Xhieda ta’ Kurt Zahra – 14 ta’ Ottubru 2020

Xhieda ta’ Kurt Zahra – 14 ta’ Ottubru 2020

Differita 28 ta’ Gunju 2006


L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum l-Erbgha 14 ta’ Ottubru 2020, fid-2:00 a.m. fit- Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.


Xhud Kurt Zahra riprodott bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid :


Chairman Imhallef M Mallia :

Dr Comodini Cachia mistoqsijiet..


Dr Therese Comodini Cachia :

Ara Sur Zahra, inti diga` xhedt f’ din l-Inkjesta u kont bdejt tghidilna li l- investigazzjoni tal-Pulizija ghadha ghaddejja.


Ix-Xhud :

Hekk hu.


Dr Therese Comodini Cachia :

Tkun tista’ taghtina update fuq kif ghadha ghaddejja, x’ qed isir?


Ix-Xhud :

Mela kif kont diga` spjegajt ma nafx jekk hux hawnhekk imma, ovvjament l- investigazzjoni nbdiet fis-sena tat-2017 meta sehh l-omicidju; hemmhekk kienet giet imwaqqfa Task Force, hemm fazijiet differenti. L-ewwel fazi sa meta tressqu l-allegati esekuturi, sussegwentement wara gie identifikat l- allegat middleman u mbaghad gie identifikat l-allegat mandant. Dak ghandek phase 2 u issa qeghdin fl-istadju ta’ phase 3. U anke l-ahhar darba li xhedt hawnhekk konna qeghdin fi stadju ta’ phase 3. Fit-tielet fazi ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Jimporta? Jimporta ittini sekonda..?


Ix-Xhud :

Mela le?

Dr Therese Comodini Cachia :

Fuq dak illi kienu nfurmawna l-imhallfin qabel ma ftahna l-bieb diga’ qeghdin online


Imhallef A Lofaro :

Probabblment ippubblika fir-registru jew xi haga hekk. Ok no problem.


Dr Therese Comodini Cachia : Skuzani Spettur.


Ix-Xhud :

Mhix problema.


Dr Therese Comodini Cachia :

Le, just biex il-Bord ikun jaf kif tinhadem…


Ix-Xhud :

Ok. U kemm l-ahhar darba li xhedt u issa qeghdin f’ phase 3. Li gara f’ phase

3 it-Task Force kibret it-Task Force, u x-xoghol li kien qed isir minn Dipartimenti differenti ngabar go kamra wahda u giet maqghuda dik li nsejhulha ‘Task Force Room’, fejn bdew janalizzaw, kien hemm diversi ufficjali janalizzaw in-numru kbir ta’ data li hemm, li ghadha hemmhekk sal- lum jigifieri. Ghandna ammont ta’ data li ngabret minn diversi arresti li saru. U li nista’ nghid ghal mistoqsija li saratli li l-investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin sal-lum. Ovvjament gew konstatati iktar affarijiet li sal-lum il- gurnata ahna min-naha taghna ghadna ninvestigaw. Meta nghid ..


Imhallef J Said Pullicino :

It-Task Foce organizzatta mill-Kummissarju tal-Pulizija?


Ix-Xhud :

Iva hekk hu, flimkien mal-Europol


Imhallef J Said Pullicino :

Flimkien mal-Europol.


Ix-Xhud :

Flimkien mal-Europol. Issa meta nghid min-naha taghna din importanti hafna; jien….


Imhallef J Said Pullicino :

U bejn wiehed u iehor meta giet organizzata t-Task Force?

Ix-Xhud :

Skuzi?


Imhallef J Said Pullicino :

Bhala zmien, meta giet organizzata t-Task Force?


Ix-Xhud :

Jekk minhiex sejjer zball jekk minhiex sejjer zball imma subjet to correction irrid niccekja, fi Frar ta’ din is-sena. It-Task Force ilha mill-bidu ta’ l- investigazzjoni ta’ l-omicijdu, minn meta sehh l-omicidju; imma t-Task Force Room fejn din id-data giet migbura u qed tigi analizzata minn membri differenti inkluzi l- Homicide Squad, l-FCID; li meta nghid l-FCID dawk li kienu l-Economic Crim Unit; is-Servizz tas-Sigurata` etc. Hemm diversi entitajiet f’ din it-Task Force li nghaqdu f’ kamra wahda halli jkunu jistghu kulhadd jara l-istess..


Imhallef A Lofaro :

Fejn kienet il-kamra please?


Ix-Xhud :

Id-Depot stess, id-Depot tal-Pulizija.


Imhallef A Lofaro :

Cert illi hemmhekk dejjem hemm …?


Chairman Imhallef M Mallia :

Issa qieghda.


Imhallef A Lofaro :

Eh, issa!


Ix-Xhud :

Le le..


Imhallef A Lofaro :

Fejn kienet qabel?


Ix-Xhud :

Bhala Task Force Room qabel ma sehhet din il-kamra ma kien hemmx post fejn l-entitajiet kollha li qed jinvestigaw jiltaqghu f’ post wiehed.


Imhallef A Lofaro :

Imma saret xi extraction ta’ data x’ imkien iehor?

Ix-Xhud :

Fil-Europol. L-extraction ta’ data li saret wara li saru l-arresti.., mela l-Europol mill-bidu ta’ l-investigazzjoni bdew jassistu f’ din l-investigazzjoni. Meta saru diversi arresti l-Europol kienu maghna. U meta huma gew mahtura f’ diversi inkjest li hemm, u qed nghid ‘diversi inkjesti’ ghax ghalfejn? Ghax l-inkjesta in relation to l-investigazzjoni li kien hemm fil-konfront ta’ Melvin Theuma hija differenti minn dik l-inkjesta li hemm in relation to Yorgen Fenech


Imhallef A Lofaro :

Ehe.


Ix-Xhud :

Allura dawk l-esperti tal-Europol kienu mahtura fl-inkjesta sabiex isir l- extraction. U anke meta saru s-searches u gew elevati dawn d-devices, il- Europol kienu prezenti. Allura x’ gara? Gew elevati dawn id-devices, il- Europol kienu fil-pussess ta’ dawn id-devices u telghu The Hague fl-ufficini taghhom; u hemmhekk saret l-extraction tad-data.


Imhallef A Lofaro :

At the Hague


Ix-Xhud :

The Hague.


Imhallef A Lofaro :

Hawn Malta qatt saret xi extraction fl-ufficini tas-Security Services?


Ix-Xhud :

Dik ma nafx nirrispondik ghaliha Sinjura.


Imhallef A Lofaro :

Jista’ ikun li saru hemmhekk?


Ix-Xhud :

Ma nehodhiex…; ara, bhala devices..


Imhallef A Lofaro :

Extraction of data ta staqsejtek.


Ix-Xhud :

Ehe, imma extraction of data mid-devices

Imhallef A Lofaro :

Mhux hekk!


Ix-Xhud :

Imma fejn jidhol l-omicidju ma jidhirlix li marru.. sa fejn naf jiena dejjem …


Imhallef A Lofaro :

Mela mhux fis-Security Services


Ix-Xhud :

Le ma sarux.. sa fejn naf jiena ..


Imhallef A Lofaro :

Imma pero` ma tistax teskludiha


Ix-Xhud :

Ma nistax neskludiha zgur.


Imhallef A Lofaro :

Ok.


Ix-Xhud :

Ghalfejn Sinjura? Ghax kif kont qed nispjega dan hemm diversi inkjesti u hemm diversi investigazzjonijiet ..


Imhallef A Lofaro :

Iva iva, mhux hekk?


Ix-Xhud :

Jiena fost il hafna investigazzjonijiet jiena minn l-omicidju, fuq affarijiet li relatati ma’ l-omicidju. Allura li naf meta ghamilna r-raids ahna u ghamilna is- searches ahna, dawk gew elevati mill-Europol, li l-Europol huma min-naha taghhom l-extraction ghamluha gewwa The Hague. Kien hemm xi extraction li saret hawn Malta imma mbaghad baqghu tielghin mal-ewwel the Hague fejn hemmhekk imbaghad ghamilna peress li kienu mahtura fl-inkjesta ghamilna r- rikorsi necessarji sabiex ikollna kopja ta’ dik id-data biex imbaghad sussegwentement setghet tigi analizzata.


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri dan setup komprensiv jaghmel sens fil-fatt. Dana fil-konfront ta’ l- omicidju biss jew inkella ta’ l-inkjesti kollha li hemm ghadejjin?

Ix-Xhud :

Le, fil-konfront …fil-fatt, fil-fatt dak kien l-iskop tat-Task Force, li meta tigi analizzata din id-data, il-membri li hemm fit-Task Force jibdew johorgu jittegjaw l-informazzjoni li hemm – li jista’ fiha hemm relatata ma’ ksur ta’ ligi. U dan il-ksur ta’ ligi huwa hafna. Per ezempju xi haga milli naf zgur li minn din it-Task Force sa fejn naf jiena u jista’ jkun iktar, infethu iktar minn 11-il investigazzjoni differenti li hemm spetturi u t-timijiet taghhom b’ timijiet differenti jaghmlu din l-investigazzjoni. Fil-fatt u dak kien l-iskop, dak kien l- iskop. Ghalfejn? Mela din bieda kollox minn l-omicijdu. Ingabret id-data u bdjena naraw li hemm affarijiet ta’ interess li jistghu jkun hemm.. jifthu ghal investigazzjonijiet ohrajn. U mbaghad bdew jinfethu minn din id-data branches ohra ta’ investigazzjoni. Il-fatt li inghaqqadna lkoll flimkien halli.. wara li jsiru l-investigazzjonijiet nistghu inkunu nafu insight tajba bhal ezempju bhal mottivi; mottiv. Ghalfejn per ezempju sar il-qtil. Ikollna insight ahajr ta’ x’ seta’ gara. Mhux nillimitaw ruhna ghal dik l-evidenza li b’ mod dirett hija ghall-omicidju biss! Ikun hemm persuni ohra fuq li jinvestigaw affarijiet relatati ma’ l-expertise taghhom li once li jkun hemm ir-rizultat ovvjament jergghu jigu lura u nitkellmu flimkien halli jkollna stampa cara.


Imhallef A Lofaro :

Issa din id-data illum fejn tinsab?


Ix-Xhud :

Id-data ghandek id-data The Hague; hemm the Hague u ghandna fit-Task Force ahna.


Imhallef A Lofaro :

Fejn iktar f’ Malta tinsab?


Ix-Xhud :

Is-CID id-Depot tal-Furjana.


Imhallef A Lofaro :

Imkien iktar?


Ix-Xhud :

U The Hague. Issa jekk jiena jekk hemm is-servizz ..


Imhallef A Lofaro :

L-Avukat Generali ghandu kopja?

Ix-Xhud :

L-Avukat Generali le. Sa fejn naf jiena min-naha taghna ma jidhirlix li l- Avukat Generali ghandu kopja ..


Imhallef A Lofaro :

Cert minn dak li qed tghid?


Ix-Xhud :

Le minhiex cert Sinjura


Imhallef A Lofaro :

Mintix cert.


Ix-Xhud :

Minhiex cert.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ara Sur Zarha, inti membru tat-Task Force, jigifieri wiehed minn dawk il- membri li ghandkom kollox f’ idejkom u mbaghad tqassmu?


Ix-Xhud :

Le. Jiena wiehed minn dawk il-membri li nigi li jghadduli l-informazzjoni lili.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ok. Jigifieri l-format ta’ din id-data, ghax qed nifhem illi forsi taghtina struttura ta’ din id-data how it flows from one entity to the other. Jigifieri meta bdiet ingabret.. gew elevati l-oggetti mill-Pulizija li kienu qed jaghmlu s- search ..


Ix-Xhud :

U mill-Europol.


Dr Therese Comodini Cachia :

U l-Europol kienu prezenti.


Ix-Xhud :

Kienu prezenti.


Dr Therese Comodini Cachia :

U mbaghad ghedtilna li saret xi extraction hawn Malta; dik minn ghand min saret?

Ix-Xhud :

Mill-Europol stess;


Dr Therese Comodini Cachia :

Mill-Europol


Ix-Xhud :

Sakemm kienu ghadhom hawn Malta, jekk per ezempju jekk l-ghada kelhom il-flight lahqu bdew l-extraction minn hawn Malta u imbaghad komplewha the Hague.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ok. U jigifieri dawk li llum ghandhom l-extraction kollha f’ idejhom huma l- Europol u dawk li jmexxu t-Task Force?


Ix-Xhud :

Hekk hu hekk hu.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jigifieri dawk li jmexxu t-Task Force fuq kemm-il persuna qed nitkellmu?


Ix-Xhud :

Ghandek tmienja (8) zgur.


Dr Therese Comodini Cachia :

U ghandek dawn it-tmien persuni huma kollha ufficjali tal-Pulizija?


Ix-Xhud :

Ufficjali tal-Pulizija iva, ufficjali tal-Pulizija.


Dr Therese Comodini Cachia :

M’ hemm hadd minn l-MSS, minn l-Avukat Generali, minn entita` ohra?


Ix-Xhud :

Qed nghid tmienja ufficjali tal- ..; le minn l-Avukat Generali f’ din it-Task Force m’ hemm hadd, minn l-Avukat Generali.


Dr Therese Comodini Cachia :

All right.


Ix-Xhud :

F’ din it-Task Force hemm membri tas-Servizzi ts-Sigurta` u membri tal- Europol ukoll. Issa peress li jiena.., jiena fergha wahda minn din it-Task Force

li hija dik ta’ l-omicidji li jghaddu l-informazzjoni lili. Naf x’ ghandhom il- Pulizija taghna. il-Pulizija. Il-Europol ovvjament ghandhom ukoll id-data kollha ta’ go din it- Task Force.


Imhallef A Lofaro :

Kollox.


Ix-Xhud :

Is-Servizzi tas-Sigurta` ma nistax nirrispondi. Ma nafx.


Dr Therese Comodini Cachia :

Le, imma biex inkunu hadna l-istampa cara, jigifieri t-Task Force dawn it- tmien membri huma l-passatur ta’ din id-data.


Ix-Xhud :

Ehe hekk hu.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jigifieri inti meta qed tixhed illum tista’ tixhed fuq dak illi t-Task Force ghaddiet lilek ghax ittegjawha bhala relevanti ghall-omicidju.


Ix-Xhud :

Hekk hu; naqblu.


Imhallef J Said Pullicino :

U allura naqblu wkoll illi barra l-informazzjoni li qed tircievi inti rigward l- omicidju jista’ ikun hemm informazzjoni ohra li tirrigwarda per ezempju Economic Crimes Unit u tkun marret…


Ix-Xhud :

Mija fil-mija.


Imhallef J Said Pullicino :

…u tkun marret direttament ghadn min hu responsabbli ghall-Economic Crimes Unit


Ix-Xhud :

Hekk hu


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri hemm xi hadd li jaf kollox imma mbaghad jitqassmu b’ dan il-mod.

Ix-Xhud :

Hekk hu hekk hu naqblu. As such bhala xi hadd li jaf kollox ghadna ma wasalniex fl-istadju fejn issa dawk l-investigazzjonijiet kollha..


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux tafu kollox le, dak li ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Li ghandu l-extraction kollha f’ idejh.


Ix-Xhud :

Ezatt ezatt. Ifhimni, il- Europol li ghandhom l-extraction ..


Imhallef A Lofaro :

Il-Europol ghandhom kollox.


Ix-Xhud :

Il- Europol huma l-persuni li ghandhom l-extraction kollha f’ idejhom.


Dr Therese Comodini Cachia :

Li jkunu ghaddewha lit-Task Force.


Ix-Xhud :

Ehe li jkunu ghaddewha lit-Task Force. Imma mbaghad ghalfejn qed naghmel enfasi fuq il-Europol? Ghax fit-Task Force wkoll inqassmet id-data


Imhallef A Lofaro :

Ezatt.


Ix-Xhud :

Fit-Task Force; ghandek nies li qed jinvestigaw l-omicidju, li jinterssahom ha nghidu hekk jew li jifhmu fl-omicidju; ghandek nies minn l-Economic Crimes Unit li qed jaraw minn perspettiva taghhom. Allura f’ dak is-sens tigi maqsuma d-data. Jigifieri l-post fejn din id-data hija migbura fis-shih taghha hija l-Europol.


Chairman Imhallef M Mallia :

U Europol lil min jirrispondu? X’ ser jaghmlu biha din id-data?


Ix-Xhud :

Din id-data ser jigu.. ser jesebuha fil-gimghat li gejjin jigifieri nemmen li ghandha tkun fil-kumpilazzjoni

Dr Therese Comodini Cachia :

‘Il ghaliex il- Europol huma mahtura minn ..


Ix-Xhud :

Huma mahtura fl-Inkjesta..


Dr Therese Comodini Cachia :

…mill-magistrat.


Ix-Xhud :

Ehe; esperti ta’ l-inkjesta, iva Sur Imhallef


Imhallef J Said Pullicino :

Sur Zahra, li qed nistaqsuk huwa ta’ interess generali pubbliku. Jigifieri li l- pubbliku jkun jaf il-Pulizija fit-teorija kif tahdem u kif qed tihhedilja l-kaz huwa ta’ interess kbir ghal pubbliku li qabel ma kienx jafu u issa forsi jkun jafu. Jigifieri qed nghidu affarijiet ta’ interess generali.


Ix-Xhud :

Ehe, fil-fatt inkompli mal-mistoqsija li ghamiltli inti Sur Imhallef, ghedtli li tinghadda l-informazzjoni lil membri differenti, lil skwadri differenti. U hemmhekk ghalhekk ghedt li naf bihom jiena, jista’ jkun iktar, hemm iktar minn 11-il investigazzjoni.., apparti ta’ l-omiciju qed nghid, li nfethu wara li giet analizzata….


Imhallef A Lofaro :

..id-data.


Ix-Xhud :

…din id-data.


Dr Therese Comodini Cachia :

Issa din id-data li kienet extracted mill-Europol ghaddiet f’ batch wiehed lit- Task Force jew ghaddiet f’ batches differenti?


Imhallef A Lofaro :

F’ batches fhimtha jien.


Ix-Xhud :

Nahseb hemm iktar..; bilfors f’ iktar min batch wiehed


Dr Therese Comodini Cachia :

Jekk ma tafx..

Ix-Xhud :

Le le..


Dr Therese Comodini Cachia :

Jekk ma tafx ghidilna li ma tafx.


Ix-Xhud :

Le le. B’ certezza ma nistax nghidlek. Imma l-mod ta’ kif saru l-affarijiet bilfors li iktar minn batch wiehed inghaddiet. Ghalfejn? Ghandek l-inkjesta wahda, u mbaghad ghandek inkjesta ohra. Allura bilfors li f’ iktar minn batch wiehed li nghaddiet. Izda ma nafx nirrispondik jekk meta sarux il-kopji.. ghax li kieku ghamiltha jiena hekk kont naghmel, kont nigbor kollox f’ hard drive wahda u mbaghad naghmel kopja taghha; u generalment hekk nahdmu. Ghalfejn? Halli jekk allahares qatt ikun hemm xi data li tigi corrupted, mitlufa jew xi haga hekk, ikollna dejjem tiehu l-precaution, isma’ all right, ghandna hawnhekk, mhix problema


Imhallef A Lofaro :

Ikollok backup.


Ix-Xhud :

Dejjem ser ikollok il-backup.


Imhallef A Lofaro :

Imma nahseb li ..


Ix-Xhud :

Le backup ghandna zgur ta. Backup naf fic-cert li ghandna u naf..


Dr Therese Comodini Cachia :

Mela mbaghad l-ahhar mistoqsija li ghandi fuq l-operat ta’ kif it-Task Force tahdem fuq dan. Inti fhemtna illi mbaghad it-Task Force tibda tittegjaha u tqassamha lill-iskwadra relevanti.


Ix-Xhud :

Hekk hu.


Dr Therese Comodini Cachia :

Taf tghidilna meta bdiet titqassam din id-data lill-units differenti – lill- iskwadri differenti?

Ix-Xhud :

Ma nistax nirrispondi ghal fatt li l-fatt per ezempju ta’ l-FCID ma nkunx naf meta bdew jghaddulhom id-data. U jiena meta qed nghid anke l-11-il investigazjoni.. iktar minn 11-il investigazzjoni li nfethu nafha b’ mod informali. Jigifieri mhux ghax jigu jghiduli – isma’, kellna nifthu 11-il investigazzjoni! Ovvjament ghax inkunu tkellimna bejnietana ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Ok; lilkom bhala skwadra ta’ l-omicidju meta bdew jghaddulkom bejn wiehed u iehor id-data?


Ix-Xhud :

Bl-amment ma nafx nghidlek ta; imma ovvjament ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Per ezempju qabel ma gie mahtur dan l-ahhar Kummissarju jew wara?


Ix-Xhud :

Qabel. Bhala data qabel. Qabel ta.


Dr Therese Comodini Cachia :

Qabel.


Ix-Xhud :

Qabel ehe. Qabel zgur. Jiena nahseb….


Dr Therese Comodini Cachia :

Jigifieri qabel.., jigifieri l-ECU kien ghadu mmexxi mis-Sur Abdilla.


Ix-Xhud :

Iva hekk hu.


Imhallef A Lofaro :

Ghandna xi domandi ghalik.


Ix-Xhud :

Mela le Sinjura?


Imhallef J Said Pullicino :

Ghedtilna l-ewwel.., issa din irrispondiha jekk inti f’ poizizzjoni li tirrispondiha. Jekk inti tghid li ahjar ma nirrispondihiex ghidilna hekk. Illi dawn il-gbir ta’ informazzjoni fatti li qed jigu analizzati wasslukom jew setghu wasslukom ghal movement ta’ l-omicidju. Inti daka determinat illum

jew inkella ghadu mistur jew ineklla ghadu mhux… ? X’ gie ppublilkat almenu ghidilna.


Ix-Xhud :

Ehe.


Imhallef J Said Pullicino :

Jekk ma tistax tghidilna…..


Ix-Xhud :

Ghax ma rridx.. ma nixtieqx nispekola ..


Imhallef J Said Pullicino :

..le le; ghalhekk qed nistaqasik. Bhala fatt.


Ix-Xhud :

Ehe. Fil-verita b’ mod exhaustive ma nistax nirrispondik ghal din il- mistoqsija, ghalfejn? Ghax fadal hafna data x’ tigi analizzata, u iktar milli data x’ tigi analizzata issa f’ dan l-istadju iktar investigazzjonijiet li hargu minn din id-data. Allura jekk b’ certezza nista’ nghidlek li nafu l-mottiv allura lanqas ghandna ghalfejn nistennew il-konkluzjonijiet ta’ dawn l-investigazzjonijet biex inkunu nistghu nimxu ‘l quddiem. Allura nahseb li dik il-mistoqsija nkun nista’ nirrispondija once li dawk l-investigazzjonijiet jew ghallinqas mistennew bhala omicidji r-rapporti lura min-naha ta’ dak li hu relatat kemm ta’ Economic Crime u l-investigazzjonijiet li nfethu


Imhallef J Said Pullicino :

U mbaghad minn hemmhekk tkun tista’ tghidilna ..


Ix-Xhud :

Minn hemmhekk ehe hekk inkun nista’ nghidlek…


Chairman Imhallef M Mallia :

Ara, wahda mil-linji ta’ l-inkjesta illi qieghed jara dan il-Bord huwa r-rabtiet bejn in-negozjanti u persuni f’ karigi ufficjali u rabtiet bejn persuni f’ karigi u dawn akkuzati u suspettati. Din id-data titfa’ dawl fuq dawn it-rabtiet?


Ix-Xhud :

Mela jien nista’ nirrispondi .


Imhallef J Said Pullicino :

Bhalissa minghajr ma taghti ebda specific…

Ix-Xhud :

Ehe, u dik importanti, ha naghmilha cara li din id-data ghadha ma gietx prezentata fil-kumpilazzjoni, ha tigi pprezentata fil-gimghat li gejjin ..


Imhallef A Lofaro :

Meta? Ghax din ghandna bzonnha ahna.


Ix-Xhud :

Mar-rinviju; mhux dan ir-rinviju, mar-rinviju ta’ wara ..


Imhallef A Lofaro :

Imma bhala data bejn wiehed u iehor please?


Ix-Xhud :

Trid tigi Novembru; nahseb xi Novembru tigi ghax irridu naraw meta l-atti ser jintbaghtu lura ghand l-Avukat Generali u mbaghad…..


Imhallef A Lofaro :

Hu pacenzja, ghandek ragun ta; imma biex jifhem il-Bord, f’ Novembru f’ nofsu, fl-ahhar, fit-tielet gimgha ta’ Novembru?


Ix-Xhud :

Jiddependi hafna meta ser jintbagbtu l-atti lura lill-Avukat Generali…


Imhallef A Lofaro :

Ghandek ragun..


Ix-Xhud :

… u mbaghad l-Avukat Generali jerga’ jibaghtu lura..


Imhallef A Lofaro :

Imma x’ inhu l-iktar kmieni u x’ inhu l-iktar tard jekk joghgbok?


Ix-Xhud :

Ahna qeghdin bhalissa ….?


Imhallef A Lofaro :

Illum ghandna 14th October.


Ix-Xhud :

14th October. Ghandna seduta fit-21st .. jekk tista’ ..

Dr Jason Azzopardi :

Trid nghin lill-Bord …


Imhallef A Lofaro :

Ghax ghandna bzonn ahna, minhabba li ghandna t-time limit sal-15 ta’ Dicembru importanti li nkunu nafuha din.


Dr Jason Azzopardi :

Ara, ir-rinviju li hemm ghaddej bhal issa li huwa rinviju mitlub mid-difiza, jiskadi fil- 25 ta’ Ottubru. Wara l- 25 ta’ Ottubru ..


Imhallef A Lofaro :

Ok. Mela l-atti ghadhom ma gewx rinvjati lill-AG.


Dr Jason Azzopardi :

Wara l-25 ta’ Ottubru jigifieri dak inhar jew l-ghada tirrinvija


Imhallef A Lofaro :

Lil-AG iva..


Dr Jason Azzopardi :

U mbaghad appena l-AG, intom tafu li jirrinvija lura u jkollok il-perjodu ta’ 30 gurnata ohra. Jigifieri definitely some time in November.


Imhallef A Lofaro :

Kif qed naraha qisu t-tielet gimgha hekk ta’ Novembru?


Ix-Xhud :

Jien nahseb mid ending November qed naraha jiena.


Chairman Imhallef M Mallia :

Mid to end November.


Imhallef A Lofaro :

Mid to end November. Ghax ahna ghandna sal-15 ta’ Dicembru; ghalhekk irrid inkun naf id-data. Grazzi.


Imhallef J Said Pullicino :

Id-domanda tas-Sur Chairman kienet din; ma nixtiequx li nkunu nafu d- dettalji, id-dettalji johorgu meta jigu pprezentati l-provi kif qed nghidu. Pero` bhala trend, dak illi inti taf issa minn l-investigazzjoni taghkom; jekk tista’ tghidilna jekk tistax tikkonstata illi dan li semma c-Chairman mill-evidenza li

ghandkom hemm.. jista’ ikun hemm ness cari jew mhux cari fuq dan qed nitkellmu fuqu ..


Ix-Xhud :

Komunikazzjonijiet, jekk il-mistoqsija jekk hemmx komunikazzjonijiet bejn…..


Imhallef J Said Pullicino :

Jekk kienx hemm xi ness.. jirrizultax xi ness bejn negozju u l-politiku, jekk hemmx ..


Ix-Xhud :

Imma n-ness mhux ghal fini ta’ investigazzjoni jigifieri qed nghidu ma’ l- omicidju ..


Imhallef J Said Pullicino :

Le le. No no


Dr Therese Comodini Cachia :

Id-domanda kienet jekk id-data li rcivejtu li kienet extracted turix rabtiet, imbaghad spejgalna x’ tip ta’ rabtiet, bejn negozjanti ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Mhux id-dettalji ..


Ix-Xhud :

Komunikazzjonijiet kien hemm; hemm


Imhallef A Lofaro :

Iva jew le.


Ix-Xhud :

Komunikazzjonijiet hemm recorded iva.


Chairman Imhallef M Mallia :

Hemm.


Ix-Xhud :

Hemm recorded.


Dr Jason Azzopardi :

Komunikazzjoni ma’ ..?

Dr Therese Comodini Cachia :

Issa bhala kategorija ta’ persuni, mhux ismijiet.


Imhallef A Lofaro :

Wegiha ta’ qabilha d-domanda jekk joghgbok?


Chairman Imhallef M Mallia :

Iva, qal ‘iva’.


Dr Therese Comodini Cachia :

Iva.


Imhallef A Lofaro :

Iva biss?; all right.


Dr Jason Azzopardi :

Minghajr ma ssemmi ismijiet.


Dr Therese Comodini Cachia :

Bhala kategoriji ta’ persuni ..


Imhallef A Lofaro :

Jew ta’ karigi.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jigifieri kien hemm ta’… kien hemm per ezempju bejn Yorgen Fenech ..


Imhallef A Lofaro :

Kategorji tista’ tghidilna x’ kienu?


Dr Therese Comodini Cachia :

…u Cikku tal-grocer jew ..?


Imhallef A Lofaro :

Spizjar, teachers ghalliema?


Ix-Xhud :

Jiena.. u ghalhekk ha ndur ghal dan il-Bord u ha nispjega xi haga. Jiena l- ewwel nett…


Dr Therese Comodini Cachia :

Li rajt inti ta biss.

Ix-Xhud :

Jien li rajt jien. L-ewwel nett id-data kollha jien ma rajthiex. Rajt id-data li tinterssa lilna biss u li baghtuli biss. Ma jfissirx li d-data li rajt jien il-persuni li hemm imsemmija huma suspettati fl-omiciju. Dik irrid naghmilha ..


Imhallef A Lofaro :

Le le le, imma li huma msemmija fid-data.


Ix-Xhud :

Dik hija.. It-tieni haga hija li ghandi problema li jekk ser niehu struzzjonijiet minn ghand il-Bord jekk ghandix nirrispondi hawnhekk, ghax jiena li naf, ma rridx nippregudika, jien naf x’ nista’ nghid u x’ ma nistax nghid f’ dak li jirrigwarda l-omicidju biex ma nippregudikax l-investigazzjoni u l- kumpilazzjoni.


Imhallef A Lofaro :

Mhux hekk!


Ix-Xhud :

Il-problema li ghandi hija peress li l-investigazzjonijiet l-ohra min l-iskwadri l- ohra fosthom l-FCID ma ghandix insight ta’ x’ inhu jigri u x’ mhux qed jigri, ma nixtieqx nghid xi haga li tkun zejda li b’ xi mod nippregudika l- investigazzjonijiet taghhom.


Imhallef J Said Pullicino :

Sur Zarha, dak li qed tghid inti qieghed fit-terms of reference taghna. Ahna ma nistghu naghmlu xejn li nistghu nippregudikaw investigazzjoni li ghaddejja jew li jistghu jkunu ghaddejjin. Jigifieri dika naqblu u nifhmuha. Ghalhekk id- domanda hija generika hafna. Jigifieri f’ dan l-istadju jinteressana biss li nkunu nafu jekk hemmx provi fuq dan it-tip ta’ konnessjonijiet minghajr xejn persuni u xejn cirkostanzi. Ir-raguni hija illi biex ahna naslu biex nikkonkludu din l-Inkjesta, informazzjoni importanti bhal din illi taghtina dawl fuq in-ness li jista’ ikun hemm, forsi m’ hemmx, bejn il-politika u n-negozju u dawn l- affarijiet, dawna jekk ma jkunux f’ idejna lilna ma jkollniex rapport tajjeb; ikollna nieqfu b’ xi mod nistennew u naraw. Allura ghal issa li jinteressana huwa l-… mhux il-principju, x’ jirrizultalek lilek personalment bhala regola generali li jista’ johrog minn dawk il-fatti li taf li jaqghu fir-remit taghna, qed tifhem?


Ix-Xhud :

Anke kif gie rapportat jigifieri, u nerga’ nghid b’ kawtela kbira li ma naffetwax l-investigazzjonijiet l-ohra. Hemm diversi nies pubblici li komunikazzjonijiet ma’ diversi nies pubblici jigifieri ghalhekk..

Imhallef A Lofaro :

Imma pubblici kif?


Ix-Xhud :

Eh ..


Imhallef J Said Pullicino :

.. drab’ ohra tista’ tinformana fis-sigriet


Ix-Xhud :

Jiena kif tghidli ..


Imhallef A Lofaro :

Bil-maqghluq? All right, mhix problema


Imhallef J Said Pullicino :

Ghax jiena nifhem, ghax certi affarijiet …


Ix-Xhud :

Jien nahseb anke importanti hafna iktar f’ certu mistoqsijiet ghal dawn il- mistoqsijiet nahseb li anke jekk ikun hemm xi rapprezentant minn l-FCID minn l-Economic Crimes Unit li jista’ jirrispondikom hafna ahjar ghal dawn il-mistoqsijiet. Ghax kif ghedtilkom jiena ghandi branka biss ta’ dawn..


Imhallef A Lofaro :

Ok.


Dr Jason Azzopardi :

Qal dettal zghir hafna ta; meta, Sur Zahra, id-domanda tas-Sinjura Mhallef u inti semmejt persuni pubblici; il-komunikazzjoni, minghajr ma nidhlu fid- dettal u minghajr ma nsemmu ismijiet, qeghdin fil-miftuh allura, sewwa? Qeghdin nitkellmu fuq kwantita` zghira? Kwantita` kbira ta’ komunikazzjoni

…?


Ix-Xhud :

Jiena ma nkunx fair u ma nkunx korrett jekk nghid x’inhu kbir u x’ inhu …; ghax ma ghandix insight..; jekk inkun rajt bicca hekk nghidlek zghira. Ma nkunx naf jekk hemmx iktar. U lanqas irrid tigi pprezenta l-hard-drive u tghidli fuq hekk ghedtli li hemm fitt, kif issa sibt…? Ma rajtx l-informazzjoni kollha..


Imhallef J Said Pullicino :

Li nistghu naqblu huwa li ma kienux komunikazzjonijiet ..

Ix-Xhud :

Le le. Li hu zgur li d-data li hemm..; mhux limitat.. , jigifieri dan li qed nghid issa mhux limitatament ghal persuni publici. Bhala data kollha li hemm x’ nanalizzaw. Hemm ammont enormi enormi ta’ data li..


Imhallef J Said Pullicino :

Li tinkludi nies privati


Ix-Xhud :

Minn kollox.


Imhallef J Said Pullicino :

Li ma humiex fil-politika….


Ix-Xhud :

Biex nirrispondik minn kull strata tas-socjeta`.


Dr Jason Azzopardi :

Minn kull strata tas-seocjeta


Imhallef A Lofaro :

Mill-kbir saz-zghir jigifieri hux?


Ix-Xhud :

Mija fil-mija


Imhallef A Lofaro :

Ok. Nistghu nkomplu bil-maghluq mela.


Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Kurt Zahra, kif gie riprodott, u giet dettata minnu stess fil-prezenza ta’ l-istess xhud.


Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Saviour Scicluna Traskrittur