Xhieda ta’ Marion Pace Axiaq – 5 ta’ Marzu 2021
Fl-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Seduta miżmuma llum il-Gimgha 5 ta’ Marzu, 2021
Marion Pace Axiaq, bint il-mejjet Antoine Pace u Agnes nee’ Zammit, imwielda Birkirkara u residenti Hal Balzan bil-Malti bil-gurament tghid:
Imh. M. Mallia : Ser taghtina xi dokumenti? Se tiprezenta xi dokumenti? Marion Pace Axiaq : Ehe hawnhekk ghandi kopja – fil-fatt ghandi erba’ (4)
kopji ta’ rapport li xtaqt naghmel peress li jiena ghext direttament l-esperjenza ta’ Daphne Caruana Galizia fid-dsatax (19) ta’ Marzu ta’ l-elfejn u tlettax (2013). Ftit granet wara l-elezzjoni generali. Jigifieri jekk nista nirrakkonta fil-qosor x’kien gara.
Imh. A. Lofaro : Tista’.
Marion Pace Axiaq : All right. Mela dan prattikament kient il-festa ta’ San Guzepp u tlajna r-Rabat. U tlajna r-Rabat u konna qed induru u ltqajna ma habib taghna li kien ma Daphne Caruana Galizia u xi hbieb ohra taghha. Imbaghad il-hbieb ‘l ohra telqu u dan il-habib u Daphne bqajna flimkien. U konna qed nitkellmu u f’daqqa rajt lill- ex dindku taz-Zurrieq Ignatius Farrugia li gie vicin taghna u beda jghaddi z- zmien jitmejjel biha u hi stess qaltilna li kien ilu jdur warajjha ma nafx kemm. U beda jdur u anke jidhol f’nofsna u jghidilha : Daphne, Daphne Malta taghna lkoll – ghax kien hemm dak l-islogan u beda jirrepetiha hafna drabi. He ma kellmitu xejn. L-unika hin, mument minnhom daret fuqu u qaltlu: jekk se tibqa’ ddejjaqni hekk se nghajjat lill-pulizija. Dak il-hin ghamel sinjal lil zewg (2) nisa li kienu ghaddejjin, milli jidher kienu miftehmin – wara sirt naf li kienu zewg nisa tal-Partit Laburista tal-Kazin tar- Rabat u dawn f’daqqa wahda bdew jghajruha bi kliem oxxen,
vulgari, dagha li nghidelk il-verita’ jiena u r-ragel, ghax konna ahna t-tnejn (2) flimkien, bqajna mbellhin u anke n-nies li kienu hemm, ghax dawn kienu hemm kollha biex igawdu l-feta ta’ San Guzepp, kien hemm kwiet perfett. Nerga’ nghid ma lissnitx kelma wahda Daphne hlief li qaltlu hekk lil Ignatius Farrugia biex ihhaliha bi kwietha u dawn ippruvaw – jidher car ikesksu qishom lin-nies li kien hemm madwar imma hadd ma kompla maghhom u s- sitwazzjoni deheret li kienet sejra ghal aghar. Imbaghad kif konna ahna dan il-group, jigifieri jiena, r-ragel, Daphne u dan il-habib taghna, Ignatius Farruga hareg il-camera u ghamilielha ma’ wiccha, propja temmahhielha u ppruvat ttajjarha hekk u rrejalizzjat li l-affarijiet kienu qed jippeggoraw. Pero’ nirringrazzja l-Alla kien hemm patri Frangiskan li fetah, ghax konna vicin tal- knisja propja, li fetah il-bieb u ghajtilna biex nidhlu gewwa u jiena u r-ragel dhalna hemmhekk ma’ Daphne u r-ragel l-habib taghna imma mar igib il-pulizija. Bqajna maghluqin hemm gew u anke l- ghajjat li kien hemm, jigifieri ghaliex l-patrijiet mall-ewwel sakkru biex kemm jista’ jkun jiddefenduna. Pero’ l-ghajjat li kien hemm hemm barra ohorgu, mbaghad bdew jghajru lill-patrijiet jghidjulhom: qed thalluha hemm gew halli tqarruha? U ohroguha minn hemmhekk, u Malta taghna lkoll u iktar ma bdejt nisma dan is-slogan iktar irrealizzjt f’liema stat konna. Jigifieri dan qed nghidu Malta taghna lkoll u persuna li titla’, gurnalista ma kienet qed tkellem lil hadd, kienet hemm biex tiehu erba’ ritratti tal-festa l- anqas daqshekk m’ghandha l-liberta li taghmel. U bqajna hemm gew maghluqin, gew anke l-hbieb ‘l ohra ta’ Daphne li kienu qeghdin ghalihom u anke l-patrijiet qalulhom biex imorru ghal pulizija u bqajna maghluqin hemm gew b’dan l-ghajjat barra sakemm gew il-pulizija.
Kellmu lil Ignatius Farrugia li dak iz-zmien kien is-sindku taz- Zurrieq u mbaghad Daphne eskortawha u marret biex taghmel rapport l-ghassa tar-Rabat. Wara tkellimna ma’ Daphne Caruana Galizia u kemm jiena u kemm ir-ragel tlajna nixdhu. Baghtu ghalina biex nirrakkontaw il-fatti kollha. Wara ftit zmien regghu qalulna biex nergghu nitilghu l-Qorti. Qalulna ghax intilfu xi dokumenti. L-
impressjoni kienet cara specjalment meta konna nixdhu t-tip ta’ mistoqsijiet li bdew jghamlulna, jigifieri kemm kontu ‘l boghod, kemm kien hemm nies. Certu affarijiet li kien jidher b’mod l-iktar car li kienu qed jippruvaw jaqbduna biex nghidu xi haga differenti mill-ewwel darba li konna xehedna, li mora tlajna biex nixdhu. Inqatghet il-kawza. Rebhitha Daphne Caruana Galizia u kien ikkundannat Ignatius Farrugia biex ihallas multa ta’ elfejn u erba’ mija (2,400) u li jaghmel sena ma jersaqx fejn Daphne Caruana Galizia. Ovvjament appella. Kien hemm l-Imhallef Giovanni Grixti li kkonferma l-htija ta’ Ignatius Farrugia pero’ li gara, haga li mhux suppost tigri, li fil-Qorti ta’ l-Appell prattikament inbidlet kemm il- kawza ghaliex instab hati, jigifieri ma nstema’ xejn iktar isem Daphne Caruana Galizia imma qalu biss li Ignatius Farrugia kien qed jikser il-buon ordni plus li r-rizultat taghha li minflik kellu jhallas elfejn u erba’ mija (2,400) gie deciz li tinbidel is-Sentenza u nghata erbat (4) ijiem habs. L-Imhallef dak il-hin stess ghamilha pubblika din. Ixxandret fuq TVM. Giet irraportata fil-Malta Independent pero’ ovjament kien zball u biex jghatti l-izball l- Imhallef li ghamel talab lil Marie Louise Coleiro Preca, l-President, biex taghtih il-mahfra. Il-President Marie Louise Coleiro Preca, ftehemet mal-Ministru tal-Gustizzja Owen Bonnici u l-Avukat Generali Peter Grech u t-tlieta (3) li huma ftehmu li jahfrulu l-erbat
(4) ijiem habs. Jigifieri l-konkluzjoni ta’ dan kollha kienet li Ignatius Farrugia la hallas l-elfejn u erba’ mija (2,400), la qaghad ‘il boghod minn Daphne Caruana Galizia ghal sena shiha u lanqas ghamel nofs ta’ inhar il-habs u jiena dawn l-affarijiet giegheluni nirrealizza f’liema stat qeghdin qed nghixu. Jigifieri dan li ghandek gurnalista li lanqas tista tmur f’post pubbliku tfisser biss li m’hawnx liberta ta’ l-espressjoni. Pero’ mbaghad iktar gravi minn din hija l- impunita, l-impunita u dan kollu wassal ma’ hafna kazi ohrajn, wassal ghal qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Imh. J. Said Pullicino : Dak narawh ahna. Marion Pace Axiaq : Sorry?
Imh. J. Said Pullicino : Dak narawh ahna.
Imh. A. Lofaro : Dik il-konkluzjoni narawha ahna.
Marion Pace Axiaq : All right imma l-konkluzjoni li ghamilt jien ha nghidu hekk.
Imh. M. Mallia : Zomm mal-fatti.
Marion Pace Axiaq : L-impressjoni tieghi hija din li dawn l-affarijiet meta ma jigux ikkontrollati, meta inti jkollok stat li ma . . .
Imh. M. Mallia : Again this is an opinion please. Imh. A. Lofaro : Il-fatti, fatti.
Marion Pace Axiaq : Il-fatti huma dawn. Imh. M. Mallia : Il-fatti huma dawk.
Marion Pace Axiaq : Il-fatti huma dawk. That’s all. Dak kollox. Imh. J. Said Pullicino : . . . dina l-istorja li ghidtilna inti.
Marion Pace Axiaq : Hekk hu ehe, prattikament kollox hemmhekk. Jekk nista’ nzid haga ohra li mhix hemmhekk imma nhoss li ghandi qieghda li wara dan kollu, le parti minnha qieghda hemm, wara dan kollu Ignatius Farrugia baqa’ s-sindku taz-Zurrieq u l-Partit Laburista . . .
Imh. M. Mallia : Again this is an opinion. Mhux bicca taghna.
Marion Pace Axiaq : . . . baqa’ fejn kien. Pero’ haga li hija fatt ukoll li meta nqatlet Daphne Caruana Galizia, wara ftit sieghat Ignatius Farrugia qal li ha jaghmel hanzirata.
Imh. M. Mallia : Qal?
Marion Pace Axiaq : Qal li ha jaghmel hanzirata biex jiccelebra. Imh. A. Lofaro : U le majjalata.
Marion Pace Axiaq : Majjalata. Pero’ hanzirata forsi toqghod ahjar. Imh. M. Mallia : Ok xi domanda? Grazzi.
Marion Pace Axiaq : Thank you intom.