Xhieda ta’ Kenneth Farrugia – 20 ta’ Jannar 2020
L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Seduta miżmuma llum it-Tnejn 20 ta’ Jannar 2020, fis-2:30 p.m. fit-Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.
Xhud Kenneth Farrugia bin il-mejjet Nazzareno u Maria Lourdes nee` Azzopardi, mwieled H’ Attard u residenti l-Qrendi, bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid :
Chairman Imhallef M Mallia :
Illum ghandi nifhem illi inti tokkupa l-kariga ta’ direttur ta’ l-FIAU.
Ix-Xhud :
Hekk hu.
Chairman Imhallef M Mallia :
Issa l-Bord qieghed.. mhux jawtorizzalek, qed jordnalek, nistghu naghmlu dan l-ordni illi inti taghtiha l-informazzjoni illi hi titlob minn ghandek.
Ix-Xhud :
Ahna, jiena hejjejna dokument, jigifieri normalment l-article 34 jeskluda milli nitkellmu case specific. General information etc., jiena lest li nitkellem, pero` kazi specifici article 34 tal- Ligi 373 jigifieri ..
Imhallef J Said Pullicino :
Sakemm ma tkunx ordnat li taghmel hekk mill-Qorti, hux hekk?
Ix-Xhud :
S’ issa f’ kull inkjesta u kull meta mora biex nixhdu dejjem gejna eskluzi milli nixhdu. Ghal raguni li l-article 34 jeskludina minn dan. ..
Hemmhekk qed naghtu ftit overview ta’ l obbligi ta’ l-FIAU, il-ligi, l-istandards etc., jigifieri just biex naghtu overview ta’ l-obbligi taghna
Imhallef J Said Pullicino :
Inti tifhem li l-Bord gie appuntat proprju..
Ix-Xhud :
Jiena nifhem ..
Imhallef J Said Pullicino :
…biex jasal biex jinstabu ghal certa affarijiet.
Ix-Xhud :
Hekk ..
Imhallef J Said Pullicino :
Ma tistax tasal ghal certa verita` jekk ma jkollokx informazzjoni hu.
Ix-Xhud :
Sur Imhallef nifhem jigifieri din..
Imhallef J Said Pullicino :
Inti ghandek ragun pero` s-Sur ..
Ix-Xhud :
Le le, jien nippreferi li ma ghandniex dan l-artikolu ghax kieku stajna nitkellmu x’ ghamilna u x’ ma ghamilniex nahseb ghal diversi xhur u snin f’ dan l-ahhar zmien konna nikkjarifikaw hafna affarijiet. Imma jekk ghandi ligi li tipprojbixxini milli nitkellem ma nahsibx li nista’ naghmel ..
Imhallef J Said Pullicino :
..
Dr Therese Comodini Cachia :
Sinjuri Imhallfin, l-artikolu tal-Kapitolu 373 huwa car. Illi hadd ma jigi misjub hati ta’ xi reat kontra l-ksur tal-konfidenzjalita` jekk jigi when specifically and expressly require to do so under a provision of any law. The provision of any law is your power to order him.
Imhallef J Said Pullicino :
..
Dr Therese Comodini Cachia :
Jigifieri ma nistax nifhem..; nifhem illi hu gie preparat u nahseb ihossu iktar komdu wkoll jekk ikun hemm dik l-ordni, u nahseb ghalhekk anke jien nitlob illi jkun hemm dik l-ordni halli anke hu jhossu komdu; imma taht ordni jrid jixhed. Inkella jkollna direttur ta’ l-FIAU li qed jintralcja l-inkjesta pubblika; issa ma rridx nasal hemm!
Ix-Xhud :
Jiena biex ma nigix interpretat hazin. Jigifieri ..
Dr Therese Comodini Cachia :
Jiena nifhem li ha parir minn ghand avukat, forsi jista’ isemmih dak l-avukat, ghax nahseb li hemm konflitt ..
Ix-Xhud :
Le le, il-legal team ta’ l-FIAU. Jigifieri jiena minhiex.. jigifieri biex ma nigix misinterpreted li ma rridx nikopera jew ma .. , nahseb jekk kien hawn ma nafx kemm-il inkjesta dejjem ikoperajna bhala FIAU f’ kollox, pero`..
Chairman Imhallef M Mallia :
L-istess ordni li ghamilt fil-kaz ta’ Dr Galdes ser naghmlu fil-konfront tieghek.
Dr Therese Comodini Cachia :
Issa mbaghad jekk jippreferi bil-maghluq, naraw; imma ..
Chairman Imhallef M Mallia :
Jekk inti trid u tippreferi li x-xhieda tinghata bil-maqghluq – dik all right ..
Ix-Xhud :
Le jiena nippreferi biex anke jekk ser nitkellmu fuq proceduri interni ta’ l-FIAU li nista’ nitkellem fuqhom easily, nahseb importanti li x-xhieda tkun bil-maqghluq.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ok granted. L-ewwel nibdew bid-domandi generali. Mela, kemm ilek tokkupa.. kemm ilek, meta gejt appuntat .
Imhallef A Lofaro :
Domandi generali ma nistghux ikunu bil-miftuh?
Dr Therese Comodini Cachia :
..irid ikun hemm l-ordni?
Chairman Imhallef M Mallia :
Iva ghamilniha.
Dr Therese Comodini Cachia :
Smajtu jghid li qed tinghatha l-ordni.
Chairman Imhallef M Mallia :
L-istess ordni li ghamilna fil-konfront ta’ Dr Galdes, all right?
Il-Bord jordna li x-xhud Manfred Galdes illi jixhed dwar fatti li jaf fil- permanenza tieghu bhala direttur ta’ l-FIAU … ghal dak li jikkoncerna s-suggett u l-mertu ta’ din l-inkjesta. Issa din aghmilha fil-konfront tas-Sur Farrugia.
Ok. Meta gejt appuntat bhala direttur?
Ix-Xhud :
13 ta’ Frar 2017.
Chairman Imhallef M Mallia :
.. u 17. U ghadek tokkupa dik il-kariga sal-lum.
Ix-Xhud :
Hekk hu.
Imhallef A Lofaro :
Inti kont diga` impjegat ma’ l-FIAU?
Chairman Imhallef M Mallia :
Qabel?
Imhallef A Lofaro :
Qabel.
Ix-Xhud :
Le.
Chairman Imhallef M Mallia :
Gejt minn barra.
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef A Lofaro :
Kont tahdem f’ dan is-settur pero` barra?
Ix-Xhud :
Kont nahdem.. , mela di professjoni jiena awditur. Kont nahdem ma’ audit firm u mbaghad mort ghal perjodu qasir Heritage Malta, imbaghad dhalt l-Internal Audit and Investigations Department.
Imhallef A Lofaro :
Ta’ l-FIAU.
Ix-Xhud :
Tal-gvern.
Imhallef A Lofaro :
Tal-gvern.
Ix-Xhud :
Imbaghad mort l-FIAU fit-2017.
Chairman Imhallef M Mallia :
‘17
Imhallef A Lofaro :
Ghedtilna fi Frar, hux hekk?
Ix-Xhud :
Frar.
Imhallef A Lofaro :
Jigifieri seba’ (7) xhur wara li telaq ta’ qablek.
Ix-Xhud :
Hekk jigu. Minn Lulju sa Frar. Frar dhalt jien tas-sena ta’ wara.
Imhallef A Lofaro :
Kien hemm xi hadd li tak handing over jew..? ma nafx.
Ix-Xhud :
Meta dhalt jien kien hemm id-deputy director ta’ l-FIAU.
Imhallef A Lofaro :
Li kien qieghed imexxi hu allura.
Ix-Xhud :
Li kien qed imexxi hu f’ dak il-perjodu li kien hemm nieqes id-direttur. U hadt handover minn ghandu.
Imhallef A Lofaro :
Tak handing over hu.
Ix-Xhud :
Iva.
Chairman Imhallef M Mallia :
Issa ghal dik li hija procedura, intom zammejtu l-istess procedura li kien hemm minn dejjem voldieri li kien juza ta’ qbalek is-Sur Galdes? Ghal dik li hija procedura x’ taghmlu bir- rakkomandazzjonijiet li tikkonkludu intom?
Ix-Xhud :
Mela ahna ghandna zewg ruoli, ghandna l-att supervizorju u l-att analitiku. Fil-bidu l- proceduri baqghu l-istess; lately gew mibdula ghal ragunament li mbaghad kellna per ezempju reviews specjalment fin-naha ta’ supervizjoni, ghax min-naha ta’ l-att analitiku ma tantx sar tibdil, ghalkemm issa ghandna xi rakkomandazzjonijiet li hiergin minn Moneyval report. Minn l-att supervizorju sar it-tibdil, sar tibdil drastiku meta ghamilna wara li rcivejna l-opinjoni ta’ l-EBA bir-rakkomandazzjonijiet taghha. Minn hemmhekk bdilna prattikament imbaghad u implementajna r-rakkomandazzjoni li dawn kienu jehtiegu li jsir tibdil, hafna tibdil fil-proceduri taghna.
Imhallef A Lofaro :
Rakkomandazzjonijiet ta’ min ghedtilna?
Ix-Xhud :
Tal-European Banking Authority fuq il-kaz ta’ Pilatus Bank.
Imhallef A Lofaro :
L-EBA
Ix-Xhud :
Min-naha supervizorja. Biex ma nhawdux; jigifieri ghandna l-att analitiku, l-atti supervizorju.
Imhallef A Lofaro :
Le naf; dik nafuha, grazzi.
Chairman Imhallef M Mallia :
L-investigazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet illi kienu saru mill-predecessur tieghek illi ma gewx konkluzi kompletament, komplejthom inti jew waqfu?
Ix-Xhud :
Kazijiet analitici qed nitkellmu jigifieri?
Chairman Imhallef M Mallia :
Kazijiet analitici, ehe principalment ..
Ix-Xhud :
Kull kaz, jew min kien hemm jew min ..
Chairman Imhallef M Mallia :
Kien hemm kontinwita` ghal dak li huwa xoghol bejn ..
Ix-Xhud :
Hekk hu. Jiena x-xoghol baqa’ ghaddej; kull rapport jew inkella li ahna nircievu jew rapport jew informazzjoni li tigi ghal konsovolenza ta’ l-FIAU dejjem sar ix-xoghol necessarju fuqha.
Chairman Imhallef M Mallia :
Issa ghal dak li jirrigwarda l-politically expose persons illi kienu issemmew ftit qabel ma dhalt inti; il-Panama Papers. L-investigazzjonijiet fuq dawn tkomplew min-naha tieghek meta imbaghad hadt over inti?
Ix-Xhud :
Tkomplew.
Chairman Imhallef M Mallia :
U x’ sar minnhom?
Ix-Xhud :
Jekk kien hemm raguni ta’ suspicion ta’ money laundering intbaghtu l-Pulizija; jekk le inghalqu. Jigifieri ahna fuq il-Panama Papers bhala l-FIAU ix-xoghol beda minn 2016, saru diversi affarijiet, jigifieri checks etc. Kien hemm numru ta’ investigazzjonijiet li kienu ghaddejjin, u ntbaghtu numru ta’ rapporti lill-Pulizija.
Imhallef A Lofaro :
Kemm-ir rapport fuq dawn il-politically expose persons u b’ referenza specjali ghal Panama Paperes.
Ix-Xhud :
Marbuta ma’ Panama Papers?
Imhallef A Lofaro :
Iva.
Ix-Xhud :
Mela bghatna hmistax-il (15) kaz lill-Pulizija.
Imhallef A Lofaro :
Imma tista’ tghidli ..
Ix-Xhud :
Li huma relatati; mhux bilfors li huma PEPs jigifieri. Jigifieri huma relatati mal-Panama Papers.
Imhallef J Said Pullicino :
Imma ahna li jinteressani principalment l-PEPs, ghax l-ohrajn il-konfidenzjali ghandhom jibghu jigifieri.
Ix-Xhud :
Sorry?
Imhallef J Said Pullicino :
Dawk li huma jinvolvu l-PEPS jinteressawna. L-ohrajn ma jinteressawniex..
Ix-Xhud :
Fejn kien hemm PEPs bghattna rapport lill-Pulizija wkoll.
Imhallef J Said Pullicino :
Kien hemm minnhom jigifieri dawn?
Ix-Xhud :
Kien hemm.
Imhallef A Lofaro :
Qallek 15, le?
Imhallef J Said Pullicino :
Le le; 15 b’ kollox.
Ix-Xhud :
15 b’ kollox.
Imhallef J Said Pullicino :
15 b’ kollox. Kien hemm minnhom minn dawn il-15 li jinvolvu ..?
Ix-Xhud :
Nahseb li kien hemm, fil-gurnali kien hemm leaks u ..
Chairman Imhallef M Mallia :
….dawk li huma f’ ordni pubbliku ssemmew Keith Schembri, issemmew Konrad Mizzi, issemmew Adrian Hillman
Imhallef J Said Pullicino :
Dawk li huwa leaks jista’ jghidulna; m’ hemmx sigriet iktar.
Ix-Xhud :
Kien hemm rapporti li ntbaghtu qabel zmieni, jigifieri qabel dhalt jien; u kien hemm rapporti li ntbaghtu wara.
Chairman Imhallef M Mallia :
Li jikkoncerna lil dawn in-nies ukoll?
Imhallef J Said Pullicino :
Iva da zgur hekk qed nifhem jien.
Ix-Xhud :
Emmmm……
Imhallef A Lofaro :
Iva jew le?
Chairman Imhallef M Mallia :
Intbaghtu? Iva jew le?
Ix-Xhud :
Intbaghtu rapporti, jigifieri jiena ..
Imhallef A Lofaro :
Li jikkoncernaw lil dawn in-nies li semmejnielek.
Chairman Imhallef M Mallia :
Li jikkoncernaw lil dawn in-nies li semmejnielek.
Ix-Xhud :
Hekk hu.
Imhallef A Lofaro :
Trid tirrispondi ta.
Imhallef J Said Pullicino :
Sur Farrugia ahna rridu nkunu nafu ..
Ix-Xhud :
Jiena rrid jigifieri …
Imhallef J Said Pullicino :
Halli forsi tifhem..
Imhallef A Lofaro :
Ma tistax ma tirrispondix.
Imhallef J Said Pullicino :
Ha nghidlek x’ inhu l-iskop tad-domandi; ghax forsi tahseb li qed naghmlu xi …
Ix-Xhud :
Imma dawn it-tip ta’ mistoqsijiet qed nitkellmu fuq case specific. L-ewwel nies nahseb nippretendi li jkun bil-maghluq mhux qed nitkellmu quddiem il-gurnalisti.
Imhallef J Said Pullicino :
Iva mhux problema. Imma ha nispjega daqsxejn ghalfejn ..; l-iskop tad-domandi ma humiex intizi biex naraw ghamiltux ix- xoghol intom tajjeb jew le; imma r-rapporti taghkom marru ghand il-Pulizija. Jekk il-Pulizija ma jagixxux irridu nkunu nafu ghaliex ma jagixxux; ghax fuq hekk hija l-inkjesta. Issa jigifieri jekk ahna ma nkunx nafu x’ bghatt kif ser inkunu nafu l- Pulizija ghamlitx xogholha jew le?! Jigifieri dawn huma l-affarijiet. Jekk trid tixhed bil- maghluq; ixhed bil-maghluq mhix problema ghalija.
Imhallef A Lofaro :
Trid tixhed bil-maghluq?
Chairman Imhallef M Mallia :
Tixtieq li nkomplu bil-maghluq?
Ix-Xhud :
Jekk ser nitkellmu fuq informazzjoni li hija sensittiva nahseb fil-maghluq.
Chairman Imhallef M Mallia :
Iva, all right.
Ix-Xhud :
At least.
Imhallef A Lofaro :
Jekk tixtieq hekk naghmlu hekk. Naghmlu verbal.
Il-Bord jordna li s-seduta minn issa ‘l quddiem tinstema’ bil-maghluq.
Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Kenneth Farrugia dettata minnu stess fil-prezenza ta’ l- istess xhud.
Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.
Saviour Scicluna Traskrittur