Xhieda ta’ John Rizzo – 7 ta’ Jannar 2020

Xhieda ta’ John Rizzo – 7 ta’ Jannar 2020

07.01.20 xhud John Rizzo

Fl-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum it-Tlieta 7 ta’ Jannar, 2020.


John Rizzo, iben Gerald, imwieled Bormla u residenti Haz Zabbar bil-Malti bil- gurament jghid:


Imh. M. Mallia: Sur Rizzo, inti ghamilt zmien Kummissarju tal-Pulizija. Xhud: Yes.

Imh. M. Mallia: Inti taf ghalxiex gejt tixhed hawn hekk, probabbilment ghandek idea.

Xhud: Bejn wiehed u iehor.

Imh. M. Mallia: Issa, liema zmien kont – nibdew minn hawn, liema zmien ghaddejt bhala Kummissarju tal-Pulizija?

Xhud: Bhala Kummissarju bdejt minn November two thousand and one (2001) u spiccajt April two thousand and thirteen (2013).

Imh. M. Mallia: November two thousand and one (2001). Imh. A. Lofaro: Sa April two thousand and thirteen (2013).

Imh. M. Mallia: It is quite a long stretch. Ok. Issa, fuq il-kaz tas-sinjura Daphne Caruana Galizia, nafu x’gara, u nafu wkoll illi fi zmienek, almenu rrizulta sa issa – semmew anke l-familja, li fi zmienek kienet issir xi forma ta’ sorveljanza, xi forma ta’ protezzjoni mas- sinjura Caruana Galizia. Tista’ tghidilna iktar dettalji, din il-forma ta’ protezzjoni taht liema forma kienet u x’mizuri kont tiehu bhala Kummissarju tal-Pulizija fuqha din is-sitwazzjoni?

Imh. A. Lofaro: U jekk kienetx hi li talbitha. Xhud: Sorry?

Imh. M. Mallia: U talbitiex hi per ezempju wkoll. Xhud: Ok.

Imh. A. Lofaro: Grazzi.

Xhud: Jiena barra z-zmien li ghamilt – forsi naghtikhom ftit iktar milli staqsejtuni, barra li ghamilt zmien bhala Kummissarju, ghamilt zmien ukoll nahdem is-CID, Supretendent u anke Assistent Kummissarju. U niftakar il-precessuri tieghi, jiena fir-rank li semmejtlek bhala Assistent Kummissarju u Supretendent, gieli konna naghmlu wkoll il-protezzjoni minn dak iz-zmien.

Imh. M. Mallia: Minn dak iz-zmien.

Xhud: Il-protezzjoni ma bdietx – ma bdejtiex jiena. Kienet bdiet anke mill-precessuri tieghi.

Imh. A. Lofaro: Minn George Grech allura.

Xhud: Qabli kien hemm George Grech, qablu kien hemm Mister Calleja. Kemm kienet ilha ezatt ma niftakarx, illum ghadda z-zmien pero’ zgur li ma vvintajtiex jien, zgur li ma ghamiltiex jien l-ewwel darba. Jigifieri konna nhossu l-htiega from zmien – minn time – minn zmien ghal zmien u konna naghmlu dak li nhossu li huwa l-ahjar li ghandna naghmlu. Jiena fil-kapacita’ tieghi bhala Kummissarju ghad-domanda tieghek – iva, kien hemm zminijiet meta kont naghmel fixed point wara l-bieb, kien hemm zminijiet meta kienu jkunu bl-uniformi, kien hemm zminijiet meta kont naghmel very frequent patrols, kien hemm zminijiet meta anke forsi ghamilthom faccata tar-residenza. Ovvjament wiehed jara x’ikunu z-zminijiet, jevalwa certu, certu riskji li jkun hemm ukoll u tiehu d-decizjonijiet li inti thoss – pero’ jekk tistaqsini ezatt minn liema zmien sa liema zmien f’dawn it-tlettax (13) –il sena li kwazi ghamilt bhala Kummissarju, illum nghidlek li impossibbli, ma ghandix ir-records f’idejja.

Imh. M. Mallia: Li tiftakar int, is-sinjura Caruana Galizia qatt staqsiet ghal din il-protezzjoni jew kont int illi ghamilt, illi ddecidejt li ghandek taghmilha?

Xhud: Onestament ma nahsibx li qatt staqsiet ghaliha hija. Jiena kwazi, kwazi l-impressjoni li ghandi jista’ jkun li kien hemm xi drabi li setghu dejquha wkoll, jekk niftakar tajjeb. U niftakar forsi kienet ukoll wahda mir-ragunijiet ‘il ghala jiena kont tfajt anke karozza faccata jew kont naghmilhom frequent patrols, very frequent

patrols. Pero’ bhal ma ghidtlek, ghadda z-zmien, difficli nghidlek bil-preciz il-granet jew ix-xhur jew is-snin li kont naghti din it-tip ta’ protezzjoni.

Imh. M. Mallia: Semmejtli illi meta sirt Kummissarju fit-two thousand and one (2001) kien hemm diga forma ta’ protezzjoni.

Xhud: Ija, ehe.

Imh. M. Mallia: Issa, u inti komplejt . . . . Xhud: Mhux kontinwa.

Imh. M. Mallia: Ma kienetx kontinwa. Xhud: On and off.

Imh. M. Mallia: U inti komplejt, u inti komplejt . . . . Xhud: Komplejt fuq l-istess linja jiena.

Imh. M. Mallia: Din kienet decizjoni tieghek bhala Kummissarju jew kienet ordni gejja mill-gvern illi taghmilha din?

Xhud: No, no.

Imh. M. Mallia: Jew il-gvern qatt indahal fiha din? Xhud: No, no, no.

Imh. A. Lofaro: Ministri? Prim Ministri? Xhud: No, no, no.

Imh. M. Mallia: Ministri? Prim Ministri?

Xhud: No, no. Ahna kien ikollna numru ta’ persuni li nhossu li ahna ghandna ghamlu l-protezzjoni maghhom. Naghtik ezempju. Per ezempju anke fl-elezzjoni, jiena cert li fit-two thousand and thirteen (2013), cert li hallejt il-protezzjoni maghha. Din niftakarha qisha llum.

Imh. M. Mallia: Xi pressjoni mill-gvern biex toffriha din il-protezzjoni ma kellekx?

Xhud: No.

Imh. M. Mallia: Jigifieri inti hassejt illi bhala Kummissarju . . .

Xhud: Il-pressjoni kulltant iktar tkun minhabba x-xoghol li jkollok, l- istrength li jkollok, you know?

Imh. M. Mallia: Jigifieri r-risk assessment kont taghmlu int u inti kont tiddeciedi . . .

Xhud: Mhux wahdi. Ma kont niddeciedi wahdi.

Imh. M. Mallia: Ma kontx tkun wahdek, nifhem. Inti bhala Kummissarju voldieri, bhala l-pulizija mal-kollegi tieghek.

Xhud: Preciz.

Imh. M. Mallia: U kont toffriha.

Xhud: Ehe. U ovvjament minn zmien ghal zmien naghmlu review, qed tifhem? Pero’ kien hemm istanzi fejn iva, kont inhoss jien li huwa obbligu kbir tieghi li ghandi naghmilha l-ghassa. Jigifieri ha nitkellem car. Wahda minnhom li niftakar kien hemm – kellhom incident il-familja Caruana Galizia meta kienu harqulhom il-bieb ta’ wara. Niftakar kienu joqghodu over a valley hekk. Kont mort personali jien xi darbtejn nara. Jigifieri kien ikun hemm istanzi fejn iva konna nhossu n-necessita’. Issa nahseb li ta’ qabli kienu jaghmlu bhali jien, nimmagina.

Imh. M. Mallia: Sewwa. Meta nbidel il-gvern, fit-thirteen (’13), fit-two thousand and thirteen (2013), inti kont ghadek Kummissarju u . . .

.

Xhud: Ma domtx imma ta.

Imh. M. Mallia: Ma domtx. Kemm domt? Xhud: Sat-thirteenth (13) April.

Imh. M. Mallia: Gimghat. F’dawk il-ftit gimghat li domt Kummissarju, inti xorta bqajt toffriha dik il-protezzjoni?

Xhud: Li hu zgur, li hu zgur, zmien l-elezzjoni kellha protezzjoni. Issa ma nafx jekk kienetx baqghet sakemm domt fl-ufficcju jiena, insejt illum. Pero’ zgur, ghax niftakar li fl-elezzjonijiet ahna, iktar minn kollox, naghtu protezzjoni skont ic-cirkostanzi ta’ kif tintrebah elezzjoni u hekk, qed tifhem? Biex inserrhu rasna li ma jinqala’ xejn. Jigifieri zgur mija fil-mija li l-familja Caruana Galizia kellha zgur protezzjoni. Qed nitkellem jiena fl-elezzjoni tat-two thousand and thirteen (2013) kienet March jekk il-memorja sservini tajjeb . .

.

Imh. M. Mallia: March.

Xhud: Tenth (10), eleven (11), xi haga hekk.

Imh. A. Lofaro: Minghalija tmienja (8) ta’ Marzu kienet. Xhud: Imma zgur, zgur, zgur, zgur. Dik mija fil-mija. Imh. A. Lofaro: Ghax jum il-mara.

Xhud: Pero’ kemm ezatt, jekk spiccatx wara li spiccajt jien, jekk spiccatx kemm domt jiena f’dawk it-tliet (3) gimghat, I do not remember. I do not remember.

Imh. M. Mallia: Ma tiftakarx jekk kellekx xi ordni specifika biex inti ma tkomplix b’dawn il-patrols?

Xhud: No, onestament le. No.

Imh. M. Mallia: Dan qed nitkellmu dejjem wara l-elezzjoni tat-thirteen (’13). Xhud: No, no. Ma kelli l-ebda pressure minn hadd.

Imh. J. Said Pullicino: Inti rrizenjajt twelve (12) April two thousand and thirteen (2013) . . .

Xhud: Mhux irrizenjajt. Gejt trasferit.

Imh. J. Said Pullicino: Ghax anke dik, inti gejt trasferit. Kellek, inghatajt xi raguni ghalfejn gejt trasferit?

Xhud: Il-Prim Ministru hass illi kont ilni zmien bizzejjed. Imh. J. Said Pullicino: Hekk il-pozizzjoni hi.

Xhud: Dik li kien qalli dak iz-zmien. Tlabtha r-raguni jiena imma qatt ma inghatajt raguni fl-opinjoni tieghi.

Imh. J. Said Pullicino: Tlabtha u qatt ma tawielek. Fair enough. Issa, bhala Kummissarju, mhux ghal dan il-kaz biss qed nghid, generali, l-korp hemm xi protocol ta’ kif taghmlu assessment tal-persuni at risk fil- pajjiz? U min ghandu jigi protett jew ma jigix protett? Jew hija sempliciment . . .

Xhud: Le, ma hemmx protocol. Pero’ ovvjament skont – bhal ma ghidtlek, skont ic-cirkostanzi, skont threats li jista’ jkun hemm.

Imh. J. Said Pullicino: Imma c-cirkostanzi jirrizultaw mill-fatti li jkunu graw, hux hekk? Ic-cirkostanzi.

Xhud: Jew inti jkollok – ikun hemm certu kitbiet.

Imh. J. Said Pullicino: Jigifieri jigri xi haga u tghid: ejja, hawn hekk ahjar nipproteguha lil din. Wahdek dawn . . .

Xhud: Wahdek . . .

Imh. J. Said Pullicino: Mill-korp.

Xhud: Wahdi kont nohodhom hafna drabi. Imh. J. Said Pullicino: Mhux hekk.

Xhud: Kont nikkonsulta, dak iz-zmien kelli Deputat Kummissarju, Mr. Joe Cachia, kont nikkonsulta hafna mieghu wkoll.

Imh. J. Said Pullicino: Ghax barra Mrs. Caruana Galizia, kellek nies ohra naturalment li kienu at risk dak iz-zmien.

Xhud: Off course. Off course.

Imh. J. Said Pullicino: U meta inti tghid taghti l-protezzjoni, inti tiddeciedi x’tip ta’ protezzjoni taghti.

Xhud: Preciz. Jigifieri nistghu naghtu protezzjoni fixed point duty ahna – nghidulha, protection il-hin kollu around the clock. Tista’ tkun bil- lejl biss. Tista’ tkun frequent patrol bil-vetturi jew inkella very very frequent patrol, jew inkella tkun – bhal ma ghidtlek ma tkunx ezatt mar-residenza, tkun faccata. Jigifieri dawn huma kollha tipi ta’ protezzjoni li fl-opinjoni – li fi zmieni kollha xi darba jew ohra applikajthom.

Imh. J. Said Pullicino: Issa, bhala Kummissarju, inti l-esperjenza tieghek kemm domt Kummissarju, x’kienet il-liberta’ – invtervent tal- Ministru tal-Gustizzja per ezempju – qatt kien hemm intervent? Fis-sens ifhimni, tiddiskuti mieghu, ghandna bzonn naghmlu hekk. Tihux issa dawk it-tliet (3) gimghat, generali. Kellekx inti din il- policy illi tikkonsulta regolarment mal-Ministru tieghek fuq x’qed jigri fil-korp?

Xhud: Ahna l-Ministru ma jkunx tal-gustizzja. Ikun il-Ministru tal-Intern. Imh. J. Said Pullicino: Tal-Intern, ghandek ragun.

Imh. A. Lofaro: Tal-Intern. Tal-Intern. Imh. J. Said Pullicino: Tort tieghi!

Xhud: Nahseb xi haga normali li wiehed jitkellem mal-Ministru now and then.

Imh. J. Said Pullicino: Normali. Normali. U kemm domt inti Kummissarju qabel inbidel il-gvern fit-two thousand and thirteen (2013), kellek xi forma ta’ indhil jew kellek . . . . .

Xhud: No, no, no, no.

Imh. J. Said Pullicino: Inti kont tiddiskuti u tiddeciedu flimkien, titkellmu normali.

Xhud: Niddiskutu, jkun hemm dawk li nsejhulhom senior executive committees meetings, qed tifhem? Fil-korp kelli dawk li nsejhilhom is-senior staff meetings. Ikun hemm dawn it-tip ta’

kumitati li niddiskutu u niddeciedu. Pero’ hafna drabi fejn tidhol is-sigurta’, dik kont nerfaghha jiena. Naghmilha xi haga tieghi.

Imh. J. Said Pullicino: U dawn fejn tidhol is-sigurta’, kien hemm xi relazzjoni mas-Security Services ukoll tal-pulizija?

Xhud: Inti tikkunsidra kollox. Ghax jaf ikollok threats li jkunu dahlu, forsi qed jaghmlu xi interceptions. Jigifieri inti trid tikkunsidra kollox. Naghmel risk assessment ta’ kollox.

Imh. J. Said Pullicino: Anke l-informazzjoni li tigi mis-Sercret Services. Xhud: Off course.

Imh. J. Said Pullicino: Inti kont fuq il-kumitat tas-Secret Services? Il- Kummissarju jkun?

Xhud: Imma meta hadt over jiena bhala Kummissarju, no, ma bqajtx. Imh. J. Said Pullicino: Ma bqajtx.

Xhud: Ta’ qabli pero’ kien baqa’. Imh. J. Said Pullicino: Qabel kien.

Xhud: Ehe.

Imh. J. Said Pullicino: Ma bqajtx ghax ma ridtx jew inkella bidluk? Xhud: Le, le. Ghax inbidlet il-ligi. Inbidlet il-ligi.

Imh. J. Said Pullicino: I see. Inbidlet il-ligi.

Imh. M. Mallia: Kontu – kien hemm skambju ta’ informazzjoni bejn il-pulizija u s-security services?

Xhud: Jiena l-procedura li niftakar jien fi zmieni kienet hafna mill-kazi li jkunu investigazzjonijiet kriminali li kont nibda jien personali, kont nitlob lill-Kummissarju biex jigu ntercettati certu telefowns ta’ certu nies li jkunu under suspicion. Ovvjament il-Kummissarju kien imbaghad jirreferi lill-Ministru tal-Intern, nimmagina . . . .

Imh. A. Lofaro: Biex jiffirma.

Xhud: U once li tohrog l-approval, jibdew l-interceptions. Johrog dak li nsejhulu l-warrant.

Imh. A. Lofaro: U mbaghad kien ikun briefings mal-Ministru? Xhud: Le, mhux mal-Ministru. Imbaghad il-briefings . . . . Imh. A. Lofaro: Jew mal-Prim Ministru?

Xhud: Bejn is-Security Services u l-pulizija . . .

Imh. A. Lofaro: Jigifieri l-Prim Ministru u l-Ministru qatt ma dahlu fihom dawk.

Xhud: Fi zmieni . . .

Imh. A. Lofaro: Fi zmienek. Xhud: Fi zmieni le.

Imh. A. Lofaro: Grazzi. Le.

Xhud: Jien il-briefings li kien ikolli, kienu jaghtuni l-interceptions il- membri tal-sigurta’ u ovvjament tiddicifrhom, ghax inti dawn ma jkunux cari. Anke – hadd minnhom ma ha jitkellem car bl-isem propju tieghu. Inti tiddicifrhom u skont l-esperjenza li jkollok mill- vucijiet, li tgharaf il-vucijiet.

Imh. M. Mallia: Pero’ intom kont taghmluhom dawn voldieri inti bhala Kummissarju flimkien mas-Security Services u t-team li kien ikollok mieghek.

Xhud: L-interceptions ma naghmilhomx jien. Jaghmluhom is-Secret Services.

Imh. M. Mallia: Jaghmluhom is-Secret Services. L-informazzjoni li inti tircievi mbaghad, dik kont taqsamha mal-istess Security Services u l- kollegi tieghek.

Xhud: Imbaghad naqsamha mat-team investigattiv tieghi. Imh. M. Mallia: Mat-team intern tieghek terga’.

Xhud: Daqshekk.

Imh. M. Mallia: Daqshekk.

Imh. A. Lofaro: U mhux xi hadd mill-ezekuttiv?

Xhud: Xogholhom mieghi s-security services huwa li jaghmluli biss l- interceptions fi zmieni.

Imh. M. Mallia: I see. Ma jigux inkluzi f’xejn iktar.

Xhud: No, no. Ma noqghodx indahhalhom fl-investigations no. No. Dik xi haga taghna.

Imh. J. Said Pullicino: Jigifieri . . . .

Xhud: Jigifieri kien hemm dik is-separazzjoni bejnietna.

Imh. J. Said Pullicino: Meta kien ikun hemm an increase jew decrease tal- level of protection, dika kienet tkun registrata x’imkien? Ikun hemm xi minuta x’imkien?

Xhud: Mhux dejjem. Imh. J. Said Pullicino: Xejn? Xhud: Mhux dejjem.

Imh. J. Said Pullicino: Mhux dejjem tkun.

Xhud: Hafna drabi jistghu jkunu struzzjonijiet verbali, ikollu komunikazzjoni diretta . . . .

Imh. J. Said Pullicino: Imma t-theddida tkun imnizzla? Jekk ikun hemm theddida mhux tas-soltu, fejn naf, hemm theddida ta’ bomba?

Xhud: Jekk ikun hemm theddida konna nnizluha.

Imh. J. Said Pullicino: Tkun verbalizzata x’imkien? Jekk ikollna nfittxu ahna .

. . .

Xhud: Sorry?

Imh. J. Said Pullicino: Fi zmienek ma kienx hemm rigward is-sinjura Caruana Galizia sa fejn tiftakar inti?

Xhud: Li niftakar li kien hemm dak l-incident minghajr ma trid . . . . Imh. J. Said Pullicino: Tal-bieb.

Xhud: Tal-bieb. Jitlob certu attenzjoni hux.

Imh. J. Said Pullicino: Ehe. Jigifieri inti ghalik, il-Kummissarju, sakemm domt hemm int, inti l-esperjenza tieghek hija li kien indipendenti, thalla jahdem indipendentement . . .

Imh. A. Lofaro: Ma kellekx indhil. Xhud: No, no, no, no.

Imh. J. Said Pullicino: Ma kienx hemm xi raguni ghaliex . . . .

Xhud: No, no, no. Qatt. No. Kelli l-liberta’ assoluta li naghmel dak li nhoss li kien l-ahjar li naghmel f’isem il-korp.

Imh. J. Said Pullicino: Imma ha nghidlek, imma kien hemm l-incident tas-sur John Dalli le?

Xhud: Tajjeb, ehe.

Imh. J. Said Pullicino: Issa, dak l-incident . . . Xhud: Ma kienx incident. Kien investigazzjoni.

Imh. J. Said Pullicino: Li lilek wasslek ghall-konvinzjoni li kellek bizzejjed materjal biex tharrek lis-sur Dalli.

Xhud: Ehe.

Imh. J. Said Pullicino: Ghal xi raguni, s-sur Dalli, sakemm domt hemm inti ma giex imharrek. Ma giex jigifieri akkuzat b’xi haga.

Xhud: Ma giex akkuzat.

Imh. J. Said Pullicino: Ghandek ragun. Bhalissa mhux preciz fil-kriminal jien. Ma kienx gie akkuzat b’xi haga. Meta inti suppost, dejjem fil-

fehma tieghek u tal-Attorney General, kien hemm bizzejjed biex jigi akkuzat. Kien hemm xi raguni li ma kienetx tiddependi minnek ghaliex ma giex akkuzat? Taf xi haga fuq l-incident?

Xhud: Fuq il-kaz naf hafna mhux ftit. Jien li nista’ nghidlek fuq il-kaz huwa li l-investigazzjoni tieghu apparti l-investigazzjoni li ghamlet Olaf through Giovanni Kessler id-direttur, konna ghamilna investigazzjoni l-pulizija Maltija a fresh, mill-bidu nett. Sa anke konna morna u ntervistajna gewwa Brussel lill-istess membri tal- Olaf. Jiena fl-opinjoni umli tieghi, genwina tieghi, nemmen illi bl- evidenza li ahna kellna f’idejna li ahna rnexxielna ngibu through l- investigations li kienet investigation sensittiva hafna u haditilna zmien, u b’certu reqqa, nemmen li kelli bizzejjed biex immur il- Qorti.

Imh. J. Said Pullicino: U l-Avukat Generali qabel mieghek.

Xhud: Dak iz-zmien iva. Kellna minuta fejn l-Avukat Generali, l-Avukat Generali tallum Dr. Peter qabel mieghi iva. Mhux biss, anke d- Deputat AG, kelli d-Deputat Kummissarju li kien involut ukoll mieghi fl-investigations, kelli wkoll l-Assistent Kummissarju b’xi mod ukoll involut Mr. Michael Cassar li kien sar sussegwentement Kummissarju, kif ukoll l-investigatur, wiehed mill-investigaturi Spetturi, illum qieghed is-CEO tal-Korp tal-Pulizija s-sur Angelo Gafa’ li lkoll konna kollha tal-istess fehma li ghandna bizzejjed biex immorru l-Qorti. Li gara u li naf jien, kif spiccajt jien ezatt fit- tlettax (13), erbatax (14) ta’ April, l-ghada jew jumejn wara kien hemm dikjarazzjoni tal-Kummissarju li rriplesjani Peter Paul Zammit fejn qal li ma hemmx iktar provi mill-process . . .

Imh. J. Said Pullicino: Normalment . . . Xhud: Dik jirrispondi ghalihom hu . . .

Imh. J. Said Pullicino: Normalment f’cirkostanzi bhal dawn ma kienx ikun hemm lok ta’ intervent ta’ l-ezekuttiv biex tharrek. Inti kont hadt decizjoni, l-Avukat Generali kien qabel mieghek u suppost il- process jimxi wahdu. Normalment. Jigifieri inti tahseb li dak li gara

– ma garax hekk, gara xi haga ohra? Ghaliex ma taghmilx sens din illi . . .

Xhud: Le, le, le. Dak iz-zmien, ippermettili, dak iz-zmien jiena ma stajtx nipprocedi bil-Qorti ghax Mr. Dalli kien imsiefer gewwa Brussel, unfit to travel.

Imh. A. Lofaro: Kien hemm ic-certifikati medici le?

Xhud: Kien hemm ic-certifikati medici, allura jien qatt ma stajt naghmel dan li qed tghidli. Tajjeb? Issa, kif spiccajt jien jew ahjar f’dik il- gimgha li kont ser nispicca jien, jiena naf li kienet waslitli informazzjoni li Mr. Dalli kien ha jirritorna lura. U jien propju spiccajt f’dik il-gimgha.

Imh. J. Said Pullicino: U kuntrarjament hemm id-dikjarazzjoni tas-successur tieghek li ma hemmx provi bizzejjed hux hekk?

Xhud: Mhux jiena. Dik ghamilha hu. Imh. J. Said Pullicino: Is-successur tieghek. Xhud: Dik ghamilha hu.

Imh. J. Said Pullicino: Jigifieri inti bl-ebda ma torbot din ic-cirkostanza mal- fatt li inti gejt mitlub titlaq?

Xhud: Bhal ma ghidtlek, jiena kont naf, kont ghadni fl-ufficcju tieghi, li Mr. Dalli kellu jirritorna f’dik il-gimgha, over a weekend. Nahseb kienet qrib il-Gimgha l-Kbira.

Imh. A. Lofaro: U fil-fatt irritorna?

Xhud: Ghandi l-impressjoni li fl-ewwel gimgha li gejt infurmat jiena li kellu jirritorna, ma kienx irritorna f’dak il-weekend imma rritorna l-weekend ta’ wara.

Imh. A. Lofaro: Ta’ wara.

Xhud: Meta spiccajt jiena ezatt. Imh. M. Mallia: Meta spiccajt inti.

Imh. A. Lofaro: Gimgha wara li spiccajt inti.

Xhud: Jew ahjar, jiena spiccajt il-Gimgha u hu dahal is-Sibt. Hu. Imh. M. Mallia: L-ghada terga!

Imh. A. Lofaro: L-ghada!

Xhud: Jekk il-memorja sservini tajjeb. Imh. A. Lofaro: Propju l-ghada.

Xhud: Tistghu ticcekkjaw. Ghax jien ma bqajtx imbaghad in office hux.

Imh. J. Said Pullicino: Pero’ issa gara x’gara – acqua passata dik. Pero’ inti meta dak iz-zmien gara hekk, allaccjajt il-fatt li qallek biex titlaq

ma’ dan l-incident tas-sur Dalli jew le? Ghaliex altrimenti – issa mhux x’tahseb, inti bhala persuna, kulhadd tad-demm u l-laham . .

.

Xhud: Tahseb hafna affarijiet hux.

Imh. J. Said Pullicino: Inti minn ghada ma ghadekx hemm. L-iktar haga importanti li kienet dak iz-zmien li kont ser taghmel kienet din? L- iktar haga importanti li kont ser taghmel jekk kienetx din?

Xhud: Jiena qabel ma spiccajt ezatt kelli hafna investigazzjonijiet li fl- opinjoni tieghi kienu importanti barra l-elezzjoni. Kelli investigazzjoni niftakar dawk iz-zminijiet ta’ Imhallef tal-pulizija – sorry, Imhallef.

Imh. J. Said Pullicino: Imma din kienet wahda mill-importanti?

Xhud: Kelli hafna. Jiena hafna drabi ma kontx nidhol f’affarijiet . . . Imh. J. Said Pullicino: Imma ifhimni Sur . . . .

Xhud: Imma ha nispjegalek. Jien kont ninvolvi ruhi l-aktar, personali, f’investigazzjonijiet li kienu jkunu ta’ certu portata. Ma kontx nidhol f’kull investigazzjoni.

Imh. J. Said Pullicino: Din kienet importanti hux. Din kienet importanti. Xhud: Ghalhekk kont immexxiha jiena.

Imh. J. Said Pullicino: U nahseb din kienet importanti u ‘l ohrajn kienu importanti imma ma kienux jinvolvu direttament l- amministrazzjoni jew il-gvern. Kienu jinvolvu affarijiet ohrajn importantissimi . . .

Xhud: Ha nghidlek, certu investigazzjonijiet, wahda (1) minnhom kienet tal-Imhallef Alla jahfirlu Ray Pace, kont ghamiltha jiena personali wkoll mill-ufficcju.

Imh. J. Said Pullicino: Ehe naf imma dik tieghu. Persuna b’persuna. Dan qed nitkellmu fuq istituzzjoni. Istituzzjoni li ghandha lil xi hadd . . .

Xhud: Nerga’ nghidlek, ghamiltha wkoll. Ta’ . . . ghamiltha jien personali flimkien mal-kollegi tieghi . . .

Imh. A. Lofaro: Kien hemm ohrajn bhal tas-sur Dalli jekk joghgbok? Xhud: Sorry?

Imh. A. Lofaro: Kien hemm ohrajn bhal tas-sur Dalli dak iz-zmien?

Investigazzjonijiet ta’ dik it-tip, ta’ dik ix-xorta, ta’ dik il-portata? Xhud: L-ewwel darba li kellna bhala MEP hux nahseb, jekk jidhirli tajjeb.

Imh. A. Lofaro: Ma fhimtx ir-risposta.

Xhud: Bhala MEP, bhala membru parlamentali tal-Ewropa sa fejn naf jien u bhala Kummissarju tal-Ewropa, sa fejn naf jien kien . . .

Imh. A. Lofaro: Jew per ezempju Ministru jew membru tal-parlament? Xhud: Kellna. Kellna taz-zejt, kont involut fiha wkoll personali. Ta’ l-

iskandlu taz-zejt kif inhi maghrufa.

Imh. M. Mallia: L-iskandlu taz-zejt.

Xhud: Dik kienet two thousand and twelve (2012), thirteen (’13). Imh. A. Lofaro: Imma kienu tresqu n-nies il-Qorti diga le?

Xhud: Ressaqt xi hamsa (5) jew sitta (6) minn nies.

Imh. A. Lofaro: Ghalhekk le. Mela forsi ma ghamiltilekx sew id-domanda. Jekk kienx hemm investigazzjonijiet ta’ din il-portata li kont ghadek ma ressasqtx nies il-Qorti, ghal xi raguni tkun li tkun?

Xhud: Dak jidhirli li kelli pendenti ta’ jien. Imh. A. Lofaro: Grazzi.

Imh. J. Said Pullicino: Pero’ ha nghidlek dak iz-zmien inti kont ghidt dwar dan il-kaz: “There was a lot of pressure surrounding the case.” The pressure came from the media and Parlament.

Xhud: Preciz.

Imh. J. Said Pullicino: But you deny them any pressure from the then Prime Minister, li ma kienx il-Prim Ministru ta’ llum.

Xhud: Preciz.

Imh. J. Said Pullicino: Meta inti tghid pressure, xi . . .

Xhud: Ghax kien hem presure anke fuq kemm konna qed nimxu u kemm konna qed nghagglu fil-kaz. Kien jissemma mhux darba u tnejn fil- Parlament. Ghandi l-impressjoni kien issemma darba, darbtejn, tlieta zgur mill-membri parlamentari fil-Parlament dak il-kaz ta’ John Dalli biex ikunu jafu x’inhu jsir u ma jsir. Dak fuq l-investigatur dak kollu pressure.

Imh. J. Said Pullicino: Allura mela ma hassejtiex stramba din il-pressure kollha, l-attenzjoni kollha fuq il-kaz, inti wasalt biex tispicca, kellek kollox f’idejk se tressaq, ma ressaqtx, spiccajt u . . .

Xhud: Imma jien xi tridni naghmel jien? X’nista naghmel mill-pozizzjoni tieghi.

Imh. J. Said Pullicino: Jiena mhux naghtik tort, jiena qed nghid biss spjega

. . .

Xhud: Bhala Public Servant jiena qaluli nibda nservi s-Civil Protection u mort inservi s-Civil Protection.

Imh. J. Said Pullicino: Ghandek ragun.

Xhud: Ovvjament hadtha daqsxejn ta’ sorpriza, wara kwazi wihed u erbghin (41) sena fil-Korp tal-Pulizija. Nemmen li dejjem ghamilt xogholi, dejjem pruvajt naghmlu l-ahjar ghal l-gid tal-poplu Malti u d-decizjoni mhix tieghi.

Imh. J. Said Pullicino: Fuq dak m’ghandix dubju, I mean, kif qed tghid inti, pero’ xorta jibqa l-fatt illi ghalina tibqa’ question mark ghaliex , qed tifhem?

Xhud: Ghake ghalija question mark.

Imh. J. Said Pullicino: Ghax kieku qallek kwazi esigenza ghas-servizz kont nifhimha, imma hekk!

Xhud: Jiena ghalija kienet question mark. Imma ma fiha xejn b’daqshekk. Biex inzid forsi kemm kienet ikbar question mark ghalija dakinhar, jiena ftit qabel ma gejt trasferit, jumejn (2) qabel kien baghat ghalija l-Prim Ministru dak iz-zmien u wara diskussjoni twila konna bqajna – ghalkemm kien kontra qalbi li jien kelli nispicca mill-Korp u kellu jibghatni lili s-Security Service. Bqajna biss fuq ftehim kemm ha nilhaq nghid lil tal-familja – fuq talba tieghi. Ghax jien lil tal-familja ridt naghtihom rendikont ta’ x’kien ha jsir minni wara dan iz-zmien kollu fil-Korp tal-Pulizija. Min jaf x’kienu ha jahsbu nghidilhom spiccajt. Jghiduli ghalxiex? U qbilna, basta ma nitkellimx mal-media dak iz-zmien. Ovvjament tkellimt mal-familja, l-familja minghalija li ha mmur nerga’ niltaqa l-ghada mal-Prim Ministru, fil-fatt ma ltqajtx mal-Prim Ministru imma kien laqani Mr. Keith Schembri u Keith Schembri qalli: “Minn dak li tkellimt mal-Prim Ministru m’hemm xejn, ghandna bzonnok is-Civil Protection.” Ghidltu, nipprova niftakar il-kliem ezatt, ghidtlu: “Ha nohrog ta’ giddieb anke ma tal-familja, ma familti?” Ghax il-familja minghalija li ha nkun trasferit is-Security Service. Ghidtlu: “Jiddispjacini dan mhux accettabli ghalija.” Ghidtlu: “mur ghid lil Prim Ministru dan mhux ha naccettah ghax jiena tkellimt ma l-

ghola awtorita tal-pajjiz u nippretendi jekk tani kelma . . ” Pero’ wara niftakar offrewli xi ten thousand (10,000) iktar fil-paga, barra l-paga kollha li kelli. Jiena ma accettajthomx ghax ghalija l-flus mhux kollox u bdejt nahdem is-CPD fejn riduni. Full stop. Ghamilt erba’ (4) snin, iddejjaqt u tlaqt.

Imh. J. Said Pullicino: Jigifieri inti ghalik, nitkellmu la Maltija kienet demotion din.

Xhud: Hudha kif trid.

Imh. J. Said Pullicino: Inti taghmel id-dover . . .

Xhud: Ma nghidlekx li kienet pjacir ghalija ghax jiena mdorri fil-Pulizija. Imh. J. Said Pullicino: Mhux hekk u ma rbatiex ma dan l-incident li kien l-

incident importanti. Jekk tfittex il-gazzetti ta’ dak iz-zmien . . .

Xhud: I don’t know pero’ ovvjament bhal kullhadd jiena kelli s-suspetti tieghi hux.

Imh. J. Said Pullicino: U s-suspetti tieghek kienu dak li nahsbu ahna jigifieri? Xhud: Jista’ jkun ehe.

Imh. J. Said Pullicino: Jista’ jkun.

Xhud: Imma ma nistax nghidha bhala fatt.

Imh. J. Said Pullicino: Ghax ovvjament hadd ma qallek ahna ghamilnielek hekk minhabba f’hekk?

Xhud: No, no, no, no, no. Qatt, qatt, qatt, qatt. Imh. M. Mallia: Dejjem with hindsight.

Imh. J. Said Pullicino: . . .

Xhud: Dik ir-risposta li taw, li jien kien ili tnax (12) –il sena diga, kwazi tlettax (13) –il sena, bhal speci li fhimt jien li they want new blood, ideat godda.

Imh. J. Said Pullicino: Fair enough.

Imh. A. Lofaro: Pero’ fuq din tas-Security Service, inghatajt spjegazzjoni mbaghad ghalfejn?

Xhud: No.

Imh. A. Lofaro: Xejn? Xhud: No qatt.

Imh. A. Lofaro: Minn hadd?

Xhud: Minn hadd. U kelli mmur nipprova nghid lil familti, nispjegalhom li minn dak li ghiditlhom gurnata qabel m’hemm xejn.

Imh. A. Lofaro: La bil-miktub, la bil-fomm, l-ebda spjegazzjoni? Xhud: No, no, qatt. Hlief li l-pajjiz ghandu bzonni hemm hekk. Imh. J. Said Pullicino: Issa insa mill-att parsonali tieghek . . .

Xhud: Le mhux ha nitkellem personali jien. Imh. A. Lofaro: Dawn fatti. Dawn fatti.

Imh. J. Said Pullicino: Le, le, le l-hajja tieghek minn dak li ghaddejt minnu. Bhala Kummissarju tal-Pulizija ta’ esperjenza u ilek karriera fil- pulizija, ahna hawn hekk ghandna wkoll ir-remit, tajjeb, li nissuggerixxu x’ghandkom ikunu . . .

Xhud: By the way Sur Imhallef jiena tajt ix-xiedha tieghi quddiem il-PAC ukoll ta’, nahseb issibuh ukoll dan li qed nghidilkom, Public Accunts Committee biex nifthemu.

Imh. A. Lofaro: Eee, all right.

Imh. J. Said Pullicino: Le kont ha nsaqsik jiena bhala Kummissarju ta’ long standing jigifieri x’tara li hemm bzonn jigi rrangat fir-relazzjonijiet bejn il-Korp tal-Pulizija u l-Ezekuttiv, biex tissahhah l-indipendenza tieghu, biex tkunu attrezzati ghal certi delitti?

Xhud: Jien nahseb il-Korp tal-Pulizija minn kif hallejtu jiena llum nbidel hafna. Mhux qed nghid fit-tajjeb jew il-hazin, dak jasal ghal kunkluzjoni haddiehor, pero’ nbidel hafna. Hafna, hafna, hafna u minn kwalunkwe sens. Jekk thares biss biss l-akkademja li konna naghtu t-taghlim darba fix-xahar lill- membri tal-Korp illum m’ghadiex issir.

Imh. A. Lofaro: Spiccat dik?

Xhud: Ghall-inqas according to my knowledge ghax at the end of the day jiena maqtuh mid-dinja, minn dak il-ftit li nisma. Ghandek akkadmeja pero’ forsi qieghda ghal meta jkun hemm xi rekrutaggi jew meta jkun hemm xi promozzjonijiet. Pero’ jien kont dahhalt dik is-sistema li darba fix-xahar, darbtejn fix-xahar, il-pulizija jitilghu hemmhekk ikollom tahrig ta’ cobat, fire arms, taz er.

Imh. M. Mallia: Continuous training. Imh. A. Lofaro: Niftakarha din.

Xhud: Illum inbidlet, fil-forma taghha nbidlet. Hemm hafna affarijiet, issa nerga’ nirrepeti jiena b’li nisma, kemm huma validi dak li nisma jien I don’t know.

Imh. J. Said Pullicino: Imma ghalik jigifieri l-Korp tal-Pulizija ghandu jkun indipendenti u awtonomu mill-ezekuttiv.

Xhud: M’ghandix dubju, l-Korp tal-Pulizija nahseb lanqas jista’ . . .

Imh. J. Said Pullicino: Le, le. Imma dawn huma affarijiet illi . . . . apparentament kollox huwa taht skrutinju allura tajjeb li ahna inkunu nafu inti xi thoss li ghandu jkun ir-rwol tal-Korp tal-Pulizija.

Xhud: Ma hemmx dubju li ghandu jkollu l-awtonima tieghu u l- indipendenza tieghu. Ma hemmx dubju. Mhux qed nghid ma jkunx accountable ta’ ghax hemm differenza eh. Hemm differenza.

Imh. A. Lofaro: Sur Rizzo meta per ezempju kienet tghorkok ghajnejk fuq xi haga, tkun xi tkun u per ezempju nvolut Imhallef, Magistrat, Prim Ministru, Ministru, inti kont taqbad u tinvestiga jew kont toqghod lura jew kont forsi tiddiskutiha ma xi hadd fl-Ezekuttiv?

Xhud: Le, le, le. Naqbad u ninvestiga, minghalija semejtha din . . . Imh. A. Lofaro: Hu min hu l-persuna jigifieri?

Xhud: Hu min hu. Jien niftakar ghalkemm nigu kkritikati ahna l-pulizija partikularment fuq l-iskandlu taz-zejt, ghadni niftakru qisu llum. Kien hemm artiklu fil-Malta Today. Immedjetament kif qrajt jiena qbadt it-team investigattiv tieghi let’s go u bdejna. Sussegwentement kien cempel dak iz-zmien il-Prim Ministru, dak iz-zmien Dr. Lawrence Gozni qalli “John, rajtha?” Ghidltu “U zgur li rajtha.” Ghidtlu: “diga bdejna l-investigazzjoni.” Qalli: “Ok that’s all right, proset”. Jigifieri kien ha jghidli l-istess haga biex nibdew. No dik hija xi haga taghna fl-opinjoni umli tieghi.

Imh. M. Mallia: Kurzita semmejt il-kaz ta’ Imhallef, sfortunatament illum m’ghadux maghna.

Imh. A. Lofaro: Il-mibki Ray Pace.

Xhud: Hu pacenzja, ghax kellna zewg kazi ta’ Imhallfin. Imh. A. Lofaro: Iva.

Imh. M. Mallia: L-ahhar wiehed. L-ahhar wiehed. Dika inti kont bdejtha l- investigazzjoni . . .

Xhud: Jiena.

Imh. M. Mallia: Jew gejt moghti xi nformazzjoni mill-Gvern jew minn xi Security Services?

Xhud: Le kien hemm informazzjoni li kienet dahlet fuq xi persuni, gewwa fis-Security Service, giet moghtija lill-pulizija u bdejna nvestigazzjoni minn hemm.

Imh. M. Mallia: Intom.

Xhud: Iva u mexxejtha jiena personali.

Imh. M. Mallia: Issa again voldieri f’din id-darba intom bhala pulizija minn jeddkom bdejtu l-investigazzjoni.

Imh. A. Lofaro: Ma toqghodx tikkonsulta ma xi hadd? Imh. M. Mallia: Ma kkonsultajtu ma hadd?

Xhud: No, no, no.

Imh. M. Mallia: Dahlet informazzjoni – mexxi.

Xhud: No. Mhux hekk isir ix-xoghol, ghal l-inqas fi zmieni hekk konna naghmlu.

Imh. A. Lofaro: U xi haga ohra jekk joghgbok Sur Rizzo. Ma nafx kienx ikollok il-hin biex toqghod taqra’ ir-running commentry tas-sinjura Caruana Galizia, imma jekk forsi qrajtu jew forsi xi hadd gibidlek l- attenzjoni ghal xi haga tahraq li forsi hi kienet qed tkun tinvestiga dak iz-zmien, kont tinvestiga? Kont tara x’ha taghmel jew ma kont taghti kaz per ezempju? Dan hi kienet tikteb anke meta inti kont Kummissarju le?

Xhud: Of course mela. Jien niftakar, li niftakar pero’, per ezempju jien niftakar u kont dhalt fiha wkoll, li kien hemm qisha l-issue ta’ Jeffrey Pullicino Orlando f’certu zmien. Naf li kien hemm xi kitbiet.

Imh. A. Lofaro: Iva, iva, iva, iva.

Xhud: Niftakar dak il-kaz kont dhalt fih.

Imh. A. Lofaro: Mela kont taghti kaz li kienet tirraporta xi haga. Xhud: Ghalhekk ghidtlek issir evaluation tar-riskji . . .

Imh. A. Lofaro: Biex naraw daqsxejn x’kont taghmel ta.

Xhud: Qed tifhem li jkun hemm. Issa meta nghid issir evaluation niehdu in consideration ta’ kollox. Sorry semmejt forsi persuna li mhux qed tissemma’ imma li qed nipprova nghid huwa – gietni f’rasi per ezempju dak il-kaz, jaf ikun hemm ohrajn. Jaf kien hemm ohrajn.

Imh. A. Lofaro: Per ezempju li kieku, ipotesi ta, ma nafx jekk nistax nistaqsijielek, kieku smajt xi haga Panama Papers?

Xhud: Jiena nemmen . . .

Imh. A. Lofaro: Veru ma smajtx.

Xhud: No. Jiena nemmen haga wahda. Il-pulizija hija fl-obbligu li tinvestiga kull kaz li jigi a konjizzjoni taghha, either through an anonymous information, through a complaint or report. Ma nahsibx li qed nghid xejn gdid . . .

Imh. A. Lofaro: Jigifieri rapport ta’ gurnalista taghti kasu hux?

Xhud: Jekk huwa – mhux rapport, mhux informazzjoni. Tghajtek l- ezempju ta’ l-iskandlu taz-zejt, minn just an article fil-gazzetta niftakar tal-Maltatoday.

Imh. A. Lofaro: Ehe, tal-Maltatoday iva.

Xhud: U kien hemm ohrajn hekk. Forsi ma jigunix f’rasi hekk issa.

Imh. A. Lofaro: Jigifieri kieku cempillek xi hadd u qallek: isma, hemm xi hadd politically exposed illi hemm xi haga fil-Panama Papers. Anonima. Telefonata anonima.

Xhud: Ir-risposta tieghi ha terga’ tkun l-istess. Imh. A. Lofaro: Ipotetika jiddispjacini imma . . .

Xhud: Giet kif giet l-informazzjoni, jekk din tirrigwarda xi tip ta’ azzjoni kriminali jew responsabilita’ kriminali, inkun iktar preciz fi kliemi, dak huwa d-dmir u d-dover tieghi hux.

Imh. A. Lofaro: Dak id-dover tieghek.

Imh. J. Said Pullicino: U fil-fatt fil-kaz tas-sur Dalli hekk gara nahseb.

Xhud: Imma tas-sur Dalli – no, tas-sur Dalli jekk il-memorja sservini tajjeb, konna rcivejna r-rapport through l-AG minn Olaf . . .

Imh. J. Said Pullicino: U kont segwentu hemm hux.

Xhud: Imbaghad ircivejtu minn ghand l-AG u jiena ergajt ghamilt investigazzjoni a fresh, ma qaghadtx fuq l-Olaf.

Imh. J. Said Pullicino: Ehe.

Xhud: Ha nkun onest maghkom.

Imh. A. Lofaro: Ghidtilna. Ghidtilna: ghamiltha jien from scratch. Xhud: From scratch. U morna intervistajna lilhom stess hemm hekk. Imh. J. Said Pullicino: Dak iz-zmien l-FIAU ma kienetx tezisti hux?

Xhud: Kienet tezisti. Kienet tezisti.

Imh. J. Said Pullicino: Ghax kien hemm xi rapport minn naha taghha dwar xi politiku jew . . .

Xhud: Iva, kien ikollna. Ma niftakarx fuq min imma kien ikollna rapporti.

Imh. J. Said Pullicino: Whatever. Kellkom rapporti. U kontu timxu fuqhom dawk?

Imh. A. Lofaro: X’kontu taghmlu bir-rapporti tal-FIAU?

Xhud: Mhux tghaddihom ghall-investigation. Xi trid taghmel? Imh. A. Lofaro: Mill-ewwel.

Xhud: Heqq mela x’taghmel. Lanqas tghaddili minn rasi. Ahna rridu naghtu, ghandna rendikont ukoll . . .

Imh. A. Lofaro: Lil min?

Xhud: Lil FIAU, nghidulhom bl-izviluppi. Lil Ombudsman dak iz-zmien. Kien ikollna l-police board. Jigifieri inti tircievi hafna dawn it-tip ta’ complaints jew information. Dmiri jien ninvestighom, anke jekk indum gimgha jew hmistax. Qabel kienu jiktbulna: isma, x’gara minn dak il-kaz?

Imh. A. Lofaro: Ma kienx hemm xi haga li forsi ghax habba hemm hafna xoghol ma nvestigajtuwiex? Ma nafx, qed nistaqsi.

Xhud: Nahseb kien ikun fid-dmir u d-dover tieghi li nitlob spjegazzjoni ghala qed jittiehdu . . .

Imh. A. Lofaro: Jigifieri lis-subalternate tieghek li kieku, you would have held them accountable.

Xhud: Mhux naturali. Anke jiena accountable, ahseb u ara huma. Imh. A. Lofaro: Ghalija naturali imma rrid nistaqsik Sur Rizzo.

Xhud: Le, ghandek ragun, skuzani ghal mod kif wegibt. Imh. A. Lofaro: Lanqas xejn. Lanqas xejn.

Xhud: No. Ahna – we are in duty bound to do dawn l-affarijiet. Issa dawn qed nitkellem jiena . . .

Imh. A. Lofaro: Il-gurament li hadt hux nahseb.

Xhud: Fiz-zmien meta kont hemm jiena, ghax illum ma nistax nitkellem. Imh. M. Mallia: Mhux hekk.

Imh. A. Lofaro: Imma intom tiehdu l-gurament le?

Xhud: U zgur, mela. Il-gurament tal-lealta’ u l-gurament li dak li naraw xi ksur tal-ligi rridu niehdu azzjoni.

Imh. A. Lofaro: Anke jekk tkun semplici allegazzjoni? Allegazzjoni biss per ezempju.

Xhud: Hafna drabi mhux fuq allegazzjoni jibdew l-affarijiet. Imh. A. Lofaro: Jigifieri tibda anke f’dak l-istadju ta’ allegazzjoni.

Xhud: Ippermettili, Sur Imhallef, inti ssir investigation fuq allegation. Imh. A. Lofaro: Ehe.

Imh. J. Said Pullicino: Domanda wahda zghira. Meta kien ikun xi haga serja, delitt ta’ qtil, bomba, inti kont tkun prezenti? Kont tmur?

Xhud: Jekk ma kontx inkun prezenti, kont nista’ nghidlek kulljum ikolli briefing kulljum fl-ufficcju tieghi mill-persuna nkarigata mis-CID. U jaghtuni rendikont – pero’ dawk kont naghmel crime conferences il-hin kollu maghhom, inzomm ruhi updated sakemm ma ninvolvix ruhi personali, ghax nghidlek li f’hafna minnhom kont ninvolvi ruhi personali. Pero’ kien hemm uhud minnhom li ma kontx involut pero’ kont inzomm ruhi nfurmat b’kull minuta kwazi.

Imh. J. Said Pullicino: Specjalment jekk l-incident ikun per ezempju gie trasmess live fuq xi television u jghidu hekk jigri hekk, hekk, hekk u hekk. X’naghmlu ahna? B’xi mod jew iehor . . .

Imh. A. Lofaro: Kont tmur sur Rizzo?

Imh. J. Said Pullicino: Jekk kellek taghti direttiva li . . .

Xhud: Nahseb rari. Nahseb rari kien hemm crime conference u ma kontx mort jiena.

Imh. A. Lofaro: Le, imma fuq ix-xena tad-delitt, hekk per ezempju, jinqatel xi hadd, jien naf.

Xhud: Kif tista’ ma tmurx? Issa mhux qieghed nghid bhala Kummissarju, imma bhala investigatur lanqas tghaddili minn rasi li ha tinvestiga crime jew ghandek responsabilita’ li tinvestiga crime u ma tmurx fuq ix-xena tad-delitt.

Imh. J. Said Pullicino: . . .

Xhud: Ghax fir-rank tieghi, fir-rank ta’ Kummissarju, inti iktar bhala amministratur tkun. Qed tifhem? Pero’ certu kazi ta’ certu entita’ trid titlob il-pozizzjoni tieghi.

Imh. A. Lofaro: Mhux hekk.

Xhud: Jien kont inhoss li jien responsabbli, duty bound li naghmel dak li kont naghmel. Jigifieri ma kontx naghmlu biex nidher jew hekk. Halliha li forsi . . .

Imh. A. Lofaro: Bhal meta kont Magistrat jiena u l-Imhallef Mallia kien Magistrat ukoll.

Xhud: Nahseb tafuni kif konna . . .

Imh. J. Said Pullicino: Il-preokkupazzjoni tas-sinjuri Imhallfin hija jekk ix- xoghol tal-pulizija l-ewwel haga huwa biex tassigura l-provi, tassigura li ma jkunx hemm – jekk xi hadd jirrizultalek li qed jigri xi haga fil-pajjiz, kwalunkwe haga, serja, kriminali, tajjeb, jekk ix- xoghol tal-pulizija huwiex illi immedjatament jittiehdu passi biex dik ix-xi haga jwaqqfuha, jassiguraw il-prova.

Xhud: L-ewwel element tax-xoghol tal-pulizija huwa li jippreserva x-xena tad-delitt.

Imh. J. Said Pullicino: B’kull mezz, b’kull mezz. Xhud: Issa hi x’inhi, taht liema forma hi.

Imh. J. Said Pullicino: B’kull mezz, hekk hu. Xhud: Imma dawn huma affarijiet ghalina . . .

Imh. A. Lofaro: Qed nifmek Sur Rizzo imma rrid nistaqsik bil-fors.

Dr. T. Comodini Cachia: Nahseb iktar affarijiet biex niccara xi affarijiet. Nifhem illi fil-bidu ssemma illi meta gie mitlub biex jirrizenja, gie offrut l- ewwel biex imur imexxi lis-Security Services u mbaghad minn hemm hekk wara dik il-laqgha mal-Prim Ministru kien iltaqa’ ma’ Keith Schembri li . . .

Imh. A. Lofaro: Hu kellu jiltaqa’ mal-Prim Ministru u minflok il-Prim Ministru tfacca s-sur Schembri.

Dr. T. Comodini Cachia: Laqghu Keith Schembri.

Xhud: L-ewwel darba kien kellimni l-Prim Ministru. Imh. A. Lofaro: Ezatt.

Xhud: Imma t-tieni darba laqani . . .

Dr. T. Comodini Cachia: Pero’ semmejt ukoll illi mill-MSS qalulek li ghandhom bzonnok tmur . . .

Xhud: Le, le, mhux l-MSS qaluli. Kien l-istess Prim Ministru li qal li ha jibghatni l-MSS.

Dr. T. Comodini Cachia: Ezattament.

Xhud: Il-Prim Ministru ha nkun iktar preciz, kien offrieli kull haga li rrid bhala xoghol. Basta mhux Kummissarju tal-Pulizija.

Imh. A. Lofaro: Din ma ghidtilniex sorry.

Xhud: Skuzawni. Ghandkom ragun. Ikun hemm hafna dettalji. Imh. A. Lofaro: Ghandek ragun.

Xhud: Le, le. L-offerta tal-Prim Ministru kienet diversi postijiet, anzi wahda minnhom kienet miftuha – fejn tixtieq tmur.

Imh. A. Lofaro: Fejn tixtieq tmur!

Xhud: U jiena dejjem irrispondejt, fi ftit kliem, jiena pulizija nixtieq nibqa, ghax jiena pulizija kont, pulizija dhalt u hekk nixtieq nispicca. Pero’ mbaghad minn dawn il-postijiet kollha li beda jsemmi huwa, mhux jien, deherli li l-aktar wiehed qrib ix-xoghol taghna ta’ pulizija, huwa x-xoghol ta’ Security Services.

Imh. A. Lofaro: Security Services.

Xhud: U minghajr ma wrejt certu entuzjazmu, u minghajr ma wrejt li jien happy li ha mmur hemm, ghax jien at the end of the day bhal ma ghidtlek it-talba tieghi kienet li nibqa’ fil-korp tal-pulizija, sakemm jien ma ghamilt xejn hazin – u jiena sa issa ghadha ma giet l-ebda prova li jien ghamilt xi haga hazina. Ghidtlu: mela jekk ikolli nasal biex naghzel, nippreferi hemm fost il-hafna postijiet li semmejtli. That was it. U bqajna biss jaghtini jumejn cans sakemm ninforma lill-familja. Hekk ghamilt. Cempilli l-ghada biex nergghu niltaqghu Mr. Schembri fl-ufficcju tal-Prim Ministru. Tlajt. Ma kienx hemm il- Prim Ministru u laqani Mr. Schembri. U qalli: isma, l-Prim Ministru jixtieqek il-Fire Brigate dak iz-zmien. Is-Civil Protection department. That was it. I mean – pero’ kien offrieli konsulenza wkoll tieghu u tani l-istipendju ta’ ghaxart elef (10,000) iktar fil- paga. U jien . . .

Imh. J. Said Pullicino: U tibqa’ bil-paga li kellek.

Xhud: Bil-paga kollha, l-perkacci kollha, l-allowances kollha plus dik it-ten thousand (10,000) ta’ konsulenza.

Imh. A. Lofaro: I see.

Xhud: Jiena ghidtlu meta trid, ikollok bzonn parir minn ghandi, jien dejjem available, ghidtlu: pero’ jiddispjacini, ma rridx flus ghal dak ghax jien dejjem ghamilthom b’xejn lejn pajjizi dawk l-affarijiet. U rrifjutajt ten thousand (10,000). Mhux b’suppervja, xejn minn dan imma hassejt . . .

Imh. A. Lofaro: Bhala principju forsi. Xhud: Principju.

Dr. T. Comodini Cachia: Punt li xtaqt niccara. Inti ghamiltha cara fix-xhieda tieghek illi sa kemm inti bqajt Kummissarju, Daphne Caruana Galizia u l-familja kellhom xi forma ta’ protezzjoni. Kemm ticcara, inti qabel ma tlaqt minn Kummissarju, tghajt xi ordni specifika biex dik il-protezzjoni tieqaf jew hsibt illi l-affarijiet kienu ser jibqghu mexjin bl-assessment li kien isir qabel?

Xhud: Onestament ma niftakarx. Li hu zgur . . .

Imh. A. Lofaro: Imma ghidtilhom: waqqfuha l-protezzjoni? Xhud: No, no jien ma ghidtx hekk.

Imh. A. Lofaro: Ghax hekk staqsietek.

Xhud: Le, ghalhekk ghidtlek ma niftakarx. Ghax il-verita’ naf li fit-two thousand and – fl-election days, zgur kellha l-protezzjoni.

Imh. A. Lofaro: Imma kieku waqqaft il-protezzjoni inti kont tiftakar? Dr. T. Comodini Cachia: Kont tiftakar le?

Xhud: Ija . . .

Imh. A. Lofaro: Ghax hekk staqsietek.

Xhud: Ghalhekk niftakar ghax kien hemm raguni partikolari wkoll ghaliex kellha zgur l-ghassa fl-elezzjoni.

Imh. A. Lofaro: Ehe.

Xhud: Imma f’dak ix-xahar – hadtx decizjoni, ghax dik hija d-domanda tieghek, li jiena nnehhi l-protezzjoni, honestly I do not remember. I do not remember. Seta’ kien hemm xi ghases ghax bhal ma ghidtlek, ahna ghandna sistema fil-korp tal-pulizija li hafna drabi, ghas-sahha tal-argument, insibu l-iktar nies biex nghidu hekk ‘hot’ u jista’ jsirilhom xi hsara u naghtuhom il- protezzjoni f’election day. Issa mbaghad jekk tintrebah minn X inhallu l-protezzjoni ma’ Y u jekk tintrebah minn Y inhallu . . .

Imh. A. Lofaro: Cara.

Xhud: Jigifieri konna nimxu b’dak il-mod. Li zgur li l-protezzjoni kien hemm ma’ Daphne, zgur baqghet hemm. Issa kemm damet hemm I do not know. Jekk kontx jien li nehhejtha, jekk kienx ta’ warajja li nehhewha, I can’t remember. Onestament.

Imh. M. Mallia: Pero’ inti zgur li ma tghajt l-ebda ordni biex hi tieqaf. Xhud: Ma niftakarx.

Imh. M. Mallia: Ma tiftakarx.

Imh. A. Lofaro: Le, ma jiftakarx. Imh. M. Mallia: Ma tiftakarx din.

Xhud: Li niftakar zgur biss li f’dawk iz-zminijiet ta’ l-elezzjoni . . . . Imh. M. Mallia: F’dawk il-granet . . .

Xhud: Kellha protezzjoni.

Imh. M. Mallia: Kienet hemm. All right.

Dr. T. Comodini Cachia: Kieku tghajt din l-ordni, kont tiftakar bhala ordni specifika?

Xhud: Pruvajt, u pruvjat niftakar u pruvajt niftakar u ma rnexxilix. Dr. T. Comodini Cachia: All right.

Imh. A. Lofaro: Ikun hemm xi hadd illi jiftakar, li jkun jaf . . . Xhud: Suppost jezistu records fil-korp tal-pulizija. Jigifieri . . . Imh. A. Lofaro: Fl-ufficcju tal-Kummissarju biex niftiemhu?

Xhud: No.

Imh. A. Lofaro: Le.

Xhud: Suppost hemm file li jkun l-HR, suppost protection duty, suppost jigu nnotati imma jkun hemm istanzi fl-opinjoni tieghi, jaf ikun hemm tas-CID involuti, jaf ikun hemm tal-mobile, jistghu jkunu verbali, struzzjonijiet verbali li taghmilhom dak il-hin. Allura trid tara anke d-detail, d-details taghhom jekk kienetx tkun parti mill- ordni. Imma dik ma nafx, forsi jista’ jitkellem haddiehor fuqhom.

Dr. T. Comodini Cachia: Ma jimpurtax.

Imh. J. Said Pullicino: F’dawk it-tliet (3) gimghat baqghet tiffunzjona? Xhud: Sorry?

Imh. J. Said Pullicino: F’dawk it-tliet (3) gimghat ta’ bejn l-elezzjoni u meta spiccajt bqajt tiffunzjona regolari jew inkella kellek xi zmien ta . . .

Xhud: Kien zmien . . .

Imh. J. Said Pullicino: Difficli.

Xhud: Kien zmien daqsxejn ta’ taqlib. Kien zmien daqsxejn ta’ taqlib. Imh. A. Lofaro: Anke fil-korp?

Xhud: Nahseb inhasset bhal kull dipartiment iehor.

Imh. J. Said Pullicino: Jigifieri kien hemm l-atmosfera li hierga l- amministrazzjoni tal-korp u diehla ohra.

Xhud: L-ewwel nett kellek Ministru li nbidel. Kellek amministrazzjoni li nbidlet. Kellek nies – ikollok hafna, qed tifhem, ic-cirkostanzi jinbidlu hafna.

Imh. A. Lofaro: Avolja tliet (3) gimghat biss?

Xhud: Anzi twal hafna. Le, le, apparti – ikun hemm zmien ta’ change.

Ghandek change in administration hux.

Imh. A. Lofaro: Transition. Xhud: Transition.

Imh. A. Lofaro: Change. Hekk hu.

Xhud: Ikollok hafna anke nies godda . . . Imh. A. Lofaro: Ok.

Imh. J. Said Pullicino: Incertezzi.

Xhud: Jiguk nies jixtiequ jmorru per ezempju f’certu dipartimenti f’daqqa wahda u ‘l ohrajn jitilqu minn hemm. Ikollok dawn il-hafna changes.

Dr. T. Comodini Cachia: Jiena l-ahhar domanda li ghandi. Kont qed tiddeskrivi kif inti kont wasalt ghall-konkluzjoni flimkien mal-kollegi ufficcjali ‘l ohra u anke flimkien ma’ Dr. Peter Grech bhala Avukat Generali illi kien hemm kaz li fuqu stajtu tressqu lil Sur John Dalli quddiem il- Qorti. Infurmajt lil xi persuna fil-politika bhal Ministru ghall-Intern ta’ dak iz-zmien illi kontu ddecidejtu li tressquh lis-sur John Dalli?

Xhud: Iva.

Dr. T. Comodini Cachia: U meta infurmajtu? Vicin ir-rizenja tieghek? Qabel?

Wara?

Xhud: Nahseb kienet – fil-korp ghandna tradizzjoni naghmlu l-wirja tal- Gimgha l-Kbira nghidulha.

Imh. A. Lofaro: Ehe.

Xhud: U f’Hamis ix-Xirka nahseb naghmlu – nifthu din il-wirja. Ghandi l- impressjoni li kelli dakinhar meeting mal-Ministru l-gdid tal-Intern .

. . . .

Imh. J. Said Pullicino: Min kien dak iz-zmien?

Xhud: Dr. Manuel Mallia. Ghandi l-impressjoni li kienu gabu xi artiklu dak iz-zmien il-Maltatoday li jien b’xi mod stajt infurmajt lil xi hadd biex jibdel il-verzjoni li kont chadtha kategorikament. Li kien gara, waqt interrogazzjoni ta’ l-Olaf, wiehed minnhom kienu qalulu biex

isma, ibqa’ zomm mal-verzjoni originali li kont ghamilt inti halli ma jinkixifx il-plot ta’ l-investigation. Imma ghal xi raguni jew ohra, il- Maltatoday dak iz-zmien kienet ippubblikat li qisna tghajna l- istruzzjonijiet ahna biex jidgeb bl-intenzjoni halli nghattu l-verita’ – li ma kienet xejn minn dan. Fil-fatt kont chadtha kategorikament dakinhar stess, dan kien il-Gimgha jew il-Hamis u s-Sibt u l-Hadd kont hrigt dikjarazzjoni. Kien propju f’dan il-kuntest kollu li kelli l- Ministru prezenti gewwa l-ufficcju ghax kien gie jiftah il-wirja li kont semmejtilkom tal-Gimgha l-Kbira u minhabba ovvjament dan l-artiklu li kien deher fuq il-Maltatoday, kienu qabduli s-suggett dak iz-zmien. Kien hemm Mr. Silvio Xerri li kien il-PA dak iz-zmien, ic-Chief of Staff ta’ Dr. Manuel Mallia. Niftakar kien hemm il-mara tieghi. Kien hemm is-sinjura tal-Ministru Mallia u kien hemm Mr. Joe Cachia u dakinhar iva ghamiltha cara li ahna kellna provi bizzejjed biex immorru, biex niprosekwixxu lil Mr. Dalli.

Imh. J. Said Pullicino: Dan kien ftit granet qabel ma . . . .

Xhud: Dan kien ezatt gurnata qabel ma gejt infurmat li kellu jigi Mr. Dalli, gurnata qabel. F’liema gimgha, f’liema weekend ma kienx gie u mbaghad minghalija kien gie fil-weekend ta’ wara.

Dr. T. Comodini Cachia: U kont diga taf illi gejt mitlub tirrizenja? Jew it-talba ghar-rizenja saret ftit wara?

Xhud: No, dan kien il-Hamis u jiena t-Tnejn ircivejt – it-Tnejn ircivejt it- telefonata biex nitla’ l-ufficcju Kastilja. Nispjega wkoll ghalxiex. Ghax niftakar propju fil-gurnata li ntrebhet l-elezzjoni, il-Prim Ministru tallum kien nizel il-counting hall fejn jien kont prezenti biex nara li kollox jimxi sew u wara li hadli b’idejja talli kollox mar sew u dawn l-affarijiet kollha, huwa u sejjer kien qalli: imbaghad inkellmek John. U allura fuq dik l-kelma – inkellmek – jien niftakar li kont ghaddejt e mail jew tnejn (2) dak iz-zmien b’mod pulit fejn kont qed infakkar lic-Chief of Staff li l-Prim Ministru kien jixtieq ikellimni u jiena kont dispost li jkellimni. Din how it happened id- diskussjoni. Minn hemm telqet.

Imh. A. Lofaro: Mill-counting hall.

Xhud: Fil-counting hall. Pero’ jien jekk il-memorja sservini tajjeb u nkun qed nghid kollox, jekk il-memorja sservini tajjeb, u naf cert li kellha

il-protezzjoni Daphne Caruana Galizia, s-sinjura Daphne Caruana Galizia, ghax propju kif intrebhet l-elezzjoni, jiena rcivejt telefonata minn ghand il-Prim Ministru u qalli: ghal Bidnija all right John? Jew Sur Kummissarju. Forsi llum insejt ezatt il-kliem. U ghall-ewwel ghamiltha pause ghax ma fhimtx ezatt x’inhu jghid dak il-hin bil- Bidnija, bejn l-ghajat li jkun hemm u bejn l-ewferija li kien hemm. U mbaghad fhimt li qed jghidli ghal Daphne Caruana Galizia. Ghidtlu: iva, Prim Ministru. Serrah rasek. Hemm hekk immanjat, kordinat u ghandi l-ghassa u kollox. U b’hekk allura jiena preciz u niftakar ghax propju ghadni niftakar dak id-diskors, dik id- diskursata li kelli mal-Prim Ministru, qasira hafna, ftit sekondi.

Imh. M. Mallia: Ghal liema Prim Ministru qed tirreferi?

Xhud: Meta ntrebhet l-elezzjoni wiehed kellna Prim Ministru, Dr. Muscat.

Ghadu ma hax il-gurament.

Imh. A. Lofaro: Ok. All right.

Imh. M. Mallia: Ma hax kien ghadu l-gurament. Imh. A. Lofaro: Dr. Muscat.

Imh. M. Mallia: Dr. Muscat kien cempillek u staqsiek ghal Bidnija all right? Xhud: Yes. Yes. Issa l-impressjoni li ghandi, jista’ jkun li ma cempilx bit-

telephone, fuq it-telephone tieghi, dejjem imma din impressjoni, jista’ jkun li kien hemm xi hadd u newwilli t-telephone u qalli: isma, ha jkellmek il-Prim Ministru. Jigifieri din kienet is-sekwenza ta’ kif graw.

Imh. J. Said Pullicino: U tghaqqad ukoll mar-rizenja tieghek, ma whatever.

Vicini hafna qeghdin. Hamis ix-Xirka . . .

Xhud: Tliet (3) gimghat.

Dr. T. Comodini Cachia: Ezatt. Hemm hekk qeghdin. Xhud: Tliet (3) gimghat, xahar.

Imh. M. Mallia: Voldieri, biex niccarha f’mohhi, at that early stage, voldieri dawk il-granet meta ntrebhet l-elezzjoni, nafu min ser ikun il-Prim Ministru l-gdid pero’ l-gurament ghadu ma nghatax, kellek it- telefonata minn ghand Joseph Muscat biex jistaqsik, biex jistaqsi jekk il-mizuri ghal . . .

Xhud: Jekk jien hadtx hsieb is-sigurta’ fhimt, tal-Bidnija. Imh. M. Mallia: Tal-Bidnija.

Xhud: U dak il-hin, ghall-ewwel ghamilt pause ghax ma fhimtx ezatt x’ried jghidli l-Bidnija. Nerga’ nirrepeti li kien hemm hafna ghajjat il-counting hall.

Imh. M. Mallia: Fil-hin tar-rebha qed nitkellmu. Immedjatament. Ftit wara. Kien ghadu lanqas nizel il-counting hall hu. Jiena wara ftit pause indunajt li qed jghidli ghal Mrs. Caruana Galizia u jiena rrispondejt fil-pozittiv. Ghidtlu: iva, serrah rasek ghax dik qed niehu hsiebha.

Imh. J. Said Pullicino: Ghax is-sigurta’ dak iz-zmien kien diga an issue. At that early stage is-sigurta’ taghha kienet a big issue.

Xhud: Jien ghalija, jien ghalija fl-elezzjoni kienet . . . Imh. J. Said Pullicino: Kieku mhux ser icempillek.

Xhud: Kienet issue u ghalhekk ghamilt. Ghalija. Issa ghalih . . . Imh. A. Lofaro: Imma hekk hasibha bil-fors ghax la staqsiek . . . Xhud: Precizament.

Imh. A. Lofaro: Ok. Thank you.

Imh. M. Mallia: Grazzi hafna Sur Rizzo. Xhud: Grazzi lilkom.

Imh. A. Lofaro: Nirringrazzjawk. Xhud: Thank you. Inselmilkhom.


Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ John Rizzo dettata minnu stess.


Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Margaret De Battista Traskrittrici