Xhieda ta’ Kurt Farrugia – 30 ta’ Novembru 2020

Xhieda ta’ Kurt Farrugia – 30 ta’ Novembru 2020

Differita 28 ta’ Gunju 2006


L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum it-Tnejn 30 ta’ Novembru 2020, fis-1:00 p.m. fit- Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.


Xhud Kurt Farrugia riprodott bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid :


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghandek xi dokumenti x’ tipprezenta?


Ix-Xhud :

Iva; kont intlabt li nipprezenta dokumenti pubblici illi ghandhom x’ jaqsmu mal-one million reward li kien offra l-gvern fil-21 ta’ Ottubru 2017.


Imhallef A Lofaro :

Iva.


Ix-Xhud :

Sibt l-istqarrija pubblika bil-Malti u bl-Ingliz li harget dak inhar. Gibt ukoll mieghi referenzi fil-media, ftit mill-hafna li hemm, ghax ma rridx nibqa’ nirripproduci l-istess haga ghax bazikament l-istqarrija kienet riprodotta fil- media kollha fid-dinja. Qed inressaq ukoll…haw qed naghmel attachment …


Imhallef A Lofaro :

Qed tipprezenthom.


Ix-Xhud :

Qed naghmel attachment ukoll; irrid nispjegahom? M’ hemmx ghalfejn?


Imhallef A Lofaro :

Briefly, very briefly.


Ix-Xhud :

Ok. Hemm xi referenza ohrajn li kienu saru ghall-istess reward, kemm sena wara, kemm sitt xhur… qisu bejn sitt xhur wara u sena wara

Imhallef A Lofaro :

Nimmagina through the DOI hux?


Ix-Xhud :

Le mhux through the DOI. Imma per ezempju The Malta Independent kienu ghamlu follow-up taghha u staqsew lill- Ministru ta’ l-Intern.


Imhallef A Lofaro :

Ok.


Ix-Xhud :

Reuters sena wara kienu staqsew lill-Ministru tal-Gustizzja, u pero` ma stajtx insibhom jien sfortunatament, kien hemm xi referenzi fil-parlament ghal ..


Imhallef A Lofaro :

Xi PQs forsi?


Ix-Xhud :

Mhux PQs. Nahseb iktar jew aggornamenti….


Imhallef A Lofaro :

Xi statements…?


Ix-Xhud :

Imma jien ma kellix access ghal dawk it-transcripts


Imhallef A Lofaro :

Xi statements fil-parlament; ok.


Ix-Xhud :

U kont intlabt ukoll b’ mod specifiku nipprezenta xi email li kienet baghtitli is-sinjura Caruana Galizia dwar Wither Bodom, ma nafx jekk hux xi bank etc.


Imhallef A Lofaro :

Iva.


Ix-Xhud :

Ma stajtx nintracca dik l-email..


Imhallef A Lofaro :

Fittxejt hux

Ix-Xhud :

Fittxejt. Fittxejt anke f’ emails antiki u ma stajtx insibha.


Imhallef A Lofaro :

U ma stajtx issibha.


Ix-Xhud :

Dawk mill-..


Imhallef A Lofaro :

Ok. Issa hawn xi ftit domandi; ser taghmilhom Dr Therese


Dr Therese Comodini Cachia :

Sur Farrugia kemm tikkonferma.. nitolbok tikkonferma jekk meta inti kont qieghed Head of Communications jekk kienx hemm bzonn..


Dr Pawlu Lia :


Chairman Imhallef M Mallia :

Dr Lia, id-dokumenti u dak li hemm bzonn. Jekk hemm bzonn xi domandi jsiru


Imhallef A Lofaro :

Ha naraw x’ inhi d-domanda l-ewwel.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ara, biex tikkonferma jekk meta inti kont Head of Communications, il-gvern kienx ingagga jew ta kuntratt lil Nick Wright ghal servizzi dwar PR u Communications li kienu jirrelataw kemm ma’ l-elezzjoni ta’ l-2013 u kif ukoll ma’ dik tal-2017.


Dr Pawlu Lia :

….. terms of reference; bir-rispett kollu ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Il-kwistjoni hija dwar


Imhallef J Said Pullicino :

…ir-relevanza


Dr Pawlu Lia :

Le le… ma ghandiex x’ taqsam ma’ terms of refernce ..

Chairman Imhallef M Mallia :

Dr Lia daka narawh ahna. Ir-relevanza narawh ahna. Id-domanda hija legali u tista’ issir. Ir-relevanza narawha ahna


Dr Therese Comodini Cachia :

Jekk itini cans nispjega gahlfejn.


Dr Pawlu Lia :

Bir-rispett kollu, ghandkom dritt ….. tarawha intom, imma t-terms of refernce qeghdin cari u ma nahsibx li ghandkom taccettaw ….


Chairman Imhallef M Mallia :

It-terms of refernce ahna ninterpretawha mhux int ..


Dr Pawlu Lia :

Nahseb tinterprethom min takom l-awtorita`…


Chairman Imhallef M Mallia :

Inti ..?


Imhallef J Said Pullicino :

…. Id-domanda


Dr Therese Comodini Cachia :

Ara, id-domanda hija jekk bhala gvern kienx inghata kuntratt biex jassitikom fil-Communications certu Nick Wright, u jekk dik l-assistenza kinetx intalbet kemm fil-konfront tal-kampanja ta’ l- 2013 u dik ta’ l-2017. L-intenzjoni..


Imhallef A Lofaro :

Imbaghad kont ser tispjega ghal fejn hija relevanti din imma.


Dr Therese Comodini Cachia :

L-intenzjoni ta’ relevanza hija din: illi wahda mit-terms of reference hija specifikatament biex naraw x’ sens kien inholoq, x’ sitwazzjoni kienet inholqot fil-konfront tal-gurnalista li inqatlet, fil-konfront taghha bhala gurnalista. L-ingagg..


Imhallef A Lofaro :

Tirrigwardha lilha jigifieri din?


Dr Therese Comodini Cachia :

Iva. L-ingagg ta’ din il-persuna….

Imhallef A Lofaro :

Jekk tirrigwardja lilha..!


Dr Therese Comodini Cachia :

…u kif ukoll fl-ingagg ta’ British Firm, il-PR Firm ta’ Shelgate juri illi z-zewg ingaggi saru f’ mument meta hi kienet qed titkeb u tippubblika l-istejjer taghha fuq il-Panama Papers, fuq Konrad Mizzi, fuq Keith Schembri, fuq Joseph Muscat, fuq in-Nexia, fuq Pilatus. U f’ dan il-perjodu wkoll kienu zdiedu anke l-press releases li diga` jidhirli gew prezentati, u anke d-diskors politiku fil- konfront taghha personali, mhux fil-konfront ta’ xogholha.


Chairman Imhallef M Mallia :

Allura indirizza d-domanda


Imhallef A Lofaro :

Id-domanda tkun limitata fuq is-sinjura Caruana Galizia biss. Ghax ahna ma jinteressaniex..


Chairman Imhallef M Mallia :

Fuq is-sinjura Caruana Galizia.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ghalhekk jiena staqsejt jekk kienx inghata kuntratt dan il-konsulent Nicholas Wright biex jassistihom fil-communications.


Imhallef A Lofaro :

Imma fir-rigward tal-gurnalista biss.


Dr Therese Comodini Cachia :

Mhix problema jekk jghid fir-rigward tal-gurnalista biss.


Imhallef A Lofaro :

Fir-rigward tal-gurnalista biss


Dr Therese Comodini Cachia :

Anke fir-rigward ta’ dawn l-istejjer, ghax xogholha kien fuq dawn l- isterjjer.


Imhallef A Lofaro :

Jew l-istejjer li kienet qed tippubblika hi.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ezatt.

Imhallef A Lofaro :

Ok.


Dr Therese Comodini Cachia :

Dik hija l-lista ta’ l-istejjer.


Ix-Xhud :

Minn l-att tieghi bhala Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern ma kienx inghata l- ebda kuntratt.


Imhallef A Lofaro :

Jew ingagg.


Ix-Xhud :

Jew ingagg.


Chairman Imhallef M Mallia :

Nicholas Wright qatt iltqajt mieghu? Taf min hu?


Ix-Xhud :

Iva.


Chairman Imhallef M Mallia :

U x’ kien? X’ kien qed jaghmel..?


Ix-Xhud :

Wara l-2013 ma nafx. Qabel l-2013 gie li kellna interactions mieghu dwar komunikattiva politika.


Chairman Imhallef M Mallia :

Qabel l-elezzjoni?


Ix-Xhud :

Iva.


Chairman Imhallef M Mallia :

U wara l-elezzjoni ma regax ikkomunika maghkom?


Ix-Xhud :

Mieghi le.


Chairman Imhallef M Mallia :

Mighek le.

Imhallef A Lofaro :

U mhux fir-rigward tal-gurnalista jew l-istejjer li kienet qieghda tikteb.


Ix-Xhud :

U le le assolutament


Imhallef A Lofaro :

Le; tichad.


Ix-Xhud :

F’ gieh Alla!


Chairman Imhallef M Mallia :

U Shelgate x’ kien il-kompitu taghha?


Ix-Xhud :

Il-kompitu taghha jidhirli l-interactions tieghi ma kienux qabel il-qtil ta’ Caruana Galizia, imma kienu wara.


Imhallef A Lofaro :

Wara.


Ix-Xhud :

Minn l-amment. Kont spjegajtha fix-xhieda l-ahhar darba.


Dr Therese Comodini Cachia :

Issa, kien hemm rapport fis-Swiss online news outlet Republic, illi jaghmel referenza ghal rapport illi kien inghata lil gurnalist taghhom, illi kien inghatat lilhom minnek u r-rapport taghhom jghid hekk : Kurt Farrugia he says and hence he … his business card; government spokesman Malta, a conversation with the Prime Minister? Yes that should be possible. Afterwards Farrugia says that his team has prepared a dossier in which the government addresses all major criticisms. Bedingfield offers to bring it. A little later he comes back with a stack of documents and hands it to us. The audience has ended. Din hija dwar laqgha illi kienet sehhet f’ Kastilja lejn l-ahhar ta’ l-2017. Tiftakarha din il-laqgha?


Ix-Xhud :

Bir-rispett kollu l-ahhar darba ma kontx hawn inti, imma irrispondejta lill- kollega tieghek. Nahseb kont busy b’ affarijiet ohra Dottore.


Dr Therese Comodini Cachia :

Tiftakarha din il-laqgha?

Ix-Xhud :

Niftakarha iva.


Dr Therese Comodini Cachia :

Dan ir-rapport tiftakar min kien hejjieh?


Ix-Xhud :

Konna hejjejnieh ahna bhala Ufficcju tal-Komunikazzjoni.


Dr Therese Comodini Cachia :

Kif tispjega li dan ir-rapport huwa identiku ghal dak ir-rapport moghti lil Ipex Committee ta’ European Parliament, identiku, hlief, hlief ghal dawk il-partijiet li jitkellmu fuq il-Pilatus Bank?


Ix-Xhud :

Mhux il-kaz. Jigifieri jiena li niftakar li ghaddejnielu kien rapport fuq il-fatti illi kellna bhala gvern; fil-fatt kien fil-format ta’ question and answer. U l- istess rapport ghaddejnih lil gurnalist. Ma kienx hemm xejn fih li ma kienx pubbliku. Ma kienx hemm xejn fih li ma ntqalx fi stqarrijiet pubblici mill- gvern.


Dr Therese Comodini Cachia :

U meta gie ppubblikat dan l-artikolu intom informajtu lil gurnalist illi ma kienx qed jikteb dak li huwa kif tafuh intom?


Ix-Xhud :

Ma jidhirlix li wegibniha, ghax l-ewwel nett dak l-artikolu kien mimli insinwazzjonijiet u anke certu diskors li fl-opinjoni tieghi ma jirrapprezentax certu serjeta` f’ min kien qed jiktbu, imma daka ma narahx jien. U t-tieni nett le ma konniex noqghodu nwiegbu ghal kull forma ta’ rapport li johrog.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ma’ ghandix izjed Sinjuri Imhallfin.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ok; grazzi.


Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Kurt Farrugia kif giet dettata minnu stess fil-prezenza ta’ l-istess xhud.

Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud. Saviour Scicluna – Traskrittur