Xhieda ta’ Mark Anthony Sammut – 8 ta’ Frar 2021
L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Seduta miżmuma llum it-Tnejn 8 ta’ Frar 2021, fid-2:30 a.m. fit-Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.
Xhud Mark Anthony Sammut bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid :
Imhallef A Lofaro :
Mela inti irrilaxxajt statement fuq il-papa` tieghek u Dr Joseph Muscat; u staqsejtek fuq id-dati jien.
Chairman Imhallef M Mallia :
Sewwa; u issa tikkonfermah bil-gurament.
Ix-Xhud :
Sewwa; l-ewwel nett nikkonferma bil-gurament il-kontenut shih ta’ dik id- dikjarazzjoni illi issottomettejt lil dan il-Bord. It-tieni nett dwar id-data, dana kien kumment illi l-papa` ghamlu umpasa, ahna u qed nitkellmu jigifieri dak iz-zmien..
Imhallef A Lofaro :
Ghamlu lilek.
Ix-Xhud :
Iva iva da zgur, ghamlu lili. Konna d-dar…
Imhallef A Lofaro :
Tiftakar bejn wiehed u iehor meta?
Ix-Xhud :
Iz-zmien huwa bejn meta sar mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat u meta miet il-papa` jigifieri fl-2011. Data preciza b’ xorti hazina ma nistax niftakarha ‘l ghaliex din kienet konverzazzjoni cioe` kien kumment f’ konverzazzjoni, allura umpasa bhal hafna konverzazzjoniijet ohrajn li kelli mal-papa`; li dak iz-zmien ma kellix daqshekk piz. Il-piz f’ daqqa wahda f’ ghajnejja fegg meta qrajt ir-rapporti fil-gazzetta…, fil-gazzetti cioe` ghax iz-
zewg gazzetti li qrajt piu` o meno qalu l-istess haga, u wara li qrajt dak li qrajt fil-gazzetta gietni t-tifkira li….
Imhallef A Lofaro :
Imma kien xehed xi hadd jekk joghgbok? Meta qed tghid ‘qrajt kumment fil- gazzetti’, ikun hemm hafna kummenti..
Ix-Xhud :
Le le le..
Imhallef A Lofaro :
Fuq xi xhieda li ta… li xi hadd ta fl-inkjesta?
Chairman Imhallef M Mallia :
Ta’ ..
Imhallef A Lofaro :
Tas-Sur ..
Ix-Xhud :
Ta’ Joseph Muscat.
Imhallef A Lofaro :
Ta’ Joseph Muscat; ok
Ix-Xhud :
Fil-fatt nirreferi ghal Malta Independent 4 ta’ Dicembru tas-sena l-ohra ta’ l- 2020, li fiha gie rrapportat illi Dr Muscat qal what I did in .. investigated hated on a particular some form of retribution on Daphne Caruana Galizia. U t-Times of Malta, dejjem fl-istes gurnata fl-4 ta’ Dicembru tal-20 irrapporta li Dr Muscat insist that on his part he never tried to incite hatred against Caruana Galizia. U jiena x’ hin rajt ghedt.. giet it-tiftakar f’ mohhi. Ghedt imma l-papa` kien qalli dak inhar, u niftakar anke fejn konna. Dan konna fil-kcina mal- mejda, konna jien u hu, qed nitkellmu dwar affarijiet ohrajn, u waqt illi kien qalli illi Muscat kien avvicinah. Il-hsieb kien illi jsir blog.
Imhallef A Lofaro :
Blog.
Ix-Xhud :
Ma niftakarx il-papa` semmieli t-titolu tal-blog; jigifieri nisthajjel, imma dan x’ qed nikkonkludi jien issa, illi dak inhar l-isem jew b’ mod iktar partikolari x’ jkun il-forma.. x’ ha tkun il-forma tal-blog kien ghadha mhix deciza; pero`
l-papa` kien qalli car u tond illi Joseph Muscat kien avvicinah. Kien il-papa` kien awtur; kien anke jaghmel hafna xoghol ta’ kitba ghal Partit Laburista dak iz-zmien, u kien talbu illi jibda jikkontribwixxi ghal blog illi jkun intiz illi jpoggi lil Daphne Caruana Galizia f’ dawl negattiv etc. U l- papa` kien irrifjuta. U dan kien fil-fatt il-punt li l-iktar li ried jaghmel il-papa` mieghi dak inhar illi hu ma kienx ried jikkontribwixxi ghal ezercizzju bhal dan.
Imhallef A Lofaro :
Ghal li jista’ jkun taf kienx suppost li jkun bl-Ingliz il-blog jew bil-Malti?
Ix-Xhud :
Le ma kienx qalli.
Imhallef A Lofaro :
Il-papa` kien jikkontribwixxi bl-Ingliz ukoll?
Ix-Xhud :
Iva; hemm ktieb partikolari illi hareg..; il-papa` kien jaghmel anke go striating. Jigifieri certi deputati li hemm fil-parlament li jghidu li kitbu ktieb, kitibulhom il-papa`. U hemm wiehed minnhom illi huwa kemm bl-Ingliz u kemm bil- Malti l-papa` kien ghamel iz-zewg verzjonijet tieghu.
Imhallef A Lofaro :
Jigifieri kkontribwixxa fl-Ingliz ukoll.
Ix-Xhud :
Da zgur.
Imhallef A Lofaro :
Setghet kienet mela bl-Ingliz jew bil-Malti. Ma tafx.
Ix-Xhud :
Pero` ma kienx qal..; hu dak inhar li ried, il-punt li ried jaghmel ‘il ghaliex kien qieghed fuq l-istonku, illi kien gie avvicinat lli jaghmel xi haga bhal din u ma kienx hass illi ghandu… kienet kontra ..biex qed impoggiha fi kliemi eh, mhux kliemu. Imma fi kliemi kienet kontra l-etika personali tiegu. Imma hu l- punt li ried jaghmel dak inhar, u ghadni niftakarha cara, li qeghdin mal-mejda u qed jghidhieli fil-kcina, illi ma jridx jaghmilha. Ghalfejn javvicina lilu?
Imhallef A Lofaro :
Ma ried.
Ix-Xhud :
Ma riedx jaghmilha. Ma hassx illi ghandu jaghmilha. Jigifieri minkejja illi…, nghida cara, ma kellux simpatija lejn Daphne Caruana Galizia
Imhallef A Lofaro :
Ehe.
Ix-Xhud :
Imma xorta hass illi ma kellux jaghmel haga bhal dik.
Imhallef J Said Pullicino :
Biex naghmlu l-affarijiet daqsxejn cari wkoll; inti llum qieghed b’ xi mod involut mal-Partit Nazzjonalista?
Ix-Xhud :
Nahseb li iva; ghax ..
Imhallef J Said Pullicino :
Tikkontribwixxi fuq il-programmi taghhom etc.
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef A Lofaro :
Tikteb ukoll?
Ix-Xhud :
Nikteb fil-Malta Independent imma ma niktibx f’ organi tal-Partit Nazzjonalista.
Imhallef J Said Pullicino :
Sewwa. Jigifieri jimmotivak illi tigi hawnhekk biex tixhed fuq din li fl-ahhar minn l-ahhar kontrollabli biss mix-xhieda tieghek ghax il-papa` mhux maghna iktar hux hekk?
Ix-Xhud :
B’ xorti hazina…
Imhallef J Said Pullicino :
Imma ghandna validita` wkoll ghaliha. Imma x’ immotivika li tigi hawn verament?
Ix-Xhud :
Hemm zewg affarijiet nahseb, u nitkellem car, il-konsiderazzjoni ta’ partigjanizmu jew hekk ma tghaddilix minn mohhi. Zewg affarijiet illi immotivawni. L-ewwel nett nahseb illi l-papa` kien hassa dak inhar, u allura jien inhossni li ghandi dover filjari lejn.. mhux il-memorja sewwa sew, imma lejn l-eredita` morali ta’ missieri; xi haga li llum qed isejhulha legat; jien insejhilha eredita` morali. U t-tieni nett il-verita`. Il ghaliex jien inhoss illi Joseph Muscat ma ghandux.., din tista’ tinftihem partigjana, imma jiena qed nghida b’ animu ta’ verita`. Jien inhoss li ma ghandux jigi quddiem l- istituzzjonijet ta’ l-istat u jressaq bhallikieku veritajiet hwejjeg li huma ‘l boghod hafna mill-verita`! Jiena nghid il-verita` kif nafha jien. X’ qal lili l- papa` tieghi; ma nahsibx li l-papa` kien ser jigdibli. Kien f’ kuntest kompletament differenti dak inhar. Jigifieri l-kuntenst tal-lum ma ghandu xejn x’ jaqsam ma’ dak inhar; pero` jien ghandi mhabba sinciera lejn il-verita` u lejn illi l-istituzzjonijiet tal-istat jahdmu kif ghandhom jahdmu. Il ghaliex jien bhala cittadin jekk l-istat imur il-bahar allura l-interessi tieghi jmorru l-bahar ukoll.
Imhallef A Lofaro :
Mhux hekk! Kulhadd.
Ix-Xhud :
Allura nhoss illi Joseph Muscat ma ghandux jissokta b’ din il-missjoni li jghaddi bi zmien l-istituzzjonijet ta’ l-istat u lill-poplu – lis-socjeta`.
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri tifhem illi dak li ghedt illum hawn jikkontrasta direttament ma’ dak li qal l-ex Prim Ministru hawn, hux hekk?
Ix-Xhud :
Da zgur, assolutament. Jikkontrasta bil-kbir…
Imhallef J Said Pullicino :
Ehe …..
Ix-Xhud :
U ghalhekk hassejt id-dover illi nigi quddiem din l-Inkjesta Pubblika u nigbed l-attenzjoni taghkom membri tal-Bord, imma anke tal-pubbliku in generali. Illi Muscat, dak illi jressaq b’ tant konvinciment, u b’ tant perswazzjoni, u b’ dik in-nofs tbissima, u iressaqha bhala l-verita`, mhux dejjem tkun il-verita`; u hafna nies ghandhom joqghodu attenti ghal dan ….
Imhallef J Said Pullicino :
Dik hija opinjoni suggettiva
Ix-Xhud :
Naturalment naturalment
Imhallef J Said Pullicino :
Jigifieri apparti dan, tifhem ukoll li dak li ghedt hawn irid jigi kontrollat ma’ dak li jghid hu issa.
Ix-Xhud :
…
Imhallef J Said Pullicino :
Ma’ dak li jista’ jghid hu.
Ix-Xhud :
Il- …?
Imhallef J Said Pullicino :
Dak li ghedt hawnhekk irid jigi kontrollat b’ dak li jista’ jghid l-ex Prim Ministru ta’ qabel.
Ix-Xhud :
Naturalment naturalment.
Imhallef A Lofaro :
Ehe. Ghandkom domandi ghalih? Xejn? Nirringrazzjawk hafna.
Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Mark Anthony Sammut kif giet dettata minnu stess fil-prezenza ta’ l-istess xhud.
Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.
Saviour Scicluna Traskrittur