Xhieda ta’ Mario Philip Azzopardi – 8 ta’ Lulju 2020
L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Seduta miżmuma llum l-Erbgha 8 ta’ Lulju 2020, fid-9:30 a.m. fit-Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.
Xhud Mario Philip Azzopardi iben il-mejjet Louis u Aida nee` Galea mwieled is-Siggiewi u residenti Balzan fuq dikjarazzjoni solenni bil-Malti jghid :
Chairman Imhallef M Mallia :
Sur Azzopardi, ahna domandi zghar ser nistaqsuk, voldieri taf probabbilment illi hawnhekk quddiemna gie Dr Grech u qalilna dwar zewg plays illi kienu proposti minnek li ma gewx accettati minn Manuel Theater. Wahda minnhom kien jisimha ‘Min Qatel lil Daphne’ u l-ohra kienet ..
Ix-Xhud :
‘Ix-Xieha’
Chairman Imhallef M Mallia :
‘Ix-Xieha’. Issa ahna rajna dak li gie miktub fuqhom, all right?; kemm minn opinion pieces u kemm mir-risposta tieghek. Li rridu minn ghandek illum tamplifika ftit din ir-risposta tieghek u taghti ftit informazzjoni aktar forsi li ma tajtx fir-risposta tieghek fil-gazzetta.
Imhallef A Lofaro :
Sur Azzopardi, nixtieq nghidlek haga; Dr Grech qalilna li hu kull ma ra kien it-titolu ..
Ix-Xhud :
Ezatt.
Imhallef A Lofaro :
… u ma ra xejn izjed…
Ix-Xhud :
Ezatt.
Imhallef A Lofaro :
U deherlu li abbazi ta’ dak it-titolu ma jridx jara xejn izjed; ok?
Ix-Xhud :
Ezattament.
Imhallef A Lofaro :
Le biex nghidlu x’ qal Dr Grech.
Ix-Xhud :
Ezatt. Il-play infatti qatt ma nkitbet.
Imhallef A Lofaro :
Ok.
Ix-Xhud :
Il-play qatt ma nkibtet.
Imhallef A Lofaro :
Qatt ma nkitbet.
Ix-Xhud :
Jiena bhalissa ghandi ma’ l-ghaxar plays li qeghdin jigu konsidrati ghal stagunijiet futuri, u dana niehu ‘l fuq minn sena biex nizviluppaw play; wahda minnhom kienet ‘Min Qatel lil Daphne Caruana Galizia’ li giet proposta xi sena u nofs qabel ..
Imhallef A Lofaro :
Qabel il-qtil
Ix-Xhud :
Qabel il-qtil jigifieri; u dana f’ sens satiriku bhal ma jigri kullimkien l- politikanti u nies li ghandhom x’ jaqsmu mal-politika fit-teatru huma l-artist jesprimi ruhu dwar grajjiet fis-socjeta` tieghu b’ sens satiriku; bhal ma graw kif semmejt bhal per ezempju tajt ezempju The Assassination of Margaret Thatcher li kien .., dan kien hemm attentat biex inehhuh. Dana kien gabra ta’ stejjer, u mbaghad wahda minnhom giet maghmula go play l-Ingilterra. Kien hemm min ipprova inehhijha, ma rnexxilhomx. Imbaghad inkiteb il-ktieb ‘How I killed Margaret Thatcher’ ta’ Cartwright; u wkoll kif it-Times of Malta tat-13 ta’ April 2013 kienet irrapportat il-BBC kien irrifjuta li jibbenja song gimaghtejn wara li mietet Margaret Thatcher, din is-song li telghet fic-chart internazzjonali kien jisimha ‘Ding Dong the Witch is Dead’; li kienet taghmel
satira kbira fuq Margaret Thatcher. Dawn, dawn l-affarijiet kollha jiena smajthom u gejt ispirat biex dak iz-zmien naghmlu satira li kienet..
Imhallef J Said Pullicino :
Ha nimxu bicca bicca; mela jigifieri qed tikkonfermalna llum illi t-titolu kien jew kien mahsub li jkun b’ referenza diretta ghas-sinjura Caruana Galizia
Ix-Xhud :
Assolutament yes.
Imhallef J Said Pullicino :
Ghax lilna gie speci Min Qatel lil Daphne biss.
Ix-Xhud :
Ezattattament.
Imhallef J Said Pullicino :
Mela dik il-pozizzjoni…
Ix-Xhud :
‘Min qatel lil Daphne Caruana Galizia’ kien jisimha; li ma gietx miktuba.
Imhallef J Said Pullicino :
Donnok qed tikkonfermalna wkoll li inti fil-fatt inti kont l-awtur jew ..
Ix-Xhud :
Le le, ma kontx l-awtur.
Imhallef J Said Pullicino :
Allura kif dhalt fiha inti?
Ix-Xhud :
Jiena l-producer tal-..
Imhallef J Said Pullicino :
Inti l-producer.
Ix-Xhud :
Il-producer. Fl-ahhar ghaxar snin ipproducejna ma’ l-ghoxrin (20) play gdida bil-Malti u..
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri l-producer pero` jimxi in kollaborazzjoni ma’ l-awtur hux hekk?
Ix-Xhud :
Ezattament; sena shiha.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri inti taf min hu l-awtur ta’ dan il-progettat
Ix-Xhud :
Ezattament.
Imhallef J Said Pullicino :
U meta inti tajt lill-kumitat – il-Bord tal-Manuel Theatre t-titolu, it-titolu biss tajthom?
Ix-Xhud :
It-titolu biss kienu jafu; ma kien hemm xejn ghax ma nkiteb xejn.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma tajthom xejn iktar
Ix-Xhud :
Hlief l-ewwel ghaxar pagni tal-play li jiena biss qrajt; li mbaghad tant ma ghogbunix kif kien sejjer l-awtur li dak iz-zmien iddecidejt li nnehhija
Imhallef J Said Pullicino :
Issa dika ahna fejn jinteressana jekk huma rawha, ifhimni. Ma nimmaginax jien illi l-Bord tal-Manuel iddecieda li ma jaccettax play semplicement ghax kellha l-isem Min Ried Joqtol lil Daphne…
Ix-Xhud :
Ezattament.
Imhallef J Said Pullicino :
Setghet kienet Daphne ..
Ix-Xhud :
Ezattament; dak hu li gara; dak hu li gara Sur Imhallef. Dak ezattament dak li gara.
Imhallef J Said Pullicino :
Halli forsi nkun iktar car. Il-hsieb ta’ dan il-Bord ma huwiex li jindaga fuq il- valur tal-play jew jekk kellhiex tinkiteb jew le! Dak ma jinteressanix.
Ix-Xhud :
Ezattament.
Imhallef J Said Pullicino :
Li jinteressana ftit huwa l-livell ta’ anzjeta` li huwa ta’ livell ta’ attenzjoni li kellha s-sinjura Caruana Galizia dak iz-zmien, u jekk kienx hemm, dik hi. Jigifieri inti, la inti hsibt li huwa utili li taghmel dik il-play ovvjament kellek f’ mohhok li l-play kienet ser tirreferi ghal xi sittwazzjoni attwali.
Ix-Xhud :
Le le. Dina nkitbet…dina dan il-hiseb kien sena u nofs qabel ma inqatlet, jigifieri ..
Imhallef J Said Pullicino :
Le le, ovvjament, le le le; ghas-sitwazzjoni attwali ta’ dak li kien qed jigri f’ dak iz-zmien;
Ix-Xhud :
Ezattament.
Imhallef J Said Pullicino :
Fis-sens illi kien hemm xi hadd kellu jigi ispirat biex jipprova jaghmel hekk?
Ix-Xhud :
Fhimtek hazin ..
Imhallef J Said Pullicino :
L-idea dik kienet. Kienx hemm materjal bizzejjed li seta’ jipprovoka xi haga simili. Mhux jigifieri ghax inti kellek il-hsieb jew xi haga li ser issir ovvjament!
Ix-Xhud :
No assolutament, assolutament. Dana kif ..
Imhallef J Said Pullicino :
Inti taqbel mieghi jigifieri li dan kien l-attwalita, l-attwalita` ta’..
Ix-Xhud :
L-attwalita` ta’ dak iz-zmien kienet li Caruana Galizia kienet persuna importanti hafna fis-socjeta` Maltija. Kellha x’ taqsam hafna fil-politika u..
Imhallef J Said Pullicino :
Kienet qed iggib reazzjoni..
Ix-Xhud :
..u qrajna dwar dawn, qrajt dwar dawn il-..
Imhallef J Said Pullicino :
..il-plays ohrajn.
Ix-Xhud :
..plays ohrajn minn barra. Dan per ezempju, biex naghtik ezempju Sur Imhallef, is-sajf li ghadda play go New York ibbazata fuq Julius Caeser giet ipprezentata bil-karattru ta’ Julius Caeser fil-persuna ta’ Trump.
Imhallef J Said Pullicino :
Din hija licenzja artistika ….
Ix-Xhud :
Ezatti, ezattament.
Imhallef J Said Pullicino :
Dik mhix kwistjoni; ahna ma ahniex nikkostinjaw li seta’ kien hemm play hekk ta!
Ix-Xhud :
Ezattament.
Imhallef J Said Pullicino :
Jiena li rridu nkunu nafu ahna l-atmosfera fil-pajjiz dak iz-zmien kienet tali – kienet speci attwali li taghmel play b’ dak it-title? U apparentement hekk hu, ‘l ghaliex il-Bord milli qal illi din ‘le’.
Ix-Xhud :
Ezattament.
Imhallef J Said Pullicino :
Nahseb li dik ir-raguni.
Ix-Xhud :
Nahseb ehe, dak hu l-izbll li sar nahseb jiena li tirrifjuta xi haga fuq..
Imhallef J Said Pullicino :
Mhux hekk? Minghajr ma inqrat.
Ix-Xhud :
Minghajr ..
Imhallef J Said Pullicino :
…dak jaghtihulek, forsi wkoll hekk hu ..
Ix-Xhud :
Ezattament.
Chairman Imhallef M Mallia :
Pubblicita` inghatat?
Ix-Xhud :
Xejn.
Chairman Imhallef M Mallia :
Xejn.
Ix-Xhud :
Xejn.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ok. U l-play l-ohra ‘Ix-Xieha’?
Ix-Xhud :
‘Ix-Xieha’ ghadni kemm spiccajt niktibha…
Chairman Imhallef M Mallia :
Jigifieri meta inti pproponejt l-isem ukoll ma kinetx miktuba?
Ix-Xhud :
Le, din il-play ‘Ix-Xieha’ jiena ktibniha; jien ghandi kuntratt li ntella’ tliet plays fis-sena, tnejn minnhom il-Manuel u iehor x’ imkien iehor. Dana hemm grant ta’ ghoxrin elf li jigi moghti biss lill-awturi; dan l-ghoxrin elf ma jmurx ghal produzzjoni. Il-produzzjoni kollha f’ idejha u f’ idejn il-Manuel. Dana ktibt l-ewwel draft. Kif stipulat fil-kuntratt tajt id-draft lil Manuel Theatre; dana qrawha, qraha, is-Sur Kenneth Zammit Tabone qara l-play. Sejjahli biex immur niltaqa’ mieghu gol-Manuel Theatre, u kienet meeting pjacevoli hafna, kien gentili hafna, u dana qal li jhossu nkwetat bir-referenzi attwali ta’ politikanti li ghadhom hajjin u li r-referenza ta’.. il-karattru ta’ blogger li jidher wiehed mis-subplots tal-play qed tinkwetah ghax hija wisq vicin il- karattru ta’ Daphne Caruana Galizia. U wkoll qalli li jhossu insultat kif l- aristokrazija Maltija hija penguta fil-play, u talba li dina tinbidel totalment. Xi gurnata jew jumejn wara nisma’ li l-Bord accetta s-suggeriment tas-Sur Kenneth Zammit Tabone li l-play ma ssirx, u ssir play infatti ghadha ma saritx u li ser tittella’ x’ imkien iehor u mhux …
Imhallef A Lofaro :
Jigifieri hemm ghadu l-karattru tal-blogger.
Ix-Xhud :
U zgur.
Imhallef A Lofaro :
We could chocked in her own bile, hux hekk?
Ix-Xhud :
No, dika hija ..
Imhallef A Lofaro :
Ghax hekk kienet originarjament
Ix-Xhud :
Le le, le. Skuzani..
Imhallef A Lofaro :
And died, no?
Ix-Xhud :
No, skuzani
Imhallef A Lofaro :
U dan wara li diga` mietet kien.
Ix-Xhud :
Le le, skuzani. L-ewwel play, l-ewwel play li kienet satira hija fejn il-blogger Daphne Caruana Galizia giet misjuba mejta go ..
Imhallef A Lofaro :
And she had chocked in her own bile
Ix-Xhud :
..u meta ssir l-investigazzjoni fejn allura z-zewg partiti jigu.., naraw li kwazi hemm b’ mod satiriku pjan biex it-tnejn li huma jehilsu minnha dina l-post … jindunaw li dina gherqet in her own bile
Imhallef A Lofaro :
Bile, jigifieri tal-hdura, tal-kattiverja li kellha, le?
Ix-Xhud :
Ezattament.
Imhallef A Lofaro :
Hekk hu. U dan wara li kienet mietet hux?
Ix-Xhud :
Le, le le dana ..
Imhallef A Lofaro :
‘Ix-Xieha’ mhux wara li mietet?
Ix-Xhud :
‘Ix-Xieha’ hija totlament.. ‘Ix-Xieha’ hija storja totalment differenti, ma ghandha x’ taqsam xejn. L-istorja ta’ ‘Ix-Xieha’ hija mara aristokratika Maltija, miljunarja ..
Imhallef A Lofaro :
Fis-subplot hemm il-blogger imma.
Ix-Xhud :
Fis-subplot wahda .., ghax dina ghandha erbat itfal u wahda mit-tfal taghha huma ..
Imhallef A Lofaro :
Naf. Naf ghax ghamilt naqra ta’ ricerka zghira.
Ix-Xhud :
Good, ezattament…
Imhallef A Lofaro :
Imma hekk jidhirli li s-subplot kienet illi din il-blogger she chocked on her own bile
Ix-Xhud :
No no no ..
Imhallef A Lofaro :
Le. Mela fejn kienet din tal-bile?
Ix-Xhud :
Fl-ewwel play; f’ Min Qatel lil Daphne Caruana Galizia’. ‘Ix-Xieha’ ma ghandha x’ taqsam xejn maghha
Imhallef A Lofaro :
It-title biss urejtu inti kont.
Ix-Xhud :
Yes. U dina ma saritx, ma nkitbitx dik il-play
Imhallef A Lofaro :
Ok. U meta qabbiltha.., I mean ghax inti semmejt lil Margaret Thatcher, dik kienet Prim Ministru, ara kemm damet! Kienet l-ewwel wahda Prim Ministru..
Ix-Xhud :
Yes yes.
Imhallef A Lofaro :
Taghtiha l-istess importanza lil Daphne Caruana Galizia?
Ix-Xhud :
Il- ..
Imhallef A Lofaro :
Ghax maghha qabbiltha; ma’ Donald Trump
Ix-Xhud :
Ma nahsibx li jien qieghed hawnhekk biex nigi gudikat fuq il- ..
Imhallef A Lofaro :
Mhux qed nuggidikak.
Ix-Xhud :
…fuq l-artistrija ta’ kittieb. Il-kittieb ..
Imhallef A Lofaro :
Minhiex niggudikak.
Ix-Xhud :
Il-kittieb jikteb kollox. I mean il- ..
Imhallef A Lofaro :
Imma inti qabbiltha ma’ Margaret Thatcher mhux jien.
Ix-Xhud :
Le yes yes, I mean jiena tajt ezempju; mhux qabbiltha ma’ Margaret Thatcher, jiddispjacini
Imhallef A Lofaro :
Tajt ezempju.
Ix-Xhud :
Ma naqbilx mieghek. Jiena ..
Imhallef A Lofaro :
Ghandek dritt ma taqbilx.
Ix-Xhud :
Jiena tajt ezempju kif politikanti barranin huma uzati f’ sens satiriku u b’ mod skjett kif jiena ridt li l-plays taghna jkunu wkoll.
Imhallef A Lofaro :
Imma s-sinjura Caruana Galizia ma kientx politika, ma kienet imhallsa minn ebda partit. Kienet gurnalista indipendenti.
Ix-Xhud :
Lanqas Julius Caeser ma kien politikant Amerikan; imma
Imhallef A Lofaro :
Amerikan le.
Ix-Xhud :
Ezattament.
Imhallef A Lofaro :
Imma Ruman iva.
Ix-Xhud :
Ruman, ezattament. Imma dana huwa.., hadna..; ahna ma ridniex naghmlu l- play fuq Margaret Thatcher. Ahna ridna naghmlu play fuq Caruana Galizia u hadna l-ispunt ta’ dan – ta’ dawn it-titolu barranin li kienu qajmu success enormi, u hadna dak l-ispunt u addattajnih ghal Caruana Galizia.
Imhallef J Said Pullicino :
Il-problema li jkolli jien illi li kieku din il-play inkitbet u giet accettata, u saret, I mean l-effett kien ikun illi kien ikun attakk dirett fuq gurnalista li ..
Imhallef A Lofaro :
Indipendenti.
Imhallef J Said Pullicino :
….giet akkuzata li mietet in her own bard u x’ naf jien, illi I think its not done mbaghad. Ghax imbaghad hemmhekk tigi mhux … ..censura u ….. censura. Imma jekk nigu f’ mument fejn inti ser tattakka certu mod imbaghad jista’ ikollok reazzjoni
Ix-Xhud :
Ezattament.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri u dik ir-reazzjoni qeghdin hawn ahna biex naraw jekk kinetx wahda minn l-elementi li setghet ikkontribwiet ghal din it-tragedja insomma.
Ix-Xhud :
Nista’ naghmel jekk joghgbok suggeriment, li l-kittieb u l-kittieba huma protetti mill-kostituzzjoni ta’ Malta u ghandhom il-liberta` li jiktbu dak li jridu..
Imhallef J Said Pullicino :
Iva iva..
Ix-Xhud :
… sakemm m’ hemmx libell.
Imhallef J Said Pullicino :
U sakemm m’ hemmx riskju differenti, mhux il-libell biss.
Ix-Xhud :
Le, I mean opinjoni
Imhallef J Said Pullicino :
Mhux il-libell biss eh!
Ix-Xhud :
L-opinjoni ta’ l-awtur huwa xi haga totlament differenti.
Imhallef J Said Pullicino :
..
Imhallef A Lofaro :
Inti x’ relazzjonijiet kellek mas-sinjura Caruana Galizia?
Ix-Xhud :
Intervistatni darba.
Imhallef A Lofaro :
Imma minghalija kitbet fuqek xi darba hux?
Ix-Xhud :
Hafna hafna hafna hafna….
Imhallef A Lofaro :
U ma tantx indirizzatek b’ mod sabih.
Ix-Xhud :
Lanqas xejn.
Imhallef A Lofaro :
Allura ghandi ragun li ma kellkomx relazzjoni tajba bejnietkom?
Ix-Xhud :
M’ hemm l-ebda relazzjoni xejn bejnietna. Li hi kitbet ..
Imhallef A Lofaro :
Imma kienet ghajritek; ma rridx nghid il-kliem. Jiena qrajthom.
Ix-Xhud :
Gidbet hafna fuqi
Imhallef A Lofaro :
Ghajritek ukoll.
Ix-Xhud :
U ghajritni
Imhallef A Lofaro :
Naqblu?
Ix-Xhud :
Da zgur, yes. Mela le? Bhal ma kienet infatti l-kittieba Hilary Mantel li kienet rebbieha ghal darbtejn tal-booker prize; dina kienet stqarriet fil-gazzetti li lil Margaret Thatcher ma tantx kienet tahmilha lanqas.
Imhallef A Lofaro :
Li l-…..?
Ix-Xhud :
Lil Margaret Thatcher per ezempju ma kinetx tahmilha.
Imhallef A Lofaro :
Ma kinetx tahmilha
Imhallef J Said Pullicino :
U inti wkoll kien ikollok id-dritt tghid li ma tahmilx lis-sinjura Caruana Galizia
Ix-Xhud :
Ezattament.
Imhallef J Said Pullicino :
U bir-ragun ghax kellek ragun.
Ix-Xhud :
Ezattament.
Imhallef J Said Pullicino :
Mhux hekk?
Ix-Xhud :
Ezattament.
Imhallef J Said Pullicino :
Il-problema hi jekk kellekx id-dritt inti.., mhux inti, min kiteb il-play, u jghid li lilha ghandek toqtolha prattikament!
Ix-Xhud :
Le le, imma dana hadd ma kien hemm li …fil-play hadd..
Imhallef J Said Pullicino :
…imma l-play minn hu l-awtur …
Imhallef A Lofaro :
Who killed her
Imhallef J Said Pullicino :
L-ispirtu tal-play, jiena nixtieq inkun naf min hu l-awtur ghax ingibu hawn u..
Ix-Xhud :
Le ma nistax nghid min ..
Imhallef J Said Pullicino :
Imma jien qed nghidlek jigifieri…; ghaliex kien jghidilna dan x’ kien it- trauma tieghu; jew itina almenu …..
Ix-Xhud :
Il-hsieb tal-play gie zviluppat bejni u bejnu, u kont jiena li issuggerejtha infatti; nammetti li kont jiena li issuggerejtha; u huwa bdejna niktbu flimkien. Issa l-kitba ta’ awtur l-ebda hadd ma ghandu dritt fuqu. Jikteb li jrid. Dik hija il-liberta` ta’ l-espressjoni.
Imhallef J Said Pullicino :
Naqblu perfettament; mhix kwistjoni ta’ din! Ahna qeghdin nghidu, jew almenu gejna moghtija l-inkarigu li naraw – hares, fil-pajjiz kien hawn atmosfera li seta’ wassal ghal din is-sitwazzjoni? … minnha hija l-hate speech il-mod kif jigu trattati l-gurnalisti, u din l-istorja kollha.
Imhallef A Lofaro :
Ezatt.
Ix-Xhud :
Attwalment ..attwalment ..
Imhallef J Said Pullicino :
In this picture ahna qeghdin naraw..ahna ma konniex nafu biha;…qalu, hares, kien hawn din il-play ukoll. U qed naraw din, x’ effett seta’ kellha li kieku giet ippubblikata…
Ix-Xhud :
Dik hija…; biss il-hsieb tal-awtur, jiena ma nahsibx li intom temmnu li jiena favur il-qtil oxxen ta’ Caruana Galizia ..
Imhallef J Said Pullicino :
Le le.
Imhallef A Lofaro :
Hadd ma qal hekk ..
Ix-Xhud :
Dak huwa xi haga kriminali u min haqqu min ghamilha ha jiehu li..
Imhallef A Lofaro :
Hadd ma qal hekk assolutament.
Ix-Xhud :
Biss ghandi statement li nixtieq naqra jekk joghgbok.
Imhallef A Lofaro :
Mela le? Jaqrah.
Ix-Xhud :
Il-plays kemm dak li kienet fil-… “Min Qatel lil Daphne Caruana Galizia” u kif ukoll “Ix-Xieha” kienet rapprezentazzjoni ta’ frustrazzjoni kif id-diskors nazzjonali nhataf mill-politici u li kif il-poplu sar skjav tal-partiti. Il-poplu sar pupazz politku imdendel minn hbula f’ idejn nies li ghandhom biss l-ghan ta’ poter personali minflok servizz lejn is-socjeta` Maltija. Din il-frustrazzjoni ta’ kif din il-lixka giet miblugha mill-poplu Malti, biex li jghix biss, jiekol biss, jiehu n-nifs biss taht shaba sewda li qerditlu l-paci, is-serhan, firdet il-familji, kissret il-hbiberija, u timla minflok b’ anzjeta`, dwejjaq, u qtigh in-nifs. Dak kien l-ghan ta’ dawn il-plays. Li jiddiskrivu s-sitwazzjoni tar-ruh Maltija li giet mahkuma totalment minn diskors politiku, fejn id-diskors nazzjonali sar biss fuq il-politika. Dika ..
Imhallef J Said Pullicino :
U dan ghedtu fi zmien meta ghedtu, jigifieri fi zmien..
Ix-Xhud :
Dan kien.. dana ilu zemzem din il-kwalita` fejn il-politika tahkem il-poplu b’ tali mod u manjiera..
Imhallef A Lofaro :
Hekk kont ser nghidlek; din ilha din is-sitwazzjoni; mhux illum!
Ix-Xhud :
Ezattament. Mhux illum biss. U dawn il-plays riedu johorgu din is-sitwazzjoni
Imhallef J Said Pullicino :
Dan l-istatement tista’ thallihulna please l-istatement
Imhallef A Lofaro :
Qrah bil-gurament tieghu.
Ix-Xhud :
Yes yes. U hallejt ukoll hawnhekk hawn elenkajt il-play li nkitbet ta’ Hilary Mantel – ‘The Assassination of Margaret Thatcher’. Kien hemm investigazzjoni polizjeska fuqha dina. Hilary Mantel ittellghet fuq sitwazzjoni bhal dina, u kif il-gazzetti inkluza t-Times of Malta kienu irrapportaw kemm
dina li jittella’ awtur minhabba l-kitba tieghu quddiem il-Magistrat fl- Ingilterra kienet sitwazzjoni assurda.
Imhallef J Said Pullicino :
U ahna naqblu jigifieri u mhix kwistjoni dak. Naqblu li inti mintix hawn ghalhekk.
Chairman Imhallef M Mallia :
Hawnhekk zgur ma hijiex l-istess haga hawnhekk; ma tistax tqabbilhom dawn l-affarijiet.
Ix-Xhud :
Le le ghax nahseb li hija hafna similli. ‘The Assassination of Margaret Thatcher’ li giet Hilery Mantel kif ghedt rebbieha ..
Imhallef A Lofaro :
Inti mintix tigi processat hawnhekk.
Ix-Xhud :
Le le, imma kien … hemm investigazzjoni.
Imhallef A Lofaro :
You just given your evidence.
Ix-Xhud :
Imma kien hemm investigazzjoni.
Imhallef A Lofaro :
Le mintix tigi investigat.
Ix-Xhud :
Ok; jiddispjacini
Imhallef A Lofaro :
Ma tarax!
Ix-Xhud :
L-injoranza tieghi qed ..
Imhallef A Lofaro :
Le mintix injorant. Qed nispjegawlek imma. Ma tarax!
Ix-Xhud :
Grazzi grazzi. Skuzawni, ma ridtx…..
Imhallef A Lofaro :
No not a problem.
Imhallef J Said Pullicino :
Li qed tghid inti huwa utili hafna ghal Bord tal-Manuel li kellu jaghmel assessment ta’ din il-play.
Imhallef A Lofaro :
Hekk hu.
Ix-Xhud :
Nista’ nghid xi haga ohra jekk joghgbok?
Imhallef J Said Pullicino :
Mela le?
Ix-Xhud :
Kif ghedtilkom, fl-ahhar ghaxar snin fejn fil-25 sena ta’ qabel dawn l-ahhar ghaxar snin kien hemm biss forsi tlieta jew erba’ plays originali bil-Malti fil- Manuel Theatre, f’ dawn l-ahhar ghaxar snin tellajna ma’ l-ghoxrin (20) play gdida orginali bil-Malti. Dawn huma kollha kienu plays dwar ..
Imhallef A Lofaro :
Importanti ghal-lingwa taghna hux hekk?
Ix-Xhud :
… dwar is-socjeta` Maltija; dwar ir-ruh Maltija. Li infatti kien hemm play jisimha ‘Sibna z-Zejt’, fejn kienet ..
Imhallef A Lofaro :
Ehe, semmejtha inti din diga`, fl-ittra tieghek hux?
Ix-Xhud :
…fejn kienet satira enormi fuq il-gvern ta’ Joseph Muscat..
Imhallef A Lofaro :
M’ ahniex qeghdin naghmluha politika ta’ din ahna!
Ix-Xhud :
Li huwa habib tieghi u li kont stendintu jigi jaraha; u kien gej jaraha u ma setax jigi jaraha. Imma kienet kumbinazzjoni f’ din il-play kien hemm ukoll parti li kienet talludi ghal Daphne Caruana Galizia. Tant il-play kienet hazina, infatti l-play hija wahda minn l-aghar u anzi l-aghar produzzjoni li tellajna, ma hadmitx ..
Imhallef A Lofaro :
Ghaliex l-aghar?
Ix-Xhud :
Ma hadmitx. Il-play kienet mhix miktuba tajjeb, id-direzzjoni kienet medjokri; u ddecidejt wara l-ewwel night li nnehhi 20 minutes minnha ghax tant kemm kienet twila li n-nies bdew jiddejqu, u nehhejt.., jiena bhala producer ghandi l- awtorita` li naghmliha dik ..
Imhallef A Lofaro :
U mhux hekk?
Ix-Xhud :
U b’ kumbinazzjoni, b’ kumbinazzjoni dawk l-20 minuta li nehhejt kienu dwar Daphne Caruana Galizia. Jigifieri dana..
Imhallef J Said Pullicino :
Sur Azzopardi, ahna favur dawn it-tip ta’ xandir ta’ plays; favur.
Ix-Xhud :
Grazzi.
Imhallef A Lofaro :
Hekk hu.
Imhallef J Said Pullicino :
Favur wkoll li jkun satiriku u li l-awtoritajiet ..
Imhallef A Lofaro :
Satira jinhadmu sinjal ta’ intelliggenza hux!
Imhallef J Said Pullicino :
…… u ma ghandna xejn xejn kontra taghha
Ix-Xhud :
Grazzi.
Imhallef J Said Pullicino :
Mhux fuq hekk is-suggett taghna, tajjeb?
Ix-Xhud :
Grazzi.
Imhallef A Lofaro :
Assolutament.
Imhallef J Said Pullicino :
Is-suggett taghna huwa jekk l-atmosfera tistax tkun motivata minnghajrha minn glied, minn hate u dawn l-affarijiet; dik .. ghal dak iz-zmien Il-bqija kulhadd jikteb li jrid. Anzi sodisfatti li b’ xi mod jew iehor daqsxejn caqlieqa hemm f’ dan ir-rigward; ma ghandniex ghalfejn nibzghu, ok?
Ix-Xhud :
Grazzi; naqbel mieghek.
Imhallef A Lofaro :
Jekk hemmx domandi ohrajn ghalih please? M’ hemmx domandi. Grazzi.
Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Mario Philip Azzopardi dettata minnu stess fil-prezenza ta’ l-istess xhud.
Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.
Saviour Scicluna Traskrittur