizija biex forsi tohrog xi ftit tal-verita. Pero’ naturalment jiena m’iniex la l-pulizija u l-anqas l-AG. Nahseb jiena dawn it-tip ta’ nvestigazzjonijiet – u ghalhekk nitkellem fuq impunita – ghaliex dawn l-investigazzjonijiet li suppost kellhom isiru ma sarux u ghalhekk il-Parlament Ewropew f’rizoluzzjoni wara ohra baqa’ skantat, kwazi rrabjat. U anke jien kont irabjat ghall-Istat Malti. Ghaliex? Ghaliex jiena ridt immur fil-Parlament Ewropew niddefendi lill-istituzzjonijiet tieghi. Pero’ sfortunatament Sinjuri Imhallfin jien gejt f’sitwazzjoni hlief ghal Gudikatura tajjeb, fejn ma stajtx niddefendi l-istituzzjonijiet demokratici ta’ pajjizi. U minn flok lili jghajruni traditur. Minnflok jiena ddefendieni l-Istat biex jien inkun nista naqdi d-dover tieghi – u ha naghmluha cara Sinjuri Imhallfin jien id-dover tieghi se nibqa’ naghmlu sa l-ahhar, akkost ta’ kollox ghaliex jiena nhoss li kieku jien ghal xi mument jigini dubju jekk ghandix inkompli b’dan ix-xoghol, mela xogholi ma ghandux ikun li nibqa deputat nirrapprezenta lill- poplu Malti u Ghawdxi. U allura jiena dan se nibqa naghmlu. Pero’ naturalment nixtieq illi jkolli l-ghajnuna tal-pulizija, li jkolli l- ghajnuna anke tal-Gudikatura u intom anke fuqhom Sinjuri Imhallfin issa qed niftakar. Meta jiena kont nitlob li ghandu jkun
hemm inkjesta ndipendenti dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, anke hemm kienu jghiduli li jien traditur ghax ma ghandix – ghandek tmur il- Parlament Ewropew kienu jghiduli, biex tigza lil pajjizek. Anka din l-inkjesta li ghaddejjin minnha l-Gvern hadem bla waqfien biex din l-inkjesta ma ssirx u ma tibdiex.
Imh. J. Said Pullicino : Inti bhala fatti li jirrizultalek zgur huwa li kull fejn kien hemm allegazzjonijiet ta’ koruzzjoni u hasil ta’ flus l-isem ta’ Nextia BT kien jitla’ kull darba.
David Casa : Il-hin kollu, kontinwament. Il-hin kollu. Imh. J. Said Pullicino : . . . dak fatt.
Dr. T. Comodini Cachia : Biex naqilbu ftit fuq xi haga ohra, inti pprezentajt dokumenti lil dan il-Bord dwar ir-relazzjoni bejn l-awtoritajiet Maltin u l-Emirati Gharab Maghquda. Tista’ tispjega x-xoghol tieghek x’kien, fiex kien jikkonsisti u x’sibt inti bhala konkluzjonijiet mix-xoghol tieghek?
David Casa : Wara illi hareg il-konkluzjoni il-Magistrat Aaron Bugeja fuq Egrant il-Prim Ministru ta’ dak iz-zmien Joseph Muscat kwazi beda jitkellem illi din hija konferma illi kemm hu u kemm Konrad Mizzi u kemm Keith Schembri huma liberati minn kull dell u allura jiena l- konkluzjoni lanqas kienet kollha f’idejna ghax kif tafu intom ftit pagni hargu mill-konkluzjoni – imma jiena mill-ewwel indunajt li l- Prim Ministru Joseph Muscat kien qed jigdeb, minkejja naturalment ix-xenarji ta’ biki u li kien ferhan li gie ezonorat – jiena ma stajtx naccetta imma li issa thassar kollox b’gomma fuq kull allegazzjoni ta’ koruzzjoni li kien hemm. U allura ktibt meta qalulna li mhux qed jikkoperaw il-pajjizi ta’ l-Emirati Gharab Maghquda u naturalment dawn ghandhom reputazzjoni ta’ korruzzjoni wkoll u allura bdejt qisni nemmen jien illi dak li kien qed jghid – jinghad hawn Malta mhux qed jikkoperaw, allrua jiena, naturalment dan li ha nghidilkom mhux dejjem hrigtu kollu fil- pubbliku ghaliex ridt ninvestiga minghajr ma nigi mwaqaf minn hadd f’pajjizna ghax ma kontx qed nemmen, kif ghidtilkom qabel l- istituzzjonijiet l’ohra.
Imma ktibt lill- Avukat Generali ta’ l-Emirati Gharab Maghquda, lil FIAU ta’ Dubai, lill –Noor Bank li kellhom kont bankarju kif ghidt
qabel ta’ 17 Black u ltqajt ukoll ma ufficjali gholja ta’ l-Emirati Gharab Maghquda biex nifhem din il-kwistjoni jekk hux qed jghid il-verita l-Gvern Malti jew ghandix nipprova ncaqlaq lill- awtoritajiet ta’ l-Emirati Gharab Maghquda – minn aspett Ewropew, ghax jiena sa issa kont ghadni qed nemmen lill- awtoritajiet Maltin. Jien ghamiltha cara fil-Parlament Ewropew u mieghi wkoll tkellmu diversi deputati minn gruppi politici ohra illi jiena – gibna l-inqas kunsens fil-Parlament illi dawk it- terzi pajjizi, pajjizi terzi illi ma jikkoperawx ma’ pajjizi Ewropej fuq investigazzjonijiet bhal dawn specjalment li jinvolvu qtil, tajjeb, ghandhom jigiu black listed mill-Unjoni Ewropeja u jkollhom konsegwenzi serji. Naturalment meta tigi black listed ikollok konsegwenzi mhux zghar. Malli ghamilt hekk baghat ghalija l- Ambaxxatur mill-ewwel tal- United Arab Emirates.
Imh. A. Lofaro : Ghandek it-timeline please meta gara dan?
David Casa : Fid-dokument suppost kellna naghmlulkom it-timeline, ghandkom id-dettalji.
Imh. A. Lofaro : Id-dokument li tajna lil press? Ja. Id-dossier.
Imh. A. Lofaro : Ok.
David Casa : Ghaliex ghidt dak li ntqal fil-pubbliku mill-Awtoritajiet Maltin illi l- Awtoritajiet tal-United Arab Emirates mhux jikkoperaw, anzi kellna zewg statements – ha nipprova nara minn certu pulizija dan Antonovich Muscat illi qal kien hemm koperazzjoni zero minn Dubai u Ian Abdilla sa ftit ilu anka hawnhekk li qal li lanqas biss kellhom acknowledgment.
Imh. A. Lofaro : Lanqas acknowledgment ehe.
David Casa : Ghalhekk jiena ghamilt kuntatt ma l-Ambaxxatur imbaghad biex nara x’inhi l- verita.
Imh. M. Mallia : Fil-fatt baghat ghalik hu.
David Casa : Baghat ghalija hu. Baghat ghalija hu meta ghmilna t-talba tal-black listed, hemmhekk ma kontx ghadni naf illi diga hemm r-reference letters li ntbaghtu lill- Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, ghax ma qallix fl- ewwel laqgha. Pero’ meta rega’ Ian Abdilla sostna li lanqas biss acknowledgment, naturalment jiena wkoll ktibtilkom
qabel u tajtkom kemm minuti tal-laqgha li jiena kelli ma l- ambaxxatur kif ukoll dan l-ahhar tani zewg (2) ittri li ntbaghtu mill- Ambaxxata Maltija – li ntbghatu mill-Gvern United Arab Emirates lil Malta, wahda minnhom l-ittra ntbghatet fis-sebgha (7) ta’ Marzu tal-elfejn u dsatax (2019) fejn gie spjegat kif it-talba minn naha ta’ Malta ghal koperazzjoni m’hijiex kompluta u x’ghandu jsir biex tkun kompluta f’din l-ittra. Altru illi ma ntbghatilhomx acknowledgment. Pero’ ntbghatet ittra mbaghad din id-darba fis- sbatax (17) ta’ Mejju ta’ l-elfejn u ghoxrin (2020) fejn l- awtoritajiet . . .
Imh. A. Lofaro : Lil min? Lil min jekk joghgbok?
David Casa : Intbghatet lill-awtoritajit Maltin. Jiena sa fejn naf jiena lill- Ministeru tal-Gustizzja – lill-awtoritajiet – ghax jiena l-ittri ghadni ma rajthomx, jiena nghatajt reference number li ghaddejt lilkom ukoll. Irrid nghid li dan li ghaddejt lilkom ghaddejtu wkoll lill- Avukat Generali ta’ pajjizna biex ma jghidx li jien qed indur minn warajh u dan kollu, jigifieri jiena tghajt lilu dan kollu li qed nghid. Fejn l-awtoritajiet ta’ l-Emirati fit-tieni ittra talbu ghal- laqgha formali ma l-awtoritajiet Maltin biex ikun hemm zviluppi f’dan il- kaz. Allura dana jmur kompletament kontra dak li qal Ian Abdilla li ma kellhomx anqas biss acknowledgment. Infurmat ukoll mill- Ambaxxatur illi wara li kkomunikajt maghkom u ma l-Attorney General ta' Malta saret laqgha virtwali fil-hmistax (15) ta’ Gunju bejn il-Ministeru tal-Gustizzja ta’ l- Emirati Gharab Maghquda u l- Avukat Generali f’Malta – laqgha li saret mhux fuq insistenza ta’ Malta, laqgha li saret fuq insistenza ta’ Dubai. Jigifieri jiena dan ghax qalli l-ambaxxatur taghhom fi Brussell, naturalment wiehed jista jivverifika illi kemm l-ittri, r-reference letter – number illi tani kif ukoll jekk saritx din il-laqgha virtwali ma l- Attorney General saritx. Jiena ma ghandix dubju illi din saret. Ma kienx hemm iktar zviluppi fil-fehma tieghi minn dak inhar ‘l hawn . . .
Imh. A. Lofaro : Qallek bl-ezitu tal-laqgha ma’ l-AG? David Casa : Le ma nafx x’intqal ghax ma kontx prezenti. Imh. A. Lofaro : Ma qallekx.
David Casa : Jiena qalli biss li se ssir.
Imh. A. Lofaro : Ok.
David Casa : Kont qed nistenna pero’ li galadarba l- Avukat Generali kien involut, ghax ktibtlu li naf dwar din il-laqgha, kont qed nistenna lill-Avukat Generali jaghtina nformazzjoni dwar din il-laqgha.
Dr. T. Comodini Cachia : Jekk taghtini cans – jiena nahseb illi la darba ghandna n-numru ta’ referenza ta’ dawn l-ittri, nahseb nitlob lil Bord sabiex jordna lill- Avukat Generali jipprezenta dawn id-dokumenti u jekk ghandu dokumenti ohra, halli jkollna l-fatti kollha quddiemna.
Imh. A. Lofaro : Ezatt.
David Casa : Ehe issa jiena m’iniex avukat, pero’ . . .
Imh. J. Said Pullicino : Ha nghidlek qabel tkompli. Inti l-impressjoni li hadt minn dawn il-kuntatti li kellek f’livell pjuttost gholi li Dubai kienu lesti u huma lesti jikkoperaw jew le?
David Casa : Iva lili l-ambaxxatur tani l-assigurazzjoni, jiena tlabtu kemm il- darba, intom lesti tikkoperaw ga la darba Malta tibghatilkom l- informazzjoni li qed titolbuhom intom? Qalli yes irridu naghmluha, qalli ghax ahna ma rridux nidhru komplici fi qtil ta’ gurnalista Ewropeja, ghax ahna ma jaqblilniex, irridu nghidu l- verita kollha.
Imh. J. Said Pullicino : U tak xi hjiel x’inhija l-informazzjoni li Malta kien jonqos li taghtihom ghax kultant ma tifhimx ghaliex dawn id- dettalji, forsi ghandek iktar interess.
David Casa : Sur Imhallef nassigurak illi jiena tlabtielu l-informazzjoni. Naf x’ghandi nitolbu. Imma sfortunatament jiena l-ambaxxatur kien jonqos kieku tani din l-informazzjoni ghaliex jiena ma nirrapprezentax lill-Istat tieghi. Pero’ jridha din l-informazzjoni minhabba, intom tifhmu aktar minni l-best evidence rule.
Imh. A. Lofaro : Mhux hekk.
David Casa : Jiena intom ma tistghux toqghodu. . .
Imh. J. Said Pullicino : Le mhux minn dak il-latt – jekk takx indikazzjoni ta’ l- informazzjoni li kienet nieqsa fit-talba ta’ Malta?
David Casa : Le lili ma qallix x’kienu d-dettalji. Naturalment jiena nistenna illi l- Avukat Generali jekk titolbuh, jew il-pulizija ghandha tkun taf.
Imh. A. Lofaro : Ok.
Dr. T. Comodini Cachia : Nahseb li mportanti li tohrog dik l-ordni sabiex jigu prezentati . . .
Imh. A. Lofaro : Lill-Avukat Generali.
David Casa : Pero’ altru jigifieri mill-istatements li saru hawn minn Ian Abdilla illi ma nghatax lanqas acknowledgment. Jigifieri jiena nispera li – I mean ma rridx nindahlilkom f’xogholkom, imma kieku jiena nixtieq lill-Ian Abdilla jghidilna dan li qed nghid jien hux minnu jew le, ghaliex sa fejn naf jien l-ahhar li telaq minn hawn halliekom b’impressjoni illi l-awtoritajiet ta’ Dubai m’humiex qeghdin jikkoperaw. Mentri jien nemmen dak li qalli l-ambaxxatur mhux dak li qal Ian Abdilla.
Imh. J. Said Pullicino : Pero’ biex inkunu fair ukoll l-ahhar informazzjoni li kellna minn xi hadd hawnhekk kienet illi din il-video conference kellha ssir, jigifieri dika li kellha ssir video conference harget ukoll hawnhekk qed tifhem.
David Casa : Wara li . . .
Imh. J. Said Pullicino : Pero’ qed jghidu li saret wara hafna nsistenza minn Malta u mhux minn Dubai.
David Casa : Ghandek ragun Sur Prim Imhallef. Pero’ tinsiex illi jiena meta ntqalet hawnhekk kont diga ktibt lilkom u lill- AG u kienu ga jafu li jien naf b’dik il-laqgha, jigifieri bilfors kellhom jammettu li qed issir hawnhekk.
Imh. A. Lofaro : Ehe.
Dr. T. Comodini Cachia : Mela, ma nafx jekk l-ordni tridux taghtuha issa jew inkella fl-ahhar fil- verbal Sinjuri Imhallfin.
Imh. M. Mallia : Ahna bihsiebna ntellghuh lill-Avukat Generali biex jigi jixhed.
Dr. T. Comodini Cachia : Pero’ jiena nippreferi li jkolli d-dokumenti qabel, ghax jiena jekk ma jkollix id-dokumenti minn qabel l-AG jista jitla’ jixhed minghajr . . .
Imh. J. Said Pullicino : Halli jkompli issa niccekkjaw.
Dr. T. Comodini Cachia : Ok. Mela nahseb li kkonkludejt l-informazzjoni dwar dak x’taf fuq ir-relazzjoni bejn Malta u l-awtoritajiet ta’ l-Emirati. Bhala timeline tista’ tghaddilna ftit mit-timeline illi, tax-xoghol tieghek, biex nifhmu wkoll ahjar il-perjodu ta’ zmien meta sar dan
ix-xoghol u anka d-dettal tal-fatti ta’ l-ittri, korrispondenza, imma anke l-informazzjoni li inti ottjenejt.
David Casa : Ehe naturalment hemm diversi aspetti li dwarhom hdimt. Jiena kienet tkun hafna iktar facli illi nahdem fuq issues ambjentali fil- Parlament Ewropew, jew issues socjali, kif fil-fatt ghamilt. Jiena llum kburi li jiena r-rapporteur ghal Work Life Balance li ha tintroduci minimum standards fl-Ewropa kollha dwar il-familji, dwar il-missirijiet, meta titwieled tarbija.
Imh. A. Lofaro : Ezatt.
David Casa : Pero’ naturalment ma stajtx nieqaf hemm u kelli nidhol fuq dawn l-issues li m’huwiex ir-rwol tieghi. Jien iva llum ghadni rwol ghaliex jiena gejt mahtur wara l-ahhar elezzjoni bhala standing rapporteur fuq id-direttiva ta’ anti money laundering. Fil- fatt illum qeghdin nahdmu biex zbalji li saru, per ezempju Pilatus Bank ghax huwa bank zghir ma setghetx il-European Banking Authority tagixxi ghaliex dik kienet – billi huwa bank zghir, kompitenza ta’ l- istituzzjonijiet Maltin u allura jiena permezz ta’ – issa billi jiena rapporteur fuq l-anti-money laundering qieghed flimkien mal- gruppi politici ‘l ohrajn nintroducu regulation mhux direttiva, ghax direttiva tista’ toqghod iddur maghha u tinterpretaha – pero’ meta jkollok regolament, dak trid timxi dwaru. Allura jien qed nahdem biex din is-sitwazzjoni ma tergax tigri, jiena ktibt lil European Central Bank, lil European Banking Authority, lis- supervisory Board tas-Central Bank fuq Pilatus Bank, pero’ sibt dejjem il-bibien kwazi maghluqin minhabba l-fatt li ma kellhomx kompetenza. Dik is-sitwazzjoni rrid nbiddilha ghall-futur. Qed nahdem ukoll biex jitwaqqaf ghall l-ewwel darba fl- istorja ta’ l- Unjoni Ewropea, FIAU Ewropew biex jiena ma jergax ikollna wkoll il-hijacking ta’ FIAU ta’ pajjiz illi jkun immexxi mill- Gvern tal- gurnata. U allura, u hawnhekk nahseb li ha nsib il- backing tal- gruppi politici ‘l ohra, rrid li jitwaqqaf FIAU Ewropew, mhix haga facli, pero’ nassigurakom illi jiena insistenti u persistenti f’dan l- argument u ha nara li dan isir. Ghaliex lil Moneyval mhux billi nghidulhom kollox all right, ibiddlu fhemithom, lill-Moneyval irridu nuruhom li pajjizna qieghed jikkontribwixxi bhal per ezempju – jien
ghalhekk ghidtilkom l-ewwel Nextia BT u ghalhekk ghidtilkom Ali Sadr Hashgeminejad, jigifieri dawn l-impunita lanqas biss ghadna bdejna u l-Prim Ministru ta’ dak iz-zmien Joseph Muscat, Konrad Mizzi, Keith Schembri ghax irrezenjaw ghandna nhassru kollox. Le, le – ghax tirrezenja ma jfissirx illi l-Istat ghandu jitilqek, mela issa safe, inti m’ghamilt xejn hazin. Allura jien irrid nibqa ninsisti iva anke mal-Moneyval, le mhux kollox all right f’pajjizna, anke mal- Kummissjoni Ewropea le mhux kollox all right. Jiena qabel nara li l- hazin li sar f’pajjizi, qabel nara li tohrog il-verita kollha anke fuq il- qtil, ghax fl-ahhar mill-ahhar ahna qeghdin hawnhekk minhabba Daphne Caruana Galizia – qabel tohrog il-verita kollha mhux kollox all right f’pajjizi. Naturalment mhux qed nghid il-pajjizi ‘l ohra Ewropej huma perfetti, kullhadd ghandu ta’ zbalji tieghu, pero’ jien minn dan il-pajjiz gej u jiena llum li ghandi responsabilta mhux biss ta’ rapporteur fuq il-hasil tal-flus, kontra l-hasil tal-flus imma jien kwestur tal-Parlament Ewropew. Jigifieri llum jiena lhaqt u kburi li ghazilni l-Parlament Ewropew, wahda mill-ghola karigi fl- istituzzjoni tal-Parlament Ewropew. Jien illum bil-Bereau tal- Parlament Ewropew, illum parti mit-tmexxija tal-Parlament Ewropew. U allura jien irrid nara li qabel nibda nattakka pajjizi ohra, kif gie li naghmel, kif naghmel per ezempju fuq l-Ungerija, kif nahgmel kontra Victor Orban illi gej mill-familja tieghi ghax dak parti mill-EPP. Pero’ qabel nattakka pajjizi ohra jien ma rridhomx iduru u jghidu int qed titkellem, hares lejn pajjizek, ara l- istituzzjonijiet ta’ pajjizek. Din gratli milux fuq il-Polonja li naghmel diskors, iqum deputat qalli, int qed titkellem, ahna ma noqtlux gurnalisti fil-Polonja. Jigifieri ara f’liema sitwazzjoni spiccajna ahna bhala deputati li inti trid tipprova tirranga xi haga f’pajjiz Ewropew u jduru fuqek u jghidulek intom aghar, hares lejn tieghek imbaghad ejja ghid lili.
Dr. T. Comodini Cachia : Mela jiena l-ahhar mistoqsija li ghandi. Fit-tieni faccata tad-dossier tieghek, inti tghid illi ktibt fost awtoritajiet ohra, ktibt ukoll lin-National Crime Agency fl-Ingliterra. U mbaghad tghid li l-verita hi li filwaqt li n-National Crime Agency
hadu azzjoni malajr – tista’ tispjegalna x’azzjoni hadu n-Nation Crime Agency ta’ l-Ingliterra?
David Casa : Ehe naturalment mhux lin-National Crime Agency biss ktibt. Naturalment hawnhekk kelli niehu pariri minn deputati Inglizi li jafu kif tahdem is-sistema Ingliza. Ktibt ukoll lill-Kumissjoni Ewropea, l- Bank Centrali Ewropew kif ghidtilkom, lil Moenyval irrid nistqar, li Edmond Group, lin-National Crime Agency fl- Ingliterra u lil Europol. Hemm hekk mill-ewwel investigaw ufficcju li kellu Pilatus Bank in- National Crime Agency u ghalquh fi ftit taz- zmien. Jigifieri fi ftit taz- zmien meta qeghdin nghidu ghaddew ftit xhur minn mindu ktibtilhom jiena.
Dr. T. Comodini Cachia : Jigifieri jien qed nifhem illi l-azzjoni li hadu n- National Crime Agency, l-NCA, f’Londra kienet illi sabu li Pilatus Bank kellu ufficcju l-Ingliterra . . . .
David Casa : That’s right.
Dr. T. Comodini Cachia : . . . investigawh u ghalquh. David Casa : Londra, that’s right.
Dr. T. Comodini Cachia : Daqshekk.
David Casa : Nerga nsostni, jigifieri hawn Malta ttiehdet il-licenzja ta’ Pilatus Bank wara, jigifieri mhux meta ghamilna rizoluzzjonijiet fil- Parlament Ewropew ghal wahda, tnejn u giet delegazzjoni hawn. Only after li Hasheminejad gie arrestat fl-Amerika. Il-bqija hawn Malta ma ccaqlaqniex, u llum ma nafu xejn iktar x’gara. Jigifieri jiena ghalhekk l-ewwel ghidtilkom – kif tafu gie gudikat diga minn gurija pero’ s-sentenza ma nghatax ghal ragunijiet li kif ghidt qabel jafuhom biss l-Amerikani, pero’ jien nistenna illi l-Istat Malti issa jitlob ghall-estradizzjoni ta’ Mr. Hasheminejad u ngibuh hawn Malta biex jiffaccja fuq affarijiet illegali li nafu bihom, il-fatti li ghamel f’pajjizna.
Dr. J. Azzopardi : Sur Casa bhala fatt inti fid-dossier u lill-Imhalfin ghidtilhom li ktibt fost ohrajn, fost l-affarijiet illi inti ghamilt lill-Accountancy Board ta’ Malt. Nghid sew?
David Casa : Iva.
Dr. J. Azzopardi : Inghatajt twegiba? David Casa : Assolutament le.
Dr. J. Azzopardi : Le. Number 2. Ff’Lulju u xi haga fil-public domain din, f’Lulju mhux li ghadda, ta’ qabel two thousand and eighteen (2018), huwa fatt publiku illi waqt seduta fil-Qorti fil-kumpilazzjoni kontra l-ahwa Degiorgio, ghamlu talba permezz ta’ l-avukat taghhom, pubblika, biex ikellmu lilek u lil deputat dak iz- zmien Anna Gomez. Ghid lil Bord jekk joghgbok x’kont wegibt u jekk garax xi haga wara dakinhar?
David Casa : Naturalment iva saret din it-talba biex jiena u l-ex Membru Parlamentari Ewropew Anna Gomez li gejja mill-Partit Socjalista, niltaqghu ma dawn l-akkuzati. Naturalment ahna rrifjutajna ghaliex ahna m’ghandniex inkunu parti mill-investigazzjonijiet li kienu qeghdin isiru, dak mhux xogholna u l-parir taghna lilhom kien li jekk tridu titkellmu u tikxfu xi haga ghiduha lill-pulizija jew lill-avukati taghkom jew waqt li tkunu ghaddejjin mill-proceduri fil- Qorti ghaliex dak mhux xogholna. Ahna politici u dak m’ghandniex nidhlu fih.
Dr. J. Azzopardi : Bhala fatt inti lil Bord spjegajtilhom bil-fomm u bil-kitba l- affarijiet, l-attivita, l-interventi tieghek Malta u Brussell fuq is- suggett ta’ hasil tal-flus u korruzzjoni fil-kapacita tieghek ta’ MEP. Semmejt li nghatajt rapport ta’ l-FIAU. Semmejt ma min iltqajt u lil min ktibt. F’xi waqt, ha niehu cut of date, Panama Papers hargu tlieta (3) ta’ April, elfejn u sittax (2016). Minn dakinhar sallum il- pulizija ta’ Malta lilek qatt ikkuntattjatek, stednitek, talbitek biex tiltaqa’ maghhom halli jsaqsuk x’informazzjoni ghandek li tista’ tghin f’xi nvestigazzjoni fuq dak is-suggett?
David Casa : Le qatt.
Dr. J. Azzopardi : Ir-raba’ domanda. Bhala fatt u nghid lill- Bord minn issa illi din l- ewwel parti tad-domanda ha naghmilha bil-miftuh, it-tieni parti nitlob illi nkomplu bil-maghluq. Inti bhala fatt, l-elezzjojni ta’ l-MEPs tas-sena li ghaddiet li kienet is-Sibt hamsa u ghoxrin (25) ta’ Mejju, l-ghada l-Hadd sitta u ghoxrin (26) ta’ Mejju int ghal x’hin sirt taf li ha tkun elett?
David Casa : B’mod ufficjali jigifieri jew . . .
Dr. J. Azzopardi : Mhux b’mod ufficjal. Meta kont il-Counting Hall, gejn wiehed w iehor.
David Casa : Il-Counting Hall ma kontx imma kelli n-nies tieghi, ghall-habta ta’ nofsinhar, xi haga hekk, il-kwarta.
Dr. J. Azzopardi : Mela nista nkompli domanda wahda u ninforma lill-Bord b’xi haga pero’ bil-maghluq?
Imh. J. Said Pullicino : Ehe. Pero’ wara dik ghandek xi haga ohra?
Dr. J. Azzopardi : Yes Sir, minn naha tieghi. Issa ma nafx hemmx domand ohra tal-Bord.
Imh. A. Lofaro : It’s not in the public domain dak li se . . .
Dr. J. Azzopardi : Le pero’ hija pertinenti ghad-domanda li s-Sinjura Imhallef ghamlet . . .
Imh. A. Lofaro : Iva fhimt, ok.
Dr. J. Azzopardi : Pero’ minhabba certu affarijiet . . . Imh. A. Lofaro : All right, ok.
Dr. J. Azzopardi : Just one question.
Imh. M. Mallia : All right, inkomplu, din id-domanda ssir bil-maghluq.