Xhieda ta’ Evarist Bartolo – 29 ta’ Lulju 2020

Xhieda ta’ Evarist Bartolo – 29 ta’ Lulju 2020

Differita 28 ta’ Gunju 2006


L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum l-Erbgha 29 ta’ Lulju 2020, fid-9:30 a.m. fit-Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.


Xhud l-Onorevoli Ministru Evarist Bartolo iben Louis u Victoria nee` Muscat imwieled il-Mellieha u residenti s-Swieqi bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid :


Chairman Imhallef M Mallia :

Onorevoli, ha nibdew forsi b’ xi haga zghira; hawnhekk kellna hafna informazzjoni konflingenti dwar ir-rwol ta’ Neville Gafa`. Proprjament x’ inhu dan? X’ ghandu fil- .. x’ funzjoni ghandu fil-Ministeru?


Ix-Xhud :

Fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin?


Chairman Imhallef M Mallia :

Ta’ l-Affarijiet Barranin.


Ix-Xhud :

Assolutament xejn.


Imhallef A Lofaro :

M’ ghandu l-ebda rwol.


Chairman Imhallef M Mallia :

Imma anke diplomatic passport kellu dan.


Ix-Xhud :

Imma jiena nista’ inwiegeb ghal sitt xhur li ilni Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin. Nista’ nassigurak li ma ghandu l-ebda role ta’ xejn.


Chairman Imhallef M Mallia :

Almenu qabel, ghandek xi informazzjoni fuq qabel?

Ix-Xhud :

Le ma’ ghandix.


Chairman Imhallef M Mallia :

Meta kien per ezempju impjegat mal-Ministeru tas-Sahha?


Ix-Xhud :

M’ ghandix. Jiena kif taf Sur Imhallef jiena kont responsabbli mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u tax-Xoghol.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ta’ l-Edukazzjoni iva.


Ix-Xhud :

Kelli daqsxejn x’ naghmel mhu xhazin hemmhekk, u ma kontx naghti zgur bl- attenzjoni tieghi x’ kienu qed jaghmlu individwi ohra f’ Ministeri ohra.


Chairman Imhallef M Mallia :

Pero` nahseb li ismu gie li qam fid-diskussjonijiet li kellkom bejnietkom bhala Ministeri u anke bhala MPs!


Ix-Xhud :

Le, le. Zgur li fil-prezenza tieghi ma giex diskuss xi role li kellu f’ Ministeri ohra.


Imhallef J Said Pullicino :

Pero` dan l-ahhar xhur ma kienx involut rega’ f’ xi negozjati mal-Libja?


Ix-Xhud :

Le.


Imhallef J Said Pullicino :

Cert?


Ix-Xhud :

Jiena, jekk wiehed anke isegwi l-affarijiet.. il-kummenti li naghmel u anke l- passi li hadt dan l-ahhar jien assolutament ma nara u ma hallejt l-ebda role jekk dan il-persuna kellu role qabel fil-Ministeru tieghi mindu sirt responsabbli.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma bhala fatt jigifieri taf illi b’ xi mod jew iehor dan kien involut f’ xi negozjati? Ghax ahna mill-gazzetti naqraw li kien involut. Issa jigifieri barra,

ahna ma ahniex ta’ gewwa, ifhimni. Trid tifhimna daqsxejn b’ liema mod jigi deskritt Gafa` fil-gazzetti illi kien parti jew ha xi parti biex jirnexxilu ma jgibx l-immigranti Malta; dina kif tirreagixxi ghaliha inti bhala Ministru?


Ix-Xhud :

Sur Imhallef, jekk qed tirreferi fuq ix-xhur ta’ qabel jidher li kellu role. Fl- ewwel incident li kien hawn f’ pajjizna din is-sena jidher li kellu role. Minn dak iz-zmien ‘l hawn minn wara l-ewwel incident ma kellux role. Nista’ niggarantilek jien, nista’ nassigurak jien li ma kellu l-ebda role.


Imhallef J Said Pullicino :

Fair enough u nahseb daka kont …..ukoll mill-Prim Ministru. Pero` l-ewwel incident ta’ din is-sena fejn kellu rwol taht il-kappa tal-Ministeru jew inkella taht il-kappa ta’ ..


Ix-Xhud :

Le le mhux tal-Ministeru assolutament.


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux tal-Ministeru assolutament


Ix-Xhud :

Assolutament mhux tal-Ministeru, u allura jien ma nistax inwiegeb fuq dak ir- role.


Imhallef J Said Pullicino :

U jekk kellux jew le diplomatic passport; ghax ghandu illum. Daka l-Ministeru tieghek ikollu xi responsabbilta` fuqha? Jigifieri ghandu taghrif fuqha?


Ix-Xhud :

Ikollu taghrif, imma..


Imhallef J Said Pullicino :

Ikollu taghrif. Tista’ tghidilna jigifieri jew…?


Ix-Xhud :

Jiena jekk qed nifhmek tajjeb, li bhal issa ghand ghandu diplomatic passport?


Imhallef J Said Pullicino :

Le le, ma nfux. Ahna ma nafux.


Imhallef A Lofaro :

M’ ghandux?

Imhallef J Said Pullicino :

Jiena qed nghid jekk kellux jew jekk ghandux.


Ix-Xhud :

Le jiena ma nafx jekk kellux. Ninforma ruhi, u jekk ghandu diplomatic passport innehhuhulu zgur. M’ ghandux ikollu diplomatic passport.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma jekk kellu, ahna li jinteressana li rridu inkunu nafu.., m’ hemmx ghalfejn tigi inti ta, li nkun nafu meta data u sa liema data.


Ix-Xhud :

Mela le? M’hemmx dubju.


Imhallef J Said Pullicino :

Ghaliex anke ghal kredibbilita` ta’ xhud. Ghax ahna ghandna l-verzjoni konflingenti; u biex temmen lil xhud, mhux fuq din biss, fuq kollox imbaghad, trid tkun cert fuq xiex qed nitkellmu, qed tifhem?


Ix-Xhud :

Qed nifhem..


Imhallef J Said Pullicino :

Tifhimni malajr inti.


Ix-Xhud :

Nifhem.


Chairman Imhallef M Mallia :

Yes?


Dr Therese Comodini Cachia :

F’ dan ir-rigward biss; il-Ministeru qal illi.. u verament hekk hu, illi hu ilu f’ dan il-Ministeru sitt xhur biss. Pero` jien ghandi nifhem illi l-files ta’ min ikun ingaggat bix jaghmel xoghol ghal dan il-Ministeru la darba jitbiddel il- Ministru jibqghu fl-istess Ministeru; u allura jekk il-Ministru jista’ jivverifika il-files tal-Ministeru fir-rigward ta’ Gafa` hemm x’ kien hemm bhala dokumentazzjoni u jgibha ghall-attenzjoni tal-Bord. Jigifieri mhux biss fuq jekk kellux passaport diplomatiku imma anke x’ tip ta’ ingagg kellu ma’ dan il-Ministeru jekk kellu.


Imhallef A Lofaro :

It’s a valid question.

Dr Therese Comodini Cachia :

Anke r-rwol tieghu fl-ewwel incident ta’ din is-sena l-Ministru jidher li jaf bih. Forsi jekk jafx jghidilna llum aktar dettalji dwar dak x’ jaf fuq dan ir-rwol.


Ix-Xhud :

Kieku naf izjed dettalji nghidha.


Dr Therese Comodini Cachia :

Mela forsi jista’ ifittixhom fil-files tal-Ministeru.


Chairman Imhallef M Mallia :

Meta ilhaqt Ministru inti ta’ l-Affarijiet Barranin, ok, certi verifiki dwar din il- pesuna ma ghamiltx int? Peress li kien qed jissemma hafna f’ certa ambjenti anke bhala delegat tal-gvern?


Ix-Xhud :

Jiena ma kellix ghalfejn naghmel verifiki ghax jiena fl-ebda mument ta’ hajti ma kelli xi intenzjoni li ninvolvi lil din il-pesuna f’ xi xoghol tal-Ministeru.


Chairman Imhallef M Mallia :

Imma anke ..


Ix-Xhud :

Jiena s-soltu naghmel …., skuzani Sur Imhallef


Chairman Imhallef M Mallia :

Le jien qed nirreferi for information purposes ghalik.


Ix-Xhud :

Kieku jien, kieku jien, ghal-inqas nahdem hekk, meta jigi xi persuna li ser ikollha x’ taqsam mal-Ministeru hija responsabbilta` tieghi li nsaqsi fuq dik il- persuna u nigbor informazzjoni fuq dik il-persuna. Jiena fl-ebda mument ma kelli l-hsieb li b’ xi mod jew iehor ninvolvi lil din il-persuna fix-xoghol tal- Ministeru, allura ma kellix ghalfejn ninforma ruhi fuqu.


Dr Therese Comodini Cachia :

Nahseb illi bil-permess tal-Bord nahseb illi l-mistoqsija ta’ l-Imhallef kienet ftit differenti. Inti li hadt il-pozizzjoni ta’ Ministru f’ dan il-Ministeru u li kont taf, anke jindika minn kif qed tirrispondi, li kont taf l-allegazzjonijiet dwar l- involviment ta’ Gafa` f’ dan il-Ministeru, inti meta hadt over ma ghamitlx due diligence ghalik biex tara x’ kienu kemm kienu veritiera dawn l- allegazzjonijiet biex inti almenu tipprotegi l-Ministeru tieghek minn dak li sehh qabel?

Ix-Xhud :

Wiehed irid jara li jekk ir-relazzjoni li kellu kinetx mal-Ministeru ta’ ll- Affarijiet Barranin, jew ma’ ufficcju iehor; u allura iva ser ninforma ruhi biex nara jekk kienx hemm. Ghand dubji jekk kienx hekk, ghandi dubji jekk kienx hekk. Imma nerga’ nghid, kieku jien kont b’ xi mod jew iehor lil dan kont ser ninvolvih kont naghmel dak li qed titolbuni naghmel, il-verifici. Imma jiena bl-ebda omd ma’ kelli l-intenzjoni lil din il-persuna ninvolviha fix-xoghol tal- Ministeru.


Imhallef J Said Pullicino :

Pero` naqblu illi l-Ministeru ghandu huwa wkoll il-funzjoni illi jirregola jew jikkontrolla l-flus ta’ l-immigrazzjoni f’ Malta, ftit jew wisq.


Ix-Xhud :

Mhux kollha eh! Mhux kollha.


Imhallef J Said Pullicino :

Ovvjament mhux kollha.


Ix-Xhud :

Le, mhux kollha fis-sens ..


Imhallef J Said Pullicino :

Allegazzjoni mill-bahar, ha naghmlu hekk.


Ix-Xhud :

Le le. Ir-responsabbilta` tinqasam bejn Ministeri differenti. Wiehed irid jara jekk dik l-informazzjoni li qed titolbu intom fuq flus minfuqa fl-immigrazzjoni hix aktar Home Affairs milli Foreign Affairs.


Imhallef J Said Pullicino :

I see. Fair enough


Ix-Xhud :

U hemm responsabbiltajiet specifici differenti.


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri dawk li huma pushback policies u hekk, jekk jezistux jew le mhix xi haga taghkom, bhala Home Affairs.


Ix-Xhud :

Le ghax Foreign Affairs la ghandu armata, la ghandu patrol boats, m’ ghandu xejn. Jigifieri ahna fir-relazzjonijiet bejn stat u iehor.

Imhallef J Said Pullicino :

Ok, fair enough.


Dr Therese Comodini Cachia :

Pero` meta persuna, almenu l-allegazzjoni hija illi Gafa` mar il-Libja biex jihadded ghan-nom tal-gvern, u allura meta persuna tinghata dak ir-rwol, jekk dak ir-rwol huwa minnu, dak ikun gie imqabbad mill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin? Mill-Prim Ministru innifsu? Minn xi hadd li huwa imqabbad – iqabbdu mill-Prim Ministru? Kif tigi kkordinata azzjoni bhal din?


Ix-Xhud :

Nahseb li tifhmu li jiena lest inwiegeb ghalija nnifsi. Li nista’ nghid hu li mindu ilni jien Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin l-ebda persuna b’ dak l-isem ma marret il-Libja tinnegozja jew titkellem f’ isem Malta.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jiena ma staqsejtejkx jekk inti qabbadtux. Jiena staqsejtek, inti bhala Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin jekk ikun hemm persuna Malta bhala gvern trid tqabbdu biex imur jinnegozja ghan-nom ta’ Malta fuq kwistjonijiet ta’ immigrazzjoni, il-procedura interna tal-Kabinett tal-gvern x’ inhi dwar il-mod kif jitqabbad din il-persuna? Trid tqabbdu inti bhala Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin jew l-ufficcju tal-Prim Ministru jista’ jaqbzek lilek u jqabbdu hu? Kif tinhadem?


Ix-Xhud :

Jekk nista’ nghidlek f’ dawn is-sitt xhur hu li jiena nemmen li r-relazzjonijiet bejn stat u stat ghandhom jghaddu mill-kanali diplomatici istituzzjonali li jezistu, u jien meta nitkellem mal-Libja jew nitkellem direttament mal-kollega tieghi l-Minister Mohammed Sillah jew nikkomunika permezz ta’ l- ambaxxatur tieghi, u ma nuza l-ebda persuni ohra biex nirregola r- relazzjonijiet taghna. U nemmen li hekk ghandu isir.


Imhallef J Said Pullicino :

Hekk ghandu jsir. Jekk hux hekk imbaghad naraw..


Dr Therese Comodini Cachia :

U naqbel mieghek. Imma bhala membru tal-Kabinett li hemmhekk ipoggu l- Ministri kollha, qatt iddiskutejtu l-allegazzjonijiet ta’ Gafa` u l-konnessjonijiet dwar l-ingaggi tieghu?


Ix-Xhud :

Le. Apparti milli fil-Kabinett nahseb mhux ser nghid x’ niddiskutu, imma nista’ nghidlek li le.

Chairman Imhallef M Mallia :

Le.


Ix-Xhud :

Le.


Chairman Imhallef M Mallia :

Issa hawnhekk ghandna faxxiklu ta’ hafna Tweets u messaggi li inti ghamilt; nista’ nghidlek illi ..


Imhallef A Lofaro :

Facebook post.


Chairman Imhallef M Mallia :

Facebook post; li ahna naqblu perfettament ma’ dak li qed tikteb hemmhekk. Voldiero lodevoli dak li inti qed tghid.


Ix-Xhud :

Mhux kulhadd jaqbel, sintendi.


Chairman Imhallef M Mallia :

Pero` taghmel certa insinwazzjonijiet; illi nixtiequ xi kjarifiki iktar milli xejn. Per ezempju, ma nafx ..


Imhallef J Said Pullicino :

Ha nghidlek Ministru, dawk huma Tweets tieghek qisu min-Novembru tas- sena l-ohra ‘l hawn ..


Imhallef A Lofaro :

Jew facebook post.


Imhallef J Said Pullicino :

Jew facebook, u minnhom ahna hadna siltiet biex inkunu nistghu niddiskutu mieghek.


Ix-Xhud :

Jiena gibtilkom l-originali, ghax nikwieta jekk ikolli nikkommenta fuq il- gurnali.


Imhallef J Said Pullicino :

Inti tifhem li ahna hawnhekk mhux qed naghmlu l-inkjesta fuq id-delitt. Ahna qed naghmlu inkjesta amministrattiva biex naraw jekk kienx hemm xi affarijiet serji li graw fl-amministrazzjoni li setghu ipprovokaw jew

ikkontribwew ghal dak li gara, tajjeb? Jigifieri ahna li jinteressani biss l-aspett amministrattiv; u donnu illi wiehed jista’ jaqsam din l-inkjesta f’ diversi fazijiet. Hemm il-fazi fejn giet qabel il-Panama Papers fejn allura s-sinjura Daphne Caruana Galizia kienet tikteb, kienet igigb l-informazzjoni, taghmel akkuzi, kull tant anke jkunu akkuzi gravi, serji, forsi mhux veri; imma dik kietn fazi ta’ gurnalizmu investigattiv frosi provokatorju, imma gurnalizmu. Imbaghad hemm il-fazi wara l-Panama Papers. Wara l-Panama Papers ghalina almenu, u donnu anke ghad-dinja, sehh xi haga illi messa kienet iktar relevanti fil-pajjiz milli donnu gara hawnhekk. U dan qed nghidu mhux jien, kif irrizulta mix-xhieda. Li nixtieq li nigwidak issa ftit u forsi tilluminana ftit fuq dak li sehh minn dak inhar ‘l hawn. U nirreferik jiena ghal tweet li ghamilt fl-4 ta’ Dicembru u fejn ghedt hekk; u nahseb li inti tiftakar x’ ghedt; ghax bejnietma u ma nghidu lil hadd huwa tweets tajbin hafna, fosthom miktubin tajjeb ukoll, u nghid ghalija jiena I can’t fall them. Jigifieri ghalija qeghdin tajbin, sewwa? Pero` l-problema hi kif jirrelata dak issa mal-fatti. Jigifieri hawn f’ din l- inkjesta problema ohra li ghandna illi l-fatti huma skarsi hafna. Donnu f’ Kastilja kulhadd qieghed jghix f’ bozza; wiehed ma jafx x’ ghamel l-iehor; ta’ fuq ma jafx b’ ta’ that; ta’ taht iwahhal f’ ta’ tahtu; jigifieri hemm din is- sitwazzjoni.


Issa jekk wiehed irid li hana naghmlu xogholna tajjeb, u nahseb l- amministrazzjoni poggietna hawnhekk ghal dak il-fini, tajjeb? Jigifieri nahseb ma ghandix dubju li l-gvern meta poggiena hawn ried ikun jaf illi ghandna nindegaw fuq kollox, tajjeb? Tant hu hekk li ma ghamilx limiti, ma ghamitlx limiti. Mela allura importanti li ahna wiehed jghina biex naslu ghal verita`. U din il-verita` ma nistghux inkunu nafuha f’ certu livell jekk mhux minn nies involuti. Jigifieri jiena jiddispjacini nitkellem hekk, imma dan fatt. Tajjeb? Mhux qed nghid li dan gideb u dan ma gidebx. Nghid li bhala fatt jirrizultalna li hawnhekk wiehed.., forsi gustament ukoll, wiehed jew jahdi jew … , ma nafx ghaliex ovvjament mhux hu imma ta’ tahtu. Issa jigifieri wasalna fi stat fejn irridu inkunu nafu iktar x’ gara fit-top. Tajjeb? U jekk tista’ tghinna ghinna, id-domanda tieghi jien.


Mela f’ dik it-tweet inti kont ghedt hekk, ha naqralek : bhal issa inqis l-aktar zmien difficli ta’ ugigh li qatt ghexna fil-politika. F’ Mejju 2016 fil-parlament meta nkixfu l-kontijiet bankarji sigrieti fil-Panama ta’ 140 politiku minn 50 pajjiz differenti fosthom Malta kont staqsejt jekk ahniex fil-politika ghall- interessi personali jew ghal gid komuni.

Jigifieri dina l-ewwel domanda. ‘Interessi personali’ jigifieri dawn kienu Panama Papers lilek laqtuk; bhala ezercizzju ghall-interessi personali.


Ix-Xhud :

Iva.

Imhallef J Said Pullicino :

…fil-konfront anke ta’ l-amministrazzjoni


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef J Said Pullicino :

Ghax li wiehed … I mean jagixxi fl-interess personali ghal familja ovvjament nifhimha. Imma inti hawnhekk qed titkellem ghall- pajjiz


Ix-Xhud :

Iva. Ghall-evazzjoni tat-taxxa.


Imhallef A Lofaro :

Tax evasion.


Imhallef J Said Pullicino :

Fl-interess jew ghal gid komuni. Tkellimt dwar il-mod ta’ kif hbiberiji fin- negozju u fil-politika jgibu problemi serji u passi immorali. Mela f’ din ghandek bzonn tghina ftit xi tfisser. Dawn l-interessi fin-negozju, hbiberiji, tajjeb?, li jgibu problemi serji. Issa dak iz-zmien ahna kull ma kellna .., kull ma kellek inti bhalna, il-Panama Papers. Jigifieri jibda, id-domandi jibdew gejjin hux. M’ hemmx ghalfejn tkun avukat kbir! I mean Panama Papers kellna dawk it-tnejn min-nies fil-gvern tajjeb u hazin illi tressqu l-kontijiet. S’ hemmhekk jistghu kissrux l-ligi, kollox sew, imma m’ humiex il-hbiberiji fin- negozju ..


Ix-Xhud :

Le m’ hu xejn kollox sew. M’ hu xejn kollox sew ghalkemm mma inkissritx il-ligi!


Imhallef J Said Pullicino :

Le jien mhux qed nghidlek ‘kollox sew’ ..anzi qed nghidilek li setghu kissru l- ligi; pero` l-punt hu li meta inti qed issemmili hawnhekk hbiberiji fin-negozju li jinfluwenzaw decizjoni tal-gvern, anke dak iz-zmien tal-Panama Papers kont qed thossha inti, li hemm hbiberiji fin-negozju. U ghandek bzonn tghina fiha din.


Chairman Imhallef M Mallia :

Tant li kont qed thossha illi inti semmejtha bhala ugigh li qatt ghext fil- politika.

Ix-Xhud :

Iva


Chairman Imhallef M Mallia :

U semmejt ukoll network sigrieti minn networks ta’ hbieb.


Ix-Xhud :

Iva. Nirreferik ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Din in-network, dan il- …. Kwazi kwazi ssibu tul il- ..


Imhallef A Lofaro :

… recurring team


Ix-Xhud :

….tul l-ahhar erba’ snin


Imhallef J Said Pullicino :

Pero` l-importanti t-title; fi zmien meta hargu l-Panama Papers kont diga` qieghed f’ dan il-kuncett frisk f’ mohhok, bir-ragun forsi, illi kien hemm dawn in-networks, kien hemm dan il-hbiberiji li ma kellhomx ikunu. U ahna rridu nkunu nafu ghaliex? Ghax halli naghmluha b’ mod semplici. L-allegazzjoni, mhux allegazzjoni, l-assunzjoni tista’ tkun illi kieku ittiedu passi fi zmien opportun meta kellhom suppost jittiehdu u certu nies ma baqghux involuti allura kieku dak li gara ma garax. Jigifieri ghax ahna dan li rridu naraw. Ghax ghaliex gara hekk? Issa rridu naraw ghaliex gara. Jigifieri u hawnhekk trdi tghinna; issa mbaghad ir-responsabbiltajiet naraw ta’ min huma, imma dik il- verita` hi.


Ix-Xhud :

Qed nifhem, qed nifhem. Nirreferikom ghad-diskors li ghamilt fil-parlament fl-4 ta’ Mejju tas-sena 2016, li ghalija huwa diskors importanti, importanti hafna. Importanti hafna mhux ghax ghamiltu jien imma ghaliex hemmhekk jiena kont qed nirreagixxi ghall-ahbar tal-Panama Papers. Jien jidhirli illi persuna nghid mhux biss fil-hajja pubblika, jien nghid anke fin-negozju, li tiftah kontijiet f’ postijiet fejn jahbu minn fejn gejjin in-nies u minn fejn gejjin il-flus, fil-hajja pubblika zgur li mhux ezempju tajjeb..


Imhallef J Said Pullicino :

U anke privat!

Imhallef A Lofaro :

Mhux hekk?


Ix-Xhud :

…. ghaliex anke jekk legalment hija accettabbli nahseb li moralment u poltikament ma hijiex accettabbli. Jekk inti temmen fil-gustizzja socjali, jekk inti temmen fil-gustizzja fiskali thallas il-parti tieghek tat-taxxa biex inti tghin fin-nefqa pubblika biex jitqassam il-gid, u allura mhux accettabli li inti tahbi il-gid tieghek. Ikunu x’ ikunu l-iskuzi li ggib biex taghmel hekk. Imma f’ dak id-diskors tieghi fil-parlament jiena kkwotajt diskors famuz hafna li huwa ghal qalbi hafna u ghallimni hafna ta’ Dwight Eisenhower, kien fin-1961 ftit jiem qabel ma rrezenja; mhux irrezenja, ftit qabel ma spicca mill-hatra. U hemmhekk ghamel diskors importanti hafna fuq il-military industrial complex. Fejn in-nies ta’ l-armamenti, tal-fabriki, tal-kumpaniji li jghixu minn l- armamenti, qal mit-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn firxu s-swaba taghhom f’ kull qasam tal-hajja taghna. Fil-qasam akkademiku, fil-qasam spiritwali, fil- qasam politiku, fl-ufficini taghna; u rabbew hafna sahha biex jinfluwenzawna fid-decizjonijiet taghna. U jiena semmejtu bhala li veru Malta ma ghadniex military industrial Complex, imma li ghandna ghandna nies tal-flus li juzaw il- flus taghhom biex jixtru l-influwenza f’ kull qasam tal-hajja, inkluz fil- politika. U jiena wissejt li jista’ jkollok zewg gvernijiet; jista’ ikollok il-gvern ta’ fuq il-palk u jista’ jkollok gvern paralell ta’ wara l-kwinti;


Imhallef J Said Pullicino :

U hekk huwa fil-fatt? Ghax din hi d-domanda; ghax il-korruzzjoni f’ kull amministrazzjoni, il-korruzzjoni ssibha f’ kull amministrazzjoni. Jigifieri m’ hemmx kwistjoni; dana hadd ma hu pur u hadd ma hu perfett, tajjeb? Pero` meta mbaghad tilhaq certu livelli fejn il-persuna li tkun b’ xi mod involuta tkun hemm gew imbaghad isir serja. Ghax sakemm tkun qed tinfluwenza minn barra.. tajjeb? Imma meta tkun hemm gew, u fil-kaz taghkom kienu hemm gew tajjeb u hazin, almenu l-allegazzjonijiet dawk huma, imbaghad isir serja. Allura qed insaqsik jien – tahseb li kien hemm zewg livelli ta’ gvern? Ghax dan kollox hu.


Ix-Xhud :

Iva ghalhekk tkellimt fuq dawk in-networks. Ghalhekk tkellimt b’ dak il-mod u wissejt il-hsara li tista’ issir lill-pajjiz kollu kemm hu. Jekk tippermettuli, jekk tippermettuli nispjega daqsxejn ruhi


Imhallef J Said Pullicino :

Of course. Le le, anzi..!

Ix-Xhud :

Ghaliex mhux l-ewwel darba…


Imhallef J Said Pullicino :

Ghax importanti hafna ta; ghaliex inti kont l-uniku wiehed qisek San Gwann qasba tixejjer mar-rih! Forsi ma nafx, imma jigifieri allura importanti li jkollna almenu sens ta’ bilanc ta’ xi haga serja


Imhallef A Lofaro :

A voice in the wilderness hux kont!


Ix-Xhud :

Halli .., le le.


Imhallef A Lofaro :

Kwazi.


Ix-Xhud :

U le. Halli nispjega ftit ruhi jekk tippermettuli. Jekk taraw li dak li nghid mhux relevanti waqqfuni. Jiena minn eta` zghira fhimt li wahda minn l-akbar problemi serjissimi li ghandna hi c-cokon ta’ pajjizna. Ic-cokon ta’ pajjizna jahdem hafna kontra taghna. Ic-cokon tal-pajjiz igib l-incest, igib l-incest f’ kull qasam tal-hajja. Igib incest perikoluz hafna. Nafu li l-incest iwassal ghal degenerazzjoni genetika. Imma imbaghad l-incest politiku morali, legali, socjali, ekonomiku jwassal gal gedenerazzjoni fil-hajja pubblika. U l-perikolu ta’ pajjizi zghar daqsna qieghed hemm il-hin kollu.

Jiena niftakar li wahda mill-aktar affarijiet li ixxukjatni wara li sirt Ministru ghall-ewwel darba, nghidha fil-pubbliku ghall-ewwel darba din, fl-1996 kienet li avukat maghruf hafna kien stedinni, qalli inti s-Sibt wara nofsinhar ma tigix maghna tiehu bicca fenek f’ razzett? U jien ghedt – x’ hemm hazin li tmur tiehu bicca fenek f’ razzett? Mort darba u ma mortx izjed. Ghaliex meta mort hemmhekk sibt avukati maghrufa, sibt gudikant, sibt kuntrattur, sibt nies tan- negozju. U niftakar li mbaghad jibdew l-istediniet; u ma tigix fuq il-boat? U ma tigix il-gym maghna? U sibt li kienu qed jitkellmu dak il-hin mhux diskors semplici ta’ kif tqatta’ daqsxejn is-Sibt wara nofsinhar tistrieh minn l-inkwiet ta’ ma’ tul il-gimgha! Imma jibdew jiddiskutu negozju ta’ artijiet u ta’ proprjeta`. U jiena tlaqt minn hemm u hlift illi ma nergax nersaq lejn dawk il- postijiet..


Imhallef A Lofaro :

Ghandek ragun.

Ix-Xhud :

… anke ghax hassejtni li f’ pajjizna facilemnt ikollok zewg kabinetti. Il- kabinett ufficjali li jiltaqa’ Kastilja u jkollok kabinetti ohra li jiltaqghu fl- irzieziet ..


Imhallef A Lofaro :

..u fuq il-boats ..


Ix-Xhud :

..u fuq il-boat, u jiltaqghu f’ postijiet ohra, u jigu decizi affarijiet li jibbajpasjaw l-istituzzjonijiet ta’ pajjizna. Jiena inkwetat hafna b’ dan, inkwetat hafna, u billi nkun inkwetat mhux bizzejjed. U fic-cokon tieghi fil- limitazzjonijiet tieghi fis-snin li ilni fil-politika, din is-sena ghalaqt 38 sena, ipprovajt naraw x’ nistghu naghmlu biex ikollna sistemi ta’ checks and balances f’ pajjizna. Ghaliex sintendim l-integrita` pesonali ta’ kull persuna hija importanti, imma l-imgieba mhix bizzejjed. Jekk ma jkollokx istituzzjonijiet, jekk thalli poter li jista’ jigi kkoncentrat f’ naha wahda ser ikollok il-problemi. U personalment inhoss, u naghlaq hawn issa ghax diga` tkellimt hafna ..


Imhallef J Said Pullicino :

Ma jimputax


Ix-Xhud :

Personalment inhoss li ghandna bzonn bis-serjeta` naghmlu ezami nazzjonali tal-kuzjenza. Jigifieri l-politici ghandhom hafna x’ jerfghu, fl-istess mod inhoss li ghandhom x’ jerfghu l-gudikatura,


Imhallef A Lofaro :

…in-negozjanti ..


Ix-Xhud :

..l-avukati, in-negozjanti, il-knisja, l-oqsma differenti socjali, ghaliex? Anke jien din nghidha, mhix l-ewwel darba, il-korruzzjoni iddejjaq biss hafna drabi.., jiddispjacni nghidha, lil min ma jgawdix minnha. Jien bhala Ministru nista’ nghidilkom, bhala Ministru ta’ l-Edukazzjoni.. tghiduli ssa ser iggib ezempju b’ dak il-mod? Imma gejjin l-ghazla ta’ scholarships : u ma tirrangalix speci lit-tifla jew lit-tifel jiehdu scholarship? Anke marki ta’ l- ezami jitolbuk biex tbiddel biex jghaddu! Niftakar li kien hemm min akkuzani

– kemm jien kattiv, ghax ma biddiltilhomx il-marka ta’ l-ezami! Jigifieri jiddispjacini nghid li ghandna moralita` pubblika` mhassra f’ hafna kazi li nistghu nippersonalizzaw min hu responsabbli; u ghandna naghmluha. U f’

dan il-kaz li qed jigi investigat importanti li tohrog il-verita` kollha shiha. Hemm min hemm involut u ma nharsu lejn l-ebda ucuh.


Imhallef A Lofaro :

Kellna bzonn jahasra!


Ix-Xhud :

Fl-istess hin, bis-serjeta` nahseb, inkunu daqxejn umli u naghmlu ezami nazzjonali tal-kuxjenza, u nenfasizza nazzjonaili tal-kuxjenza, nahseb li jaghmlilna tajjeb.


Imhallef J Said Pullicino :

Fuq dan naqblu. Naqblu wkoll li hi kwistjoni ta’ istituzzjonijiet u jekk l- istituzzjonijiet jahdmu xi ftit min din il-korruzzjoni endemika fil-pajjiz tieqaf. Ghax il-bqija kulhadd korrott sakemm jaqbel lilu. Fthemna? Ha niftehmu tajjeb. Il-kwistjoni kollha qieghda l-gravita` u l-livell; ghax kellna korruzzjoni qabel m’ hemnmx dubju; mhux qed nghidlek li kull kaz ta’ korruzjoni qabel gie kontrollat u gie investigat, pero` kellna, ma kinetx lahqet il-livelli ta’ dan it-tip. Ghax din hi l-kwistjoni kollha. Issa jiena qed nghid x’ reazzjoni kien hemm meta kien hemm prova ta’ korruzzjoni jew tentattiv ta’ korruzjoni f’ dan il-livell? X’ ittiehed bhala azzjoni min-naha ta’ l-istituzzjonijiet biex dan jigi kontrollat? Tinsiex, jien ghalina minn barra, minn barra, il-Panama Papers tfisser illi f’ kull fejn deher f’ pajjizi ohra jew waqghu l-gvernijiet jew waqa’ il-Prim Ministru jew marru l-habs .., I mean hekk gara


Ix-Xhud :

Hekk hu.


Imhallef J Said Pullicino :

Dan aghar; hawnhekk donnu gie mill-ewwel.. ; jien allahares.. kull tant jien niskanta…


Ix-Xhud :

Sur Imhallef, taf li jiena imbuttajt biex dawk il-persuni messhom irrezenjaw.


Imhallef J Said Pullicino :

Iva naf; imma rridu nkunu nafu xi haga ta! Ghax inti ma tistax tghidilna nindagaw din, sibu responsabbilta` bla ma nkunu nafu hawnhekk x’ qed jigri! Kif jista’ ikun? Jekk niehu hawn naqbad l-ewwel folja ta’ …jibda Bartolo … dak iz-zmien fit-Times of Malta. Mela jekk immur fil-kolonna l-ohra not … on the Finance Minister. Dawn waqt li semghu lilek tilmenta u tghid fiex wasalna jkellmu lill-Ministru tal-Finanzi, suppost responsabbli u qisu ma gara xejn. L-iehor tax experts sales li talab l-Onorevoli Mizzi; I mean meta inqala’

dawn, qed nitkellmu fi zmien tal-Panama Papers. X’ azzjoni ittiehdet wara dik? Intom fil-Kabinett tkellimtu? Ma tkellimtux? X ghamiltu? Ghax jiena rrid inkun naf. Ma tistax tpoggini hawnhekk biex nindaga u ma tghidli x’ gara wara din! Jew tghid ma gara xejn ghax mhux… tieghi! Xi hadd semmiha bilfors din. U din l-istorja… tispicca ghax bejna mill-Panama Papers u bqajna miexjin ..


Ix-Xhud :

Jiena li nista’ nghidlek li jiena ghamilt l-almu tieghi


Imhallef J Said Pullicino :

Iva imma jiddispjacini ta’! jew ..


Ix-Xhud :

Ghamilt l-almu tieghi; iva, imma..


Imhallef J Said Pullicino :

..jew il-gvern ser jghinna


Ix-Xhud :

Iva. Imma jiena nahseb ghandek persuni ohra x’ tistaqsi li kellhom ir- responsabbilta` li jiehud passi.


Imhallef J Said Pullicino :

Le, inti kont fil-Kabinett.


Imhallef A Lofaro :

Imma mal-Cabinet hemm collective responsibility eh!


Imhallef J Said Pullicino :

Il-kabinett qed nistaqsik jien. Ghandek is-CEO ma’ genbek fil-Kabinett qieghed hemm; ghandek Ministru qieghed hemm, jekk mhux tnejn!


Imhallef A Lofaro :

Collective responsibility.


Imhallef J Said Pullicino :

Xi reazzjoni kellu jkun hemm. Jew jekk ma kienx hemm – hemm nuqqas ta’ ammissjoni hu! Hemm nuqas ta’ ammissjoni. M’ hemmx ghalfejn ikun bravu dan!


Imhallef A Lofaro :

U kollha responsabbli.

Imhallef J Said Pullicino :

U jiddispjacini minn hawn..


Ix-Xhud :

Responsabbli ghall-affarijiet li ghamilna fil-Kabinett bhala Kabinett. Ma nashibx li fil-Kabinett gie deciz li jinfethu kontijiet fili-Panama.


Imhallef A Lofaro :

Possibbli li ma gewx diskussi dawn l-affarijiet fil-Kabinett?


Ix-Xhud :

Gew diskussi u kien hemm min ..


Imhallef A Lofaro :

Ittiehdet decizjoni?


Imhallef J Said Pullicino :

Tkompli miexja din ta. U taf inti, ghax inti bniedem intellegenti iktar minni; jigifieri taf, li nibdew bil-Panama Papers u nkomplu bl-Electrogas, u mbaghad bil-Vitals sal-bierah stess u qalli.., fejn hi il-verita`? Il-Kabinett x’ iddeciedi?


Imhallef A Lofaro :

Iddecidew xi haga l-Kabinett?


Imhallef J Said Pullicino :

Ghedtilna hemm zewg gvernijiet, zewg livelli ta’ gvernijiet. Sakemm ikun wiehed zbalja, all right, imma issa ghandna hafna affarijiet kollha l-istess. Min hu responsabbli?


Imhallef A Lofaro :

Collective responsibility skont il-ligi.


Imhallef J Said Pullicino :

..qeghdin halli nipprovaw naslu x’ imkien. Kellna tal-Vitals, mela l-Vitals iddecieda..sar l-awditur u hemm din il-problema. Johrog is-CEO u jghid – imma mhux jien ta! M’ ghandi x’ naqsam xejn. Imbaghad jghidulna imma dan iffirmah Cardona, mela Cardona mhux hu ghax lanqas rah; u jispicca…. Xi gvern ghandna?


Ix-Xhud :

Imma Sur Imhallef, kif nista’ inwiegeb ghal dawk il-mistoqsijiet tal-Vitals?

Imhallef J Said Pullicino :

Mhux inti fil-Kabinett? Inti wiehed minnhom. Jien ha intellaghhom kollha. Jiddispjacini; dawn ser jitilghu kollha hawnhekk u jghidulna ..


Imhallef A Lofaro :

Jitilghu kollha, don’t worry; mhux inti biss. Kollha jridu jitilghu, toqghodx tinkwieta.


Chairman Imhallef M Mallia :

U per ezempju haga ohra, illi fit-13 ta’ Dicembru 2019 .. ..


Ix-Xhud :

Le jiena nwiegeb ghal dak li jiena responsabbli jien ta


Imhallef A Lofaro :

Imma hemm il-collective responsibility, ma ninsewx.


Ix-Xhud :

Ghall-affarijiet li gew fil-Kabinett.


Imhallef A Lofaro :

Ehe, ezatt.


Chairman Imhallef M Mallia :

Dan it-tweet f’ Dicembru tan-19, bdejt hekk – Mhux accettabbli li ftit nies tal- flus jinqdew bil-politika u bil-kriminali biex jahtfu pajjiz shih u jaghmluh qisu negozju privat taghhom; granted. All right? Perfect, ma nistghu nghidu xejn fuqha din.


Imhallef A Lofaro :

Xejn; perfetta.


Chairman Imhallef M Mallia :

Min huma dawn in-nies? Ghal min kont qed tirreferi? Ahna dawn li rridu. Ma rridux statements illi jkunu vagi illi ma jistghu jwassluna imkien! Veru ghandek ragun, hekk hu. M’ ghandux ikun hekk. Imma xi hadd kellek f’ mohhok inti meta ktibt din it-tweet ..


Ix-Xhud :

U dik tintrabat ma’ tweets ohra.

Imhallef J Said Pullicino :

Apparti li jehlu ohra; jehlu nies innocenti li ma ghanhom x’ jaqsmu xejn imsieken, negozjanti, isibu ruhhom f’ balbuljata. Jekk inti tghid li hawnhekk hawn .. ta’ nies. Jekk tghidli dan Fenech, Gasan, Apap Blogna, dawn huma jew ohrajn? Ghax ghal fuq l-ohrajn allura nilliberahom; ghamlu negozju legittimu. Ghax ghandhom dritt jaghmlu negozju li jkun mal-gvern; apparti t- trasparenza u x’ naf jien. Imma hekk qed ..


Ix-Xhud :

Nista’ nghidlek li jiena nemmen.., ghax hawn min jahseb, hawn min jahseb li jiena anti business u anti…


Imhallef J Said Pullicino :

Le ..


Ix-Xhud :

..u anti n-negozju ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Le le le, xejn minn dan.


Ix-Xhud :

Li mhux il-kaz; jigifieri jiena


Chairman Imhallef M Mallia :

U perswaz


Ix-Xhud :

Li jiena t-tkabbir tal-gid u l-holqien tal-gid u negozjanti serji u nies tan- negozju. Jekk taraw tweets ohra jiena per ezempju kont qed nikkummenta car li l-influwenza ta’ Keith Schembri fil-Kabinett u f’ dawk in-networks kienet esagerata u kienet hazina. U tkellimt, u tkellimt dwarha car. Jigifieri ssibu tweets ohra fejn nghidlu li assolutament ma jistax ikollok persuna li jkollha rwol b’ dik is-sahha kollha bil-koncentrament ta’ poter kollu li hu hazin hux.


Imhallef A Lofaro :

Mhux hekk?


Chairman Imhallef M Mallia :

Voldieri hawnhekk meta inti qed tghid dawn il-kliem kont qed tirreferi ghal Keith Schembri.

Imhallef A Lofaro :

Ghal Keith Schembri zgur.


Ix-Xhud :

Iva. Ghax fil-kuntest generali hekk kienet tfisser, li l-poter li jkkoncentra f’ idejh ma kinetx ta’ gid la ghal gvern u laqas ghal pajjiz.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma Keith Schembri wahdu ma jghamilx network


Chairman Imhallef M Mallia :

Ma kienx


Imhallef J Said Pullicino :

…. wahdu huwa wahdu. U kien fin-negozju u mhux suppost baqa’ fin-negozju meta dahal dan fil-Kabinett, tajjeb? Jigifieri rridu l- fatti; jiddispjacini. Irridu l- fatti. Jigifieri u ma hemmx sigrieti ta’ Kabinett, ghax jien din ma nemminx fiha. Jien, jekk inti poggejtni hawn biex nindaga l-istruzzjonijiet kollha nkluz il-Kabinett, u ma hemmx skuzi bis-sigriet tal-Kabinett. Sakemm mhix kwistjoni tas-sigurta` nazzjonali, jien kollox irrid li jigi ghandi, bis-sigriet, u mhux sigriet, hawn. Anke jekk hu fil-privat, imma trid tghidli kollox hu! Inkella x’ nigu naghmlu hawn?


Imhallef A Lofaro :

Biex nahlu l-hin le hu!


Imhallef J Said Pullicino :

…urgenti? Dottoressa domanda..


Dr Therese Comodini Cachia :

Qed noqghod lura jien hafna llum


Imhallef J Said Pullicino :

..u anke ghaliex din kwistjoni issa li tinfluwenza kwistjoni tal-politika u mhux politika, u ma jinteressanix ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Le le, ma ghanidx dak id-dritt.


Imhallef J Said Pullicino :

Jekk hi domanda legittima all right..

Dr Therese Comodini Cachia :

Sur Imhallef, ma kull darba li gejt hawnhekk qatt ma kelli dak l-interess;


Imhallef J Said Pullicino :

Ma qed nghid xejn jien.


Dr Therese Comodini Cachia :

Pero` kelli domanda…; qatt ma kelli dak l-interess u nassigurak li ma ghandix dak l-interess illum mal-Ministru.


Imhallef J Said Pullicino :

….mhix allegazzjoni, qed nghid biss li issa wasalna f’ livell, u noqghodu attenti.


Dr Therese Comodini Cachia :

Pero` ghandi domanda inressaqha lill-Bord u l-Bord jiddeciedi ghandhiex issir.


Imhallef A Lofaro :

Hekk tajjeb iva.


Dr Therese Comodini Cachia :

U d-domanda tieghi hija fuq dak il-facebook post illi l-imhallef stess ikkwota lill-Ministru biex jghid, l-interess personali l-Ministru irrisponda ghalih bhala interess personali fil-konfront ta’ evazjoni tat-taxxa.


Imhallef A Lofaro :

Ehe.


Dr Therese Comodini Cachia :

Pero` l-fatti li hargu anke quddiem dan il-Bord anke meta fid-dawl ta dak li qal il-Ministru stess ta’ hbiberiji fin-negozji u hekk, anke meta ghandu l-Bord quddiemu din l-informazzjoni dwar il-konnessjoni ta’ 17 Black, Yorgen Fenech, Konrad Mizzi u Keith Schembri t-tnejn li huma jindikaw illi l- istrutturi nfethu biex jircievu jew jaghmlu business mas-17 Black, allura jiena nistaqsi lill-Bord jew nipproponi lill-Bord sabiex il-Ministru jirrispondi jekk kienx qed jikteb biss dwar evazjoni ta’ taxxa jew ukoll korruzzjoni jew money laundering, u anke biex jirreferi b’ mod specifiku, u, ghax jiena nemmnu lill- Ministru Bartolo li ghamel l-almu tieghu biex jeggelidha din ix-xibka, imma meta tghidli – ghamilt l-almu tieghi’ x’ ghamilt? Kellimt lill-Prim Ministru? Kellimt lil Keith Schembri? Kellimt lil Konrad Mizzi? Qajjimtha Kabinett? Dik hi d-domanda tieghi.

Imhallef A Lofaro :

Qal li giet diskussa fil-Kabinett. Dik qalha eh.


Imhallef J Said Pullicino :

Halli nkunu fair mal-Ministru. Ic-citazzjoni li jiena ikkwotajt kienet tirreferi ghal Panama Papers. Dak iz-zmien ma kienx hemm almenu l-public domain l- issue ta’ 17 Black.


Imhallef A Lofaro :

Le ma kienx hemm.


Chairman Imhallef M Mallia :

Giet wara.


Imhallef J Said Pullicino :

Id-domanda li giet issa u konna ser naghmlu iktar tard, jekk fil-Panama Papers seta’ qal, hares, dana hemm dawn il-kontijiet, naraw x’ inhuma, m’ hemmx ghagla, bil-mod. Kif kellna anke l-parir ta’ l-Avukat Generali. Apparti dak, issa jigifieri meta mbaghad harget ta’ 17 Black il-Kabinett x’ ghamel? Ghax dik kienet haga serjissima mbaghad, imbaghad ghandek l-akkuza specifika, b’ figuri specifici, b’ linja ta’ kif ser jghaddu l-flus diretta u cara. Issa tista’ tkun kollha falza, imma l-Kabniett x’ ghamel? Iddiskutiha din? Qomtu hemmhekk u ghedtu – ejja, dan Sur Ministru x’ inthi din? X’ gara? Ghax nies normli hekk kienu jagixxu. U jekk ma agixxejtux hekk allura mbaghad hemm konsegwenzi ohra


Ix-Xhud :

Jekk tippermettuli nwiegeb ghal sensiela ta’ domandi li ghamlitli l-kollega nghid iva ghal kull wahda li staqsiet. Jekk kellimtx lill-Prim Ministru, iva. Jekk kellimt lil Keith Schembri, iva. Jekk kellimtx lil Konrad Mizzi, iva. Jekk qajjimthiex fil-Kabinett, iva.


Imhallef A Lofaro :

Kien jichad Keith Schembri?


Dr Therese Comodini Cachia :

Ghax nemmen li dan kollu jkun ghamel il-kollega, ghalhekk staqsejtu, biex anke hu stess ikun ..


Imhallef J Said Pullicino :

Iva iva Dottoressa; jiena ma ghandix dubjumin l-integrita` tal-Ministru; jigifieri ..

Imhallef A Lofaro :

Lanqas jien m’ ghandi l-ebda dubju.


Imhallef J Said Pullicino :

.. l-ebda b’ mod involut ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Ghalhekk staqsejtha biex ikun sod fuqha.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma jiena li rrid inkun naf ghax hawn fuq hekk qeghdin. L-amministrazzjoni, il-Kabinett, l-esekuttiv, x’ ghamel? Infaccat b’ dawn l-akkuzi gravi u specifici, x’ ghamel? Ghax …; Baghat ghall-Kummissarju? Qallu investiga? Iccekkja? Ghax anek dik; mhux ghax hemm il-Kummissarju….taf minn xiex ghaddejna inti, jigifieri ghax .


Ix-Xhud :

Naf naf ..


Imhallef J Said Pullicino :


Chairman Imhallef M Mallia :

Minn barra ghal nies komuni li qed jaraw dawn l-affarijiet kien business as usual;


Imhallef A Lofaro :

Ehe.


Chairman Imhallef M Mallia :

.. ma gara xejn. Issa min-naha taghkom intom li kontu qeghdin fl-eskuttiv, jigifieri kellkom il-poter f’ idejkom, qed taraw dawn l-allegazzjonijiet; l- allegazzjonijiet sussegwentement irrizultaw li kienu veri ghax kellkom id- dokumenti intom.


Imhallef A Lofaro :

Kieku ma kienux allegazzjonijiet.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghalina barra fit-triq qisu ma gara xejn; kif tispjegaha din?

Ix-Xhud :

Nerga’ nghid, jiena tkellimt mal-Prim Ministru u dherli li dawk il-pesuni ghandhom jitilqu. Tkellimt mal-persuni involuti stess li huma stess ghandhom jitilqu.


Imhallef A Lofaro :

U x’ kienet ir-reazzjoni?


Ix-Xhud :

Ma telqux hu.


Chairman Imhallef M Mallia :

Naf; kulhadd jaf li ma telqux! Ghalhekk business as usual!


Ix-Xhud :

Jigifieri jiena meta issaqsuni mistoqsija x’ kienet ir-reazzjoni mhux x’ nghid jien l-importanti, x’ gara hu.


Imhallef J Said Pullicino :

Hekk hu.


Imhallef A Lofaro :

Ma telqux.


Imhallef J Said Pullicino :

Kien hemm xi mozzjoni ta’ censura fil-Kabinett interna? Ivvotajtu b’ xi mod jew iddecidejtu ..?


Ix-Xhud :

Le, voti ma kienx hemm.


Imhallef A Lofaro :

Vot le.


Imhallef J Said Pullicino :

Ma kienx hemm. U fdajtu f’ idejn xi hadd? Forsi f’ idejn il-Prim Ministru biex isolviha din? X’ ghamiltu sewwa sew. Ghax b’ xi haga hrigtu. Intom kontu tafu illi fil-pajjiz dawn il-fatti kienu qed jaghmlu hsara kbira. U mhux il-pajjiz biss, imma anke l-partit. Jigifieri dan ovvjament kien hemm tant hu hekk li wasalna kif wasalna. Imma x’ azzjoni ittiehdet? Kien hemm xi hadd qal – jiena halluha f’ idejja ha niehu hsiebha jien din?

Ix-Xhud :

Sur Imhallef, wara li bdew johorgu certi fatti f’ Novembru u Dicembru jien flimkien ma’ ohrajn komplejna nimbuttaw biex ikun hemm bidla


Imhallef J Said Pullicino :

Imma all right, nemmnek, u nemmnek u nemmen li fl-ahhar kienet success dik; imma qed nitkellmu ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Imma ghax kellu jigri biex saret din il-bidla!


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef A Lofaro :

Kien hemm is-socjeta` civili tipprotesta fit-toroq.


Chairman Imhallef M Mallia :

Kellna nghaddu minn dan kollu?


Imhallef A Lofaro :

Is-socjeta` civili harget fit-triq hux.


Ix-Xhud :

Iva; u ghamlet sew.


Imhallef A Lofaro :

Nahseb li kieku ma hargux ma kien jigri xejn..


Ix-Xhud :

Ghamlet sew; ghax il-bidla ma ssirx la minn gewwa biss u lanqas issir minn barra biss.


Imhallef A Lofaro :

Mhux hekk?!


Ix-Xhud :

U jkun hemm bzonn pressjoni minn gewwa u pressjoni minn barra. F’ socjeta` demokratika kulhadd irid jaghmel il-parti tieghu.


Imhallef A Lofaro :

Hekk hu.

Ix-Xhud :

Il-klassi politika, l-ezekuttiv, il-gudikatura, is-socjeta` civili, il-media; kulhadd irid jaghmel il-parti tieghu.


Imhallef A Lofaro :

Kulhadd ghandu r-responsabbilta` tieghu.


Imhallef J Said Pullicino :

Jista’ jigrilna bhala Bord illi ahna nibaghtu ghal Kabinett kollu u kulhadd jghidli ahna ghamilna l-bicca tieghu, jien ghamilt il-bicca tieghi; mhux xi haga tieghi; imbaghad nispiccaw hekk?


Chairman Imhallef M Mallia :

Imma at the end of the day where does the bucks stop.


Imhallef A Lofaro :

Nahseb mal-Prim Ministru hu.


Imhallef J Said Pullicino :

Ha nispiccaw hekk jew hemm xi hadd li jghidli – ara jien kont responsabbilta`…


Ix-Xhud :

Nahseb li intom tafu bizzejjed where the bucks stops.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ehe, appuntu. Dak li rridu nismghu; nafu where the bucks stops


Imhallef A Lofaro :

Mhux il-Prim Ministru?


Ix-Xhud :

Nahseb jekk wiehed janalizza l-istrutturi ta’ poteri u l-ligijiet taghna; issa nittama li minn Jannar ‘l hawn bdejna inbiddluhom, u ilbierah biddilna aktar affarijiet, qed nifirxu l-poter u nxerdu l-poter biex ma jibqghux ikkoncentrati f’ nahha wahda; ghax dak mhux tajjeb.


Imhallef J Said Pullicino :

Daka …u nawguraw li jibqghu sejrin l-affarijiet u li jigu iktar kristalizzati. Imma ahna fuq il-passat qeghdin.

Ix-Xhud :

Issa mal-bidliet.. jiena xorta nhoss li mal-bidliet fl-istituzzjonijiet hemm bzonn ta’ bidla fl-imgieba u bidla fil-moralita`. Ghax tista’ taghmel l-aqwa istituzzjonijiet, jekk tpoggi nies imhassrin xorta jithassru …


Imhallef J Said Pullicino :

Pero` inti stess ghedt fil-kontribuzzjonijiet tieghek tajbin, illi dak li sehh sehh, imma dak li ghamel il-hazin irid jitfacca ghal ghemilu, irid jirrispondi ghal ghemilu. Kif ser naghmluh dan? Ghaliex jiena naqbel, minn issa ‘l quddiem kulhadd bravu u jghid ara x’ igralna, mietet Daphne, mietet hekk u mietet hekk, u rridu naraw x ser naghmlu ghax il-pajjiz spicca. Imma b’ ta’ qabel x’ ser naghmlu bih? Ghax imbaghad ikollna recurrence!


Ix-Xhud :

Min hu responsabbli ghal dak li gara ghandu jhallas ghal ghemilu. U jiena nawgura bis-serjeta` li l-investigazzjoni ssir kollha kemm hi; nahseb li ghandha tisahhah, nahseb illi jrid isir izjed biex il-verita` kollha ssir maghrufa. Dan il-pajjiz mhux ser jistrih qabel ma tohrog il-verita`.


Imhallef A Lofaro :

Da zugr li le!


Imhallef J Said Pullicino :

Pero` jrid ikollna dawn il-fatti. Irid jkollna names ..


Ix-Xhud :

Qed nirreferi issa ghal kaz fil-qorti.


Imhallef J Said Pullicino :

Jien ma inhiex bniedem li nhobb nindaga …; imma jrid ikollna l-ismijiet. Irid ikollna l-fatti. I mean ma jistax ikun illi jkollok sitwazzjoni bhal din … administration; ghax kull fejn thares dan! Per ezempju hawn sistema ta’ hawnhekk qieghda fit-erms of refernce taghna, inti trid tara jekk hemmx kultura ta’ immunita` li twasslek ghal dawn l-affarijiet. Mela kultura ta’ immunita` kull fejn inhares jien! Jekk immur biex nara kif jahdem il- Kummissarju tat-Taxxa, immunita`. Jekk immur kemm nara kif jahdem ..


Ix-Xhud :

Li hu hazin; li hu hazin. Li hu hazin.


Imhallef J Said Pullicino :

Li hu hazin. Jekk immur nara kif jahdem il-Planning Authority ..

Ix-Xhud :

Kulhadd


Imhallef J Said Pullicino :

Il-Planning Authority immunita`.


Ix-Xhud :

Ghalija dik hija ricetta ghad-dizastru. Inkomplu nbiddlu u nkomlu nbiddlu rridu.


Imhallef J Said Pullicino :

B’ dawn it-tip ta’ inkjesta nista’ nikteb ir-rapport ghadha jien.


Imhallef J Said Pullicino :

Ghax kulhadd taht skrutinju jrid ikun u kulhadd sindakabbli.


Imhallef J Said Pullicino :

Iva, imma l-iskrutinju minn fejn jigi? L-iskrutinju jigi mill-fatt li inti jkollok informazzjoni, li ma ghandniex. Kulhadd jahbi l-informazzjoni, jaghtihielek meta jfettillu, meta tkun ghaqqad l-affari. I mean this is not done hu!


Ix-Xhud :

Imma lil min tibaghtu hawn, jiena ma nifhimx fil-process taghkom; imma lil tibaghtu hawn huwa marbut li jghid il-verita`


Chairman Imhallef M Mallia :

Eh, hekk suppost


Imhallef A Lofaro :

Hekk suppost ehe. Kulhadd ma jaf xejn.


Imhallef J Said Pullicino :

Ghal kulhadd. Imma il-verita` ..


Ix-Xhud :

Mela nehhu l-kurcifiss ghax lanqas haqq li noqghodu noffenduh kull darba li..!


Imhallef A Lofaro :

Hekk jaghmlu. Ma jafu xejn.


Imhallef J Said Pullicino :

Jiena mhux qed nghid li jghidulna il-gideb, tajjeb? Jiena qed nghid illi l-verita` tinkludi wkoll dak li ma tghidx …

Ix-Xhud :

U iva; jaqbillek li tiskont hux


Imhallef J Said Pullicino :

…dak li ma tghidx.


Chairman Imhallef M Mallia :

Per ezempju, Onorevoli, l-istorja tal-Panama Papers harget fit-2016; f’ Mejju minghalija? April Mejju 2016.


Ix-Xhud :

April ehe. April imbaghad ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Yet damet sena qabel ma ittiehdu xi forma ta’ azzjoni.


Imhallef A Lofaro :

U ghadhom ma baghtux ghalihom sal-lum dawn! Sal-lum


Chairman Imhallef M Mallia :

Sena! F’ dik is-sena mhux lahaq harab l-ghasfur! Dan ghaliex dan?


Ix-Xhud :

Iva ahna wahda minn l-akatr affarijiet li qed tipperikolalna l-futur taghna hi li prosekuzzjonijiet fejn jidhlu kriminalita` ekonomika ma jittiehdux, u allura hemmhekk qeghdin fil-perikolu li pajjizna jkollu problemi kbar ‘il quddiem, u jekk mhux ser nibdew li… u ma noqghodux biss fuq sanzjonijiet li thallas multa jekk inqast, ser nibghu ma nittehdux bis-serjeta` hux! Li ahna ma rridux vera niffaccjaw u nindirizzaw il-problema ta’ kriminalita` ekonomika. Kien hemm aktar minn tliet mija jekk minhiex sejjer zball li lokali kellhom kont fil- Panama


Imhallef A Lofaro :

Ehe.


Imhallef J Said Pullicino :

Hadd minnhom ta ma …


Ix-Xhud :

Hadd; hadd ma gie imressaq


Imhallef J Said Pullicino :

Hadd minnhom ma tressaq ta!

Chairman Imhallef M Mallia :

Taf ghaliex hux? Ghax irrangaw amministrattivament.


Ix-Xhud :

Iva, mhux hekk? Imma ma ghandux ikun, m’ ghandux ikun.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghax imbaghad inti ghandek din il-problema mela


Ix-Xhud :

M’ ghandux ikun hekk.


Chairman Imhallef M Mallia :

Inti ghandek din is-sitwazzjoni, mela inti ghandek persuna li taf illi din ghamlet azzjonijiet biex tevata t-taxxa, inti ghandek choice, jew tirranga maghha amministrattivament din thallas li ghandha thallas u daqshekk, jew inkella itellaghha l-qorti. Mela inti jekk inti tirranga amministrattivament din ser tigik irhisa, mhu ser tonfoq xejn u ser iddahhal dak li inti tlift. U jekk inti tmur il-qorti ara x’ ser issirlek kemm f’ hin u kemm f’ rizorsi! X’ taghmel allura? Ghax jiena nista’ nifhem, nista’ nifhem id-dilemma li jkollu l- Kummissarju tat-Taxxi Interni fiha din.


Ix-Xhud :

Imma jiena ma naqbilx, ma nabqilx minhabba li qed innehhu d-detterent. Ghax min jahsel il-flus, min igawdi mill-korruzzjoni, min jiehu gid li mhux suppost ghandu, ghalih lanqas jinkwieta, anke kieku imur il-qorti u jdum seba’ snin – tlettax-il sena biex tinqata’ il-kaz!


Chairman Imhallef M Mallia :

Naqbel mieghek.


Ix-Xhud :

Ghax ikun ga gawda mill-frott tieghu. Allura ghandu jkollna ligijiet apposta; u nerga’ nghid ta’, mhux…; ghax kien hemm min akkuzani li meta nipproponi dawn l-affarijiet qisni irrid nibghat lin-nies ghal giljottina, u li rrid naqbad anke ma’ l-iktar persuna zghira. Le mhux veru, m’ hemmx ghalfejn hekk. M’ hemmx ghalfejn minn wiehed jesagera li minn tarf immorru ghal tarf iehor! Imma li jkun hemm passi li trid tiehu bis-serjeta` biex thallas ghal ghemilek irid iservi ta’ deterrent; ghax il-bqija tkompli thawwad.


Chairman Imhallef M Mallia :

Jien naqbel mieghek, imma sfortunatament mhux hekk gara.

Ix-Xhud :

Nittama li nitghallmu biex ghallinqas naghmlu l-bidliet mehtiega, li anke hemmhekk mhux facli, ghax min sejjer sew jiggelidhom dawn il-bidliet, u jiggelidhom mhux ghax ikun irid jahbi s-serq, imma jghidlek – il-marija! Ser toqtlilna l-ekonomija! Ser toqtlilna hekk..; ghax imbaghad juzaw kliem sabih. Ovvjament mhux ser jghidu tiehux dawn il-passi ghax mhux ser inkunu nistghu nisirqu u nahbu l-affarijiet taghna!


Imhallef J Said Pullicino :

Il-futur nawgura li jkun kif qed tghid inti, il-futur; bil-mod ta! Imma ..


Ix-Xhud :

L-ewwel il-futur biex isir irridu nahdmu ahna. Ma jsrix wahdu!


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux hekk? U l-verita` hi illi ma ahniex certi.. ma nafux kemm Kabinett kien jaf fatti illi issa hargu in public domain u meta sar jafhom; u ghaliex meta sar jafhom ma ttiehdux certi passi. Inti tifhem li hawnhekk ghandna sitwazzjoni fejn semmejt id-diffikulta` tal-processi gudizzjajru, veru, il-qorti hi dik li hi u nafu li mhix kompetenti f’ certi affarijiet, fthemna? Pero` l-Qorti biex tahdem irid ikollha l-feedback mill-Pulizija, minn hekk..; u irrizultalna dan li dawk .. ma jahdmu xejn.


Ix-Xhud :

Hekk hu.


Imhallef J Said Pullicino :

Jew ahjar jahdmu dejjem barra fil-kazijiet fejn hemm bzonn li ma jahdmux. Fthemna? Ghax din il-verita` hi, qed niftehmu? Jigifieri issib li kulhadd sa certu livell jahdem bil-qalb u jahdem tajjeb, imbaghad tabez certu livell issib l- istoffi, fthemna? U tibqa’ tiela’ sa fuq nett. U mhux ser nghid jekk hux veru jew le l-allegazzjonijiet li jsiru; imma li tisma’ ikexkxek, fthemna? Mela allura qeghdin f’ din is-siwazzjoni. Il-gvern li kien hemm.. mhux qed nghid…imma ghax anke ta’ qabel ta’, imma l-gvern, li ilu hemmhekk minn 2013, f’ din is- sitwazzjoni x’ reazzjoni kellu ghaliha? Fl-ahhar sitt xhur biss meta sar impossibbli li nzommu l-borma bla ma tisplodi! Hemmhekk jew qabel? Din irridu nkunu nafu ahna. U xi hadd ser jghidhielna; altrimenti nghalqu l-bieb u mmorru, fthemna? Jekk hemm bzonn jigi l-Prim Ministru …; kulhadd jigi; ha jghidilna meta l-borma bdiet tbaqbaq b’ mod illi suppost hadtu passi. Ghax il- futur nghidu u naqbel mieghek jien, kollox kif qed tghid inti, tajjeb? U nista’ naghmel kampanja mieghek ghax ma ghandix diffikulta`; u gie li ghamiltha mod iehor, fthemna? Imma ahna mhux ghalhekk qeghdin; qeghdin biex naraw il-fatti l-antiki ta’ l-ahhar ghaxar snin, tajjeb? U nerga’ nghidlek qabel hadd

ma kien perfett, qabel ghamlu abbuz iehor.., kien hemm inkjesti u ma kienx hemm, veru, pero` dan il-livell huwa differenti; huwa differenti. Jigifieri issa trid tghidilna inti.., tista’ iggibu wiehed wiehed u..


Ix-Xhud :

Jiena nahseb li tkun idea tajba


Imhallef J Said Pullicino :

Le mhux …, kulhadd jiehu ir-responsabbiltajiet tieghu hu.


Imhallef A Lofaro :

Imma per ezempju meta kontu tafu dan kollu ghaliex xorta ittiehed vot ta’ fiducja unanimu fil-Prim Ministru minkejja l-kritika interna li kien hemm? Kien hemm voti ta’ fiducja unanimi.


Imhallef J Said Pullicino :

..jiddependi dawk li ..


Imhallef A Lofaro :

Ezatt. Fil-Ministri involuti; fil-Prim Ministru. Dan f’ Novembru, le?, 2019. Ghaliex kien hemm dak il-vot unanimu? Hadd ma kien kapaci jghid – jien ser nastjeni?, almenu!? Nastjeni; ma rridx nivvota. X’ seta’ gara li kieku xi hadd ghamel hekk? Tispiccalu l-karriera politika? Forsi ahjar hekk.


Ix-Xhud :

Le ma nahsibx li ahjar hekk


Imhallef A Lofaro :

Mela forsi titsa’ tispjegali.


Ix-Xhud :

Jekk nitkellem ghalija personali inti tista’ tiddeciedi…


Imhallef A Lofaro :

X’ inhu?


Ix-Xhud :

Nirrakkontalek ftit; inti tista’ tiddeciedi x’ sehem ser taghti fil-hajja pubblika, ok? Jigifieri jien minn eta` zghira kont involut hafna; jien kont imqareb mhux hazin bhala zaghzugh; kont involut f’ hafna gruppi zghar li konna nghajtu hafna u nwerzqu hafna; imma fl-ahhar minn l-ahhar ftit li xejn tbiddel l- affarijiet.

Imhallef A Lofaro :

Imma allura taqta’ qalbek?


Ix-Xhud :

Ma nahsibx li qtajt qalbi jiena; ma nahsibx li qtajt qalbi..


Imhallef A Lofaro :

Le, domanda retorika, mhix indirizzata lilek.


Ix-Xhud :

Le. U nirrispettta lil dawk li ghamlu hekk jigifieri.


Imhallef A Lofaro :

Sewwa.


Ix-Xhud :

Jien nirrispetta anke lil dawk li jibqghu fi gruppi zghar bhal tal-Graffiti per ezempju


Imhallef A Lofaro :

Ezatt.


Ix-Xhud :

Li minn barra l-istituzzjonijiet ihabbtu fuq il-bibien u jipprotestaw biex l- affarijiet isiru b’ modi differenti minn kif..


Imhallef A Lofaro :

Hekk hu.


Ix-Xhud :

Jigifieri jiena nirrispetta lil min jaghmel hekk. Jien ghazilt triq ohra. Jien ghazilt it-triq go l-istituzzjonijiet. Kif ghedt ilni fil-politika…ilni fil-parlament issa ghal dawn is-snin kollha, xi 38 sena; le ma nahsibx, le; minn 1992 kemm tigi? 28. Imma f’ affarijiet ohra dejjem ghazilt li nahdem minn gewwa. Meta qed tahdem minn gewwa huwa iktar difficli; ghaliex? Ghax inti trid iccaqlaq l- affarijiet, trid tbiddel l-affarijiet, u jekk jista’ jkun trid li ma tintilifx u ma titlaqx ir-relevanza tieghek qabel tista’ tghin imqarr biex tbiddel xi haga. Fit- 2016 …


Imhallef A Lofaro :

Jigifieri jekk kont tmur kontra jkollok titlaq? Jew tastjeni?

Ix-Xhud :

Nahseb ma jbiddel xejn. Jiena nista’ nghidlek li l-fehmiet tieghi kienu espressi b’ mod qawwi hafna; gie li anke pubblikament, anke pubblikament. Anke ghal dak li qal dak li qed tirreferi inti.


Imhallef A Lofaro :

Iva.


Ix-Xhud :

Pubblikament urejt b’ gest qawwi hafna aktar milli minn taht l-ilsien x’ kont qed inhoss u x’ kont qed naghmel….


Imhallef A Lofaro :

Iva veru


Ix-Xhud :

..li minhiex naqbel mal-kurrent. Imma l-punt tieghi kien li per ezempju fit- 2016 flimkien ma’ l-Onorevoli Geoffrey Farrugia ahna hadna pozizzjoni ta’ x’ ghandu jsir il-kondizzjonijiet li ghamilna biex ma nivvotawx kontra dik il- mozzjoni.


Imhallef A Lofaro :

Kontra dik il- …?


Ix-Xhud :

Il-mozzjoni li kien hemm fil-parlament


Imhallef A Lofaro :

Sewwa.


Ix-Xhud :

U ghamilna sensiela ta’ affarijiet li dahlu fl-emendi. Jekk wiehed jara l-emendi li ressaqna ahna kienu l-kondizzjonijiet li ghamilna ahna biex nivvotaw man- naha tal-gvern. Dawk tajleb jew hazin ftit jew wisq ..


Imhallef A Lofaro :

Servew ghal xi haga.


Ix-Xhud :

..ftit jew wisq dawk servew. Issa kieku ma ghamilnihomx u ghamilna xi gest simboliku, issa tista’ tikritikani u jkollok kull dritt li tikritikani ..

Imhallef A Lofaro :

Le le jien minhiex qieghda hawnhekk biex nikritikak.


Ix-Xhud :

Le le; imma jigifieri inti tista’ tghidli – isma’ ma naqbilx mieghek; messek ghamiltu dak il-gest simboliku. Jien ippreferejt li flok gest simboliku konkretament nipprovaw inbiddlu imqarr millimetru mir-realta`; u nahseb li b’ dawk l-emendi ghina biex naghmluhom. Minn Jannar ‘l hawn komplejna nahdmu biex inkunu nistghu naghmlu dawk l -affarijiet.


Imhallef A Lofaro :

M’ ghandix dubju. Pero` jien ghalija vot ta’ sfiducja ma jfissirx vot simboliku; ifisser.


Ix-Xhud :

Imma jekk inti tkun wahdek taghmel vot ta’ sfiducja?


Imhallef A Lofaro :

Possibbli forsi li ma kienx jithajjar xi hadd iehor? Ghax allura mbaghad tigi li qed tghid illi qed tapprova dawn l-affarijiet li graw?


Ix-Xhud :

Le le le. Inti jew toqghod kwiet …


Imhallef A Lofaro :

Imma l-pubbliku qed ara vot ta’ fiducja unanima hekk jghid.


Ix-Xhud :

Ehe imma jghid li jrid, ok? Imma l-punt hu li jekk inti veru tieqaf hemm ikollhom ragun min jikritikak hekk. Jekk inti tkompli taghmel xi haga, ghallinqas ghamilt xi haga; m’ hemmx ghalfejn tilghaba ta’ eroj, m’ hemmx ghalfejn taghmilha larger than life. Imma jekk ghallinqas ghamilt xi haga ghallinqas ghamilt xi haga. U jien nippreferi, nippreferi li napprova naghmel xi haga. Inhobb nikkwota, ghandek it-triq ta’ SavonarRola li spicca mahruq, jew it-triq ta’ Galileo, u tkompli. Jiena nippreferi t-triq ta’ Galileo.


Imhallef A Lofaro :

U kien ghalhekk illi hadt dik id-decizjoni allura.


Ix-Xhud :

Iva.

Chairman Imhallef M Mallia :

U meta ta dik id-decizjoni mbaghad fl-isfond ta’ dak li gara wara ftit granet f’ dik il-famuza Cabinet meeting ta’ billejl tat-28 ta’ Novembru, imbaghad tara li dak inhar f’ dak il-lejl inqalbet id-dinja. Speci ..


Ix-Xhud :

Iva. U infethu ghajnejn li ma kienux infethu sa dak inhar; fosthom tieghi wkoll, ghal certi realtajiet. U ghalhekk ghamilt dak il-gest li ghamilt dak inhar.


Chairman Imhallef M Mallia :

Issa ha mmorru daqsxejn domanda ohra frosi iktar specifika. Ghal dawk li jirrigwarda lis-sinjura Caurana Galizia, il-gvern bhala gvern li kont parti minnu, x’ mizuri ha jew ma hax ghal dak li jirrigwarda s-sigurta` taghha meta harget il-Panama Papers jew inkella harget xi informazzjoni li setghet kienet xi theddida ghal xi Ministru jew inkella ghal gvern?


Ix-Xhud :

Jekk jien infurmat tajjeb, jekk jien infurmat tajjeb, jekk jien infurmat tajjeb kienu offrewlha sigura`, jekk jien infurmat tajjeb. Naf li f’ xi mument, ma nafx jekk hux hekk jew qabel, kienu offrewlha s-sigurta`.


Chairman Imhallef M Mallia :

Meta qed tghidli ‘kienu’ ghal min qed tirreferi?


Ix-Xhud :

Le nahseb li ghal Ministru li kien responsabbli dak iz-zmien mill-Pulizija.


Chairman Imhallef M Mallia :

Imma jekk inti infurmat tajjeb dana tafu bhala membru tal-gvern jew inti personalment?


Ix-Xhud :

Le, nafu ghax anke gie li intqal dan id-diskors li kien offrut sigurta`.


Chairman Imhallef M Mallia :

Inti qatt kellimtha lis-sinjura?


Ix-Xhud :

Is-sinjura kienet studenta tieghi tal-gurnalizmu.


Chairman Imhallef M Mallia :

Kienet xiex?

Ix-Xhud :

Studenta tieghi tal-gurnalizmu fil-bidu


Chairman Imhallef M Mallia :

Fil-bidu.


Ix-Xhud :

Fil-bidu. Ma nahsibx li baqghet proud of her teacher ta jigifieri! Imma qed nghidha ghaliex jiena fl-ahhar 40 sena ta’ hajti, 30 sena minnhom gurnalist jew nghallem il-gurnalizmu, u zgur li l-qtil tas-sinjura Daphne Caruana Galizia hija xi haga attroci li assolutament nerga’ nghid trid tintefa’ l-verita` kollha fuqha, ghaliex f’ mija u tmenin sena, kwazi f’ mija u tmenin sena li bdiet diehla l-liberta` ta’ l-istampa f’ pajjizna, ghalkemm ghal bidu kienet liberta` limitata hafna; ahna kellna gurnalisti li gew eziljati, marru l-habs, wehlu multi, gew ikkundanni mill-knisja li ser imorru l-infern, imma ma kellniex wahda li giet maqtula! U allura dan huwa kaz gravissimu u jrid jintefa’ l-verita` kollha fuqu.


Imhallef J Said Pullicino :

Tant hu hekk illi inti f’ Novembru tas-sena l-ohra ghedt li hemm bzonn isir maghrufa dawn kollha li ghandhom responsabbilta` fil-qtil u dawk kollha li b’ xi mod imdahhla fl-assassinju. Mela inti ovvjament f’ dak iz-zmien kont ga konvint li mhux kulhadd kien misjub u arrestat u migjub quddiem il-Qorti. Dak iz-zmien kellna almenu tlieta li kienu ghamlu il-qtil materjali, tajjeb?, u suspetti serji fuq wiehed li mbaghad gie akkuzat bhala mandant. Illum inti tahseb li jinghalaq ic-cirku?


Ix-Xhud :

Jiena l-appell tieghi lill-Kummissarju tal-Pulizija s-Sur Angelo Gafa` hu li jaghmel analizi serjissima ta’ fejn waslu l-affarijiet; jindirizza fejn hemm gaps u jara kif jimlihom biex l-affarijiet li ma gewx indirizzati s’issa jigu indirizzati. Jiena nahseb …


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri jidher li ghad hemm affarijiet li jidher li m’ humiex indirizzati ghad.


Ix-Xhud :

Jiena nahseb, jiena nahseb li s-serjeta` hekk titlob. Li kull possibilta` li hemm li tigi segwita trid tigi segwita; trid tigi segwita b’ sahha.


Imhallef J Said Pullicino :

Pero` l-appell il-gvern ghamlu mal-Kummissarju ta’ qabel?

Ix-Xhud :

Iva; mal-Kummissarju ta’ qabel nahseb li sar jien ukoll. Nahseb li sar. Imma jien qed nghid illi issa hemm cans bis-serjeta` li tibda pagna gdida. Jissahhah it-team investigattiv biex kull avenue tigi esplorata.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghedtilna li jinghalqu l-gaps. X’ inhuma dawn il-gaps? Ghandek? Tista’ ittina xi informazzjoni?


Ix-Xhud :

No no; inkun pruzuntuz; ghax jiena anke x-xoghol tieghi ma jahodnix f’ dik l- area zgur bhal issa. Kieku jien gurnalist, kieku kont ghadni gurnalist nahseb li kieku nkun qed naghmilha. Imma li qed nghid jien huwa importanti hafna li jaghmel stocktake l-Kummissarju tal-Pulizija, jara l-affarijiet fejn imxew. Hemm affarijiet li jridu jigu nahseb jiena segwiti izjed. Mhux ser nghidlu jien x’ inhuma dawn l-affarijiet li jigu segwiti! Imma nahseb li ma tkunx.. nahseb li tkun idea tajba anzi li jsir hekk.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma jigifieri meta gew.. ghax kultant jew nghix f’ dinja ohra! Mela meta gew il-Panama Papers donnu hallejna kollox jimxi ghaliex hemm dawn ma nafux x’ inhuma ghadna. Meta gara l-assassinju x’ reazzjoni kien hemm fil- Kabinett?


Ix-Xhud :

Ixxokjati.


Imhallef J Said Pullicino :

Ixxokjati, u mbaghad?


Ix-Xhud :

Ixxokjati.


Imhallef J Said Pullicino :

Ma ghandix dubju, ixxukajt kien kulhadd. Imma mbaghad? Xejn?


Ix-Xhud :

Il-passi li kienu bdew jittiehdu jidhru li huma passi serji; ghaliex jien ghalija kien importanti hafna l-involviment ta’ forzi barranin. U din nghidha ghax ahna wahda minn l-ikbar .., u rridu naraw x’ ser naghmlu dwarha, wahda minn l-ikbar limitazzjonijiet li ghandu pajjizna, kont qed nitkellem ma’ xi hadd minn l-Ingilterra ftit jiem ilu; meta per ezempju jsir qtil barra, f’ Londra, u jinkwetaw li jista’ ikollok il-Pulizija jew minn qed jinvestiga mhux ser isegwi

l-avenues kollha ghax nafu li jezistu preferenzi u hbiberiji u networks, igibu lil xi hadd minn pajjiz iehor. Min pajjiz iehor mhux pajjiz iehor; minn Manchester, minn Bristol. Fi Sqallija, u dan l-ahhar li gara xi haga Piacenza jibaghtu lil xi hadd minn parti ohra ta’ l-Italia. Il-problema taghna minn go Malta stess minn fejn trid tibaghthom? Minn Ghawdex? Minn Kemmuna?! Allura li rridu naghmlu fil-fehma tieghi, u l-ewwel passi li ttiehdu wara l-qtil tas-sinjura Daphne Caruana Galizia kienu passi tajbin, li tinvolvi agenziji bhal il-Europole, bhal FBI ohrajn l-Olandizi, u nahseb li f’ dellitti ta’ din il-portata nahseb li naghmlu tajjeb li jkollna involviment barrani biex ikun hemm overtsight. U din mhix kwistjoni ta’ kolonjalizmu; ikun hawn minn jghid ahna m’ ahniex sovrana; m’ ghandux x’ jaqsam le. Meta inti nerga’ nghid qieghed f’ pajjiz daqshekk ckejken u fejn ghandna daqshekk relazzjonijiet ingestuzi tajjeb li jkollok external oversight.


Imhallef J Said Pullicino :

U ma dan naqblu; naqblu. Pero` mill-qtil sal-lum ghaddew.., minn tal-Panama Papers ghaddew erba’ snin, minn tal-qtil ghaddew sentejn – tlieta. Jigifieri apparti l-mod ta’ kif jigi indagat u investigat il-qtil li ahna mhux qed nidhlu fiha din, u niehdu … siewja kompetenti, l-affarijiet amministrattivi biex jigi kontrolloat dak illi ovvjament kien sfaxxat, x’ kienu d-decizjonijiet tal-gvern fuq dak li gara.. fejn naf?, f’ 17 Black, b’ mod kif jagixxu kumpaniji biex jinfluwenzaw id-decizjonijiet. Ghax dawn baqghu ghaddejjin; ix-xoghol baqa’ ghaddej. Baqa’ ghaddej ix-xoghol ta’ l-isptar; baqa’ ghaddej il-kuntratti tad- DB u x’ naf jien. I mean x’ decizjonijiet ittiehdu fil-Kabinett biex jghidu ahna ara mil-lum ‘il quddiem wara dan li sehh il-proceduri ser jigu irrangati b’ dan il-mod. Mhux nibqghu sal-lum ghandna sitwazzjoni fejn wiehed ma jafx x’ qed jigri! Jew inkella jghidlek ghax mhux jien iddecidejt imma iddecieda l- iehor; jew iddecieda…


Ix-Xhud :

Imma nahseb li biex inkunu gusti minn Jannar ‘l hawn ittiedu decizjonijiet biex jigu indirizzati


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux minn Jannar ‘l hawn; minn Jannar ‘l hawn jien nifhem illi minn Jannar ‘l hawn kulhadd jaqbel illi s-sitwazzjoni nawguraw li inbidlet u nawguraw li tkompli tinbidek; fthemna? Dika … voti u issa naraw. Imma mhux dan qed nghid jien


Ix-Xhud :

Iva, u wiehed ma ghandux ikun adjacenti jigifieri ..

Imhallef J Said Pullicino :

Mhux hekk? F’ dawk l-erba’ snin x’ gara imma? X’ gara? Xejn? Jigifieri dak li kien Prim Ministru dak iz-zmien kif seta’ ..; inti forsi taf, ghax din id- domanda dejjem tberren f’ rasi. Il-Prim Ministru ta’ qabel Dr Muscat kien jghid illi ghandu zrara fiz-zarbuna. Din iz-zrara fiz-zarbun inti taf x’ inhi?


Ix-Xhud :

U mhux ahjar li tistaqsi lilu Sur Imhallef?


Imhallef J Said Pullicino :

Kif?


Ix-Xhud :

U mhux ahjar li tistaqsi lilu Sur Imhallef?


Imhallef A Lofaro :

Insaqu lilu.


Imhallef J Said Pullicino :

Le le, insaqsuh; imma jiena ghedt forsi titkellmu intom fil-Kabinett! fejn naf? Ghax jiena nerga’ nghidlek, ghalija l-Kabinett..


Ix-Xhud :

Jiena tkellimt fuq iz-zrar li kelli fiz-zarbun tieghi.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma jiddispjacini ta! Intom kollettetivament responsabbli; minthomx qeghdin wiehed wiehed jigifieri. Xeghlet il-bozza ergajna!


Ix-Xhud :

Le imma nahseb Sur Imhallef meta qed tistaqsini mistoqsija specifika hekk nahseb li hu jista’ iwegibha.


Imhallef J Said Pullicino :

Jekk ma tkellimtux ghidli ma tkellimtux imma hux hekk?


Dr Therese Comodini Cachia :

Just fuq l-ahhar hames minuti tax-xhieda Sur Imhallef. Jiena nifhem li l- Ministru kien qieghed jghid u naqbel mieghu illi kienet l-ghajnuna minn pajjizi ohra li setghet tghin u li tat hafna ghajnuna, u nifhem is-sens tad- diskussjoni li hu semma’ ma’ persuna min l-Ingilterra. Pero` allura dak iwassalni biex nistaqsi jew nipproponi lill-Bord biex jikkonsidraw jistaqsu. It-

talba allura sabiex il-gvern jibda joint investigation team taht l-hospices tal- Europole ghalfejn giet michuda?


Imhallef J Said Pullicino :

….dik nasheb li tezorbita minn l-inkjesta ta. Sakemm wiehed ..


Imhallef A Lofaro :

Sakemm ma iddiskutewhiex fil-Cabinet.


Imhallef J Said Pullicino :

Ghax imbaghad trid toqghod daqsxejn attent.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ma nafx f’ liema stadju giet diskussa jekk gietx diskussa mill-gvern


Imhallef A Lofaro :

Jekk giet diskussa mill-Cabinet jaf..


Imhallef J Said Pullicino :

Qabel Jannar iva, imma..


Dr Therese Comodini Cachia :

Ma nafx; ghalhekk..


Imhallef J Said Pullicino :

Altrimenti nidhlu ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Ma nafx; jiena f’ idejn il-Bord. Tara l-Bord.


Imhallef A Lofaro :

Imma giet diskussa fil-Cabinet? Nahseb li relevanti din.


Ix-Xhud :

Ma gietx diskussa.


Imhallef A Lofaro :

Ma gietx diskussa.


Dr Therese Comodini Cachia :

Imbaghad mistoqsija ohra fuq dak li qal ‘l ghaliex lilna tghinna bhala Bord naghmlu dik id-domanda lil min qalhom dawn il-kliem, il-Ministru qal illi Daphne Caruana Galizia giet offriet protezjoni ta’ sigurta`. S’ issa l-provi

jidhru illi ma kienx hemm almenu min-naha tal-Pulizija hlief il-patrols li kienu jghaddu ta’ spiss mit-triq mill-main road ..


Imhallef A Lofaro :

U li s-Sur Rizzo li minn jeddu qabad u bghatilha minghajr ma staqsiha.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ezatt. U allura meta l-Ministru jghid li din semaghha minn x’ imkien, forsi jista’ jindikalna fejn semaghha; jekk hijiex narrattiva politika li sema’ jew jekk semaghhiex min l-aspett tal-Pulizija jew minn awtoritajiet li setghu jaghtu din il-protezzjoni. Halli ahna nkunu nistghu nistaqsu lil min hu koncernat.


Ix-Xhud :

Le le, jiena smajtha b’ mod generali u ..


Imhallef A Lofaro :

Fil-media jigifieri?


Ix-Xhud :

Fil-media


Imhallef A Lofaro :

Fil-media.


Ix-Xhud :

U jekk minhiex sejjer zball kien hemm mument fejn dan gie offrut u s-sinjura Daphne Caruana Galizia kienet qalet li hi stess thoss li prezenza bhal dik tista’ isservi biex jilqulha l-passi taghha u joqghodu jaraw fejn tmur biex ikunu jafu anke s-sorsi taghha, u safejn naf jien irrifjutatha. Imma I stand to be corrected bhala ….


Imhallef A Lofaro :

Imma s-Sur Rizzo qalilna li minkejja li kienet tirrifjuta hu kien jibghatilha xorta.


Dr Therese Comodini Cachia :

Imbaghad fuq l-istess linja ma nafx .., jiena smajt l-intervista li l-Ministru ghamel fuq Conflict Zone. Wahda mid-domanda…wahda minn l-istqarrijiet illi ghamel hu tkellem fuq il-qattiela li qed jigu protetti. U naseb li dik tolqot ezatt il-mertu ta’ dan il-Bord.


Imhallef A Lofaro :

Ehe

Dr Therese Comodini Cachia :

U allura jekk inti tkellimt fuq il-qattiela li qed jigu protetti tista’ tghidilna ghal min jew x’ kien is-suggett li kellek f’ mohhok?


Imhallef J Said Pullicino :

Id-data ta’ dik l-intervista?


Imhallef A Lofaro :

Din is-sena kienet.


Dr Therese Comodini Cachia :

Din is-sena, pero` l-Ministru zgur li jiftakarha; kienet din is-sena ..


Imhallef A Lofaro :

Din is-sena kienet.


Ix-Xhud :

Ghidli jekk niftakarhiex!


Dr Therese Comodini Cachia :

U jigifieri jekk jafx, ghax hu rreferra ghal qattiela, allura jekk jafx x’ inhuma dawn il-qattiela, minn xiex inhuma maghmula, u jghid ukoll li qeghdin jigu protetti; allura minn qieghed jipprotegihom. Jispjega l-istqarrija li ghamel hu f’ dik l-intervista.


Ix-Xhud :

Le le; Jiena nerga’ nirrepeti dak li ghedt anke dak inhar u anke dak li ghedt illum u nerga’ inkompli nirrepeti li fil-fehma tieghi trid tissahhah l- investigazzjoni dwar dak li gara biex inkunu certi li gew segwiti l-avenues kollha u hadd ma jigi protett. F’ dak l-ispirtu..


Imhallef A Lofaro :

Jigifieri mhux ghax tahseb li kien hemm xi hadd ..


Ix-Xhud :

Le le; kieku jiena ghandi dik l-informazzjoni ibqghu zguri li nghaddiha ..


Imhallef A Lofaro :

Le mhux informazzjoni; suspett fondat


Ix-Xhud :

..li nghadiha lil min ghandi nghaddiha

Imhallef A Lofaro :

Forsi ghandek suspett fondat li hemm xi hadd iehor involut.


Ix-Xhud :

Le le. Jiena qed nghid u nkun irresponsabbilta` jekk ma nitkellimx b’ dan il- mod, jiena qed nghid – ejja nizguraw li l-avenues kollha jigu segwiti kollha totalment biex ma jkun hemm protezzjoni ghal hadd.


Imhallef A Lofaro :

Ghax inti qed f’ dik l-intervista ghedt ukoll this is not the end of the story. X’ ridt tghid biha? Din certezza; it was a statement – This is not the end of the story.


Ix-Xhud :

Ghax nemmen li l-affarijiet ser ikomplu ..


Imhallef J Said Pullicino :

Id-domanda jekk hix percezzjoni jew hix percezzjoni ibbazata fuq fatt. Jekk hi percezzjoni bhal kulhadd ghadnek id-dritt tghid . .


Imhallef A Lofaro :

Me deherlix, it was a statement ta.


Imhallef J Said Pullicino :

Tinsiex li inti Ministru ta’ l-amministrazzjoni.


Imhallef A Lofaro :

It was a statement.


Imhallef J Said Pullicino :

Jekk hi percezzjoni mod, jekk hi percezzjoni mibnija fuq fatt dak il-fatt jinteressana.


Ix-Xhud :

Din kienet.. jiena, le; jien ghalija kienet assertion fuq sitwazzjoni u storja komplessa li zgur kienet ser tkompli tizviluppa, u ser tkompli tizviluppa, u kompliet tizviluppa minn meta tkellimt ‘l hawn.


Imhallef J Said Pullicino :

Pero` s’ hemmhekk taf inti.


Ix-Xhud :

Kieku naf izjed minn hekk, u kieku naf persuni ibqa’ zgur li mhux ser ….

Imhallef A Lofaro :

Imma nafu fatti mod, u suspetti fondati huma xi haga ohra; ma humiex percezzjoni.


Ix-Xhud :

Ma kontx qed nikellem fuq suspetti fondati. Jien qed nghid ghandna realta` ..


Imhallef A Lofaro :

Percezzjonijiet allura? Percezzjonijiet.


Ix-Xhud :

Ma nafx insejhulhiex percezzjoni. Ghandna realta` kumplikata hafna u kumplessa hafna; ejja nizguraw li infittxuha kollha u li nitfghu d-dawl kollha fuqha.


Imhallef J Said Pullicino :

Inti fil-.. hemm .. ukoll, identifikajt lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri bhala tnejn li ghandhom jitilqu, b’ isimhom; min-naha ta’ l-amministrazzjoni. U fil-fatt dawna kwazi telqu, mhux kollha. Min-naha tan-network tan-negozju inti qatt ma semmejt lil hadd. Tista’ ittina indikazzjoni dan in-network jew in- nies tan-negozju li kienu jduru ma’ dawn il-progetti kbar min kienu u min seta’ influwenza almenu? Jekk ghandek xi hjiel fiha? Ghax inkella.., all right, tista’ tghidli jiena qatt ma kont involut fihom dawn, u naqbel. Imma meta jigri progett, fejn naf?, giet ta’ l-isptarijiet quddiem il-Kabinett ..


Ix-Xhud :

Jien nahseb wiehed mhux jaghmel organigramma tal-kuntratti u tal-persuni involuti u tal-kumpaniji involuti? Dik hija l-evidenza emberika. Mhux x’ nahseb jien!


Imhallef J Said Pullicino :

Le; jiena qed nghid meta ikkonkludejtu din ta’ l-isptarijiet, issa dan, fuq dan qeghdin; dana gie diskuss fil-Kabinett?


Ix-Xhud :

Le.


Imhallef J Said Pullicino :

Ma giex diskuss?


Ix-Xhud :

L-informazzjoni, l-informazzjoni.., ghedtha fil-parlament ma nafx jekk hux il- gimgha li ghaddiet jew il-gimgha ta’ qabel..

Imhallef J Said Pullicino :


Ix-Xhud :

Le le, ghedtha fil-parlament il-gimgha li ghaddiet jew il-gimgha ta’ qabel meta gejt mistoqsi minn l-Onorevoli Kap ta’ l-Oppizzjoni. L-informazzjoni li harget mir-rapport ta’ l-NAO dik kienet l-ewwel darba li jien sirt naf b’ dawk il-fatti


Imhallef J Said Pullicino :

Imma dan x’ Kabinett hu allura dan?! Jekk il-Kabinett ma jiddecedix hu l- izvilupp ta’ l-ekonomija fl-aqwa setturi tieghu, is-Sahha, l-Energija. I mean x’ tigu iffaccati intom kontu ..?


Ix-Xhud :

Ma jigux diskussi dawk l-affarijiet f’ dak il-livell ta’ dettal.


Imhallef J Said Pullicino :

Le mhux il-livell qed nghid jien. Imma jekk jigu, nerga’ nghid, ta’ l-isptarijiet, tajjeb?, jigi ….mal-Vitals, u semmew tlieta – erbgha min-nies barranin, Maltin, involuti; ma jghidulkomx min huma dawn? Ma tkunux tafu xejn intom?


Ix-Xhud :

Mhux fil-Kabinett.


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux fil-Kabinett?


Ix-Xhud :

Mhux fil-Kabinett.


Imhallef J Said Pullicino :

Mela x’ taghmlu intom? Rubber stamping biss – iva ghaddi? Ghax ma nistax nifhem jien.


Ix-Xhud :

Qed tistaqsini mistoqsija specifika fuq kuntratt specifiku. Qed nghidlek li fil- Kabinett dawk id-dettalji ma inghatawx.


Imhallef J Said Pullicino :

L-Electrogas l-istess?

Ix-Xhud :

L-istess.


Imhallef J Said Pullicino :

L-istess Electrogas. Hemm xi progett kbir minn dawn li reghdu lid-dinja li b’ xi mod intom kontu tafu bih qabel?


Ix-Xhud :

Ma naf bl-ebda progett li reghed id-dinja. Liema wiehed?


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri sewwa qed tghid inti li kien hemm zewg gvernijiet. Ghax jiena ma nafx, jiena..


Imhallef A Lofaro :

Hekk tigi bilfors


Imhallef J Said Pullicino :

…l-amministrazzjoni ta’ l-iskejjel nifhimha u importanti hafna, imma mbaghad nifhem ukoll li f’ affarijiet taghna fi infrastruttura bhal dawn – dawn huma importanti wkoll hu! Li l-Kabinett jiddeciedi hu. Ahna minghalina illi l-gvern jiddeciedi hu dawn l-affarijiet; mhux f’ xi kuridur, f’ xi negozjant u xi Ministru! Ma nafx; jekk hija hekk ghidilna li hekk is-sitwazzjoni. Ha nkunu nafu fejn qeghdin.


Imhallef A Lofaro :

Jew donnu kien hemm xi Cabinet iehor allura? Donnu kien hemm xi Cabinet iehor allura?


Ix-Xhud :

Kont car hafna fil-kummenti tieghi.


Imhallef J Said Pullicino :

L-imhallef qed tghidlek il-kitchen cabinet…


Chairman Imhallef M Mallia :

Il-kitchen cabinet .


Imhallef A Lofaro :

Ezatt. Kien hemm xi iehor?

Ix-Xhud :

Jien semmejt centri differenti ta’ poteri u ghamilt referenza ghalihom hemmhekk. Jekk kienux fil-kcina jew le ma nafx. Imma, imma bilfors li kien hemm dawk ic-centri ta’ poter.


Imhallef A Lofaro :

Li kien veru li qed imexxu huma allura u mhux il-Cabinet proprju. Hekk tigi, le? Jekk joghgbok, taqbel ma’ din jew ma din l-istatement?


Ix-Xhud :

Mhux kollox. U nahseb ..


Imhallef A Lofaro :

Pero` kien hemm certu affarijiet illi ma kienux qeghdin jigu decizi mill- Cabnit.


Ix-Xhud :

Fil-Kabinett gew diskussi u decizi hafna affarijiet li ghamlu l-gid lill-pajjiz ..


Imhallef A Lofaro :

M’ ghandix dubju, m’ ghandix dubju


Ix-Xhud :

…fl-oqsma ta’ l-Edukazzjoni, fl-oqsma tas-Sahha, fis-Servizz Socjali tal- libertajiet civili ..


Imhallef A Lofaro :

M’ ghandix dubju; saru hafna affarijiet tajbin.


Ix-Xhud :

Imma dawn l-affarijiet..imma dawn l-affarijiet ma gewx diskussi.


Imhallef A Lofaro :

Mela gew diskussi x’ imkien iehor; u gew decizi minn wara dahar il-Cabinet allura. Hekk tigi.


Imhallef J Said Pullicino :

Nistghu nghidu ukoll li l-affarijiet li fuqhom graw dawn l-allegazzjonijiet dawna qatt ma gew diskussi; s’ hemmhekk nistghu nghidu, hux hekk? Dawn l- affarijiet li fuqhom hargu ..


Imhallef A Lofaro :

Fil-Cabinet ufficjali le.

Ix-Xhud :

L-istejjer specifii li semmejna hawnhekk iva. Dawk li semmejna, tal-Vitals…


Dr Therese Comodini Cachia :

Jekk nista’ fuq dan il-punt, il-Ministru semma centri ta’ poter. Fl-intervista fuq Conflict Zone jghid in a small society personal networks.. personal relations are stronger then institutional ones…


Imhallef A Lofaro :

Iva.


Dr Therese Comodini Cachia :

The rule of family or rule of..


Imhallef A Lofaro :

Hekk hu hu; fil-fatt hekk qed jirrizultalna.


Dr Therese Comodini Cachia :

….the rule of law; u jghid ukoll – there is no boundary between the first and the second group personal versus institutional. Issa meta inti qed tindika illi allura kien hemm shadow government u jidhirli li shadow government uzajtha inti bhala terminologija f’ din l-inervista; u min-naha l-ohra qed tindikalna l- figura ta’ Keith Schembri, ahna ghandna nifhmu minn dak li qed tghid illi x- shadow government kien immexxi minn Keith Schembri?


Ix-Xhud :

Jiena meta kont mistoqsi anke ghadu kemm staqsieni l-Imhallef Mallia ..


Imhallef A Lofaro :

Semmejtu lil Keith Schembri inti.


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef A Lofaro :

Mela qed jaqbel mieghek Dr Comodini Cachia.


Imhallef J Said Pullicino :

Tibqa’ d-domanda mbaghad una volta wiehed jirrealizza l-qawwa li kellu din il-persuna, tajba jew hazina, allegata, ma nafux jekk hux dik biss, ghaliex ma ittehdux passi biex is-sitwazzjoni tigi retifikata. Ghax dada mhux…, mill-bidu nett. Almenu minn Panama Papers hux.

Ix-Xhud :

Naqblu.


Imhallef A Lofaro :

Inti biss kont qieghed tirrimarka internament fuq dan Keith Schembri u Konrad Mizzi jew kien hemm ohrajn?


Ix-Xhud :

Le le; kien hemm ohrajn; kien hemm ohrajn


Imhallef A Lofaro :

Kien hemm ohrajn?


Ix-Xhud :

Kien hemm ohrajn. Kulhadd bl-istil tieghu


Imhallef A Lofaro :

Imma kien hemm ohrajn.


Ix-Xhud :

Kien hemm ohrajn


Imhallef A Lofaro :

Kien hemm.


Ix-Xhud :

Kien hemm.


Imhallef A Lofaro :

Ma kontx wahdek almenu!


Ix-Xhud :

Le ma kontx wahdi.


Imhallef A Lofaro :

Pero` ma serva ghal xejn, hux veru?


Ix-Xhud :

Le ma naqbilx mieghek li ma serva ghal xejn.


Imhallef A Lofaro :

Imma serva meta qabet is-socjeta` civili.

Ix-Xhud :

Mhux biss. Saret hafna pressjoni minn gewwa ukoll. Minn barra serviet, u minn gewwa .


Imhallef A Lofaro :

Imma taf li tat ir-rizultat?


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef A Lofaro :

Ghax ir-rizultati ahna rajnihom Novembru – Dicembru.


Ix-Xhud :

Iva waslu ghal rizultat; kieku ma kienx ikun bidla fl-amministrazzjoni li kien hemm.


Imhallef A Lofaro :

Allura ma nafux bihom.


Ix-Xhud :

Il-bidla li kien hemm fl-amministrazzjoni rizultat ta’ pressjoni minn barra, ghedtha u rrikonnoxxejt ir-rwol tas-socjeta` civili,..


Imhallef A Lofaro :

Iva


Ix-Xhud :

… u pressjoni minn gewwa. U sar ..


Imhallef A Lofaro :

Li kkulminaw f’ Novembru hux hekk? 2019. Il-kulminu kien hemm. Ok, grazzi.


Imhallef J Said Pullicino :

U ghalhekk forsi hemm bzonn li nisimghu, ghax inkella t-tajeb jehel mal- hazin; ifhimni ftit. Ma titsax inti tghid li l-Kabinett kollha barra s-Sur Bartolo; allura ..


Ix-Xhud :

Le le le le..

Imhallef A Lofaro :

Le qal illi kien hemm nies ohrajn..


Ix-Xhud :

U lanqas irrid naghti dik l-impressjoni.


Imhallef J Said Pullicino :

Allura bilfors irridu nisimghu l-kumplament


Ix-Xhud :

Ghandi hafna nuqqasijiet ..


Imhallef A Lofaro :

Irridu nisimghuhom kollha, m’ hemmx x’ taghmel. Ghax lanqas hu fair fuq Dr Bartolo li jigi hu biss hux hekk!?


Imhallef J Said Pullicino :

Anke tal-Montenegro allura. Il-Montenegro xejn hu? Xejn. Kompletament giet…


Ix-Xhud :

Meta bdew johorgu l-affarijiet. Meta hargu dawn l-affarijiet tal-..


Imhallef J Said Pullicino :

X’ differenza bejn korruzzjoni dawn l-ahhar snin u l-korruzzjoni li kien hemm qabel, kienet serja wkoll ta jigifieri!,..


Ix-Xhud :

Iva iva, u whud minnhom minn dak l-istejjer investigajthom jien; inkluz tal- power station.


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux hekk? Hekk hu. Imma d-differenza qieghda hawn; illi hawnhekk lanqas il-progett innifsu ma jkun gie diskuss; mhux per ezempju dahqu bikom! Semplicement.. qed tifhem? , lanqas kwazi nafu bih. U din haga serja hafna; serja hafna, ghal trasparenza, ghal kontabilita` ministerjali, ghal kollox hu haga serja. Jiena xi haga bhal din nahseb kont nimmagina nippretendi li wara l-ewwel – it-tieni incident ..


Ix-Xhud :

..biex ma naghtix impressjoni hazina u ma nizgwidakomx. Jigifieri progett fuq linja generali jkun gie diskuss; imma imbaghad mhux f’ dawk id-dettalji

Imhallef A Lofaro :

Mhux dik li tghid inti. Mhux mill-klawsola illi hadd ma kien jaf bihom..


Ix-Xhud :

..jirrizultaw .. ta’ l-awditur nazzjonali.


Imhallef A Lofaro :

Ezatt.


Ix-Xhud :

Biex inkun fair.


Imhallef J Said Pullicino :

Ghal li jista’ jkun, ghax wasalna fl-ahhar ta. Ghal li jista’ jkun il-parir li ta l- Avukat Generali u kif ghandhom jagixxu l-Pulizija fil-kaz ta’ Panama Papers gew quddiem il-Kabinett?


Imhallef A Lofaro :

Ghax hu tahom parir – issa oqghodu attenti, tmorrux tiedhu s-servers, files, ta’ Nexia BT..


Ix-Xhud :

Ma jidhirlix li gie. Ma jidhirlix li gie


Imhallef J Said Pullicino :

Ma ghandekx amment.


Ix-Xhud :

Ma jidhirlix li gie. Kieku inkun cert nghid li gie.


Imhallef A Lofaro :

Ma jidhirlekx.


Ix-Xhud :

Li hu zgur li jiena ma naqbilx mieghu.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ma nafx tistax tirrispondini; ha mmorru daqsxejn fil-bidu nett. Ftit wara l- elezzjoni tat-2013 kienet qamet il-kontroversja dwar il-payout tal-Café Premier; dika kienet giet diskussa fil-Kabinett?


Ix-Xhud :

Iva. Ara dik giet diskussa.

Chairman Imhallef M Mallia :

Giet; kienet giet diskussa.


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef A Lofaro :

U xi permess li inghata lil Gaffarena l-Belt


Ix-Xhud :

Iva, dik giet diskussa.


Chairman Imhallef M Mallia :

Il-permess ta’ Gaffarena, tal-Belt.


Imhallef A Lofaro :

Tal-Belt, gie diskuss?


Chairman Imhallef M Mallia :

Il-palazz tal-Belt; dak l-arrangament.


Ix-Xhud :

Ma nafx jekk hux fl-istess dettal tal-Café Premier.


Imhallef A Lofaro :

U ghaddhiet hekk tal-Café Premier qisu ma gara xejn?


Ix-Xhud :

Le.


Imhallef A Lofaro :

Le.


Ix-Xhud :

Le nahseb jiena l-ezzjonijiet li hargu minn dak il-kaz jekk niftakar tajjeb jien servew daqsxejn ghal certi kazi ohra.


Imhallef A Lofaro :

Daqsxejn.


Ix-Xhud :

Nghid ‘daqsxejn’ ghax sfortunatament u semmejtuha intom stess, ghandna kellna kazijiet hekk koroh fis-snin li ghaddew ukoll ..

Imhallef A Lofaro :

Iva kellna, u zgur li kellna!


Ix-Xhud :

…mhux biex niggustifikaw jew ..


Imhallef A Lofaro :

U ser jibqa’ ikollna.


Ix-Xhud :

…liema kitla hija l-iktar sewda jekk hix l-istanjata jew il-kitla


Imhallef A Lofaro :

Mhux hekk! The pot ..


Ix-Xhud :

Nahseb li bis-serjeta` irridu.. jekk inhobbu lil pajjizna irridu naghmlu sforz biex kemm jista’ ikun innaqqsu minn dawn l-affarijiet.


Imhallef A Lofaro :

Ghax teliminhom ma tistax; imma almenu trid tittiehed azzjoni ghax inkella ser jikbru dawn!


Ix-Xhud :

Jiena ghandi tama li nistghu naqilbu l-affarijiet ghall-ahjar; li nkomplu nahdmu biex indahhlu l-istituzzjonijiet mehtiega. Imma rridu naghmlu sforz kbir; u nerga’ nghid minghajr ma inkun melodrammatiku, li naghmlu daqsxejn ezami nazzjonali tal-kuxjenza fuq kif wasalna s’ hawn u x’ ser naghmlu biex nohorgu minn din is-sitwazzjoni nahseb li hija responsabbilta` taghna lkoll; kulhadd f’ livelli differenti; mhux qed nghid li kulhadd ..


Imhallef A Lofaro :

Per ezempju l-ghalliema ghandhom rwol x’ jaghtu fiha din.


Ix-Xhud :

Ukoll ukoll.


Imhallef A Lofaro :

Li forsi ghandna nghallmu lit-tfal ta’ l-iskola; ma nafx

Chairman Imhallef M Mallia :

Inti taf x’ inhi s-soluzzjoni ghax ghedtha; hawn, 17th December ’19; Ic- cittadini lesti jieqfu jittalbu ghal pjaciri preferenzi u jieqfu jsarrfu l-voti taghhom fl-irkant tal-pjaciri?


Imhallef A Lofaro :

Mhux hekk? Ghandu ragun.


Chairman Imhallef M Mallia :

Hemm hija l-qofol ta’ kollox.


Imhallef A Lofaro :

Imma Sur Imhallef, dik hija parti minn kultura shiha. Jigifieri r-realta` ..


Imhallef A Lofaro :

Il-mentalita` tan-nies; il-mentalita`


Ix-Xhud :

Jigifieri jien nahseb illi ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Il-mentalita` ta’ pajjizna trid tinbidel.


Ix-Xhud :

Nahseb li jrid ikollna wkoll il-kuragg li mmorru ghal finanzjament pubblici tal-partiti. Jekk irridu l-partiti ma jibqghux ghodda f’ idejn min .


Imhallef A Lofaro :

In-negozjanti.


Ix-Xhud :

…min jisqihom u min jaghlifhom; id-demokrizja tiswa l-flus. Id-demokrizja tiswa l-flus. Imma ahjar il-flus nohorguhom mit-tax payers milli l-affarijiet minn wara.


Imhallef A Lofaro :

Jista’ ikun li ghandu punt validu hafna hawnhekk.


Ix-Xhud :

U dik tkun wahda minn l-affarijiet; ghax hemm affarijiet ohra li jridu jittiehdu.


Imhallef A Lofaro :

U hekk ma jkunux dipendenti minn dawn in-negozjani hux?

Imhallef J Said Pullicino :

Pero` l-perspettiva tieghek illi kien hemm tuffieha, tnejn, tlieta, erbgha li huma hziena imnawrin, dawk nawru xi ftit lil ta’ madwarhom u ta’ tahthom, pero` il- kumplament.. din nahseb il-perspettiva tieghek.


Ix-Xhud :

Hekk hi.


Imhallef J Said Pullicino :

Hux hekk?


Ix-Xhud :

Ehe.


Imhallef J Said Pullicino :

Din il-perspettiva tieghek.


Ix-Xhud :

Mhux is-sigra kollha mhassra le.


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux is-sigra kollha.


Imhallef A Lofaro :

M’ ghandix dubju li le! Ma ghandix dubju.


Imhallef J Said Pullicino :

Mhix is-sigra kollha mhassra.


Ix-Xhud :

U hawn hafna nies onesti fil-pajjiz ta’ kull fehma politika ..


Imhallef A Lofaro :

Veru.


Imhallef J Said Pullicino :

U dak jirrizultalna.


Ix-Xhud :

..u li jaghmlu hafna xoghol kwiet; u li kieku nhalluhom jahdmu …(hawnhekk waqaf ir-recording u mbaghad kompla wara ftit …)

Kellna Ministri qabel li fethu kontijiet f’ Tax Havens ukoll..

Imhallef J Said Pullicino :

Kellna u..


Ix-Xhud :

U nghidha mhux biex niggustifika; imma biex inzommu perspettiva storika wkoll


Imhallef J Said Pullicino :

Le le, ha niftehmu sewwa. Kellna min kellu …; Kellna wkoll min ha arloggi, kellna; pero` dan differenti. Dan qed nitkellmu li l-gvern qed jippjana l- ekonomija tal-pajjiz jghid ha naghmel din. Mela jiena u s-sinjur qbilna, ahna ghamilniha din, u naghmlu hekk hekk u hekk u tajba jew hazina ma nafux, issa inti tiehu hekk, jien niehu hekk, u l-kumplament ma jafux. Din id-differenza; differenza kbira, tajjeb? Fejn inti qed titkellem, mhux biss influwenza issa! ghax influwenza qed nghidlek tirradikaha ftit imma mhux kompletament. Imma din inti li n-negozjant jidhol fin-negozju mal-parlamentari u anke mal- Ministri dik hija serja hux!, jew mas-CEO, dik serja. Dik livell differenti. U fuq dan ahna s’ issa kif taf inti u kif taf Malta kollha s’ issa l-provi huma fimeri, fthemna? Hemm provi ta’, imma circumstantial nghidulhom ahna. Provi veri; u dawn il-provi veri jistghu johorgu biss mill-Kabinett. Jekk xi hadd ma jigix jghidilna ma nkunx nafu; hemm in-nies involuti ovvjament mhux ser jghidulek.


Ix-Xhud :

Jiena qed nifhem li kont l-ewwel Ministru li gejt hawn inwiegeb?


Dr Therese Comodini Cachia :

Iva l-ewwel wiehed …


Ix-Xhud :

Qed nifhem li kont l-ewwel Ministru li gejt hawn inwiegeb?


Imhallef J Said Pullicino :

L-ewwel wiehed u apposta gibniek..


Imhallef A Lofaro :

Imma mintix l-ahhar ta lanqas!


Ix-Xhud :

Le le, qed nistaqsi biss.


Imhallef J Said Pullicino :

L-ewwel wiehed u apposta gibniek.

Ix-Xhud :

Apposta.


Imhallef J Said Pullicino :

Qed nghidlek ‘apposta’ ghax kif ghedt l-ewwel, almenu ahna dehrilna illi inti….


Imhallef A Lofaro :

Inti tkellimt hux; tkellimt.


Imhallef J Said Pullicino :

…fuq certi affarijiet kont outspoken; u nahseb illi jimmerita wkoll li inti jkollok id-dritt u l-okkazjoni illi tesprimi l-opinjoni tieghek u tiggustifka ruhek. Jjigifieri dika.., pero` mhux ser tkun l-uniku wiehed. Ghaliex jiena jidhirli li kulhadd ghandu jigi hawn la wasalna f’ dan l-istadju la ma ghandniex il-mod kif inkunu nafu mod iehor!


Imhallef A Lofaro :

Hekk hu.


Imhallef J Said Pullicino :

Kieku ghandi minuta tal-Kabinett, nghidlek ghandna dawn u m’ hemmx bzonn intella’ ministri. Ghax f’ certu sens hija degrading ta; mhiux xi haga sabieha. Trid tiella’ ministru biex joqghod jixhed fuq .. ghal xejn, tajjeb? Pero` jekk hemm bzonn naghmluha; m’ hemmx x’ taghmel.


Imhallef A Lofaro :

Mhux pjacir taghna, dover.


Ix-Xhud :

Hekk hu.


Imhallef J Said Pullicino :

Jekk hemm xi haga ohra Dottoressa. Ix-xhud qalilna li hu l-ewwel Ministru u mhux ser ikn l-ahhar iwehed. Jigifieri don’t be …about the bush fuq affarijiet li ma jafx hu. Fejn qalilna ma jafx – ma jafx.


Imhallef A Lofaro :

Fuq l-affarijiet li jaf hu.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jiena, l-Ministru semma kemm-il darba anke waqt ix-xhieda tieghu din ir- relazzjoni bejn il-politici u n-nies fil-business; allura nixtieq niffoka ftit fuq

dak li ra hu jew dak li dejjaq lilu fil-konfront ta’ – ir-relazzjoni tal-gvern u l- business, pero` kif jirrelata ghal din ix-xibka ta’ kriminalita` illi wkoll dan il- Bord qieghed jinvestiga. Jigifieri ma nixtieqx, mhux qed immur fuq xi witch- hunt biex inkun naf ismijiet. Imma nahseb illi tinteressana anke biex ahna inqeghdu l-inkjesta f’ dak id-dawl biex naraw l-impunita` l-element ta’ impunita`, jekk hu hass illi r-relazzjoni bejn il-gvern u l-businessmen gabitx maghha sens ta’ impunita` u jekk dik kienx qed jirreferi meta irrefera bhala protezzjoni ta’ dawn in-nies, u hu kif raha din. Minn fejn gab dan is-sens u kif raha u x’ fissret ghalih.


Imhallef J Said Pullicino :

F’ certu sens ga rrisponda d-domanda meta qal li kien hemm inner Cabinet u dawk allura ovvjament ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Ezattament ..


Imhallef J Said Pullicino :

Allura jekk trid telabora fuq daqshekk jew xi domanda specifika aghmilha, jigifieri ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Le ghax per ezempju l-kaz tal-bank Pilatus.


Imhallef J Said Pullicino :

Ehe.


Dr Therese Comodini Cachia :

Il-kaz tal-bank Pilatus, ahna verament nitkellmu fuq il-kaz ta’ Panama Papers li kien jinvolvi jinkludi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi, u dak zviluppa mbaghad bil-kwistjoni ta’ sirna nafu 17 Black x’ inhi. U hemmhekk kien hemm zviluppi maghhom. Imma kien hemm l-izvilupp tal-Pilatus Bank,


Imhallef A Lofaro :

Ehe.


Dr Therese Comodini Cachia :

Il-Pilatus Bank gie diskuss bejnietkom fil-Kabinett? Il-gvern ghamel xi agir fuqu? Kien hemm kwistjonijiet ohra. Il-kwistjoni ta’ l-Electrogas, din kienet decizjoni illi intom iddecidejtu dwarha fil-Kabinett? L-allegazzjonijiet li jsiru hemm barra li tista’ tkun retorika politika li ma nixtieqx jew rather li nixtieq li tigi korretta hawn gew, illi certu kuntratti kienu maqbula minn qabel, dik, inti, illum tarha bhala parti minn sens ta’ impunita`?

Imhallef J Said Pullicino :

Jekk jafx jew le. Jekk jafx li kien hemm..


Imhallef A Lofaro :

Jekk jafx.


Dr Therese Comodini Cachia :

Iva iva.


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux kif jaraha; ghax kif jarha hija opnijoni.


Dr Therese Comodini Cachia :

Le. Jekk tafx; trid tghid inti dak li rajt inti.


Ix-Xhud :

Le jiena minn dak li rajt, minn dak li rajt jien ser nitkellem ghas-servizzi finazjarji ghax hija xi haga li nhoss hafna fuqha u tkellimt diversi drabi fil- parlament. Jiena jiddispjacini hafna li l-mod serju ta’ kif kien bena r-regolatur Dr Mario Felice tkisser. Dr Mario Felice kien bena tradizzjoni, esperjenza, prattici. Minn gie warajh protett minn Prim Ministru wiehed wara l-iehor, u qed nirreferu hawnhekk ghal Profs Joe Bannister, u ma niddejjaqx insemmih ghax semmejtu diversi drabi u ma nibzax insemmih…


Imhallef A Lofaro :

Ehe.


Ix-Xhud :

…ghax inhossu responsabbli ghal kif hassejna, hallejna s-sistema finanzjarja taghna tithassar; persuna li suppost jaghti l-ezempju qieghed regolatur jiftah kontijiet hu Solomon Islands u postijiet ohra, tista’ tghidli x’ serjeta` jista’ jibqaghlek? All right? U meta jiena iddiskutejt dawn l-affarijiet u qajjimthom ma hadtx il-prosit, la minn Dr Fenech Adami u lanqas minn Dr Lawrence Gonzi, u lanqas min Dr Joseph Muscat ghax gejt injorat meta tkellimt b’ dan il-mod. L-unika wiehed, u nerga’ nghidha u insellimlu minn hawn, li ha passi kien Dr Alfred Sant; u qal le, ma jibqax imexxi dak il-finanzi. U l-istess persuna ta’ dan! Anke tal-Pilatus u l-affarijiet l-ohra. Mela dik tibqa’ serja mbaghad?!


Dr Therese Comodini Cachia :

Mela bl-istess kliem tieghek x’ serjeta` jista’ jibqaghlek, allura ser iggaghalni ndur fuqek. X’ serjeta` jista’ jibqaghlek fir-rigward tar-risposti li inti tajt ghad-

domandi tas-Sinjura Mhallef li inti xorta ivvotajt favur Joseph Muscat u favur Konrad Mizzi?


Imhallef J Said Pullicino :

Imma dika irrispondiha ..


Ix-Xhud :

Jiggudikawni n-nies. Ma ghandix problema


Imhallef A Lofaro :

L-istess risposta ser jinghata.


Ix-Xhud :

U nirrispetta l-gudizzju li jaghtu. Pero` jiena bqajt hemm biex inbiddel l- affarijiet mhux biex noqghod kwiet. U hekk ghamilt u imbuttajt biex jinbidlu l-affarijiet.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ha nistaqsi domanda ohra; inti fl-intervista Conflict Zone inti tkellimt ukoll jew gejt mistoqsi biex titkellem dwar il-liberta` ta’ l-espressjoni f’ pajjizna u dwar il-protezzjoni tal-gurnalisti. U r-risposta tieghek kienet illi l-krititka tal- gurnalisti hija qawwija u allura din turi illi hemm gurnalizmu hieles. Kif allura tpaci ma’ din il-liberta` hielsa meta mbaghad kien hemm decizjonijiet f’ dan il-pajjiz illi ma jigux ippubblikati kuntratti publici u li sahansitra l-gurnalisti jaghmlu request for information u jigu michuda?


Ix-Xhud :

Jiena ma naqbilx li ma jinghatax l-informazzjoni. Jiena f’ kemm ilni fil- parlament hdimt, u nerga’ nghidha, mhux biex ninghata l-medalji; ghaliex dan kien dmiri; inkella ghal xiex inkunu fil-hajja pubblika? Hdimt biex tidholl l- ufficcju ta’ l-Ombudsman; hdimt biex jidhol il-whistleblower act. Hdimt biex tidhol il-freedom of information act, ma’ ohrajn, ma’ ohrajn. Ma rridx nilghaba tal-prima donna jew tal-bravu! Hdimt biex innehhu il-libell kriminali. Issa li hemm din il-proposta ta’ slab ejja naraw kif nistghu wkoll nindirizzawha. L-istrumenti qeghdin hemm; importanti li jithaddmu ..


Imhallef A Lofaro :

L jithaddmu sew.


Ix-Xhud :

..u jintuzaw sew.

Imhallef A Lofaro :

Li jithaddmu sew.


Imhallef J Said Pullicino :

Ifhimni,


Ix-Xhud :

Mhux ser nikkowndownja informazzjoni li ma tinghatax. Jiena nemmen li l- informazzjoni f’ demokrazija hija krucjali.


Imhallef J Said Pullicino :

Nahseb naqblu illi hemm id-dritt tac-cittadin ghall-informazzjoni u hemm l- obbligu ta’ l-istat li jinforma. Jigifieri dawn huma komplimentari. L-obbligu ta’ l-istat li jinforma jekk irid socjeta` partecipattiva jrid bilfors jinforma. U l- aghar haga li jista’ jigri u li tista’ toqtol il-gurnalizmu jekk isib hajt imkahhal fl-informazzjoni. Jigifieri din minn hemm tibda; u ghalhekk hafna drabi rridu

… daqsxejn iktar agressiv, ghax jekk inti ma ittighx informazzjoni jibdew is- suspetti. Meta jibdew is-suspetti jsiru l-allegazzjonijiet u nibdew nibnu. U dak li jgib ir-reazzjoni. Jigifieri anke f’dan ghandna r-responsabbilta`.


Ix-Xhud :

Nabel, naqbel. Pero` nahseb taf Sur Imhallef, ghallinqas fl-istejjer li investigajt..


Imhallef J Said Pullicino :

Ghax inti kont gurnalista, taf x’ jigifieri..


Ix-Xhud :

Imma fl-istejjer li investigajt jien ..


Imhallef J Said Pullicino :

…qed nipprova nghallem lis-surmast jien! Imma insomma


Ix-Xhud :

Imma fl-istejjer li anke investigajt jien mhux l-ewwel darba kumpanija jkun hemm klawsola li dik l-informazzjoni ma tistax tohrog ghax hija ta’ natura kummercjali ta’ natura sensittiva.


Imhallef J Said Pullicino :

Pero` stenna; imma dak veru pero` wieehd ghandu joqghod attent ..


Ix-Xhud :

Minhiex qed nuzaha biex niggustifika.

Imhallef J Said Pullicino :

Le le ..; pero` l-gvern ghandu joqghod attent hafna, u minn jinnegozja mal- gvern irid ikun ukoll aware illi l-gvern mhux cittadin privat, tajjeb? U kondizzjonijiet bhal dawk ghandhom jigu accettati f’ kazijiet eccezzjonali hafna.


Ix-Xhud :

Naqbel.


Ix-Xhud :

Ghax altrimenti m’ hemmx trasparenza u m’ hemmx kontabilita`.


Ix-Xhud :

Naqbel naqbel


Imhallef J Said Pullicino :

Pero` ggib rejazzjoni fil-gurnalizmu li jekk ikun gurnalizmu serju agressiv imbaghad ikollna l-problema hux; ikollna dak li gara Slovakia u dak hekk… I mean jigru dawn l-affarijiet minhabba f’ hekk.


Ix-Xhud :

Hekk hu ..


Imhallef J Said Pullicino :

Ghax wiehed ma jkunx mghalef bl-informazzjoni .., fuq suspetti, u mbaghad fl-ahhar isib li s-suspetti jkunu gustifikati. Ghaliex bhala fatt, jirrizultalna anke hawn, illi dawk li ghandhom x’ jaqsmu ma’ allegazzjonijiet ta’ din in-natura, is-sinjura Caruana Galizia kienet 95% korretta. Jigifieri kien hemm allegazzjonijiet private u hekk u kienu varjati jew inkella…, pero` fuq affarijiet gravi serji li fuqhom qed nitkellmu llum dawk jirrizultawlna, u bhala gurnalist inti tapprezzah dan, li kienet informazzjoni ricerkata u korretta. Allura ahna mhux hemm id-difett qieghed, x’ imkien iehor hu


Dr Therese Comodini Cachia :

Min-naha tieghi ma ghandix izjed; imma l-kollega ghandu ..


Imhallef J Said Pullicino :

Dr Azzopardi nirrakkomandalek attenzjoni kbira ghax ma ahniex fl-arena politika eh!

Dr Jason Azzopardi :

Serrah mohhok Sur President. Onorevoli Ministru, inti qabel ma assumejt il- kariga ta’ Ministru fl-2013 ghamilt zmien twil snin twal gurnalist, tghallem il- gurnalizmu…


Imhallef J Said Pullicino :

Qalilna qalilna.


Dr Jason Azzopardi :

Naqblu?


Imhallef A Lofaro :

Ehe.


Dr Jason Azzopardi :

Naqblu.


Ix-Xhud :

Nahseb li naqblu hu.


Dr Jason Azzopardi :

Naqblu. Jekk ikolli nghidlek illi Daphne Caruana Galizia inqatlet qabel is-16 ta’ Ottubru 2017 x’ tghid?


Ix-Xhud :

Nitolbok ticcara l-mistoqsija tieghek.


Imhallef A Lofaro :

Metaforikament nimmagina; mhux hekk?


Dr Jason Azzopardi :

Ara, meta inti kont qabel ma assumejt il-kariga ta’ Ministru, ghal snin tawl bhala membru ewlieni tal-Partit Laburista zgur taf li kien hemm kampanja ta’ skreditar, character assassination, dehumanization, if not demonization ta’ Daphne Caruana Galizia min esponenti ewlenin tal-Partit Laburista, u wara l- 2013 ..


Imhallef A Lofaro :

Mnhux biss Dr Azzopardi; ejja nkunu onesti, mhux biss


Dr Jason Azzopardi :

Sorry?

Chairman Imhallef M Mallia :

Mhux biss.


Imhallef A Lofaro :

Kien hemm anke min-naha tal-Partit Nazzjonalista


Dr Jason Azzopardi :

Yes yes; imma daka kien hafna wara.


Imhallef A Lofaro :

Imma kien hemm.


Dr Jason Azzopardi :

Hekk hu.


Imhallef A Lofaro :

Ok, all right.


Dr Jason Azzopardi :

Hekk hu Sinjura Mhallef, u ikkundannajtu.


Imhallef A Lofaro :

Hekk hu. Kollox irridu nghidu hawn.


Dr Jason Azzopardi :

Daka kien fis-sajf ta’ l-2017


Imhallef A Lofaro :

Ezatt. Ma noqghodux nahbu.


Dr Jason Azzopardi :

Pero` hawn qed nitkellem qabel l-2017 ..


Imhallef A Lofaro :

Ok, all right..


Dr Jason Azzopardi :

…meta kien hemm din il-kampanja ghal kwazi 30 sena, Daphne Caruana Galizia kitbet ghal 30 sena jiena kont the number one enemy tal-Partit Laburista. Wara l-2013 kellek il-blog ta’ Glenn Bedingfield f’ Kastilja. Li xtaqt insaqsi lill-Ministru jekk joghgobkom jahsibx illi dan l-ghemil fuq numru ta’ snin da parti tal-partit ewlieni ..

Imhallef J Said Pullicino :

Dottore, opinjoni. Qed issaqsih opinjoni..


Dr Jason Azzopardi :

Le Sur President


Imhallef A Lofaro :

Jekk kienx aware minn dan il-character assassination.


Dr Jason Azzopardi :

Mhux hekk?


Imhallef J Said Pullicino :

Opinjoni.


Dr Jason Azzopardi :

Allahares persuna ta’ 30 sena esperjenza fil-gurnalizmu ..


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux kontestat dan


Imhallef A Lofaro :

Naghmlu differenti d-domanda


Chairman Imhallef M Mallia :

L-ewwel staqsih jaqbilx jew le ..


Dr Jason Azzopardi :

.. jekk jaqbilx; allahares …jaqbel ..


Imhallef A Lofaro :

Kien hemm character assassination?


Ix-Xhud :

U le x’ naqbel?! Ma tarax!


Dr Jason Azzopardi :

..appuntu; mhux qed jaqbel


Ix-Xhud :

Ma tarax li mhux qed naqbel! Gie li kellna xi punti ta’ dwell bejnietna imma qatt ma ..; ma tarax li.. affarijiet bhal dawn!

Dr Jason Azzopardi :

M’ ghandix dubju


Imhallef A Lofaro :

Mhux inti; mhux inti


Ix-Xhud :

Iva imma..


Imhallef J Said Pullicino :

Dottore, hu pacenzja; bdejna din l-inervista ahna, ghax intervista din, bil-fatt illi hemm qabel il-Panama Papers u wara. Qabel il-Panama Papers naqblu illi kien hemm din is-sitwazzjoni fejn is-sinjura Caruana Galizia kienet gurnalista investigattiva agressiva. Seta’ kien hemm fuq in-naha l-ohra wkoll, u kien il- loghba politika u tghajjir u .., dik ghalina ahna immaginari ghal din l-Inkjesta, tajjeb? Hu pacenzja ibda minn Panama Papers ‘l hawn; ghax ta’ qabel all right, kien hemm certu …dan, kollox sew. U forsi kien jghid.. , anke fit-triq, kienu jghidu dik ghad itajruha. Kollox kien jigri, tajjeb? Konna nisimghuha din. Imma dik ma jfissirx illi kellu jigri. Mhux ghalhekk. Allura aghmlu daqsxejn distinzjoni ..


Imhallef A Lofaro :

Wara l-Panama Papers


Dr Jason Azzopardi :

Yes.


Imhallef J Said Pullicino :

Bhala x’ inhu normali u bhala mhux normali.


Dr Jason Azzopardi :

Ministru, taqbel illi partit politiku juza l-makkinajru tieghu biex jiskredita gurnalist investigattiv?


Ix-Xhud :

Le.


Dr Jason Azzopardi :

Le. Taqbel illi hekk ghamel il-Partit Laburista fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia wara April 2016 meta hargu l-Panama Papers?

Ix-Xhud :

Ifhimha, jiena nahseb u rrid naghmilha cara li wahda minn l-affarijiet ta’ demokrazija hi li jkollok diskussjoni robusta, u hi ma kinetx tiddejjaq li tiehu sehem f’ din id-diskussjoni u kienet tuza kliem iebes hafna u b’ lingwagg iebes hafna ..


Imhallef J Said Pullicino :

..iggib reazzjoni


Ix-Xhud :

..u mbaghad iggib reazzjoni. B’ daqshekk jiena xorta nahseb li irridu naghmlu sforz biex inzommu n-nuqqas ta’ qbiel taghna daqsxejn fi frame civilizzat hu. Nahseb li huwa possibbli u tista’ taghmel il-punti iebsin tieghek ..


Imhallef J Said Pullicino :

Fuq pjan politiku; huwa pjan politiku. Fuq pjan tal-gvern, pjan politiku huwa pjan politiku u pjan tal-gvern differenti. Qed tistaqsih jekk kellux il-gvern juza l-mezzi tieghu biex jaghmel..;


Dr Jason Azzopardi :

Yes.


Imhallef J Said Pullicino :

Dika wiwhed jarha.…; elementi ma hemmx ghalfejn jirrispondiha l-Ministru. Imma l-bqija l-politika hija politika u responsabbiltajiet differenti.


Ix-Xhud :

U frankment nahseb li anke bhala gieh lis-sinjura Daphne Caruana Galizia jekk wiehed jikkoncentra fuq il-partijiet tal-gurnalizmu taghha li huwa gurnalizmu investigattiv fuq fatti fil-hajja pubblika huwa mod..


Dr Jason Azzopardi :

Yes.


Ix-Xhud :

U jekk ser nitkellmu fuq il-persuna fil-parti l-ohra ta’ kif kienet tikteb fuq persuni .


Imhallef J Said Pullicino :

Bdejna biha u mhix xi haga taghna dik..

Ix-Xhud :

Jigifieri jien nahseb anke nkun qed incekknuha jekk naghmlu hekk; bis- serjeta`. Jigifieri qed nghidha bl-akbar serjeta`.


Dr Jason Azzopardi :

April ’16, Panama Papers. 3 ta’ April 2016. Naqblu illi giet intavolata mozzjoni ta’ sfiducja fil-gvern ta’ Joseph Muscat minn l-oppozizzjoni minhaba dak li hareg fit-3 ta’April 2016? Naqblu?


Ix-Xhud :

Iva. U spjegajt diga` .


Dr Jason Azzopardi :

Naqblu li inti ivvotajt kontra dik il-mozzjoni ta’sfiducja?


Ix-Xhud :

Iva, u spjegajt diga` ghala.


Imhallef A Lofaro :

Le imma jien li staqsejtek fuq it-2019


Dr Jason Azzopardi :

Jiena 2016 issa.


Imhallef A Lofaro :

Fhimt?


Ix-Xhud :

Le le, tat-2016 qed nirreferi jien


Dr Jason Azzopardi :

Ghax .. li wara ..


Ix-Xhud :

Le le tat-2016..


Imhallef A Lofaro :

Id-domanda tieghi 2019


Ix-Xhud :

Tat-2016 nixtieqkom jitla’ hawn l-Onorevoli Godfrey Farrugia li zgur ma ghandu l-ebda irbit biex b’ xi mod jew iehor ma jghidx dak li jaf u l-fatti ..

Imhallef A Lofaro :

U jghidilna hu; ok.


Ix-Xhud :

… u flimkien jien u hu ghamilna sforzi biex indahhlu konduzzjonijiet fl- emendi biex nuzaw dawk l-emendi biex inbiddlu l-affarijiet.


Dr Jason Azzopardi :

L-emendi tal-mozzjoni, ghax inzerta qed jitkellem persuna li kien prezenti, allura, kienu elogju ta’ x’ ghamel il-gvern;


Ix-Xhud :

No ….


Dr Jason Azzopardi :

..l-ikbar hekk, l-ikbar hekk l-ikbar hekk l-ikbar hekk. Ghidli fejn fil-mozzjoni fil-countermotion li l-gvern tieghek li inti kont parti minnu u vvotajt favur b’ xi mod ikkritika l-fatt li l-Ministru inqabad b’ kumpanija sigrieta fil-Panama.


Ix-Xhud :

Kellna, kellna diskussjoni interna fejn ahna ghedna..


Dr Jason Azzopardi :

Il-parlament, mhux inti Ministru


Ix-Xhud :

..li ….kontro parti ..


Dr Jason Azzopardi :

Fil-parlament pubblikament. Leading by example


Ix-Xhud :

Jekk tikkalma nahseb li tasal aktar; jew mintix ser timpressjonani ..


Dr Jason Azzopardi :

Aghllimni Ministru fejn tasal


Ix-Xhud :

Mintix ser timpressjonani billi taghjjat .


Dr Jason Azzopardi :

Aghllimni; mhux biex nimpressjona lilek jien ..

Ix-Xhud :

…u billi tghid affarijiet ..


Imhallef A Lofaro :

Ma nghajtux ma nghajtux ..


Ix-Xhud :

… bhal gideb bhal bierah filghaxija tisfidani meta hadt passi kontra Neville Gafa`; li kont diga` hadt passi fit-30 ta’ Gunju jiena.


Dr Jason Azzopardi :

Sewwa.


Ix-Xhud :

L-ewwel tispara mbaghad timmmira, frosi, frosi . ….


Dr Jason Azzopardi :

Ghidilna ..


Imhallef A Lofaro :

Kulhadd izomm kalm jekk joghgobkom.


Ix-Xhud :

Nerga’ nghid, jiena u l-Onorevoli Godfrey Farrugia innegozjajna internament biex bhala kontro parti biex nivvotaw u hekk ridna naraw bidliet li mbaghad dahlu bhala parti mill-bidliet legislattivi tal-gvern inkluz il-ftuh ta’ l-ufficcju tal-Kummissarju ta’ l-Istandards tal-hajja pubblika. U ghamilna sewwa li innegozjajna b’ dak il-mod


Imhallef A Lofaro :

Ehe.


Imhallef J Said Pullicino :

Ghal dik id-domanda r-risposta ghalija hi jasodisfacenti.


Dr Jason Azzopardi :

Fil-fatt mhix preciza Sur Imhallef, I’m sorry.


Imhallef A Lofaro :

Jekk mhix preciza….


Dr Jason Azzopardi :

Le ma hijiex.

Chairman Imhallef M Mallia :

Daka naraw ahna.


Dr Jason Azzopardi :

Il-countermotion, ghandi l-fatti.


Imhallef J Said Pullicino :

Ha nghidlek, ma ahniex ..


Dr Jason Azzopardi :

Mhux ser inhalli lix-xhud jigdeb Sur Imhallef.


Imhallef J Said Pullicino :

Jiddispjacini. Dik id-domanda bil-mod..


Ix-Xhud :

Ma naccettax dan id-diskors fil-konfront tieghi eh!


Imhallef A Lofaro :

Ghalija mhux qed jigdeb


Ix-Xhud :

Ma naccettax dan id-diskors minn qaddis jimxi fl-art. Li kieku jkollu daqsxejn umilta` u jhares lejn il-passat tieghu wkoll. Ghandu hafna x’ jitghallem. ghandu hafna x’ jitghallem ..


Dr Jason Azzopardi :

Jien hawnhekk qed naghmel xoghli bhala avukat…


Ix-Xhud :

Ghandu hafna x’ jitghallem.


Dr Jason Azzopardi :

Qed naghmel xoghli bhala avukat.


Imhallef A Lofaro :

M’ hemmx ghalfejn nghajtu.


Dr Jason Azzopardi :

Dr Azzopardi ser ikolli inwaqqfek.

Ix-Xhud :

Anek fuq progetti li semmejna u ghoti ta’ art pubblika ghandek hafna x’ taghmel, all right? ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Jekk ser tibqa’ b’ dik l-attitudni ser ikolli nwaqqfek. Hawnhekk ma ahniex qeghdin la l-parlament u laqnas qeghdin f’ xi pjazza pubblika; qed naghmlu

… all right?


Dr Jason Azzopardi :

Yes yes. Il-Ministru ..


Imhallef A Lofaro :

Il-qorti qeghdin hawn


Ix-Xhud :

Dejjem nghid li nippreferi l-midinbin minn Farizej; u l-aghar affarijiet huma is-self-righteousness


Imhallef J Said Pullicino :

Halli nigu ghall-ordni. Id-domanda aghmilha lill-Bord u l-Bord jaghmilha….


Dr Jason Azzopardi :

Apparti April 2016, kien hemm mozzjoni ta’ sfiducja f’ Konrad Mizzi li kienet ivvotata f’ Mejju, 4 ta’ Mejju 2016.


Imhallef A Lofaro :

2016.


Dr Jason Azzopardi :

Kien hemm it-tieni mozzjoni ta’ sfiducja


Imhallef A Lofaro :

F’ Konrad Mizzi.


Dr Jason Azzopardi :

F’ Konrad Mizzi proposta minn jekk minhiex sejjer zball Marlene Farrugia supported minn l-opozizzjoni. Il-vot kien pubbliku. Ghalfejn il-Ministru hass li kellu jivvota favur?


Imhallef J Said Pullicino :

Ha naghmlu haga ..

Chairman Imhallef M Mallia :

Diga` irrispondiha din id-domanda.


Imhallef J Said Pullicino :

..ghax qed nohorgu ..


Dr Jason Azzopardi :

Fuq din ukoll?


Imhallef A Lofaro :

Le jiena fuq it-2019 staqsejtu.


Imhallef J Said Pullicino :

Din id-domanda qed tehodna fi triq li ma ghandniex ghalfejn nidhlu fiha. Il- pozizzjoni hija semplici hafna. Il-Ministru spjega l-pozizzjoni tieghu f’ dawn is-stiwazzjonijiet. Ghandek il-mozzonijiet, ghandek il-kwotazzjonijiet, ipprezenta dawk u mbaghad jara l-Bord jekk l-agir tal-Ministru f’ dawn l- okkazjonijiet kienx ..


Dr Jason Azzopardi :

Fair enough.


Imhallef J Said Pullicino :

U ma naqghodux nidhlu x’ kellu f’ rasu u .. ; Ghax dana..


Imhallef A Lofaro :

Pero` Dr Bartolo, biex naghmluha cara; meta jien staqsejtek fuq Novembru 2019, inti allura irreferejt ghal kull mozzjoni ta’ fiducja?


Ix-Xhud :

Iva ghal kull mozzjoni.


Dr Jason Azzopardi :

Eh ghal kull mozzjoni!


Imhallef A Lofaro :

Dik kienet tapplika ghalihom kollha.


Ix-Xhud :

Ghal kull mozzjoni.


Imhallef A Lofaro :

Qbilna?

Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef A Lofaro :

Qbilna, grazzi. Ghax issa cara


Dr Jason Azzopardi :

Ok; ghalhekk gejt zgwidat ghax hsibt… 2019.


Imhallef A Lofaro :

Cara issa. Issa cara.


Ix-Xhud :

U m’ ghandix x’ inzid.


Imhallef A Lofaro :

Ok.


Dr Jason Azzopardi :

Issa, il-Ministru fix-xhieda tieghu f’ hin minnhom qal huwa jemmen li kull min naqas irid ihalls ta’ ghemilu.


Imhallef A Lofaro :

Ehe. Qal hawnhekk ukoll.


Dr Jason Azzopardi :

Yes, issa, fix-xhieda tieghu. Il-Ministru jaqbilx illi ufficjal gholi tal-gvern inkluz Ministru u Prim Ministru li ghax-xoghol governattiv juza l-email privata hijiex marka ta’ good governance jew le. Biex jek ghada pitghada ikun hemm investigazzjoni min-naqas ..


Imhallef J Said Pullicino :

M’ hemmx ghalfejn jaqbel il-Ministru; ahna naghmlu l-assessment taghna; kulhadd ghandu l-konvinzjoni tieghu; il-Ministru jghidilna x’ jghidilna mhux importanti..


Chairman Imhallef M Mallia :

M’ hemmx ghalfejn jirrispondi


Dr Jason Azzopardi :

Le ghax il-Ministru ghamel dik id-dikjarazzjoni fuqha ghalhekk qed insaqsih.

Imhallef J Said Pullicino :

Dikjarazzjoni fuq hiex? Fuq din?


Imhallef A Lofaro :

Fuq tal-fatt ta’ l-emails.


Imhallef J Said Pullicino :

..imma favur? Kontra? X’ ghamel?


Dr Jason Azzopardi :

Ghamel dikjarazzjoni pubblika fuq l-uzu ta’ email privat tieghu ghal xoghol tal-gvern fuq kaz ta’ allegata korruzzjoni fl-FTS.


Imhallef J Said Pullicino :

Pero` ha nghidlek Dr Azzopardi


Imhallef A Lofaro :

Ma ahniex ninvestigaw lil Dr Bartolo.


Imhallef J Said Pullicino :

Ghax inkella hawnhekk din l-inkjesta ser tispicca..; Hawnhekk ghandna terms of reference cari specifici nimxu fuqhom. Altrimenti nispiccaw naghmlu l- headlines. Hawnhekk mhux qegdhin hawnhekk ghal headlines. Jiddispjacini, id-domandi..


Dr Jason Azzopardi :

Le le


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux qeghdin hawnhekk ghal headlines, qed niftehmu tajjeb, ftehmna? Inzommu kontroll fuq l-Inkjesta li qed naghmlu u fuq id-domandi li saru s’ issa nahseb li kienu kollu permanenti; Altrimenti noqghodu attenti


Imhallef A Lofaro :

Ahna mhux qed ninvestigaw lilu!


Imhallef J Said Pullicino :

Irridu noqghodu attenti.


Ix-Xhud :

Jiena n-notifika li rcivejt jien kienet biex nghid il-fatti li naf fuq l-Inkjesta Pubblika bit-…

Imhallef J Said Pullicino :

Iva iva kollox sew …


Imhallef A Lofaro :

Hekk hu.


Ix-Xhud :

Jekk naghmlu inkjesta pubblika fuq l-FTS nigi u nwiegeb


Dr Jason Azzopardi :

Le mhux fuq l-FTS, no no.


Imhallef J Said Pullicino :

…… jien qed nipprova nipprotegi t-termini ta’ ….; ahna jew noqghodu fuq li ghandna x’ naghmlu; ghax inkella ma ghandniex bzonn..


Dr Jason Azzopardi :

Le Sinjuri Imhallfin, mnhux qed insaqsi fuq l-FTS. Pero` l-Ministru gie mistoqsi pubblikament u qal x’ inhi l-opinjoni tieghu fuq uzu ta’ emails ..


Ix-Xhud :

Ma narax relevanza, ma nara l-ebda relevanza ma l-inkjesta pubblika li naghmlu.


Dr Jason Azzopardi :

Ma hijiex relevanti. Dik hija r-risposta


Imhallef J Said Pullicino :

Jiena nahseb li mix-xhud ghandna bizzejjed ghall-iskop taghna; ma ghandniex bzonn iktar.


Dr Jason Azzopardi :

Ok. Meta sirt taf Ministru illi l-elezzjoni ta’ l-2017 kienet ser issir fil-fatt f’ Gunju 2017?


Ix-Xhud :

Xi ftit jiem qabel.


Dr Jason Azzopardi :

Jigifieri hi thabbret fl-ewwel (1) ta’ Mejju pubblikament u inti sirt taf ftit jiem qabel

Ix-Xhud :

Ftit qabel.


Dr Jason Azzopardi :

Hadtha b’ sorpriza li ser tissejjah tant kmieni jew kont qed tistenniha?


Ix-Xhud :

Le ma nahsibx.


Dr Jason Azzopardi :

Skuzani?


Ix-Xhud :

Ma hadthiex b’ sorpriza.


Dr Jason Azzopardi :

Ma hadthiex b’ sorpriza?


Ix-Xhud :

Le ma hadthiex b’sorpriza ghax f’ laqghat anke ma’ business organisations il- klima li kienet qed tinholoq f’ pajjizna kienet titlob li jkun hemm decizjoni li ma nistghux nibqghu f’ dik is-sitwazzjoni.


Dr Jason Azzopardi :

Qabel ma inqatlet Daphne Caruana Galizia inti konxju.. taf li l-gvern Taljan offra lill-gvern Malti ghajnuna biex tigi miggielda l-kriminalita` organizzata f’ pajjizna. Ma kontx Ministru ta’ l-Affarijiet Baranin ovvjament, imma jekk kontx taf.


Imhallef A Lofaro :

Minhabba dawk il-karozza bomba nimmagina.


Ix-Xhud :

Ma kontx naf; u nistenna li tkun hekk; anzi hafna gvernijiet. Hafna gvernijiet li jkollhom jew kumpaniji taghhom jew kumpaniji li joperaw minn Malta ghanhom effett fuqhom kollha joffru li jkun hemm ftehim dwar kif wiehed jiggieled il-kriminalita` ekonomika organizzata. Mhux l-Italja biss.


Dr Jason Azzopardi :

Issa l-mistoqsija li twassal ghal din hija – ghaliex, jekk jaf ..


Ix-Xhud :

Le ma nafx

Dr Jason Azzopardi :

Jekk jaf.


Ix-Xhud :

La ma nafx. Ga ghedt li ma nafx.


Dr Jason Azzopardi :

Ministru ghadni ma ghamithiex jekk joghgbok


Ix-Xhud :

Le le,imma inti ghamilt referenza ghal .


Dr Jason Azzopardi :

Oh I see; ma tafx illi


Ix-Xhud :

..u hsibtha li hija marbuta maghha; allura ..


Dr Jason Azzopardi :

Ok. Ghax kont ser insaqsik jekk tafx ghalfejn il-gvern Malti irrifjuta dik l- ghajnuna; pero` ma tafx illi saret offerta ma tafx lanqas it-tieni parti, agreed. X’ kienet ir-raguni, jekk taf, inti kont membru tal-Cabinet, ghalfejn John Rizzo tnehha minn Kummissarju tal-Pulizija?


Chairman Imhallef M Mallia :

Again ..


Dr Jason Azzopardi :

No? Ma rridx inkun naf affarijiet tal-Cabinet ovvjament.


Ix-Xhud :

Le le, imma jiena ma jidhirlix.., il-prassi sa fejn naf jien kif kienet s’ issa u issa biddilniha u hadt gost li biddilniha, qabel kienet decizjoni tal-Prim Ministru jekk minhiex sejjer zball, jekk minhiex sejjer zball.


Imhallef A Lofaro :

U issa inbidlet.


Ix-Xhud :

U issa inbidlet. U ghamilna tajjeb li biddilniha ghax nahseb li s-separazzjoni tal-poter hija importanti hafna u l-iskritunju huwa importanti hafna.

Imhallef A Lofaro :

Hekk hu.


Dr Jason Azzopardi :

Ministru, meta l-Bord kien qieghed jistaqsik fil-bidu dwar il-kitbiet tieghek f’ mument difficli hafna ghal pajjizna f’ Novembru – Dicembru tas-sena li ghaddiet, li kien kliem mirqum, inti, u l-Bord staqsiek, ikkoregini jekk jiena zbaljat, ghamilt referenza ghal network, ikkoreguni, network mistur? Network sigriet? Something to that affect. Qabel xejn, korrett jew zbaljat?


Imhallef J Said Pullicino :

Le korrett, korrett.


Ix-Xhud :

Jidhirli li diga` wegibt fuq hekk.


Imhallef A Lofaro :

Ehe.


Dr Jason Azzopardi :

Iva. Korrett mela. Issa li xtaqt li nsaqi lill-Ministru, ghandux informazzjoni qattx ikkorrelux illi dak in-network sigriet huwa mazunerija.


Ix-Xhud :

Ilni daqsxejn ma ninvestiga l-lista tal-membri tal-mazunerija ..


Imhallef J Said Pullicino :

Le le le, id-domanda iva jew le, ir-risposta, jekk intix aware


Ix-Xhud :

Le jkun interessanti wiehed jaggorna..


Dr Jason Azzopardi :

X’ inhi r-risposta?


Ix-Xhud :

..wiehed jaggorna ftit. Ma ghandix access ghal-listi tal-membri tal-mazunerija ghax kieku nista’ inwiegbek u ma jkollix problema inwiegbek.


Imhallef J Said Pullicino :

Kien hawn zmien meta kollox Malta kien attribwit ghal mazunerija

Ix-Xhud :

Skuzi?


Imhallef J Said Pullicino :

Kien hawn zmien meta kull ma jigri f’ Malta kien attribwit ghal mazunerija.


Ix-Xhud :

Iva kelli daqsxejn tort. Jiena kelli daqsxejn tort, ghax fl-1987 f’ intervista li kelli ma’ Dr Eddie Feench Adami kont ghedtlu x’ taghmel kieku tkun taf li ghandek magistrat li huwa mazun? U minn hemm kienet bdiet l-istorja u ma nafx kemm damet! Xi sentejn – tlieta.


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux eskluz li kien hemm ..


Ix-Xhud :

Li kien hemm; kien hemm; u illum ..


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux qed nitkellmu fuq hekk.


Ix-Xhud :

U lanqas illum ma neskludix li hemm; imma ma nafx. Jigifieri kieku jkolli l- listi inkun nista’ nitkellem b’ mod aktar assertiv.


Imhallef J Said Pullicino :

Dottore, jien li jinteressani l-ismijiet ta’ nies involuti, huma x’ inhuma, jaghmlu x’ jaghmlu.


Dr Jason Azzopardi :

Meta kont qed tigi mistoqsi mill-Bord u inti irrikonoxxejt to your credit ghamilt dikjarazzjoni pjuttos cara, l-influwenza sproporzjonata kbira qawwija, ma nafx x’ aggettiv trid tuza, ta’ Keith Schembri fil-gvern. Taqbel ma’ l- assessment illi Keith Schembri kien fil-fatt the real prime minister?


Imhallef J Said Pullicino :

X’ kien?


Imhallef A Lofaro :

The real prime minister.


Imhallef J Said Pullicino :

Tirrispondihiex. Dik middeciedu ahna

Imhallef A Lofaro :

Pero` qal xi haga quite similar eh fix-xhieda! He did already answered this. Ddiga` wegibha din.


Dr Jason Azzopardi :

Kien imexxi s-shadow government.


Imhallef A Lofaro :

Daqshekk; diga` wegibha.


Dr Jason Azzopardi :

Min kienu l-membri tas-shadow government ta’ Keith Schembri?


Imhallef J Said Pullicino :

Le le, lanqas din ta.


Dr Jason Azzopardi :

Intqalet.


Imhallef J Said Pullicino :

Ma jistax ikun jaf.


Dr Jason Azzopardi :

Ma jistax?


Imhallef J Said Pullicino :

Kif jista’ ikun jaf jekk ..


Imhallef A Lofaro :

Hu zgur ma kienx


Ix-Xhud :

Le ma nahsibx


Imhallef A Lofaro :

Inti zgur ma kontx.


Imhallef J Said Pullicino :

….pero` jirrizultalna imbaghad min-nies li kienu involuti. U ahna ser ingibuhom.


Dr Jason Azzopardi :

Fair enough.

Imhallef A Lofaro :

Ha jigi l-Cabinet kollu hux


Dr Jason Azzopardi :

Xi haga illi qal il-Ministru u ghandu ragun fuqha, jien wiehed minn dawk li naqbel maghha hija state financing of political parties. Ghamel dikjarazzjoni.


Imhallef A Lofaro :

Ehe.


Dr Jason Azzopardi :

U hija importanti hafna, u d-domanda tieghi hija fuq hekk, he is on record li tkellem favoriha; inzertajt qieghed wiehed minn dawk, pero` hawnhekk minhiex bhala politiku imma bhala avukat; din xtaqt insaqsi lill Ministru, u nerga’ nghid ghandu ragun, biex nevitaw il-partiti jiddependu fuq negozjanti, huma min huma; ghalfejn il-Partit Laburista wara l-2013 minkejja diversi proposti tal-partit l-iehor kien kontra state financing of parties


Chairman Imhallef M Mallia :

Again …


Imhallef J Said Pullicino :

Political argument. Id-domanda mhux hekk ghandha tkun. Inti fl-2013 ikkontestajt l-elezzjoni mal-Partit Laburista, kont konxju tar-raba’ sular?


Ix-Xhud :

..


Imhallef J Said Pullicino :

Heq! Domanda semplici din; li ma ghandha x’ taqsam xejn ma’….


Ix-Xhud :

Hemm hafna miti dwar ir-raba’ sular


Imhallef J Said Pullicino :

Ghalhekk; liema hu l-mit li hu veru?


Ix-Xhud :

Li kien il-war room hux minn fejn giet organizzata l-elezzjoni


Imhallef J Said Pullicino :

Il-war room.

Ix-Xhud :

Imma hemm iktar..hemm ikar, all right, saru assertions fuq hekk. Jiena ma tantx kont midhla tieghu. Kont immure hemm biss meta kien ikolli role tieghi biex jew f’ xi konferenza stampa jew hekk. Ma nahsibx li jbiddel sostanzjalment .


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri l-assertions ma sarux .. saru anke internament eh! Assertions saru anke min-naha .


Ix-Xhud :

Naf naf,


Imhallef J Said Pullicino :

..interna tal-Partit Laburista


Ix-Xhud :

Naf naf


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri allura xi bicca kredibilita` rridu intuha din.


Ix-Xhud :

Naf naf.


Imhallef J Said Pullicino :

Taf ghaliex?


Ix-Xhud :

Min ghamilhom wara jidher li kellu ragun ghax l-affarijiet baqghu sejrin.


Imhallef J Said Pullicino :

Ifhimni, ghaliex per ezempju l-progett ta l-Electrogas ahna jirrizultalna hawnhekk illi kien gie offrut lill-amministrazzjoni ta’ qabel b’ termini identici prattikament, u gie rifjutat, ghal xi raguni, hi x’ inhi. Allura dawn jinteressani li inkunu nafu fejn gie diskuss qabel l-elezzjoni.


Ix-Xhud :

Ma nistax nghidlek ..

Imhallef J Said Pullicino :

Tinsiex, dana tlett ijiem wara l-elezzjoni ghamilna l-kumpaniji eh! Ghax din tant hi gravi li kultant lanqas napperzzaw ahna stess. Jiena lili, issa qed nixjieh, pero` difficli biex izzomm track tas- sitwazjonijiet.


Ix-Xhud :

Naqbel mieghek..


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri dana l-progett..imbaghad nghidu ahna ma tkellimniex fuqu, imma tlett ijiem wara ghamilt il-kumpaniji fil-Panama u qed jirrizultalna li ser johorgu ..


Ix-Xhud :

Nista’ nghidlek li dak iz-zmien jien zgur ma kontx parti minn dak id- diskussjonijiet u l-pjan.


Imhallef J Said Pullicino :

Dak iz-zmien ma kontx parti pero` again, sibna hajt imkahhal fuq daqshekk, tajjeb? Ddan qed nghidu bl-ebda x’ jismu ta! Imma biex ingibkom konxju tad- diffikulajiet li jkun hemm f’ inkjesti bhal dawn. Ghax tispicca inti taf li ghandek ragun u ma tistax tiehdu. Jew inkella…; which is not .. mhux ghalina, ghax-socjeta`.


Ix-Xhud :

Naqbel mieghek


Dr Jason Azzopardi :

L-ahhar domanda. Il-Ministru in vista ta’ dikjarazzjoni tieghu u l-influwenza qawwija tas-Sur Schembri qatt inghata spjegazzjoni mil-kap tal-gvern ghalfejn kellu tali influwenza, sahha, ma nafx x’ kelma nistghu nuzaw, is-Sur Schembri.


Imhallef J Said Pullicino :

Is-Sur Schembri, ha naghmel domanda jien biex nispiccaw biha ta; kellu ufficcju Kastilja, le? Nexia BT kellhom ufficcju Kastilja?


Ix-Xhud :

Skuzani


Imhallef A Lofaro :

Nexia BT.

Imhallef J Said Pullicino :

Nexia BT kellhom ufficcju f’ Kastilja? Nexia BT l-accountants ..


Imhallef A Lofaro :

Brian Ttonna, Carl Cini ..


Imhallef J Said Pullicino :

Brian Tonna u Carl Cini, dawk kellhom ufficcju f’ Kastilja?


Ix-Xhud :

Ma nafx; frankament ma nafx.


Imhallef J Said Pullicino :

Ma tafx.


Ix-Xhud :

Kieku naf nghidha.


Imhallef A Lofaro :

Ma jafx.


Imhallef J Said Pullicino :

Keith Schembri kien b’ xi mod jikkontrolla lis-security ta’ gewwa Kastilja?


Ix-Xhud :

Nassumi li parti mix-xoghol tieghu bhala chief of staff.


Imhallef J Said Pullicino :

Tassumi.


Ix-Xhud :

Nassumi li bhala..


Imhallef J Said Pullicino :

Taf ghala? Ghax jirrizultawna certi incidenti li jindikaw li seta’ kien hemm involvement. U kulhadd jghidilna dawna is-security ma tezistix. Imbaghad jirrizultalna li tezisti xi forma ta’ security. U jirrizultalna incident fejn wiehed ikun attivament segwa gurnalista per ezempju. Qed nitkellmu qabel l- assassinju issa, tajjeb? Jigifieri imbaghad tibda tinkwieta.


Ix-Xhud :

Ma nistax..

Imhallef J Said Pullicino :

Pero` l-poter kien koncentrat hafna donnu hemm.


Imhallef A Lofaro :

Diga` qal li iva u qed jikkonferma.


Chairman Imhallef M Mallia :

Iva..? ghax billi; iva;


Ix-Xhud :

Iva iva..


Imhallef A Lofaro :

Iva, ghax peress li hi nodded ..


Ix-Xhud :

Iva, ma nafx kemm-il darba ghedtha ta!


Chairman Imhallef M Mallia :

Imma you nodded.


Imhallef A Lofaro :

Peress li hi nodded ma tigix ‘iva’.


Ix-Xhud :

Ghedtha kemm-il darba


Imhallef A Lofaro :

Nirringrazzjawk. Dr Bartolo dawk iz-zewg kwistjonijiet li kellek tiverifikalna.


Ix-Xhud :

Iva iva.


Imhallef A Lofaro :

M’ hemmx bzonn tigi inti.


Ix-Xhud :

Tal-bidu hux hekk?


Imhallef A Lofaro :

Forsi tibghat lis-segretarju tieghek.

Imhallef J Said Pullicino :

X’ jirrizultalek .


Ix-Xhud :

Taghtuh wisq importanza lil dik il-persuna.


Imhallef J Said Pullicino :

Le le, l-importanza mhux lill-persuna; l-importanzi li qed naghtu mhux lill- persuna .


Ix-Xhud :

Naf naf, ir-role


Imhallef J Said Pullicino :

U anke l-kreddibilta`; ghax huwa hawnhekk imbaghad tinsiex, is-sinjur inzerta habib kbir ta’ xi hadd iehor, tajjeb?


Ix-Xhud :

Naf naf.


Imhallef J Said Pullicino :

..nitkellmu fuq il-football biss; allura jibda ikun hemm jekk inti ma temmnux f’ dik ma temmnux fl-ohra.


Ix-Xhud :

Mela halli nkun car halli l-homework li ittinu nghmlu tajjeb.


Imhallef A Lofaro :

Xi zewg affarijiet.


Ix-Xhud :

Jekk 1), jekk kellux role u x’ kien dan ir-role


Imhallef J Said Pullicino :

Ehe.


Ix-Xhud :

U jekk kellux jew ghadx ghandu passaport diplomatiku.


Imhallef J Said Pullicino :

Xi forma ta’ involvement, iva

Ix-Xhud :

Ok. grazzi hafna.


Imhallef A Lofaro :

Grazzi hafna.


Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ l-Onorevoli Ministru Evarist Bartolo

dettata minnu stess fil-prezenza ta’ l-istess xhud.


Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Saviour Scicluna Traskrittur