Xhieda ta’ Johann Galea – 9 ta’ Diċembru 2020
L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Seduta miżmuma llum l-Erbgha 9 ta’ Dicembru 2020, fis-2:00 p.m. fit- Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.
Xhud Johann Galea iben il-mejjet John Galea u Catherine nee` Grech, imwieled H’ Attard u residenti Birzebbuga bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid :
Chairman Imhallef M Mallia :
Sur Galea, ahna kull ma rridu nkunu nafu r-rapporti tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni x’ isir minnhom. Fejn ikunu. Ma rridux dettalji
Ix-Xhud :
No no..
Imhallef A Lofaro :
Ma rridux ismijiet.
Chairman Imhallef M Mallia :
Jigu ghandkom? Jigu ghand il-Ministru? Fejn imorru?
Ix-Xhud :
Le; kull rapport li tlesti l-PSAC skont il-ligi jinghadda ghand il-Ministru. Issa jien hawnhekk imbaghad il-Ministru jintavola dawn fil-Mejda tal-Parlament
Chairman Imhallef M Mallia :
Eh jaghmilhom..!
Ix-Xhud :
Iva. Jien hawnhekk ghandi, u lestejthom minn qabel biex inkun nista’ naghtihomkom, ghandi zewg listi li ser nghaddihom issa bhala documentation. Documentation minnhom huwa l-lista ta’ rapporti li wiehed jista’ isib online. Jigifieri huma dawn public domain. Mela kulhadd ghandu access ghalihom dawn. Just tithol fil-website tal-parlament, tfittex il-kaz u qeghdin hemmhekk.
Imbaghad hemm lista shiha ohra li qeghdin by request, ma humiex qeghdin fuq il-website ghax huma iktar antiki. Imma by request dawn kienu gew intavolati.., gibt mill-bidu tista’ tghid kwazi tal-Permanent Commission Against Corruption. Ghamiltha billi staqsejt ukoll anke lill-Parlament biex nara fejn…; kont naf li jkunu available, imma qatt ma kont dhalt biex niccekkja, fhimt?, jekk kienux available jew le. Imma jigifieri dawn iz-zewg dokumenti nista’ impoggihom jiena bhala ..
Imhallef J Said Pullicino :
Minn liema sena jibdew?
Ix-Xhud :
Li huma online tista’ tghid minn 2016; u dawk li ma humiex online minn 1990 ‘l hawn hawn lista shiha li gew sottomessi fil- Parlament.
Imhallef J Said Pullicino :
U ghandna indikazzjoni kemm minnhom instabet xi htija?
Ix-Xhud :
Dik jekk hemmx htija jew le dik haga li ma dhaltx fiha; u lanqas bhala Ministeru ahna ma nidhlu fiha. Ghax ahna l-unika onus li hemm fuqna bhala Ministeru u anke bhala Ministru huwa li meta il-PSAC ilesti rapport jircevih. M’ hemmx lanqas imnizzel li ghandu jpoggih fuq il-Mejda tal-Kamra. Imma qisu minn dejjem kien hemm il-prassi.. qed nitkellmu hawnhekk minn 1990, li dawn jitpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra, u allura qeghdin under public scrutiny. Illum jigifieri dawn hma pubblici u kulhadd jista’ jarahom u kulhadd jista’ jitlobhom ir-rapporti.
Chairman Imhallef M Mallia :
Imma tiehdu azzjoni fuqhom dawn?
Ix-Xhud :
Ahna ma ahniex l-entita` responsabbli jew l-Ministeru responsabbli mbaghad biex niehdu azzjoni fuqhom.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ma ghandkomx.
Ix-Xhud :
Jekk qeghdin fil-public scrutiny, l-entijiet jew l-istituzzjoniet li ghandhom id- dover – id-dmir biex jaraw li dawn jittiehed xi azzjoni qeghdin out there hux.
Imhallef J Said Pullicino :
Il-lista fiha l-ismijiet ukoll jew dati biss?
Ix-Xhud :
Le le, ghadnek it-titles tar-rapporti ukoll kollha li gew impoggija. Hemm zewg kopji – hemm zewg dokumenti separati; wiehed jispecifika liema huma dawk li available online u l-ohrajn dawk li huma available by request; imma dawk they are public documents.
Chairman Imhallef M Mallia :
Jigifieri dawn nistghu insibuhom fl-atti ta’ din …
Ix-Xhud :
Iva. U dawk li qeghdin online poggejt ukoll il-link il-hyperlink li wiehed…; jekk tkunu tridu softcopy not a problem, nghaddihomkom softcopy ukoll biex wiehed ikun jista’ isibhom iktar facilment.
Imhallef J Said Pullicino :
…
Chairman Imhallef M Mallia :
Hawn prezentata.
Ix-Xhud :
Ma’ dik impoggi wkoll din il-lista. Din hija lista minn 2011 sa 2020 il-kazijiet pendenti u l-kazijiet godda ma’ tul li kien hemm kull sena. Dawn jinhargu ghax anke kien hemm diversi PQs. Fil-PD stess tinhareg din l-informazzjoni. Jigifieri din hija informazzjoni wkoll in the public domain. Ghax il- PQ imbaghad tigi xi haga pubblika. Tant hu hekk il-kazijiet ukoll hemm imnizzla il-kazijiet li kien hemm.. li hemm bhal issa pendenti. Jigifieri dawn qeghdin ukoll imnizzlin hawnhekk.
Chairman Imhallef M Mallia :
Dawn il-kazijiet kif jibdew? Min jirreferi l-Kummissjoni?
Ix-Xhud :
Il-Kummissjoni fil-ligi taghha hemm zewg parametri kif jibdew. Jew b’ investigazzjoni taghha jew inkella xi hadd ikun ha guramentat.
Chairman Imhallef M Mallia :
Xi hadd irid..
Ix-Xhud :
Iva. Imma l-bicca xoghol hija din;..
Chairman Imhallef M Mallia :
Complaint trid tkun hemm minn ghand xi hadd.
Ix-Xhud :
Ehe, issa l-issue hija.., jiena qed nifhem, (ghax bil-Malti tajt harsa zghira l- cases imbaghad li hemm..), kull kaz huwa tieghu; literally trid toqghod thares inti kull kaz li hemm u tara minn kif beda jew le. Min kien li ghamel il- complaint. Min kien li ressaq il-problema quddiem il-PSAC. Imma ma ghandnix data u lanqas ghandi ghalfejn, ha nitkellem car min-naha tieghi, anke ahna bhala Ministeru, li nidhol jiena kif bdew il-cases.
Chairman Imhallef M Mallia :
Le, imma jekk ikun hemm xi hadd ihossu aggravat minn xi att u jara illi hemm att ta’ korruzzjoni governattiv x’ jaghmel biex jibda?
Ix-Xhud :
Imur ghand il-PSAC u jressaq l-ilment tieghu, iressaq is-suggett.
Imhallef A Lofaro :
Bil-miktub?
Ix-Xhud :
Ma nistax nghid issa dik, ma ghandix vizibbilta`.
Chairman Imhallef M Mallia :
Imma hemm il punto di partenza..
Ix-Xhud :
Ma ghandix vizibbilta`. Imma qed nifhem li jista’ jaghmilha bil-mitub, jista’ jaghmilha appuntament; imma ma ghandix dik il-vizibbilta`. Ghax dak imbaghad huwa l-operational workings ta’ kif jahmdu l-PCAC. Issa hawnhekk irrid niccara u nkun.., li ahna hemm.. biss kif taqbad tghid?, arms length bejna bhala Ministeru u l-Permanent Commission. U hekk ghandu jkun. Ahna la nidhlu liema l-cases jiehdu l-priority, ahna la nidhlu jekk case titqiex li ghandha tibda u jkompluha..; dak ma huwiex kompitu taghna. Daka huwa kompitu tal-Kummissjoni. Ahna qeghdin hemmhekk biex jekk ghal xi raguni jkun hemm bzonn sapport dak ahna naghtuh. Jekk hemm bzonn hemm talba ghal sapport ahna naghtuh..
Imhallef J Said Pullicino :
Minhiex qed nifhem ta; jigifieri hemm il-Kummissjoni permanenti..
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef J Said Pullicino :
Imbaghad hemm intom?
Ix-Xhud :
Ahna le; ahna bhala Ministeru ejja nghidu ..
Imhallef J Said Pullicino :
Intom mill-Ministeru qed titkellem jigifieri.
Ix-Xhud :
Jiena qed nitkellem bhala Ministeru. Jien ma nitkellimx bhala Permanent Commission.
Imhallef J Said Pullicino :
Sewwa sewwa.
Ix-Xhud :
Minhiex membru fil-Permanent Commission u lanqas jiena parti mill- Permanent Commission, allura ma nistax nitkellem ghaliha. jiena ..
Imhallef J Said Pullicino :
Dan li tajtna jigifieri mil-listi huma l-listi ta’ kazijiet li jircievu rapport minn ghand il-Kumissjoni l-Ministru….
Ix-Xhud :
Il-Ministeru iva
Imhallef J Said Pullicino :
Sewwa.
Ix-Xhud :
Il-Ministru, lanqas il-Ministeru, sorry. Il-Ministru.
Imhallef J Said Pullicino :
Il-Ministru.
Ix-Xhud :
Il-Ministru, ghax il-ligi lill-Ministru tghajjat, lanqas tghajjat lill-Ministeru. Tghajjat lill-Ministru. U jiena gbarnihom dawk biex ukoll nuru mbaghad x’ sar minnhom; il-Ministru koncernat across the years x’ ghamel bihom.
Imhallef J Said Pullicino :
Sewwa. U allura ma jirrizultax minn hemmhekk jekk kellekx complaints li saru minn individwi jew inkella kellek xi investigazzjoni on the own initiative tal-Kummissjoni?
Ix-Xhud :
..
Imhallef J Said Pullicino :
Le, ma jirrizultalekx.
Ix-Xhud :
Minhiex fil-pozizzjoni li nghid jekk dawk il- … ; hemm number 1) hemm lista shiha twila ta’ rapporti hemmhekk; jekk kienx hemm rapporti li bdew on the own initiative tal-Commission across the years jew inkella kienux kollha instigati minn xi individwi. Le, ma dorniex, ma qghadtx…, ha nitkellem car, minn Monday li ghadda sal-lum hemm ammont kbir ta’ rapporti. Imma beyond that nahseb lanqas huwa remit tieghi bhalissa; ir-remit taghna bhala Ministeru nidhlu fiha.
Imhallef J Said Pullicino :
Hemm amount kbir ta’ kazijiet, pero` ghaddew ghoxrin (20) sena eh!
Ix-Xhud :
Iva..
Imhallef J Said Pullicino :
Jekk mhux izjed! tletin (30) anzi; minn 19….
Ix-Xhud :
Minn 1998.
Imhallef J Said Pullicino :
Ghaddew 30 sena kwazi, insomma 25 sena.
Ix-Xhud :
Le sorry, nahseb qabel iktar minn hekk.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri…!
Ix-Xhud :
Le imma ma nahsibx li huwa r-remit.., ha nitkellem cara ara; jekk huwiex illum jiena b’ dik l-informazzjoni, ejja ha nghid hekk, bhala Ministeru, bl- informazzjoni li nkun naf min bdihom il-cases jiena x’ inhu l-iskop li jkunu Ghandi? Bhala Ministeru qed nitkellem issa. meta l-onus ..
Imhallef J Said Pullicino :
Jiena nifhem li qak li qed insaqsik jirrizulta minn l-istess rapport. Jigifieri jekk hemm rapport tal- PACC, jghidlek ara hawnhekk ser nibghatlek rapport li ghamilt fuq l-inizjattiva tieghi stess, jirrizulta minn hemm zgur dan, qed tifhem?
Ix-Xhud :
Jirrizulta f’ kull rapport
Imhallef J Said Pullicino :
Jew inkella malli jibda jghid jiena rcivejt rapport u qed ninvestigah. Jigifieri..
Ix-Xhud :
Jien ghalhekk qed nghid; kull rapport li hu pubbliku fih hemm imnizzel jekk u.., mhux ‘jekk’, kif beda, x’ kien l-origini tieghu. Jekk qed nifhem li kien hemm xi rapport li beda from their own.. kif taqbad tghid?, minn l- investigazzjoni taghhom stess, bdewh huma mela ghandu jkun jidher fir- rapport.
Imhallef J Said Pullicino :
Ovvjament. Imma tifhem inti ghaliex jista’ ikun jekk per ezempju ikun ta’ l- Electrogas l-ebda persuna f’ Malta ma jinterssaha tqajjem kwistjoni; imma tant ikun hemm affarijiet li..
Ix-Xhud :
Fhimtek fhimtek..
Imhallef J Said Pullicino :
….tghid jiena tinvestigah. Kik hi l-kwistjoni kollha.
Ix-Xhud :
Fhimtek. Le jigifieri minhiex f’ pozizzjoni li nikkmmenta
Imhallef J Said Pullicino :
Dan suppost jirrizultalna mill-lista li ghadek kif tajtna.
Ix-Xhud :
Il-lista hemmhekk hija komprensiva; tghid dak kollu li hemm bhalissa online; u dawk huma kollha r-rapporti li dahlu.
Dr Therese Comodini Cachia :
Fir-rapporti li pprezentajt jindikaw il-konkluzjoni tal-kaz? Jigifieri jindika jekk instabitx corrupt practice jew le?
Ix-Xhud :
Ir-rapport fih innifsu fl-ahhar fil-concluding remarks tieghu dejjem ghandu l- PCAC x’ inhu jahseb.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jigifieri jghid f’ dan il-kaz sibna corrupt practice, f’ dan il-kaz ma sibniex? Imma qieghed f’ dak ir-rapport?
Imhallef A Lofaro :
Le ma huwiex
Ix-Xhud :
Le stenna wait wait. Jiena li poggejt quddiem il-Public Inquiry Board hija ..
Chairman Imhallef M Mallia :
Lista.
Imhallef A Lofaro :
Lista biss
Ix-Xhud :
..lista ta’ kull rapport li hemm available in the Public Domain.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jigifieri meta inti ghedtilna li kollox qieghed fil-public domain, kollox minbarra l-iktar haga li trid tkun fil-public domain.
Ix-Xhud :
Le ta; le ma ghedtx hekk skuzani
Dr Therese Comodini Cachia :
Le?
Imhallef J Said Pullicino :
Ir-rapport fih innifsu qieghed public domain.
Ix-Xhud :
Ir-rapport kollu qieghed fil-public domain.
Imhallef J Said Pullicino :
…jekk nghafsu buttuna ha nsibu fl-ahhar tar-rapport il-Kummissjoni ….
Ix-Xhud :
Jekk ir-rapport ..
Dr Therese Comodini Cachia :
Imma r-rapport tal-Kummissjoni wiehed jista’ jottjenih?
Ix-Xhud :
Iva.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jekk jiena Joe Borg..
Imhallef A Lofaro :
Qieghd online hu? online.
Ix-Xhud :
Qieghd online.
Dr Therese Comodini Cachia :
Qieghed online?
Imhallef A Lofaro :
Online.
Ix-Xhud :
Jew inkella by request. Ara, il- Parlament ..
Dr Therese Comodini Cachia :
Ir-rapport tal-kaz.
Ix-Xhud :
Sorry?
Dr Therese Comodini Cachia :
Le, ghax l-ahhar darba meta kien hawn ic-Chairperson tal-Board qalilna li ma jistax jghid xejn.
Imhallef A Lofaro :
Qalilna li ma jistghux jixhdu; xejn qalu.
Dr Therese Comodini Cachia :
U xejn ma hu fil-pubbliku; allura jien qed nipprova nifhem jekk ir-rapport
Imhallef A Lofaro :
Veru. Verru qalilna li ma jistax, lanqas jixhed qalilna!
Imhallef J Said Pullicino :
Online l-ahhar sentejn?
Ix-Xhud :
Online qisu mis-16 ‘l hawnhekk bdew jitpoggew online; imma l-ohrajn.. l- ohrajn, u kkonfermajt mal-Parlament, qeghdin available by request. Jigifieri jekk hemm xi hadd hemm xi rapport li jrid jikteb lil Clerk of the House u jibaghtuhulu..
Imhallef A Lofaro :
U jinghata kopja?
Ix-Xhud :
U jinaghtalu kopja
Imhallef A Lofaro :
Zgur jinaghtalu?
Ix-Xhud :
Sa fejn naf jien. Almenu jiena dak li gie mitqal lili, jiena qatt ma tlabt kopja taghhom. Ma kelli l-ebda interess li nitlob kopja. U fittixt online, dhalt biex niccekja wahda minnhom rajt rapport wiehed, fl-ahhar ikollok il-conluding remarks jekk il- PCAC ihossx li hemm bizzejjed grounds ..jigifieri
Imhallef A Lofaro :
Qeghin online
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri llum kollox pubbliku. Jew online jew …
Dr Therese Comodini Cachia :
All right; infittixhom jien u naghmel rapport. U indikajtilna wkoll illi.., mela, il-Kummissjoni almenu mill-ftit li qaltilna ma hijiex l-entita` illi tiehu passi ohra apparti r-rapport taghha; il-Ministeru tal- Gustizzja lanqas; allura l- Ministeru tal-Gustizzja jaf liema hi l-entita` li suppost li ghandha ir- responsabbilta` tieghu?
Ix-Xhud :
Nahseb li kulhadd jaf min hu responsabbli jew le; ma ghandix ghalfejn nghidha jien din, sorry.
Dr Therese Comodini Cachia :
Le jien ma nafx
Ix-Xhud :
Le le, jigifieri ma tafx min hu responsabbli jekk hemm rapport li qed jghid hemm korruzzjoni u ghandu jmexxi!? Ma nahsibx li huwa jien!
Imhallef A Lofaro :
Il-Pulizija
Ix-Xhud :
Allura!
Dr Therese Comodini Cachia :
Inti x-xhud u inti trid tirrispondija fit-transcript Sur Galea, mhux jiena nirripondihielek.
Ix-Xhud :
Iva, nahseb it is in the public domain li kulhadd jaf min huma l-istituzzjonijiet li ghandhom responsabbilta`. U nieqaf hemmhekk.
Imhallef J Said Pullicino :
Ara forsi taqbilx mieghi li ..
Dr Therese Comodini Cachia :
Tieqaf hemmhekk x’ jigifieri tieqaf hemmhekk?
Imhallef J Said Pullicino :
….fir-rapport ikun hemm indikat, tajjeb?, qed jigi referut lil xi awtorita` biex tiehu l-passi mehtiega.
Ix-Xhud :
Illum bic-change ..
Imhallef J Said Pullicino :
Inti gie li rajthom dawn ir-rapporti?
Ix-Xhud :
Issa meta dhalt online ghax qabel qatt dhalt fihom dawn biex niccekjahom jiena, ghax ma ghandix ghalfejn. Ghax il-ligi lanqas tghajjat li jigu ghandi dawn. Dawn imorru ghand il-Ministru u l- Ministru mbaghad ipoggihom fuq il-Mejda tal-Parlament.
Imhallef J Said Pullicino :
Ahna ma nafux x’ persentagg minn dawn ir-rapporti jindikaw li kien hemm korruzzjoni. Ghandi l-impressjoni jien li huwa zghir hafna l-persentagg; imma hu x’ inhu. Il-persentagg ta’ dawn ir-rapporti li jghidu li hemm korruzzjoni ghandek gharfien illi r-rapporti jkunu jghidu illi qed jigi referut lit-tali awtorita` biex tiehu l-passi mehtiega?
Ix-Xhud :
Ma nahsibx li jkun fihom hekk; imma llum bil-ligi kif giet il-ligi kif giet emendata, fejn ikun hemm li qed tinstab korruzjoni….
Imhallef J Said Pullicino :
Qishom obbligati …
Ix-Xhud :
….. jew hemm dubju ta’ korruzzjoni, barra r-rapport lill-Ministru il- PC AC trid taghti wkoll rapport lill-Attorney General.
Imhallef J Said Pullicino :
Anzi obbligati jibaghtuh lill-Attorney General.
Ix-Xhud :
Iva obbligat. Ghalhekk qed nghid..
Imhallef J Said Pullicino :
…imma dik illum
Imhallef A Lofaro :
.. bil-ligi
Ix-Xhud :
Dik bil-ligi kif giet minn Awwissu li ghadda’l hawn. Jigifieri hemm dik l- obligazzjoni.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jigifieri mela mhux il-Pulizija kif ghedtilna qabel li hija l-entita, imma l- Avukat Generali
Ix-Xhud :
Le jiena ma ghedtx li huwa l-Pulizija sorry
Imhallef J Said Pullicino :
Dottoressa x-xhud huwa xhud..
Imhallef A Lofaro :
Le ma qalx.
Dr Therese Comodini Cachia :
Le imma ma qalx li..
Ix-Xhud :
Jien ma ghedtx il-Pulizija, sorry.
Imhallef A Lofaro :
Qal tafu min huma..
Dr Therese Comodini Cachia :
Peress illi semma l-entitajiet, xtaqt inkun naf jekk jafux.
Chairman Imhallef M Mallia :
Jekk ikun hemm reat kriminali mhux il-Pulizija?
Imhallef J Said Pullicino :
L-Avukat Generali
Dr Therese Comodini Cachia :
Jidher li l-Avukat Generali skont kif qed tghidilna …
Ix-Xhud :
Jien ma ghedtx hekk. Jien ghedt il-ligi, qieghda specifikata fil-ligi.
Imhallef J Said Pullicino :
Il-ligi ta’ l-Avukat Generali saret issa. Din is-sena jew is-sena l-ohra, ma nafx.
Ix-Xhud :
Issa; minn Awwissu
Imhallef J Said Pullicino :
L-emenda illi …. direttament lill-Avukat Generali jidher li saret issa.
Ix-Xhud :
Iva.
Dr Therese Comodini Cachia :
Saret issa; dik l-emenda li rajna l-ahhar darba Sur Imhallef.
Imhallef J Said Pullicino :
Saret issa. Jigifieri qabel kont nippretendi jien li jintbaghat lill- Kummissarju jew inkella lil xi hadd jintbaghat.
Dr Therese Comodini Cachia :
Le ma kienx hemm.
Imhallef J Said Pullicino :
Jew ma jintbaghat lil hadd; jekk kien hemm; ghax forsi ma kien hemm l-ebda kaz fejn instab korruzzjoni wkoll. Ghax jiena … ! Ghax jekk ma jsibux korruzzjoni ma jaghmlu xejn, qed tifhem? Jigifieri huma ghandhom bicca ragun, jaslu ghal konkluzjoni li m’ hemmx korruzzjoni ghaliex jghidu li l-ligi hi kif inhi; u forsi ghandhom ragun, tajjeb? Imma l-ligi trid tinbidel.
Dr Therese Comodini Cachia :
Nahse li ghalina rridu naraw nanalizzaw dawk ir-rapporti u nipprezentaw jekk hemmx rakkomandazzjonijiet x’ isiru. Ghalhekk kont qed naghmel dak it-tip ta’.. ; Grazzi Sur Imhallef.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ok. Grazzi.
Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Johann Galea kif giet dettata minnu stess fil-prezenza ta’ l-istess xhud.
Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.
Saviour Scicluna Traskrittur