Xhieda ta’ George Cremona – 30 ta’ Settembru 2020
L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Seduta miżmuma llum l-Erbgha 30 ta’ Settembru 2020, fid-9:30 a.m. fit- Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.
Xhud is-Supretendent George Cremona iben Carmelo mwieled H’ Attard u residenti x-Xewkija Ghawdex bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid :
Dr Jason Azzopardi :
Sur Cremona, for the record; ir-rank tieghek fil-Korp u kemm ilek tokkupa dak ir-rank?
Ix-Xhud :
Mela r-rank tieghi fil-Korp huwa ta’ Supretendent tal-Pulizija u ilni nokkupa dan ir-rank minn 2018.
Dr Jason Azzopardi :
2018; u inti responsabbli minn liema unit fil-Korp?
Ix-Xhud :
Jiena responsabbli minn Counter Terrorism Unit u l-Intelligence relatata ma’ National Security.
Chairman Imhallef M Mallia :
Sorry? U hija relatat ma’..
Ix-Xhud :
National security.
Chairman Imhallef M Mallia :
All right
Dr Jason Azzopardi :
U ilek responsabbli mill-Counter Terrorism u National Intelligence minn meta?
Ix-Xhud :
Minn l- 2005.
Dr Jason Azzopardi :
Mill-2005. Mela ha nigu mal-ewwel ghas-suggett; lets cut through the chase. 16 ta’ Ottubru 2017. Tista’ tghid lill-Bord inti x’ ghamilt wara illi sar maghruf illi kien hemm assassinju f’ karozza bomba….
Chairman Imhallef M Mallia :
L-ewwel nett, inti dak iz-zmien x’ kont?
Ix-Xhud :
Kont spettur.
Chairman Imhallef M Mallia :
Spettur. Fejn?
Ix-Xhud :
Fl-istess unit
Chairman Imhallef M Mallia :
Fl-istess unit. All right.
Dr Jason Azzopardi :
Jekk joghgbok Sur Cremona, dak inhar ta’ Ottubru jekk ghamiltx xi haga, tlabtx xi haga partikolari garax xi haga frott ix-xoghol tieghek?
Ix-Xhud :
Mela, fis-16 ta’ Ottubru 2017 ghal habta ta’ xi l-erbgha u nofs ta’ wara nofsinhar wara li gie maghruf l-incident sfortunat tal-persuna li giet maqtula permezz ta’ bomba bdejt il-kuntatti ma’ counterparts Amerikani sabiex nidenditikfa u nara x’ jistghu joffrulna anke through l-eperjenza li ghandhom f’ dawn l-affarijiet. Kont attendejt kors xi tliet snin jew erba’ snin qabel u kont sigur li jekk jigu huma hawn Malta jistghu jghamlulna dak li jghidulu data mining u triangulation through their expertise.
Imhallef J Said Pullicino :
Qabel tkompli. Inizjattiva tieghek personali jew inkella gejt dirett minn xi hadd biex taghmilha?
Ix-Xhud :
No. Inizjattiva tieghi personali. Hadtha jiena. Bdejt il-kuntatti mal- counterparts gewwa Ruma u sussegwentement wara li bdejna d-diskussjonijiet
anke through il-WhatsApp, li ghandi kopja taghhom hawnhekk li ha nipprezenta lill-Bord, informajt biha lill-Kummissarju tal-Pulizija ta’ dak iz- zmien li kien is-Sur….
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri qabel dak il-mument, il-mument li qed issemmielna inti, kont informajt lil ta’ fuqek x’ kont ser taghmel?
Ix-Xhud :
No no. Dak huwa jaqa’ fid-dekasteru tieghi u nara illi l-aqwa assistenza li nistghu nsibu ngibuha hawn Malta specjalment fuq ..
Imhallef J Said Pullicino :
Imma inti dak iz-zmien kont Spettur inti.
Ix-Xhud :
Spettur, hekk hu.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma kellek xi hadd fuqek allura, le?
Ix-Xhud :
Supretendent ma kellix
Imhallef J Said Pullicino :
Ma kellekx?
Ix-Xhud :
Kelli Deputat Kummissarju s-Sur Silvio Valletta.
Imhallef J Said Pullicino :
Silvio Valletta. U allura inti s-Sur Valletta informajtu?
Ix-Xhud :
Informajtu wara
Imhallef J Said Pullicino :
Wara.
Ix-Xhud :
Wara.
Imhallef J Said Pullicino :
Wara li kellek ir-risposta
Ix-Xhud :
Hekk hu hekk hu.
Imhallef J Said Pullicino :
All right. Kollox sew.
Ix-Xhud :
Bdejt it-trattati ma’ l-Amerikani u rajna li..
Dr Jason Azzopardi :
Jekk tista’ tghid lill-Bord li..; meta tghid.., jekk ghandek din il-liberta` tghid, meta tghid ma’ l-Amrikana, liema law enforcement agency kont ….
Ix-Xhud :
Mela, il-law enforcement agency li sar il-kuntratt maghha huma l-FBI. Sar through Deputy Legal Attache gewwa Ruma u maghhom iddiskutejt x’ jistghu joffrulna u f’ kemm zmien possibbli l-iqsar zmien possibbili li jistghu li jibaghtu t-team taghhom hawn hekk. Sussegwentement informajt ukoll lill- Kummissarju tal-Pulizija s-Sur Lawrence Cutajar u qalli, qalli – George, l- importanti li jsir dak li ghandu jsir. Jekk irridu ingibu lil dawn in-nies jistghu jaqbdu u jigu. Sussegwentement preparajt l-ittra ufficjali tal-Kummissarju lill- Ambaxxatrici Amerikana u din intbaghtet by email, li hawn kopja taghha wkoll fid-dokumenti, l-Foreign Affairs biex jippreparat in-not verbal halli jkunu jistghu jinfurmaw l-Ambaxxata Amerikana ufficjalment.
Ovvjament l-esperti kienu jirrikjedu illi jsir data mining u triangulation fuq certu cells partikolari u din sussegwentement saret. Hawnhekk hawn id- dokumenti kollha; u importanti illi nghid illi d-dokument hu kollu d-diskors li sar bejni u bejn il-counterpart tieghi gewwa Ruma. Pero` l-isem taghha gie imnehhi for her safety and for a security reasons. Issa tajjeb ukoll, bhal ma diga` ghedt, hawn il-korrispondenza kollha relattiva. Tajjeb ukoll issa xtaqt nidhol daqsxejn fl-operat x’ ghamilna u x’ ma ghamilniex dak iz-zmien. U jekk forsi l-Bord jippermettili nitlob illi nixhed bil-maghluq ghax jidhol fil- ..
Dr Jason Azzopardi :
Sur Cremona, naqbel mieghek illi dik il-parti trid issir bil-maghluq jekk il- Bord jaccetta; pero` nistax nissuggerixxi lill-Bord ghal ragunijiet ta’ pratticita` nehilsu l-parti tax-xhieda tieghek li tista’ tinghata fil-miftuh jekk joghgbok
Imhallef J Said Pullicino :
Naqblu naqblu.
Dr Jason Azzopardi :
Imbaghad wara jekk il-Bord jaccetta, il-parti li hija fil-maghluq ghandha ssir fil-maghluq. Naqblu?
Ix-Xhud :
Mhix problema.
Dr Jason Azzopardi :
Jekk joghgbok; mela apparti dak inhar, tista’ you walk us through anke jekk kienx hemm xi zviluppi li inti gejt infurmat bihom minn l-investigazzjonijiet anke fix-xhur ta’ wara?
Ix-Xhud :
Mela importanti li nghid li l-ewwel kuntatt li sar permezz tal-WhatsApp mal- Legal Attache gewwa Ruma sar fis-16 ta’ Ottubru 2017 fil-hamsa u hamsa ta’ filghaxija (5 : 05 pm). U dan jinkorpora hafna affarijiet fejn iddiskutejna x’ jistghu jibaghtu u x’ jisghu joffrulna u x’ ma jistghux joffrulna. Tlabt ukoll jekk kienx hemm xi servizzi barranin li kellhom assi satellitari fuq Malta. Pero` sfortunatament ir-risposta giet fin-negattiv u sussegwentement gejt informat ukoll illi ma kellhomx current satellites li kienu qed jiffokaw fuq Malta b’ mod specifiku fuq il-Bidnija u l-madwar ghal dak inhar u x-xhur ta’ qabel. Dik importanti li nghidu wkoll. Pero` sussegwentement sar xi xoghol iehor u anke kien hemm investigazzjoni li dhalna fiha relattivament biex stajna naslu ghal certu affarijiet li jekk il-Bord jaccetta nkun nista’ nixhed bil- maghluq imhabba diversi operazzjonijiet li saru.
Imhallef J Said Pullicino :
All right.
Dr Jason Azzopardi :
Sur Cremona, fl-2019 is-sena li ghaddiet, tistax tghid lill-Bord jekk gejtx informat min-naha Amerikana ta’ xi fatt partikolari?
Ix-Xhud :
Iva. Fid-29 ta’ Settembru 2019 gejt infurmat mill-kontro parti Amerikana illi kienu qed jinvestigaw kaz ta’ pesuna illi kienet u uriet ix-xewqa through id- dark Web sabiex tixtri.., il-kliem preciz kien firearm, ammunition and suppressor. Suppressor huwa s-silencer. U minn hemmhekk bdew l- investigazzjonijiet. Pero` biex nidhol aktar fid-dettal…; Dan kien fid-29 ta’ Settembru 2019.
Dr Jason Azzopardi :
Dettalji, mela ha nibdew pass pass. Il-counterpart Amerikana qed nitkellmu liema Dipartiment?
Ix-Xhud :
F’ dan il-kaz kienu l-Homland Security.
Dr Jason Azzopardi :
Mela Homeland Security counterpart tieghek informa lilek, m’ hemmx ghalfejn inkunu nafu min hu jew min kienet, illi frott l-investigazzjonijiet li kienu qed jaghmlu id-dark web.., tispjegali ftit fil-qosor hafna xi tfisser ‘dark web’?
Ix-Xhud :
Dark web huwa…, jiena minhiex tekniku, ha nibdew minn hemm. Pero` d- dark web hija sistema minn fejn il-kontrabandu kollu madwar id-dinja jigi mixtri u jigi relattivament pubblikat. Ovvjament huwa difficli hafna sabiex tasal ghal min ikun hallas. Importanti wkoll li nghidu illi l-hlas ma jsirx in cash jew through visa, imma isir tramite Bitcoin li huwa aktar u aktar b’ mod sigur u aktar difficli biex tasal ghal-individwu ..
Imhallef A Lofaro :
Biex ma tintraccax min kien.
Ix-Xhud :
Hekk hu hekk hu.
Dr Jason Azzopardi :
Issa, Homeland Security fid-29 ta’ Settembru tas-sena li ghaddiet informawk li kien hemm individwu? Persuna?
Ix-Xhud :
Hekk hu.
Dr Jason Azzopardi :
Illi, ikkoregini, xtrat jew pruvat tixtri pistola suppressor u ammunition. Fejn kellu jintbghat dak il-pakket? F’ liema indirizz f’ Malta?
Ix-Xhud :
Dak il-pakkett kellu jintbaght fuq George Fenech, 21st Floor, Portomaso, San Giljan.
Dr Jason Azzopardi :
Issa, id-dark web kella isem partikolari.
Ix-Xhud :
Id-dark web kienet Berlusconi, u li gara li ma stajniex nibqghu ghaddejjin bl- investigazzjoni huwa l-fatt illi kien hemm operation mill-Guardia di Finanza Taljana illi attakkaw id-dark web proprjament il-website Berlusconi, ghaliex? Ghax kien hemm operation fuq l-IPTV u proprjament allura t-transactions u l- Moniker, huma jsejhulu l-Moniker, min prova jixtri; ma setax ikompli bil- kuntratt..
Imhallef A Lofaro :
Moniker ghedtli? Moniker hux?
Ix-Xhud :
Moniker. a setax ikompli bil-kuntatti illi kienu ghaddejjin. Ahna mill-ewwel hsibna li ser nipprova nahdmu fl-istess kaz bil-mod kif hdimna fil-kaz ta’ Jomic Calleja Madoc illi prova jixtri.. l-ewwel prova jixtri l-polonium 210, u sussegwentement xtara s-C4, l-isplussiv. F’ dan il-kaz partikolari hdimna control delivery. Meta gejna informati li persuna jew persuni mhux identifikati kienu provaw jixtru l-polonium, dan qed nghid Lulju tas-sena l-ohra, hdima operation, gejna awtorizzati minn l-Avukat Generali biex naghmlu control delivery u nibdewha minn l-Istati Uniti. Tlajna l-Istati Uniti, biddidlna s-C 4 ma’ inert, u bqajna insegwuh sakemm wasal hawn Malta u giet konkluza l- control delivery. Ahna dak il-hin hsibna li ser nahdmu bl-istess mod pero` sfortunatament id-dark web Berlusconi it was taken down by the Italian Authorities. U hawnhekk f’ dan id-dokument ukoll li ha nghaddilkom hemm ukoll open sources fejn jghidlek il-perjodu illi.. jindikalek il-perjodu li l- website giet taken down.
Imhallef J Said Pullicino :
Pero` meta ghedtilna li wiehed kien ser jipprova jixtri din l-arma, iz-zmien meta kien dan?
Ix-Xhud :
Iz-zmien kien 29 ta’ Settembru 2019.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri li pprova jixtriha dak iz-zmien jigifieri.
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef J Said Pullicino :
2019.
Ix-Xhud :
2019, is-sena l-ohra. 29th September.
Imhallef J Said Pullicino :
Qed nifhem ir-relevanza ghal dan il-kaz, mhux hekk?
Dr Jason Azzopardi :
Meta kien hemm ovvjament Melvin Theuma imwerwer ghal hajtu ghaliex kif xehed disga` u kif hareg mir-recordings ..
Imhallef J Said Pullicino :
….
Imhallef A Lofaro :
Ma kienx jissemma s- … Dr Azzopardi
Dr Jason Azzopardi :
Daka …. Fil-kumpilazzjoni ..
Imhallef A Lofaro :
Ghax ukoll … the dark web kienet din.
Dr Jason Azzopardi :
Iva; fil-kumpilazzjoni, is-Sur Zahra minghalija kien xehed illi f’ April tas-sena li ghaddiet kien hemm xi .. grammi ta’… , f’ dan il-kaz qed nitkellmu proprju meta kien jaf li ha jsir l-arrest ta’ Melvin Theuma f’ dak l-istess perijodu.
L-ahhar domanda qabel ma morru ghal maghluq, Sur Cremona, dan ix-xiri jew attentat ta’ xiri ta’ arma bl-apparat li semmejt is-silensor u l-iminition, il-hlas kien ser isir bil-Bidcoins?
Ix-Xhud :
Bil-Bidcoin. Issa tejjeb ukoll ..
Chairman Imhallef M Mallia :
Kemm nistaqsik, lil George Fenech f’ dak l-indirizz kontu kellimtuh dwarha din?
Ix-Xhud :
George Fenech ahna morna ghal persuna li huwa missier Yorgen Fenech, li dak huwa mejjet.
Imhallef A Lofaro :
Dak mejjet, ezatt. George huwa z-ziju, le? ta’ Yorgen
Dr Jason Azzopardi :
No. Il-papa`
Ix-Xhud :
Il-papa`
Imhallef A Lofaro :
Li miet.
Ix-Xhud :
Hekk hu.
Imhallef A Lofaro :
I see.
Ix-Xhud :
Tajjeb ukoll illi nahseb nghid ukoll li meta Jomic Calleja Madoc li huwa kaz separat ipprova jixtri l-polonium kien tahom.. meta qed jiccettjaw biex jixtri l- polonium u kemm irid doza; ghall-ewwel qal irrid doza wahda u mbaghad qallu hames dozi. F’ mument partikolari kien anke intalab jaghti l-weight u l- height ta’ min irid joqtol. Jigifeiri hemmhekk ghandek indikazzjoni l- intenzjoni specifika f’ dan il-kaz separata..
Imhallef A Lofaro :
U tahom dawn id-dettalji?
Ix-Xhud :
Iva iva, u dawn ..
Imhallef A Lofaro :
Tahom ukoll!
Ix-Xhud :
Dawn xhedthom ..
Dr Jason Azzopardi :
Le mhux f’ dan; m’ ghandux x’ jaqsam ..
Ix-Xhud :
No no no, fil-kaz ta’ Jomic Calleja Madoc. Dan tahom fil-kaz li ghandu pendenti quddiem il-Qorti tal-Magistrati.
Dr Jason Azzopardi :
Jekk nista’ nistaqsi u tista’ twiegeb, meta l-Homeland Security fid-29 ta’ Settembru infurmawk bix-xiri jew tentattiv ta’ xiri ta’ dawn il-firearm, individwalek jew semmewlek jew irreferw ghal xi individwu li fil-fehma taghhom kien ghamel din ix-xirja jew pprova jixtri?
Ix-Xhud :
No no.
Dr Jason Azzopardi :
Pero` tawk l-indirizz.
Ix-Xhud :
Tawni l-indirizz li kien indikat mix-xerrej tramite id-dark web. Ovvjament jiena dak id-dettalji kollha li kellna ghaddejthom lill-Ispettur ..
Dr Jason Azzopardi :
U ghandek x’ turi lill-Bord beix tipprezenta?
Ix-Xhud :
Iva. Lill-Ispettur Keith Arnaud
Dr Jason Azzopardi :
Min-naha tieghi tista’ nkompli bil-maghluq
Imhallef A Lofaro :
Lill-ispettur Keith Arnaud ghedtli.
Ix-Xhud :
Keith Arnaud iva
Imhallef J Said Pullicino :
Pero` Dr Azzopardi,… interessanti u relevanti ghal hafna affarijiet, pero` mhux necessarjament ghal din l-Inkjesta eh! Ghax jiena dana ..
Dr Jason Azzopardi :
Skuzani, il-Bord ha japprezza l-importanza tar-relavanza meta ftit tal-gimgha ohra jekk il-Bambin irid tingieb certa evidenza quddiem il-Bord ..
Imhallef A Lofaro :
Dik tal-Europol?
Dr Jason Azzopardi :
Ezatt. Jekk forsi nista’ nieqaf s’ hemm..
Imhallef J Said Pullicino :
Qed naghmel dan il-punt ghax inkella ..
Dr Jason Azzopardi :
Yes yes
Imhallef J Said Pullicino :
Kriminali hawn hafna; jaghmel hafna attivitajiet imma l-attivitajiet mhux kollha jidhlu f’ din l-Inkejsta.
Dr Jason Azzopardi :
Fuq dan ix-xhud ghal parti bil-maqghluq nistghu naghmluha fil-maghluq u mbaghad ..ghax il-Bord ghandu xhieda ohrajn iktar tard
Chairman Imhallef M Mallia :
Iva. All right.
Din hija s-sustanza tax-xhieda tas-Supretendent George Cremona kif giet dettata minnu stess fil-prezenza ta’ l-istess xhud.
Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.
Saviour Scicluna Traskrittur