Xhieda ta’ Josef Caruana – 17 ta’ Frar 2020
L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Seduta miżmuma llum it-Tnejn 17 ta’ Frar 2020, fis-2:20 p.m. fit-Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.
Xhud Josef Caruana iben Joseph u Mary nee` Briffa imwieled il-Pieta` u residenti Hal Safi bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid :
Chairman Imhallef M Mallia :
Mela Sur Caruana, inti x’ inhu xoghlok illum?
Ix-Xhud :
Illum nahdem fl-ufficcju tal-Prim Ministru; parti mis-segretarjat. Niehu hsieb il-PQs – il-mistoqsijiet parlamentari responsabbli mill-kordinament tal-PQs.
Imhallef A Lofaro :
U kemm ilek tahdem fl-ufficcju tal-Prim Ministru jekk joghgbok?
Ix-Xhud :
Lulju 2017. Tliet snin jigifieri.
Imhallef A Lofaro :
U qabel kont tahdem..?
Ix-Xhud :
Qabel kont nahdem il-Union Print – il- Union Press, kont l-editur; l-ahhar kariga kient l-editur ta’ l-Orizzont, u seba’ snin jekk minhiex sejjer zball mit- 2010 f’ perjodu minnhom ukoll kont agent editur tat-Torca; fl-istess perjodu jigifieri within dawk 7 years
Imhallef A Lofaro :
U ma bqajtx l-editur ta’ l-Orizzont sakemm? Cioe` sakemm bqajt l-editur ta’ l- Orizzont?
Ix-Xhud :
X’ hin spiccajt minn l-impieg f’ Lulju 2017
Imhallef A Lofaro :
2017 hux ghedtli?
Ix-Xhud :
F’ Lulju; insejt il-gurnata issa ..
Imhallef A Lofaro :
Ma jimpurtax. Issa kont tahdem jew ghadek tahdem f’ xi Ministru? Jigifieri mhux l-OPM.
Ix-Xhud :
No no; l-ufficcju tal-Prim Ministru.
Imhallef A Lofaro :
Lanqas qabel.
Ix-Xhud :
No no qatt ma hdimt. Ilni l-25 sena l-Orizzont.
Chairman Imhallef M Mallia :
Qieghed full time hemmhekk.
Ix-Xhud :
Iva da zgur
Chairman Imhallef M Mallia :
Qieghed full time.
Ix-Xhud :
Ezatt.
Chairman Imhallef M Mallia :
Meta kont editur tal-gazzetta u anke wara qatt ktibt xi haga fuq Daphne Caruana Galizia?
Ix-Xhud :
Kien hemm diversi okkazjonijiet li ktibt iva.
Chairman Imhallef M Mallia :
U f’ liema kuntest?
Imhallef A Lofaro :
U meta?
Ix-Xhud :
Fil-gazzetta bhala rapportagg anke ta’ stejjer; jekk inkella l-fehmiet opinjonijiet editorjali ghall-argument; kont responsabbli ukoll minnhom jiena; u wara anke fuq facebook jew twitter, diversi siti socjali; bqajt attiv politikalment.
Chairman Imhallef M Mallia :
Taf illi uzajt certa kliem li kienu pjuttost dispreggjattivi fil-konfront taghha u gurnalisti ohrajn?
Ix-Xhud :
Jiena gie li kien hemm dik il-kritika kontrija, imma jiena dejjem imxejt skont il-parametri tal-ligi ta’ l-istampa ovvjament li kienet tirregolani f’ dawk iz- zminijiet, u dejjem qghadt kawt, sa fejn naf jien l-ebda gurnalist lanqas Daphne Caruana Galizia qatt ma ghamlet xi kwerela jew xi mandat kontrija li
..jew xi libell kontrija li immalafamajtha b’ xi mod jew iehor. Imma gie li kien hemm ehe kliem li tista’ tqisu bhala ieqbes.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ghandna informazzjoni hawnhekk illi inti ktibt illi dawn il-gurnalisti li inti identifikajt bhala Daphne Caruana Galizia, Ivan Camilleri, Jacob Borg, Mario Frendo, Neil Camilleri, Pierre Portelli, dawn ghandhom jisparixxu mill- gurnalizmu.
Ix-Xhud :
Ezatt.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ghalfejn – “huma lifat, ma jkomplux jisqu valenu lil gensna”
Ix-Xhud :
Ezatt.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ghalfejn huma taparsi gurnalisti.
Ix-Xhud :
Sew ta’ gurnalisti ..
Chairman Imhallef M Mallia :
Dawn kliem li uzajt inti.
Ix-Xhud :
Ehe.
Chairman Imhallef M Mallia :
Tikkonfermhom.
Ix-Xhud :
Prattikament jigifieri minn l-2012 mindu kont kritiku ghal diversi gurnalisti illi fl-opinjoni tieghi kienu jaghmlu hasar lil gurnalizmu fil-veru sens tal-kelma.
Imhallef A Lofaro :
Minghalija dan l-editorjal inkiteb ghal habta ta’ Gunju 2017, qabel ftit ..
Ix-Xhud :
Kont ghadni editur iva.
Imhallef A Lofaro :
Jigifieri tiftakru dan l-editorjal.
Ix-Xhud :
Iva da zgur mela. Anke ghaliex inqala’ hafna kjas fuqu u jidhirli li Manuel Delia kien ghamel xi bog fuqu wkoll. Kiteb sahansitra mar fl-estremita` li qed naghmel – nohloq xi …ghal Prim Ministru
Imhallef A Lofaro :
Kien hemm xi zewg editorjali vicin ta’ xulxin f’ Gunju 2017.
Ix-Xhud :
F’ seba’ snin ktibt editorjal kull jum; imma kien hemm hafna editorjali li fejn semmejt anke gurnalisti diversi drabi; jigifieri mhux fl-2017, anke qabel.
Imhallef A Lofaro :
Ohrajn; qed tghid gurnalisti ohrajn?
Ix-Xhud :
Anke qabel iva.
Imhallef A Lofaro :
Ohrajn.
Ix-Xhud :
Specjalment Ivan Camilleri, Jacob Borg. Regolari kienu prattikament kont insemmihom jien.
Chairman Imhallef M Mallia :
Issa, il-blog ‘Veru Biss’ qatt smajt bih?
Ix-Xhud :
No, ma ghandix idea.
Chairman Imhallef M Mallia :
Eh?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
Minghalija kien hemm xi tweet tieghek pero`.
Ix-Xhud :
Twitter Ghandi, jiena accounts ufficjali ghandi
Imhallef A Lofaro :
Jista’ ikun li ghamilt xi tweet fuq dan il- ..
Chairman Imhallef M Mallia :
Fuq dan il-post.
Imhallef A Lofaro :
Fuq dan il-blog – ta’ Veru Biss.
Ix-Xhud :
No. Ma ghandix idea jigifieri x’ inhu. Forsi ghandek l-iscreenshots..; jekk forsi ghandek l-iscreenshots taghhom, imma ma ghandix idea
Imhallef A Lofaro :
Ehe it is available iva
Ix-Xhud :
It-tweet ok.
Dr Therese Comodini Cachia :
Pagna 7 tad-dossier
Imhallef A Lofaro :
Ta’ dossier ta’ Matthew?
Dr Therese Comodini Cachia :
Tad-dossier ta’ Corinne.
Imhallef A Lofaro :
Tad-dossier li ppezentat illum CorinneVella, ok; forsi nistghu nuruhulu; pagna 7 tad-dossier.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ara, ha nuruk dan l-iscreenshot f’ pagna 7
Imhallef A Lofaro :
Li pprezentat minn Corinne Vella, ipperzentat minnha fis-seduta tal-lum 17 ta’ Frar 2020.
Chairman Imhallef M Mallia :
Arah ftit u ara tiftakrux li hemm xi kumment tieghek hemmhekk?
Imhallef A Lofaro :
Kien hemm xi tweet
Ix-Xhud :
No ma ghandix idea taghha. U lanqas nikteb bl-Ingliz jien lanqas.
Chairman Imhallef M Mallia :
Il-kumment li hemm attribwit lilek?
Ix-Xhud :
Dan a thousand times a woman you ain’t? Ma ghandix idea; mhux jien. Il- kumment mhux qed narah, imma dan hawn fuq ismi a thousand times the women you ain’t; qatt ma ktibt b-Ingliz jiena.
Imhallef A Lofaro :
A thousand times .…?
Ix-Xhud :
A thousand times the women you ain’t – il-mara li mintix. U qed tikkwota nahseb dan gej minn facebook; jista’ ikun li forsi irrittwitjajt ghamilt x’ jghidulu .
Imhallef A Lofaro :
….you retweet forsi.
Ix-Xhud :
Le, imma qed jikkwota ta’ facebook hawn. Jigifieri kien hemm post fuq facebook, jien stajt ghamiltilha share jew xi haga ..
Imhallef A Lofaro :
Share ehe.
Ix-Xhud :
U tigi fuq Twitter ukoll. Jista’ ikun? Ma nafx. Imma jekk dan hu il-blog jiena intella’ fit-twitter tieghi, mhux fil-blog. Din twitter tieghi; l-account huwa tieghi.
Imhallef A Lofaro :
Ehe twitter. It is a tweet
Ix-Xhud :
Ghax intom ghedtuli l-Veru Biss? Veru ..
Imhallef A Lofaro :
Le; jien ghedtlek jista’ ikun li inti rajt xi haga fuq ‘veru biss’ u twijtjajt?
Ix-Xhud :
Jista’ ikun jista’ ikun; imma mhux qed niftakar x’ kienet il-blog; niskuza ruhi.
Imhallef A Lofaro :
Mela ma fhimtx id-domanda. Dik kienet id-domanda.
Ix-Xhud :
Niskuza ruhi. Le kien hemm ahna li taghmel tweet u shares jigifieri
Imhallef A Lofaro :
Hekk hu.
Ix-Xhud :
Imma ma niftakarx x’ kienu.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jekk nissuggerixxi jekk jaghrafx jekk il-handle ta’ twitter li hawn indikat hawnhekk huwiex il-handel tieghu.
Imhallef A Lofaro :
Taghraf il-handle tieghek fuq twitter?
Ix-Xhud :
Il-handle x’ inhu? Skuzani.
Dr Therese Comodini Cachia :
Josef Caruana @ josef caruana bir-ritratt ..,
Ix-Xhud :
Ir-ritratt?
Dr Therese Comodini Cachia :
Daj huwa tieghek?
Ix-Xhud :
Iva tieghi.
Dr Therese Comodini Cachia :
… dak huwa tieghek bhala account ?
Ix-Xhud :
Jekk mhux.., ghax darba kien hemm .
Dr Therese Comodini Cachia :
..u timmanigjah inti?
Ix-Xhud :
Ghax darba kien hemm min ikkupjahuli u ghamilu u ixxerjaw..
Dr Therese Comodini Cachia :
Imma dan huwa tieghek?
Ix-Xhud :
Ehe dak hu r-ritratt ufficjali ta’ twitter, li hemm fuq twitter, li uzajt fil- kampnaja ..
Imhallef A Lofaro :
Pero` inti ma tiftakarx li ktibtu dak.
Ix-Xhud :
No l-kliem ma huwiex tieghi; wisq probabbli hi xi share .. ..
Imhallef A Lofaro :
Ok forsi retweet.
Ix-Xhud :
No, ma niftakarx no.
Imhallef A Lofaro :
No. Ok.
Ix-Xhud :
U terga’ 2017 din ukoll; no. U terga’ rrid nara x’ kienet il-post ta’ facebook; ma ghandix idea, jew min qalu dan il-kliem. Zgur ma ghedtux jien; qatt ma ktibt bl-Ingliz ghax mhix il-forte tieghi. Bil-Malti l-forte tieghi.
Imhallef A Lofaro :
Inti qatt twijtjajt imma dawn il-kliem – we all get what we deserve but only the successful will admitted.
Ix-Xhud :
Jekk kienet xi share mhux tweet tieghi; la jekk hi bl-Ingliz, zgur.
Imhallef A Lofaro :
Imma tassoccja ruhek ma’ kumment bhal dan?
Ix-Xhud :
Ma nfax; erga’ ghiduli hu pacenzja
Imhallef A Lofaro :
We all get what we deserve but only the successful will admitted. Min ghandu success.
Ix-Xhud :
Xorta ma fhimthiex; li jiehu dak li jixtraqlu ..
Imhallef A Lofaro :
Li kulhadd jiehu dak li jixraqlu pero` hadd ma jammetti hlief dawk in-nies li huma ta’ success. Li kellhom success f’ hajjithom.
Ix-Xhud :
Imma mhux niftakaru jigifieri; ma ghandix idea. U mhux wiehed minn dawk illi noqghod inqabbad quotes minn x’ imkien u nuzahom u naghmilhom tieghi.
Imhallef A Lofaro :
Imma hawn min jaghmel .. .
Ix-Xhud :
Iva hawn min, hawn min, imma mhux jien.
Imhallef A Lofaro :
Hawn min imma mhux jikkwothom, jaghmilhom hu.
Ix-Xhud :
Ehe, jikkatjahom minn x’ imkien per ezempju jew jikkupjahom
Imhallef A Lofaro :
Le, jew per ezempju tiktbu inti.
Ix-Xhud :
No no no.
Imhallef A Lofaro :
No.
Ix-Xhud :
No; wisq probabbli qlibta bil-Malti; wisq probabbli qlibta bil-Malti
Imhallef J Said Pullicino :
Bil-Malti. Ara tiftakarx din, forsi tiftakarha din; strambi imma vera, karozza tithalla barra flok fid-drive-in mikejja l-krib li protezzjoni ma inghatatx. Ghajdud li r-ragel li kellu habiba; u issa l-fatt li l-laptop ma jistax jinstab u hadd ma jaf xejn dwaru.
Ix-Xhud :
Ehe dik ..
Imhallef J Said Pullicino :
Din ktibta inti, le?
Ix-Xhud :
Kont tellajta ma’ xi post ta’ xi gazzetta..
Imhallef J Said Pullicino :
Kont tellajta. U din qed tallega inti jew qed tinsinwa li jista’ ikun illi xi membri tal-familja kienu involuti?
Ix-Xhud :
Le jiena ghedt li huma fatti, imma naqra strambi imma vera
Imhallef J Said Pullicino :
Ha naraw, kollox sew. Jigifieri dan inti ktibta bhala ipotezi jew inti ghalik fatt?
Ix-Xhud :
Jiena bhala analista li kont nanalizza n-news dak inhar.
Imhallef J Said Pullicino :
Inti kont tanalizza n-news u kont wasalt ghal konkluzjoni ..
Ix-Xhud :
Le mhux konkluzjoni; mhix konkluzjoni.
Imhallef J Said Pullicino :
Jekk tanalizza? Ghamilt l-analizi
Ix-Xhud :
Imma tista’ tanalizza u tghid li huma strambi imma vera kif qed nghid hemmhekk.
Imhallef J Said Pullicino :
Strambi imma vera. Jigifieri inti qed tghid illi hija stramba din
Ix-Xhud :
Stramba .
Dr Therese Comodini Cachia :
Imma vera.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma vera.
Dr Therese Comodini Cachia :
Vera l-fatti biss mhux l-opinjonijiet ..
Ix-Xhud :
Huma bhala fatti hemm
Imhallef J Said Pullicino :
Jiena ma nifhimx bil-Malti kull tant! Strambi imma vera, inti qed tghid li hija vera.
Ix-Xhud :
Iva hekk qed nghid, strambi imma vera.
Imhallef J Said Pullicino :
Allura jekk hija vera qed tghid li hija konkluzjoni tieghek; hija konkluzjoni korretta.
Ix-Xhud :
Hekk hu. Imma ma ghedx li hemm xi hadd li huwa akkuzat jew ghandu jigi akkuzat. Jiena rajtha stramba hu.
Imhallef J Said Pullicino :
Le jien mhux hek qed insaqsik
Ix-Xhud :
All right.
Imhallef J Said Pullicino :
Ha naghmlu hekk; dina ktibta inti.
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef J Said Pullicino :
Imbaghad ahna nafu naqraw u kulhadd jasal ghal konkluzjoni tieghu.
Ix-Xhud :
Iva, u fil-fatt skuzajt ruhi fuqha dik.
Imhallef A Lofaro :
Ehe, ghalfejn kellek tiskuza ruhek?
Imhallef J Said Pullicino :
Fil-fatt kont ser nghidlu; imbaghad wara kien hemm certa reazzjoni ghal din l- allegazzjoni …
Dr Therese Comodini Cachia :
Mhux mieghek; ma’ Joseph Muscat skuza ruhu mela mieghek?
Imhallef A Lofaro :
Le mhux mieghu.
Imhallef J Said Pullicino :
Jimporta Avukati? Kont ser nghidlek fil-fatt meta ktibt din wara ftit kien hemm certa reazzjoni qawwija ..
Ix-Xhud :
Ezatt…
Imhallef J Said Pullicino :
..u inti rtirajtha. Kont ragel bizzejjed u ghedt dika niskuza ruhi jekk offendejt lil xi hadd
Ix-Xhud :
Ezatt.
Imhallef J Said Pullicino :
Naqblu fuq hekk?
Ix-Xhud :
Iva iva.
Imhallef J Said Pullicino :
Naqblu.
Ix-Xhud :
Naqblu.
Imhallef J Said Pullicino :
Issa inti tahdem Kastilja llum?
Ix-Xhud :
Ma fhimtekx.
Imhallef J Said Pullicino :
Tahdem Kastilja llum.
Ix-Xhud :
Iva ezatt.
Imhallef J Said Pullicino :
Kastilja, tista’ tghidilna qabel Novembru s-security f’ Kastilja kif kienet organizzata? Nafu li isfel kien hemm ….
Ix-Xhud :
Imma ….
Imhallef J Said Pullicino :
Ma taf xejn?
Ix-Xhud :
X’ jigifieri s-security kif kienet ..
Imhallef J Said Pullicino :
Qed insaqsik; ma nafx, jiena qatt ma mort Kastilja; tlajt darba t-tarag Kastilja u ma tlajtx iktar.
Ix-Xhud :
Is-securities hemm ir-reception, tidhol u tirregistra r-reception, imbaghad tghaddi ..
Imhallef J Said Pullicino :
Ehe, imma s-security f’ idejn l-Armata qieghda isfel, le?
Ix-Xhud :
F’ idejn l-Armata
Imhallef J Said Pullicino :
F’ idejn l-Armata. Issa go Kastilja stess, is-sulari differenti hemm xi hadd inkarigat mill-ordni mis-security?
Ix-Xhud :
Sa fejn naf jien ma hemmx securities fil-livelli ..
Imhallef J Said Pullicino :
M’ hemm hadd? Qed nistaqsik, jiena ma nafx.
Ix-Xhud :
Le s-securities qeghdin isfel fil-.. is-suldati li semmejt inti
Imhallef J Said Pullicino :
Taf ghax qed nghidlek hekk? ghax ahna gew il-Kummissarji hawn..
Ix-Xhud :
U l-bieb principali fil-..
Imhallef J Said Pullicino :
Iva. Gew Kummissarji tal-Pulizija wiehed wara l-iehor u qalulna ahna jkun hemm Pulizija …. Kastilja u malli mmorru Kastilja ahna ma jibqghux maghna u jispiccaw jigu seconded ..
Ix-Xhud :
Tal-Prim Ministru
Imhallef J Said Pullicino :
Ma nafx; qed insaqsik jiena.
Ix-Xhud :
Tal-Prim Ministru dak iva; imma mhux securities,
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri hemm grupp ta’ nies mal-Prim Ministru?
Ix-Xhud :
Mal-Prim Ministru, mhux hekk? Assenjati mal-Prim Ministru.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri dak li jiehdu hsieb is-sigurta` tieghu
Ix-Xhud :
Is-sigurta` personali tal-Prim Ministru
Imhallef J Said Pullicino :
Ehe. …dawn huma d-drivers ukoll jew id-dirvers differenti?
Ix-Xhud :
Ma nafx jekk il-Pulizija l-istess huwa driver ukoll.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma hemm grupp ta’ nies illi huma securities .
Ix-Xhud :
Hemm grupp ta’ nies xi sitta…
Imhallef J Said Pullicino :
Securites li jkunu ex Pulizija x’ aktarx.
Ix-Xhud :
Jew Pulizija detailed ..
Imhallef J Said Pullicino :
Ehe, kollox sew. U dawn il-grupp ta’ nies ikunu taht il-kontroll taht finalment tal-Prim Ministru jew inkella tac-chief of staff per ezempju?
Ix-Xhud :
Ma nafx lil min iwiegbu nghidlek il-verita`; ma nafx ma nafx to be fair.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma tafx jigifieri inti ma tafx min jaghmillhom id-duties, min jghidilhom mur hawn u mur hemm?
Ix-Xhud :
Ma nafx. Nahseb li l-Prim Ministru jaghtihom l-ordnijiet.
Imhallef J Said Pullicino :
Le jekk ma tafx ahjar tghid li ma tafx milli x’ tahseb.
Ix-Xhud :
Ma nafx. Mela ma nafx.
Imhallef J Said Pullicino :
Mhux x’ tahseb, ghax x’ tahseb haga ohra.
Ix-Xhud :
Ma nafx ma nafx. Nassumi; nassumi.
Imhallef J Said Pullicino :
Ok fair enough. U nifhem illi dawna jahdmu hemm u xi hadd jaghtihom l- ordijiet – inti mur aghmel hekk, inti mur aghmel hekk; tajjeb? Inti llum ghal mieghi ..
Ix-Xhud :
Le le le ..
Imhallef J Said Pullicino :
Le?
Ix-Xhud :
Le. Huma dejjem jekk il-Prim Ministru qieghed l-ufficcju ser ikunu dejjem Kastilja, imma jekk il-Prim Ministru ser johrog minn Kastilja ..
Imhallef J Said Pullicino :
Johorgu mieghu. Johorgu mieghu, mhux hekk?
Ix-Xhud :
Ser johorgu mieghu.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma jekk il-Prim Ministru irid lil xi hadd jaqdih x’ imkien, jghidlu inti mur hemmhekk, iccekja dik; ara dak x’ qed jaghmel. Dika ghandek ..
Ix-Xhud :
Le ta, ma nafx..
Imhallef J Said Pullicino :
Ma tafx.
Ix-Xhud :
Sa fejn naf dejjem grupp wiehed rajthom u dejjem migburin is-securities li qed tirreferi ghalihom; jew ix-xuffiera.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma nimmagina jien li jekk jiena ngib ritratt ta’ tnejn minnhom tghidli iva dawn hemmhekk ikunu, hux hekk?
Ix-Xhud :
Ma fhimtekx. Jekk xi hadd igib ritratt ..
Imhallef J Said Pullicino :
Jekk jien ingib ritratt, igib ritratt jew tnejn ta’ tenjn min-nies illi jinteressani li nkun naf jekk humiex parti mis-security possibbli tidentifikahom din. Xi hadd jiddentifikahom nahseb jien, hux hekk?
Ix-Xhud :
Mhux hekk? Nahseb is-suldati hu. Le?
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri s-Sur Cutajar per ezempju jkollu x jaqsam maghhom dawn?
Ix-Xhud :
Is-Sur Cutajar min hu?
Imhallef J Said Pullicino :
Is-Sur Cutajar li huwa ..
Ix-Xhud :
….is-Sur Mario Cutajar
Imhallef J Said Pullicino :
Ehe.
Ix-Xhud :
Ma nafx; ma’ tal-Prim ma jidhirlix, ma’ tal-Prim Ministru; mad-detail ..
Imhallef J Said Pullicino :
Qed nipprova nifhmu kif jahdem Kastilja ahna ta; ghax xi kull tant ahna peress li qegdhin barra irridu nifhmu kif tahdem, min u min; issa sirna nafu li hemm sular li ma tantx huwa facli biex taccedih; fejn hemm il-Prim Ministru, kien ikun hemm l-ufficcju tas-Sur Schembri u kien forsi xi hadd iehor; jigifieri hekk hi l-pozizzjoni hemm?
Ix-Xhud :
Imma t-tieni sular. Ma fhimtx ghal xiex mhux accessibbli.
Imhallef J Said Pullicino :
Ghax qalulna li tidhol bil-card, security
Imhallef A Lofaro :
Ghal lift, b’ xi card ghal lift? Hekk qalulna
Ix-Xhud :
Wiehed mil-lifts trid il-card biex titla’ minnu. Imbaghad hemm l-iehor ma’ genbu.
Imhallef J Said Pullicino :
M’ hemmx security specjali ghal dan is-sular.
Ix-Xhud :
Ir-reception hemm; u zewg nisa kienu …
Imhallef J Said Pullicino :
Le le,biex nifhem biss.
Ix-Xhud :
Le le m’ hemmx. Ovvjament tirregistra inti u tidhol Kastilja isfel. Is-suldat jara li ghandek it-tag normali biex titla’ ghal meeting jew x’ jismu…
Imhallef J Said Pullicino :
Imma jiena ma nimmaginax li mmur Kastilja u ddahhalni r-reception u mbaghad immru fej irrid! Nahseb li xi haddd jilqani u jghidl’, itla’ hawn, itla’ hemm….
Ix-Xhud :
Le le, itellghuk. Itellghuk, anke ghax tintilef jigifieri.
Chairman Imhallef M Mallia :
Kien hemm zmien wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia fejn harget in-narrattiva li dan l-assassinju seta’ kien involut fi fuel smuggling. Dina kienet harget fil-gazzetti, kieent harget u ghamlu hafna teoriji fuqha din. L- ewwel nett, inti taf biha din?
Ix-Xhud :
Jidhirli li semmiha Saviour Balzan, naf li kienet dehret fil-Malta Today l- istorja. No imma ma ghandix idea ta.
Chairman Imhallef M Mallia :
Qabel ma harget fuq il-gazzetta, qabel ma semmiha Saviour Balzan inti kont a konoxxenza ta’ din in-narrattiva?
Ix-Xhud :
No no ma ghandix idea.
Chairman Imhallef M Mallia :
Qabel qed nghidlek
Ix-Xhud :
No.
Chairman Imhallef M Mallia :
Jew konti nvolut x’ imkien fejn.. .. issemmiet?
Ix-Xhud :
…ma nafx jekk irrapportajthiex jien fi zmieni imma kienet fil-media regolarment il-kaz taz-zejt u li kien jigi traffikat illegalment mil-Libja, imma s’ hemm naf jigifieri.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri kienet fil-media din fil-fatt hu?
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma allura l-media intom kif tkunu….; postok fl-Orizzont probabbilment; kif kontu wasaltu ghall-informazzjoni kif waslet ghandkom? Ghax intom kellkom; il-Malta Today kellhom, forsi ohrajn ukoll ..
Ix-Xhud :
Ma fhimtx ta. L-istorja tal-Libja it-traffikar kulhadd irraportaha. Il-gazzetti kulhadd
Imhallef J Said Pullicino :
Imma minn fejn tkun harget imma din?
Ix-Xhud :
Meta harget?
Imhallef J Said Pullicino :
Min fejn minn fejn.
Imhallef A Lofaro :
Le nahseb li mhux qed jifhem id-domanda x-xhud. Mhux din il-kwistjoni biss taz-zejt. Imma kif giet illinkjata ma’ l-assassinju?
Ix-Xhud :
Le le ma ghandux x’ jaqsam l-assassinju li qed nghid jien.
Imhallef A Lofaro :
Le imma s-Sur Imhallef qed jistaqsik kif giet illinkjata?
Ix-Xhud :
No ma ghandix idea.
Imhallef A Lofaro :
Ghaliex fl-Ahbarijiet konna nisimghu li probabbilment xi hadd qatilha ghax kienet ser tirrapporta jew kienet ga rrapportat dwar il-fuel smuggling, kont smajtha din? Ghax it was in the press.
Ix-Xhud :
Iva, din kien stampha Saviour Balzan, le?
Imhallef A Lofaro :
Dik kienet fil-press.
Ix-Xhud :
Ehe. Ghax harget fil-Malta Today
Imhallef A Lofaro :
Imma dik kif tkun giet linked haga m’ ohra?
Ix-Xhud :
Ma nafx; jien ma ghandix idea.
Imhallef A Lofaro :
Tkun xi teorija?
Ix-Xhud :
Saviour Balzan ghandu s-sorsi tieghu nahseb hu! Bhal ma kelli jiena meta kont fil-gurnalizmu.
Imhallef J Said Pullicino :
Inti kont editur dak iz-zmien. Kont editur.
Imhallef A Lofaro :
Ta’ l-Orizzont imma
Ix-Xhud :
Ma nafx meta harget l-istorja no. No no kont spiccajt.
Imhallef A Lofaro :
Le, wara li mietet; ftit wara.
Ix-Xhud :
Jien kont spiccajt. Jien f’ Lulju 2017 spiccajt mill-gurnalizmu.
Imhallef A Lofaro :
Ma taf xejn inti dwar din il-link kif illinkjawhom iz-zewg affarijiet
Ix-Xhud :
No no. Lanqas l-istorja jigifieri minn fejn gab is-sorsi tieghu ma nistax inkun naf hu.
Imhallef A Lofaro :
Inti qieghed f’ xi facebook group iehor?
Ix-Xhud :
Jiena jista’ ikun li qieghed f’ xi facebook group. Hafna.
Imhallef A Lofaro :
Xi wiehed jismu Laburisti Maqghudin?
Ix-Xhud :
Wiehed minnhom nahseb.
Imhallef A Lofaro :
Tiehu hsiebu ..?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
Jew tippartecipa fih?
Ix-Xhud :
Hlief il-facebook tieghi u t-twitter tieghi ma niehux hsieb.
Imhallef A Lofaro :
Jigifieri f’ dan il-grupp ma taghmilx kummenti jew
Ix-Xhud :
No. Shares, shares gie li naghmel share.
Imhallef A Lofaro :
Share, ok.
Ix-Xhud :
Per ezempju b’ mod partikolari fil-kampanja meta hrigt ghal kampanja ta’ l- MEPs
Imhallef A Lofaro :
Ehe, din hu ta’ l-ahhar.
Ix-Xhud :
Ehe, promozzjoni ridt. Ehe l-ahhar wadha, ezatt. Tas-sena l-ohra.
Imhallef A Lofaro :
U allura ovvja li kont taghmel il-promotion tieghek ..
Ix-Xhud :
Kif jaghmel kulhadd hu; tiffranka anke ftit flus.
Imhallef A Lofaro :
Mhux ovvja? U the Truth Project x’ taf fuqu please tan il-progett?
Ix-Xhud :
No xejn; ma naf xejn assolutament.
Imhallef A Lofaro :
Imma taf li jezisti.
Ix-Xhud :
Naf li kien jezisti ehe, imma ma ghandix..
Imhallef A Lofaro :
U taf li kien tipo ta’ qisu jirribatti dak li kien qed johrog minn the Daphen project?
Ix-Xhud :
…counter balance qisu simili ghal meta kien hemm – Taste Your Own Medicine qisa, li kienet tibbilancja ..
Imhallef A Lofaro :
Medicine …?
Ix-Xhud :
Taste Your Own Medicine? Kien hemm website ohra simili.
Imhallef A Lofaro :
Iva; kien hemm dak; u kien hemm xi haga ta’ Glenn Bedingfield ukoll.
Ix-Xhud :
Ehe’ f’ ismu nahseb kienet
Imhallef A Lofaro :
Iva iva, f’ ismu kienet dik.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri wara l-elezzjoni tat-2017 inti gejt mahtur konsulent tal-Prim Ministru hux hekk?
Ix-Xhud :
Mhux konsulent no.
Imhallef J Said Pullicino :
Communications officer.
Ix-Xhud :
No lanqas.
Imhallef J Said Pullicino :
Lanqas?
Ix-Xhud :
PQ. Fil-PQ unit
Imhallef J Said Pullicino :
PQs biss?
Ix-Xhud :
PQs
Chairman Imhallef M Mallia :
Ghal dak li ghandu x’ jaqsam l-ufficcju tal- Prim Ministru imma.
Ix-Xhud :
Ezatt. Kordinament ovvjament tal-Prim Ministru mal-Ministeri l-ohrajn
Imhallef J Said Pullicino :
Ghal PQs biss.
Ix-Xhud :
PQs.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri inti ma kellekx funzjoni li tikkomunika ma’ barra.
Ix-Xhud :
Ma’ barra x’ jigifieri?
Imhallef J Said Pullicino :
Ma’ gurnalisti, ma … xejn.
Ix-Xhud :
No.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma kellekx x’ taqsam ma’ dawk.
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
Qatt ma kellek rikjesta per ezempju minn xi gurnalisti li gejjin … jien naf?, minn Euronews, mis-CNN per ezempju
Ix-Xhud :
No. Ipprovajt 25 sena fil- gurnalizmu kien bizzejjed nahseb! Ridt ninqata’ ..
Imhallef A Lofaro :
Ma kellekx x’ taqsam.
Ix-Xhud :
No no.
Imhallef J Said Pullicino :
Diskussjonijiet fuq policy ma’ Ministeri kellek? Issa mal-Prim Ministru qed nitkellmu u ma’ ..
Ix-Xhud :
Mhux policy; PQ, jekk ikun hemm xi PQs.
Imhallef J Said Pullicino :
Biss; mhux policies. Qatt ma kellek diskusjonijiet ohra ..?
Ix-Xhud :
No no.
Imhallef J Said Pullicino :
Ghax xi hadd nahseb responsabbli. Min kien jaghmel allura l-policy tal- communication ma’ barra? I mean mhux ma’ barra minn Malta, ma’ barra Kastilja.
Ix-Xhud :
Hemm id-Dipartiment tal-communications.
Imhallef J Said Pullicino :
Tal-communications li kien taht Kurt Farrugia allura.
Ix-Xhud :
Kurt Farrugia u mbaghad lahaq Matthew Carbone.
Imhallef J Said Pullicino :
Imbaghad lahaq.. iva
Imhallef A Lofaro :
Inti cert li qatt ma ghamilt xi kumment fuq twitter jew facebook fir-rigward ta’ fuel smuggling u fejn forsi ippartecipjat fin-narrattiva li dawn it-tnejn kienu konnessi b’ xi mod?
Ix-Xhud :
Jista’ ikun li xxerjajt l-istorja? Ma nafx, jista’ ikun; haga zghira.
Imhallef A Lofaro :
Jew xi kumment, jew tweet?
Ix-Xhud :
Jista’ ikun wkoll.
Imhallef A Lofaro :
Jista’ ikun.
Ix-Xhud :
Jista’ ikun. Imma ixxerjajt jigifieri, mhux hloqt l-istorja jiena.
Imhallef A Lofaro :
Le mhux hloqtha inti, imma
Ix-Xhud :
Ixxerjajt iva jista’ ikun. Haga zghira.
Imhallef A Lofaro :
Forsi inti bdejt tahseb fuqha u tghid isma’ din setghet kienet one off u setghet kienet a possible lead?
Ix-Xhud :
Stajt ehe
Imhallef J Said Pullicino :
Lis-Sur Gafa` tafu?
Ix-Xhud :
Lis-Sur ..
Imhallef J Said Pullicino :
Is-Sur Neville Gafa` tafu?
Ix-Xhud :
Neville Gafa` kien l-ufficcju tal-Prim Ministru.
Imhallef J Said Pullicino :
Kien ikun Kastilja spiss?
Ix-Xhud :
Jahdem hemmhekk l-ufficcju….
Imhallef J Said Pullicino :
Ghadu jahdem hemm? Le.
Ix-Xhud :
Le ghedtlek kien jahdem l ufficcju tal-Prim Ministru
Imhallef A Lofaro :
Kien.
Ix-Xhud :
Sa Jannar li ghadda.
Imhallef J Said Pullicino :
U bhala xiex kien jahdem hemm?
Ix-Xhud :
Ma fhimtekx.
Imhallef J Said Pullicino :
X’ kienet il-kariga tieghu? X’ kien jahdem?
Ix-Xhud :
Ma nafx ezatt x’ kienet il-kariga tieghu. Jiena n-nicca tieghi naf x’ kienet.
Imhallef A Lofaro :
Imma mhux mieghek.
Ix-Xhud :
No no; ma ghandux x jaqsam mieghi.
Imhallef A Lofaro :
U lil Sur Yorgen Fenech gie li rajtu Kastilja?
Ix-Xhud :
No. Qatt ma kont nafu. Mir-ritratti li gew pubblikati wara kont naf wiccu kif inhu.
Imhallef A Lofaro :
Qatt ma rajtu lis-Sur Yorgen Fenech, I mean Kastilja.
Ix-Xhud :
Jien ma ghandix access ghal min ikun meetings f’ Kastilja, jigifieri ma nafx min ….
Imhallef A Lofaro :
Imma jien naf? fil-lift, fit-tarag, jien naf? fl-entrata?
Ix-Xhud :
Ma nafx. Inkun qed nigdeb jekk nghid li..
Imhallef J Said Pullicino :
Taf ghalfejn qed insaqsuk din id-domanda? Qed insaqsuk din id-domanda ’l ghaliex ghandna element ta’ prova li dawn kienu hbieb hafna Yorgen Fenech u Keith Scembri..
Ix-Xhud :
..fil-fatt kif hareg l-inews
Imhallef J Said Pullicino :
Apparti li hareg; imma inti kont taf li huma hbieb hafna?
Imhallef A Lofaro :
Hafna.
Imhallef J Said Pullicino :
Jekk kienx jigi hemm jitkellem ma’ xi hadd hemm l-ufficcju tieghu? Ma tafx.
Ix-Xhud :
Ma nafx ma nafx. Apparti li hemm entratura differenti ghal ..
Imhallef J Said Pullicino :
Hemm entratura differenti.
Ix-Xhud :
Jiena kont nahdem sal-hamsa generalment; imbaghad l-meetings kienu jibqghu anke gie li sa nofsillejl hemmhekk ghaddejjin.
Imhallef A Lofaro :
Mas-Sur Schembri.
Ix-Xhud :
Mhux is-Sur Schembri, anke l-Prim Ministru.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri l-istorbju kollu li qam fuq il-Panama Papers u mbaghad wara li sar l- assassinju inti ma kontx imdahhal fiha imkien dan.
Ix-Xhud :
No no.
Imhallef A Lofaro :
Hlief fejn tidhol xi PQ nimmagina.
Ix-Xhud :
Fil-PQs all right. Mhux hekk?
Imhallef J Said Pullicino :
Ghax stramba din li hadd ma jkun jaf xejn! Daqsxejn.. nifhimha ta’ jiena ghax
….
Ix-Xhud :
L-ewwel ghedtlek ‘nassumi’, ghedtli ahjar ma tghidx..
Imhallef J Said Pullicino :
Le nifhem; il-gvern ma jghidx kollox lil kulhadd; u li jkun hemm certi livelli. Imma tipppretendi li sa certi livell imbaghad jibda’ jkollok daqsxejn ta’…ma tafx? Informazzjoni, gara hekk, ma garax hekk, x’ ser naghmlu. Ma laqtitekx din?
Ix-Xhud :
No no assolutament. Assolutament.
Dr Therese Comodini Cachia :
Forsi, nifhem illi x-xhud qal li kien jahdem fl-ufficcju ta’ l-OPM biex jipprepara l-PQs. Nifhem allura li kien jahdem flimkien mas-Sur Glenn Bedingfield kellu rwol biex jahdem il-PQs ghal gvern?
Ix-Xhud :
No. Ghax meta spicca Glenn jiena fil-fatt imbaghad dhalt floku jidhirli.
Dr Therese Comodini Cachia :
Inti dhalt floku.
Ix-Xhud :
Ma nafx jekk kienx jaghmel PQs jew xi haga ohra jigifieri.
Imhallef A Lofaro :
Imma dhalt flok Glenn Bedingfield
Ix-Xhud :
Ehe.
Dr Therese Comodini Cachia :
U semma Taste Your Own Medicine, ma nafx jekk jafx min kien jiehu hsieb Taste Your Own Medicine?
Imhallef A Lofaro :
Ma staqsejniehx.
Ix-Xhud :
No.
Dr Therese Comodini Cachia :
Le. Qal ukoll jew gie mistoqsi wkoll dwar in-narrattiva tal-konnessjoni tal-fuel smuggling flimkien ma’ l-assassinju, u ma nafx jekk forsi jistax jispjega x- shares u r-retweet li hu ghamel f’ dan ir-rigward mis-social media tieghu stess u jispjega allura x’ kien l-iskop ta’ dawk ir-retweets jekk hux ghax kien jaqbel maghha.
Imhallef A Lofaro :
Hu qal li kien hemm zmien li kien..ma nafx jekk baqax.
Ix-Xhud :
Gie li ghamilt retweet
Imhallef A Lofaro :
Imma jigifieri ghax qbilt maghha jew ..?
Ix-Xhud :
Irrid niftakar, ma nafx x’ kien it-.. ezatt jew .. l-istorja, illi taghmel differenza kbira.
Imhallef A Lofaro :
Jekk forsi nistghu insemmghulu
Dr Therese Comodini Cachia :
Ara per ezempju jekk nurik ghandek pagna 11, 12 u 13, dan huwa l-istess dossier ta’ qabel.
Imhallef A Lofaro :
Ta’ Ms Corinne Vella, hux hekk?
Dr Therese Comodini Cachia :
Iva. Forsi tispjega ghalfejn hassejt il-htiega li taghmilhom – li ttellaghhom?
Ix-Xhud :
Dawn artikolu tar-Repubblica illi hareg u qed jghid din il-linja gwida li qed nghidu.
Imhallef A Lofaro :
Ehe, kien hareg bl-istorja min please?
Ix-Xhud :
La Repubblica; ta’ l-Italia
Imhallef A Lofaro :
La Repubblica; ok.
Ix-Xhud :
Giornalista uccisa a Malta, la pista dei narcos ..
Imhallef A Lofaro :
‘Narcos’ drogi, le?
Ix-Xhud :
Ehe. U kont ghamilt retweet jew share insomma x’ inhi
Imhallef A Lofaro :
Ok. ehe.
Ix-Xhud :
Din ma nafx x’ inhi; Daphne il capo dell’ opposizione del riciclaggio … di una voce …
Dr Therese Comodini Cachia :
Kollha; kollha mis-social media accounts tieghek, le?
Ix-Xhud :
Din l-istess gejja minn facebook u wisq probabbli hija xi share jew.., u awtomatikament titla’ fi twitter ghax qieghed ..
Imhallef A Lofaro :
Dik awtomatika tigi; ma kontx naf.
Ix-Xhud :
Mhix dejjem , qatt ma fhimtha. Imma gie li titla’ u gie li ma titlax.
Imhallef A Lofaro :
Ghax jiena ma ghandix allura ma nkunx naf
Ix-Xhud :
Mhux dejjem. Qatt ma fhimtha. Imma gie li titla’ u gie li
Dr Andrew Borg Cardona :
Trid taghmilha inti biex..
Dr Therese Comodini Cachia :
Setting tieghek.
Ix-Xhud :
Din l-istess wahda qed nassumi, le? La Repubblica , giornalista uccisa a Malta, la pista dei …
Dr Therese Comodini Cachia :
Forsi l-Bord nissuggerixxi li wara li ra dawn ix-shares jekk jistax jispjega kif bhala ufficjal fl-ufficcju tal-ufficcju tal-Prim Ministru hassu komdu jikteb dak kollu li hemm f’ dak id-dossier u allura qed nitolbok tara l-kopji tax-shares u tat-tweet kollha li inti ippartecipajt fihom li hawn f’ dan id-dossier biex inti tkun tista’ tindikalna fil-pozizzjoni tieghek ta’ ufficjal tal-gvern, ufficjal pubbliku jekk qattx ..
Ix-Xhud :
Minhiex ufficjal pubbliku.
Imhallef A Lofaro :
Eh mintix? ..
Ix-Xhud :
Minhiex ufficjal pubbliku.
Dr Therese Comodini Cachia :
Mintix? Mela kif inti impjegat fl-ufficcju tal-Prim Ministru?
Ix-Xhud :
Person of trust mhux meqjus bhala ufficjal pubbliku.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jigifieri person of trust ..
Imhallef A Lofaro :
Person of trust. Kont impjegat bhala person of trust.
Dr Therese Comodini Cachia :
Inti min hatrek bhala person of trust?
Ix-Xhud :
Il-Prim Ministru.
Dr Therese Comodini Cachia :
Il- Prim Ministru. Allura ..
Dr Jason Azzopardi :
Minn min tithallas?
Dr Therese Comodini Cachia :
..tithallas minn fejn?
Ix-Xhud :
Tithallas mill-gvern. Minn l-ufficcju tal-Prim Ministru.
Dr Therese Comodini Cachia :
Mill-gvern. Issa f’ dik l-inkarigu tieghek li ghalih qed tithallas mill-gvern jigifieri mill-kaxxa ta’ Malta, waqt dak l-inkarigu tieghek tista’ tispjega jekk inti hassejtkex komdu jew skomdu tippowstja dawk l-affarijiet kollha li hemm hemmhekk, u jekk kienx hemm xi hadd mis-superjuri tieghek, forsi il-Bord jikkonsidra din il-mistoqsija, jekk kienx hemm xi hadd mis-superjuri tieghek li qatt kellmek biex jghidlek isma’ bhala ufficjal ahjar ma tinvolvix ruhek.
Imhallef J Said Pullicino :
Pero` Dottoressa, mhux ser nghid sigrieti, imma l-person of trust ghandu iktar l-e way jikkommenta fuq affarijiet ta’ politika anke parteggjana minn persuni ohrajn. Jigifieri triq toqghod daqsxejn attenta. Il-problema hija jekk li dan huwa fatt, mhux kwistjoni ta’..
Dr Therese Comodini Cachia :
Sur Mhallef, jiena fil-fatt
Dr Jason Azzopardi :
Kif jintaghzel; il-person of trust kif jintaghzel huwa differenti. Jekk jien qed nithallas mill- … pubbliku japplikaw ..
Imhallef J Said Pullicino :
Le le mhux ..skont il-ligi, hux hekk?
Dr Therese Comodini Cachia :
Sur Mhallef id-domanda tieghi ma hijiex fuq dak il-binarju, imma hemm post wiehed biss illi s-Sur Caruana rajna illi mhux irtira l-post, il-post zammha imma ghal dik il-post iddistanza lill-boss tieghu – lill-Prim Ministru minnha. Ghal posts l-ohra le. U allura d-domanda li jiena qed nissuggerixxi hija jekk qattx xi hadd li kien jimpjegah kellmu dwar dak li qed jikteb u jekk qattx xi hadd tah struzzjonijiet.
Ix-Xhud :
Fil-verita` kull darba li ktibt kumment apparti li kien tieghi personali, jigifieri qatt hadd ma qalli ikteb din jew ikteb l-ohra; dejjem kien kliemi, dejjem bqajt bil-mentalita` tal-ligi ta’ l-istampa. Jigifieri noqghod attent x’ nikteb. Noqghod atttent fil-konfini illi niktibhom. Imma ovvjament dik l-iskuza li qed tirreferi ghaliha fuq facebook fejn tlabt skuza
Imhallef A Lofaro :
Li kont ghamilt apologija …
Ix-Xhud :
Fil-fatt kien gibidli l-attenzjoni il-Prim Ministru u qalli ma huwiex accettabbli li l-istaff tieghi jikkummenta b’ dan il-mod, u kont tlabt, ghedt mela nitlob skuza; gehd ha naghmel nitlob skuza f’ dak ir-rigward.
Dr Therese Comodini Cachia :
Issa l-Bord indika qabel ghal xi zewg editorjali fejnkienu issemmew il- gurnalisti.
Imhallef A Lofaro :
Ta’ l-Orizzont.
Dr Therese Comodini Cachia :
Ehe; forsi x-xhud jigi mitlub jistaqsi meta identifika lil Daphne Caruana Galizia, Ivan Camilleri, Jacom Borg, Mario Frendo, Neil Camilleri u Pierre Portelli, ghalfejn Indetifika lil dawn u mhux lill-ohrajn? X’ kien l-iskop illi dawn kienu, kif ghedt inti fl-editorjal dawn ghandhom jisparixxi mill- gurnalizmu ghax dawn ghandhom il-valenu.
Ix-Xhud :
Imma dak kien l-ahhar editorjal f’ dan is-sens jigifieri, ghax kien hemm diversi editorjali fejn semmejt anke gurnalisti ..
Dr Therese Comodini Cachia :
Ghalfejn dawn u mhux ohrajn?
Ix-Xhud :
Le ghax huma kienu ripetutament jattakkaw lill-gvern minhabba ..
Imhallef A Lofaro :
Mhux kollha nahseb jien …?
Ix-Xhud :
No ..
Imhallef A Lofaro :
…tal-Partit Nazzjonalista li jxaqilbu ..
Ix-Xhud :
Way back 2014 il-gazzetta tieghi meta kont ghadni editur, 14 jew 15?, kont higt l-istorja ta’ grupp fuq facebook google group kien jismu Fianance Shadow Group, ..
Imhallef A Lofaro :
X’ jismu kien?
Ix-Xhud :
Finance Shadow Group; u kien iffurmat minn ufficjali pubblici ta’ vera fl- NSO, Bank Centrali, the MFSA, illi kienu wkoll preskritti bil-ligi li johorgu informazzjoni. Kienu jghaddu l-informazzjoni lil Toni Fenech minn qabel, qabel tasal ghand il-Ministru tal-Finanzi..
Imhallef A Lofaro :
Lil min?
Ix-Xhud :
Lil Tonio Fenech, kien sahdow minister tal-finanzi.
Imhallef A Lofaro :
Iva iva.
Ix-Xhud :
U Tonio Fenech kien f’ pozizzjoni ahjar mill-Ministru jkun jaf x’ gejn minn qabel u kien jaghti l-ganbetti f’ dak is-sens politikament. Dan il-grupp kien jiltaqa’ ukoll fid-Dar Centrali jigifieri kien jiltaqa’, imma l-buzillis fih kienet illi kienu juzaw gurnalisti Jacob ..mhux Jacob, lil Ivan Camilleri, u kienu jghaddulu stejjer bi stejjer twisted – mghawgin, mhux vera jigifieri, stejjer li kienu jindikaw certa portata, u b’ mod partikolari biex johorgu bil-lingwa Ingliza anke biex jinqabbdu mill-Kummissjoni Ewropea, mill-parlament Ewropew, biex jattakkaw lil Malta. Ovvjament kienet daqqiet, daqqiet, gambetti; u dak kien hemm ..
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri r-reazzjoni tieghek ghal din is-sitwazzjoni
Ix-Xhud :
Ghal dik is-sitwazzjoni. way back illi sfortunatament baqa’ ma gara xejn fuqha hlief illi ..
Imhallef J Said Pullicino :
Dottoressa, li hemm miktub miktub ..
Ix-Xhud :
….kienu irtiraw mill-pozizzjoni.
Imhallef A Lofaro :
U kien waqaf dan il-grupp imbaghad?
Ix-Xhud :
Kien inghalaq. Ma nafx jekk kienx hemm ohrajn grouppi ghax kont ghedt illi jista’ ikun li kien hemm ohrajn ghal kull dekasteru.
Imhallef A Lofaro :
Imma dak kont taf bih inti.
Ix-Xhud :
Tal-finanzi konna sibnih ahna bhal news item. U hrigna l-kummenti kif kienu jghaddu tal-grupp; ghamilt .. l-istorja kienet..
Imhallef A Lofaro :
..harget fl-Orizzont nimmagina ..
Ix-Xhud :
….kienet estensiva hafna.
Imhallef J Said Pullicino :
Li tinkwetana ftit l-affari ta’ l-idea li l-assassinju seta’ gie mhabba iz-zejt u mhux zejt. Dina, ifhimni, veru li inti ma tafx, pero` ghandna indikazzjoni hawn ..
Ix-Xhud :
Seta’ kienet ghad-drogi; hekk kienet.
Imhallef J Said Pullicino :
Kif?
Ix-Xhud :
Skont La Repubblica skont id-drogi, fuq id-drogi
Imhallef A Lofaro :
‘norcos’ drogi hux; mhux hekk?
Imhallef J Said Pullicino :
Hawn indikazzjoni hawn bhala prova minn diversi, illi din originat minn Kastilja,
Ix-Xhud :
Dak li qal Saviour Balzan.
Imhallef J Said Pullicino :
Issa jigifieri meta inti ma kontx fi zmienek, forsi inti kontx ghadek.. ma kontx communication officer, ma nafx, jigifieri ghalhekk ..
Ix-Xhud :
Minhiex communications officer ..
Imhallef J Said Pullicino :
Whatever.
Imhallef A Lofaro :
Dan fil- PQs biss.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri dak iz-zmien kien Kurt Farrugia, jigifieri allura forsi d-domanda ma nistax nistaqsi lilek direttament. Inti qatt ma kellek konoxxenza taghha din li hares ..
Ix-Xhud :
Bil-kemm konnna niltaqghu .
Imhallef J Said Pullicino :
…ifhimni ‘l hawn, dan mhux fil-poltika, kullimkien, anke fil-kazin tal- football; hawn mexxuha hekk, din trid timxi hekk; qatt ma kien hemm dan il- hiseb ..
Ix-Xhud :
Fuq l-ghajdud, fuq l-ghajdud speci; no ma ghandix idea
Imhallef J Said Pullicino :
Ma kien hemmx din l-idea li nikkumbattuha din billi nghidu hekk;
Ix-Xhud :
No.
Imhallef J Said Pullicino :
Le.
Ix-Xhud :
U l-kummenti kif ghedt jigifieri, il-kummenti li dejjem tellajt jiena jew shares jew ritweet dejjem tieghi kienu personali fuq inizjattiva tieghi personali.
Imhallef A Lofaro :
Sakemm ma tkuxn retweet, le?
Ix-Xhud :
Imma xorta tkun fuq inizzjattiva personali ghax ghamilt retweet ..
Imhallef A Lofaro :
Imma jekk ghamilt tweet jien u inti you retweet my ..
Dr Jason Azzopardi :
You retweet because you endorse..
Imhallef A Lofaro :
Retweet inkun ktibta jien u mhux inti. I mean inti taghmel ta’ ritweet tat-tweet tieghi.
Ix-Xhud :
Ezattament
Imhallef A Lofaro :
So hemmhekk inkun ktibta jien u mhux inti.
Ix-Xhud :
Imma ma tkunx tieghi prsonali
Imhallef A Lofaro :
Hekk hu, imma tkun taqbel maghhom.
Ix-Xhud :
Fil-fatt dawk li kienu bl-Ingliz u bit-Taljan ma humiex tieghi zgur
Imhallef A Lofaro :
Ma thobbx bl-Ingliz u bit-Taljan.
Ix-Xhud :
Dejjem bil-Malti. No no; dejjem bil-Malti.
Imhallef A Lofaro :
Ok. Dr Azzopardi?
Dr Jason Azzopardi :
Sinjuri Imhallfin bil-permess taghkom zewg punti biss; li xtaqt insaqsi lix- xhud fl- ewwel (1) ta’ Gunju li kien il-Hamis ..
Imhallef A Lofaro :
Ta’ liema sena?
Dr Jason Azzopardi :
Ta’ l-2017, jigifieri jumejn qabel l-elezzjoni generali s-Sur Caruana ha sehem f’ dibattitu, il-programm kien jismu Extra u dak inhar kien hemm erba’ jew hames persuni jiehdu sehem, u s-Sur Caruana jinstema’ u jidher jaqra min rapport ta’ l-FIAU dwar il-bank Pilatus. Xtaqt insaqsi lix-xhud ovvjament bil- permess tal-Bord kif kellu rapport ta’ l-FIAU f’ idejh fl-ewwel (1) ta’ Gunju li kien qed jikkwota minnu ta’ l-2017?
Chairman Imhallef M Mallia :
Tista’ tirrispondi.
Ix-Xhud :
Mis-sorsi tieghi. Gie mis-sorsi tieghi. Dak iz-zmien kont ghadni gurnalist, nikkowta is-sorsi jigifieri l-informazzjoni kont niccekjaha, nivverifikaha. Ovvjament mis-sorsi tieghi.
Dr Jason Azzopardi :
Kont ghadek gurnalist.
Ix-Xhud :
F’ Gunju ta’ l-2017 iva mela.
Dr Jason Azzopardi :
It-tieni punt illi xtaqt bil-permess tal-Bord insaqsi huwa – fil-qadi ta’ dmirijietu wara li dahal jahdem fil-Berga’ ta’ Kastilja wara Lulju jekk fhimt ta’ l-2017, is-Sur Caruana ikkumunikax mal-Prim Ministru jew ma’ membri ohrajn tas-segretarjat tal-Prim Ministru permezz ta’ email privata jew wigbuhx permezz ta’ email privata dejjem dwar xoghol governattiv.
Ix-Xhud :
Ma fhimtx ta’; jigifieri jekk qattx bghatt email lil Prim Ministru?
Dr Jason Azzopardi :
Il-Prim Ministru, ha nkun iktar car, il-Prim Ministru qatt baghatlek email bl- email josephmuscat.com u mhux l-email tal-gvern?
Imhallef A Lofaro :
X’ inhi r-relevanza?
Dr Jason Azzopardi :
Ghaliex Joseph Muscat qatt ma uza l-email tal-gvern Sinjura Mhallef.
Imhallef A Lofaro :
X’ inhi r-relevanza imma?
Dr Charlon Gouder :
…
Dr Jason Azzopardi :
Ghax min jahbi hekk jaghmel. Dr Gouder, dik hi r-raguni ghalfejn hemm surver tal-gvern. Dik ir-raguni. Min jahbi jaghmel hekk
Dr Charlon Gouder :
Ghid ir-relevanza. X’ inhi r-relevanza taghha?
Chairman Imhallef M Mallia :
Dr Azzopardi ma ghadekx ghalfejn tgholli lehnek; hawnhekk hadd ma hu qed jigri wara hadd. Ahna talba li rridu inkun nafu ir-relevanza ta’ din id-domanda. Daqshekk kull ma rridu nafu.
Imhallef A Lofaro :
Ir-relevanza. Ahna ghandna t-terms of reference.
Dr Jason Azzopardi :
Ghax it-tems of reference ifissru wkoll x’ tip ta’ governanza ghandu l-gvern. U Prim Ministru, kap tal-gvern illi juza kull jum emails privati ghal xoghol ufficjali xi haga li l-ufficcju ta’ l-awditura generali ikkritika u baqa’ jaghmilha wara l-2014 minkejja li qal li ser jieqaf hija importanti; ghax eventwalment jaf ikun hemm emails relatati mas-suggett ta’ din l-inkjesta illi l-komunikazzjoni saret permezz ta’ email privata mhux email tax-xoghol
Dr Charlon Gouder :
Ix-xhud qed jintalab biex jghaddi l-opinjoni tieghu….
Imhallef A Lofaro :
Imma x’ inhi r-rlevanza?
Dr Jason Azzopardi :
X’ inhi d-difikulta` ,….hemm diffikuta` li x-xhud jghid le ..
Dr Charlon Gouder :
…li kien juza lil joseph@josephmuscat.com. Kif jista’ iwiegbek ix-xhud?
Dr Jason Azzopardi :
M’ hemm xejn hazin
Imhallef A Lofaro :
Hawnhekk m’ hewnx polifika.
Chairman Imhallef M Mallia :
Dr Azzopardi, inti hawnhekk qed taghmel fishing expedition ..
Dr Jason Azzopardi :
Le..
Chairman Imhallef M Mallia :
Qed taghmel fishing expedition .. politici ..
… hafna jitkellemu f’ daqqa…
Dr Andrew Borg Cardona :
… ir-relevanza pero? Ghax kulhadd qed iwerzaw u jghajjat. Ix-xhud mhux qed jintalab jaghti r-raguni ‘l ghala Dr Muscat jekk ghazel jaghmel hekk ghamel hekk. Ix-xhud qed jintalab fatt; inti qatt ircivejt jew bghatt komunikazzonijiet lil Dr Muscat fuq din l-email? Ghax il-fatt li intuzat mhux minnu. U x’ ghandu x’ jaqsam?
Chairman Imhallef M Mallia :
Ghalhekk qed insaqsi
Dr Andrew Borg Cardona :
…email ghandu zewg nahat, jew hafna ….; jekk ix-xhud jista’ jikkoferma iva dak l-email intuza; dak kull ma rrid ..
Dr Charlon Gouder :
Le, jiena noggezzjona ghal ..
Chairman Imhallef M Mallia :
Le le stenna ftit; jekk inhuwa hekk biss ma nara l-ebda ..
Dr Charlon Gouder :
Le le, jekk tippermettili Mr Chairman, jekk tippermettili. Jiena noggezzjona ghar-relevanza ta’ din il-mistoqsija ..
Dr Jason Azzopardi :
Dr Gouder ma jistax joggezzjona.
Dr Charlon Gouder :
Tini cans, qed nitkellem ..
Dr Jason Azzopardi :
Le le …
Chairman Imhallef M Mallia :
Qed jindirizza l-Bord. Ghandu dritt jindirizzza l-Bord
Dr Charlon Gouder :
Hawnhekk qed tigi suggerita mistoqsija jekk ix-xhud qattx baghat email ..
Imhallef A Lofaro :
Jew ircieva.
Dr Charlon Gouder :
…lil fuq josepg@josephmuscat.com. Jiena jidhirli li din ma hijiex relevanza ghall-inkjesta li ghandna quddiemna; ara li kieku qallu inti gieli bghatt email fuq joseph@josephmuscat.com dwar il-mertu li waslet ghal din l-inkjesta? Hekk ir-relevanza hija totalment differenti. Jien mhux qed nghid li x-xhud ma ghandux iwiegeb dwar x’ seta’ ghamel b rabta ma’ din, din l-investigazzjoni. Pero` mhux jitfaghhielu hekk jghidlu inti gie li bghatt emails fuq il joseph@josephmuscat.com.?
Dr Jason Azzopardi :
Ok, hemm oggezzjoni tax-xhud illi jwiegeb domanda semplici jekk uzax l- emial…
Dr Charlon Gouder :
Le le, din ma naqbilx maghha xejn ma din il-konkluzjoni azzardata tal- kollega; ma naqbilx maghha.
Ix-Xhud :
Miljun emails nibaghtu kull jum.
Dr Andrew Borg Cardona :
Pero` hawnhekk ma ahniex f’ pozizzjoni avversarja kollega. Taqbilx jew le ..
Imhallef A Lofaro :
Imma billi jissottometti b’ daqshekk x’ fiha?
Dr Andrew Borg Cardona :
Is-suggeriment tieghi hu illi d-domanda relevanti …ghal ragunijiet li ghedt jien, ghax nuru l-governanza tal-pajjiz.
Chairman Imhallef M Mallia :
All right, forget it. Tirrispondihiex. Mhux ser nippermettuha dik id-domanda; ieqaf hemm.
Imhallef J Said Pullicino :
Inti ghedtilna .. generali .. u ghamel rapport fuqu?
Dr Jason Azzopardi :
Skuzani ma fhimtex.
Imhallef J Said Pullicino :
Ghedtilna …. generali … u ghamel …
Dr Jason Azzopardi :
Iva, f’ Jannar ta’ l-2014 l-ufficcju ta’ l-awdituri kien …Joseph Muscat fl- iskandlu ta’ Café Premier; ikkrita l-fatt li emails privati ..
Chairman Imhallef M Mallia :
…all right.
Dr Jason Azzopardi :
..u x-xhud jahdem fil-Berga ta’ Kastilja. Ma nistax insaqsi jiena lil min jahdem band’ ohra! Dik ir-raguni.
Chairman Imhallef M Mallia :
Hemm iktar domandi?
Dr Charlon Gouder :
Ma naqbilx mal-konkluzjoni li hemm diffikuta`. Ma hijiex ta’ kwistjoni ta’ diffikulta` jew le. Hija kwistjoni li l-mistoqsija kif inhi lil ‘l hinn…
Chairman Imhallef M Mallia :
Qed nghidlu ma jirrispondix.
Dr Andrew Borg Cardona :
Fid-dawl ta’ l-ispjega tal-kollega Azzopardi, ekk baqax jintuza jew le. Is- suggett jista’ ikun privat, ma jinteressanix; pero` jekk baqa’ jintuza wara l- kritika ..
Chairman Imhallef M Mallia :
Imma dik jaraha hadd iehor u mhux ahna.
Dr Andrew Borg Cardona :
Parti mil-governanza Sur President.
Chairman Imhallef M Mallia :
Jaraha hadd iehor mhux ahna. Hemm xi haga ohra minn ghandu?
Dr Therese Comodini Cachia :
Le.
Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Josef Caruana dettata minnu stess fil- prezenza ta’ l-istess xhud.
Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.
Saviour Scicluna Traskrittur