Xhieda ta’ Martin Spiteri – 30 ta’ Settembru 2020
L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Seduta miżmuma llum l-Erbgha 30 ta’ Settembru 2020, fid-9:30 a.m. fit- Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.
Xhieda ta’ Martin Spiteri iben Paul u l-mejta Giorgia nee` Cauchi mwieled il-Pieta` u residenti Pambroke bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid :
Chairman Imhallef M Mallia :
Sur Spiteri, inti illum is-Segretarju ta’ l-Accountancy Board.
Ix-Xhud :
Iva.
Chairman Imhallef M Mallia :
U kemm ilek f’ din il-kariga?
Ix-Xhud :
Gejt appuntat fl-ewwel (1) ta’ Frar 2011.
Chairman Imhallef M Mallia :
Inti di prefessjoni accountant nimmagina.
Ix-Xhud :
No minhiex.
Chairman Imhallef M Mallia :
Le?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
X’ inhi l-professjoni tieghek?
Ix-Xhud :
Jiena inginier by profession u ghandi masters in business administration.
Chairman Imhallef M Mallia :
Ok. ghandek xi domandi..
Dr Therese Comodini Cachia :
Nahseb ser inkun konciza ta’..
Imhallef A Lofaro :
Ahjar ..
Imhallef J Said Pullicino :
U ma ghandekx u qatt ma kellek xi relazzjoni jew konnessjoni ma’ Nexia BT u dawn l-affarijiet hawn..
Ix-Xhud :
No. Sirt naf bihom mill-media primarjament u minn dawn l-affarijiet; u ovvjament mill-processi tal-Bord
Dr Therese Comodini Cachia :
Ara Sur Spiteri ..
Ix-Xhud :
Ippermettuli ftit; issa qabel ma nixtieq nibda jiena nixtieq nigbed zewg punti lill-Onorevoli Qorti u jigwidawni huma; li kif tekellm ic-Chairman qabli; illi l- proceduri tal-Bord huma konfidenzjali.
Imhallef J Said Pullicino :
Konfidenzjali, u ser nezentawk ahna.
Ix-Xhud :
Biex tezentawni.
Chairman Imhallef M Mallia :
Il-Bord jezenta lis-Sur Spiteri mis-sigriet professjonli ghal dak li jirrigwarda l- merti ta’ din l-Inkjesta u l-Accountancy Board.
Ix-Xhud :
Imbaghad ghandi punt iehor fuq l-issue ta’ illi l-kaz ta’ Nexia BT u tal- kumpaniji sussidjarji u z-zewg warrant holders li huma Brian Tonna u Karl Cini huwa suggett ta’ dixxipplina – ta’ proceduri dixxipplinari u diga` huma
ikkontestati. Ghaldaqstant nixtieq nigbed l-attenzjoni li ma nafx jekk hux possibbli li nixhed bil-maghluq biex ma nippregudikax il-..
Chairman Imhallef M Mallia :
Mhux ser insaqsuk daqshekk domandi li jistghu ….
Ix-Xhud :
Jiena gejt mitlub biex.. hadt parir, issa f’ idejkom
Dr Therese Comodini Cachia :
Ara Sur Spiteri, intqal illi kontu tlabtu l-parir ta’ l-Avukat Generali fl-2016 fir- rigward ta’ public interest kif tagixxu fuq public interest; u intqal lilna li l- Avukat Generali ta l-parir lilek u inti wassaltu lill-Bord. Tista’ tispjegalna x’ kien dan il-parir u x’ intalab?
Ix-Xhud :
Sewwa. Ara, bazikament tista’ immur daqsxejn iktar lura jiena. Minn meta gejt appuntat segretarju minn l-ewwel (1) ta’ Frar 2011 kellna diversi kazi ta’ warrant holders illi l-Board members hassew li ghandha tittiehed azzjoni kontra taghhom; li dawn kienu qeghdin kawzi l-Qorti. U l-Bord dejjem iddecieda abbazi ta’ pariri legali minn diversi avukati li they range minn l- Avukat Generali sa ditti privati illi ghenu lill-Bord biex jittrasponi d-direttivi ta’ l-EU f’ ligijiet Maltin. Jigifieri kien hemm firms rinomati. Il-parir dejjem kien illi trid thalli l-process tal-Qorti jghaddi u anke jekk tigi deciza l-Qorti wiehed irid jistenna d-decizjoni ta’ l-Appell qabel ma jagixxi l-Accountancy Board. Dejjem kienet dik il-pozizzjoni. Dik nista’..
Imhallef A Lofaro :
Pero` qatt kellkom kazijiet fuq allegat money laundering?
Ix-Xhud :
Kellna kazi fuq tixhim, kickbacks il-Qorti u nstab hati.
Imhallef A Lofaro :
Kienu PEPs dawn?
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
Ma kienux.
Ix-Xhud :
Iva iva, kien PEP ghax kien sindku ta’ Local Council.
Imhallef A Lofaro :
Kien PEP.
Ix-Xhud :
U d-decizjoni kienet li biex ma niehdux azzjoni. Marret Appell din. L-Appell kien tefa’ il-kaz barra mit-tieqa biex nghid hekk u rega’ beda l-process mill- gdid. Eventwalment dan l-accountant gie illiberat.
Imhallef A Lofaro :
Issa l-Panama Papers qatt ma kellna kaz bhal dan.
Ix-Xhud :
No, le, il-Panama Papers ..
Imhallef A Lofaro :
Mela allura kien kaz differenti
Ix-Xhud :
Kien kaz differenti
Imhallef A Lofaro :
X’ ghamiltu? Ghand min mortu? X’ parir tlabtu?
Ix-Xhud :
Il-parir li gejna moghtija kien dejjem li rriedu.. kif ghetlek. Kif dejjem mexa il-Bord
Imhallef A Lofaro :
Jigifieri l-Panama Papers was treated no differently.
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
No.
Ix-Xhud :
No. Ghax id-drittijiet ta’ l-individwi jibqghu l-istess irrespective minn ..
Imhallef J Said Pullicino :
Mela l-accountants huma priviligjati allura!
Imhallef A Lofaro :
Hekk tigi. Mhux bhall-avukati.
Imhallef J Said Pullicino :
Ghax jekk ikun skrivan mal-gvern jisraq lira jissospenduh u mbaghad naraw; ikun min ikun..
Ix-Xhud :
Le issa jien qed nghidlek fuq il-pariri li….
Imhallef J Said Pullicino :
Iva iva jiena qed nghidlek … jidher minn hawn illi qishom privilaggjati.
Imhallef A Lofaro :
…. ghandhom protezzjoni specjali.
Imhallef J Said Pullicino :
Dawn l-accountants jistghu jibqghu jaghmlu x-xoghol li qed jaghmlu tajjeb u hazin, u jekk hu hazin ukoll, u ma jigrilhom xejn
Imhallef A Lofaro :
Sakemm tigi deciza minn l-Appell Kriminali.
Ix-Xhud :
Jiena li nista’ nghidlek.., le, naqbel mieghek. Jiena li nista’.. mhux naqbel mieghek, nifhem il-pozizzjoni tieghek. Jiena li nista nghid b’ certezza illi kien hemm diversi membri fil-Bord jaghmlu pressure illi minhabba il-public interest il-Bord ghandu jagixxi. Li gara ha parir legali l-Bord kemm fi zmieni..
Imhallef A Lofaro :
Minn ghand min?
Ix-Xhud :
…u kemm qabel..
Imhallef A Lofaro :
Ok. Minn ghand min? Tal-Panama Papers minn ghand min?
Ix-Xhud :
Minn ghand l-Attorney General u l-avukat tal-Bord .
Imhallef A Lofaro :
L-avukat tal-Bord tista’ tghidilna min hu please?
Ix-Xhud :
Dr Ivan Sammut. U l-Attorney General dak iz-zmien kien Dr Peter Grech.
Imhallef A Lofaro :
U t-tnejn qablu fil-parir hux? L-istess parir tawkom.
Imhallef J Said Pullicino :
Il-parir bil-miktub?
Ix-Xhud :
L-istess parir.
Imhallef A Lofaro :
Bil-miktub?
Ix-Xhud :
Bil-miktub minn ghand l-avukat tal-Bord ghandna bil-miktub.
Imhallef J Said Pullicino :
U nahseb anke minn ghand l-Avukat Generali hux!
Imhallef A Lofaro :
U minn ghand l-AG?
Ix-Xhud :
Minn ghand l-AG jidhirli li kien hemm xi haga bil-miktub, imma li kien hemm niftakar meta…; ghax hawnhekk ser nigi ghal punt li gibditli.. il-mistoqsija li ghamlitli l-avukatessa, jiena niftakar illi meta jiena.. il-Bord kien iddecieda illi ma jiehux azzjoni, u kien hemm xi membri fil-Bord li ma kienux komdi b’ din id-decizjoni bhalma dejjem ikun hemm membri li ma jkunux komdi ghax dejjem jixtiequ illi l-Bord jiehu azzjoni fl-interess pubbliku. Issa li kien gara l- Bord kien talabni biex nitkellem ma’ Dr Peter…, le. Ir-raguni kienet li l-ligi kif inhi miktuba l-ligi llum…
Imhallef A Lofaro :
Biex tinbidel il-ligi mela.
Ix-Xhud :
U biex tinbidel il-ligi
Imhallef A Lofaro :
U mort ghandu. U x’ qallek?
Ix-Xhud :
Jiena mort … kif ghedt, meta tkellimt ma’ Dr Grech kien ra l-ligi u kien tani parir illi ahjar inhallu l-ligi kif inhi.
Imhallef A Lofaro :
Qallek ghaliex?
Ix-Xhud :
Ghax hija perikoluza li tibdilha
Imhallef A Lofaro :
Perlikoluza. Imbaghad tkellimtu ghal li jista’ jkun dwar jekk ghandkomx tiehdu azzjoni u tissospendu l-warrant?
Ix-Xhud :
Iva, u ..
Imhallef A Lofaro :
U x’ qallek l-Avukat Generali fuq dan il-punt?
Ix-Xhud :
Eh! issa fhimt. Iva jidhirli li tkellimt, mhux f’ dan il-meeting ghax f’ dan il- meeting li kien….
Imhallef A Lofaro :
Tibzax, f’ darb’ ohra.
Ix-Xhud :
Il-parir min-naha ta’ l-AG dejjem kien illi ma niehux azzjoni….
Imhallef A Lofaro :
Le, f’ dan il-kaz; f’ dan il-kaz tal-Panama Papers. F’ dan il-kaz x’ kien il-parir ta’ l-AG?
Ix-Xhud :
Illi ma niehdux azzjoni. Kif ghedtlek, dejjem konsistenti minn ghand kull avukat illi kellima.
Imhallef A Lofaro :
Imma jien fuq l-AG qed nistaqsik.
Ix-Xhud :
Iva l-AG l-istess parir kien tana.
Imhallef A Lofaro :
Qallek ghax ikun perikoluz?
Ix-Xhud :
No no mhux perikoluz.
Imhallef A Lofaro :
Qallek ghax hekk irridu naghmlu, nistennew il-Qorti ta’ l-Appell.
Ix-Xhud :
Qalli trid tistenna il-process tal-Qorti jghaddi. U fil-fatt sibt minuti ta’ l- Accountancy Board ftit qabel ma ilhaqt segretarju jien, fejn dana c-Chairman ta’ qabel Professor Peter Baldacchino li kien Mr Charles Rapa, kien gab numru ta’ avukati biex jiddiskutu kif ser jimxu… mhux fuq Panama Papers hawnhekk..
Imhallef A Lofaro :
Qalilna diga`.
Ix-Xhud :
Fuq il-kaz li ghedtilkom qabel.
Imhallef A Lofaro :
Ehe, diga` qalilna.
Ix-Xhud :
U fil-fatt li rrizulta li kien hemm avukati minn din il-kumpanija ta’ avukati; kien hemm l-avukat min-naha ta’ l-AG, zewg avukati min-naha ta’ din il- kumpanija legali li semmejt, u avukat min-naha ta’ l-AG, u dawn qablu unanimament li ma ghandiex tittiehed azzjoni
Chairman Imhallef M Mallia :
Pero` dan il-kaz tal-Panama Papers dan huwa xi haga ta’ importanza nazzjonali
Imhallef A Lofaro :
Differenti kien dan hux! U li qatt ma kient grat qabel.
Chairman Imhallef M Mallia :
Pero`, nonostante l-Pulizija damu erba’ snin sabiex jinvestigaw xi haga. Allura intom domtu erba’ snin ukoll sakemm tistennew? Toqghodu hemm?
Ix-Xhud :
Fil-fatt ahna kellna ..
Chairman Imhallef M Mallia :
Meta intom ghandkom l-awtorita` illi tibdew investigazzjoni indipendentement minn kulhadd!
Ix-Xhud :
Imma jekk inti ghandek investigazzjoni ta’ Magistrat ghaddejja ..
Chairman Imhallef M Mallia :
M’ ghandek xejn ghaddej hawnhekk; wieqaf kollox.
Imhallef A Lofaro :
Kien ghad ma kienx hemm.
Chairman Imhallef M Mallia :
Domtu erba’ snin biex ghamlu xi haga. Anke ma kienx hemm investigazzjoni ghad. Ara kemm damet biex saret l-ewwel inkjesta bill-Magistrat! In the mean time x’ gara min-naha taghkom? Xejn.
Imhallef A Lofaro :
Ma tiehdux azjoni intom?
Ix-Xhud :
Il-pariri li kien hemm li..
Imhallef A Lofaro :
Mela allura ghaliex ghandna l-Accountancy Board hux nghid jien?
Chairman Imhallef M Mallia :
Dejjem bl-isetss skuza – il-pariri li hadna, il-pariri li hadna.
Imhallef A Lofaro :
Il-pariri ehe. Issa irriduhom ta’, kollha.
Chairman Imhallef M Mallia :
B’ kumbinazzjoni dawn il-pariri agevolaw lil min agevolaw
Imhallef A Lofaro :
Ezatt.
Dr Therese Comodini Cachia :
Sur Spiteri, inti ghedt li kien hemm membri li kienu joggezzjonaw u kienu jridu jimxu minhabba biex jipprotegu l-interess pubbliku.
Ix-Xhud :
Sewwa.
Dr Therese Comodini Cachia :
L-oggezzjoni ta’ dawn il-membri tkun minuted?
Ix-Xhud :
Iva. Ma nidholx f’ dettalji ghax inkella ma tispica qatt. Dana meeting ..
Imhallef A Lofaro :
Imma li hemm xi membri qed joggezzjonaw …!!
Ix-Xhud :
Iva iva
Imhallef A Lofaro :
..trid tiktibha nahseb fil-minuti!!
Ix-Xhud :
Iva iva.
Dr Therese Comodini Cachia :
Mela nista’ nitolbuk tiehu lista ta’ dokumenti illi l-Bord diga` talab mic- Chairperson u nahseb li ahjar ikollok il-lista inti wkoll. Il-korrispondenza illi bghattu lil Nexia BT u r-risposta ta’ Nexia BT
Ix-Xhud :
Korrispondenza li bghatna issa jigifieri?
Dr Therese Comodini Cachia :
Iva.
Ix-Xhud :
Sewwa;
Dr Therese Comodini Cachia :
U dak li rcivejtu lura bhala…
Ix-Xhud :
U l-ittra li rcivejna minn ghandhom, all right.
Dr Therese Comodini Cachia :
Iva.
Ix-Xhud :
Korrispondenza ta’ last Friday jigifieri.
Dr Therese Comodini Cachia :
Iva.
Imhallef A Lofaro :
Mela qabel qatt ma kkorrispondejtu maghhom? Qabel.
Ix-Xhud :
Il-Bord ikkorrisponda fuq kien hemm Quality Assurance review u fil-fatt anke sabu xi nuqqasijiet u ghamilna.. in-nuqqasijiet ippubblikajnihom ..
Imhallef A Lofaro :
Iva, dik ghandna bzonnha wkoll.
Ix-Xhud :
Dawk ukoll? All right
Imhallef A Lofaro :
Dik ghandna bzonnha wkoll iva.
Dr Therese Comodini Cachia :
Ir-rapport tal-Quality Assurance u l-korrispondenza
Ix-Xhud :
Sewwa. QAU report and correspondence..
Imhallef J Said Pullicino :
Wiehed biss kien hemm minnhom dawn?
Imhallef A Lofaro :
Wahda biss ehe.
Imhallef J Said Pullicino :
Ma nafx.
Imhallef A Lofaro :
Hekk qalulna, li wahda.
Dr Therese Comodini Cachia :
Il-Quality Assurance Unit kemm-ir rapport hemm fuq Nexia BT u fuq Tonna u fuq Cini?
Ix-Xhud :
Dan l-Investigation Committee li hemm sa fejn naf jien
Imhallef A Lofaro :
Wahda hux?
Ix-Xhud :
Daka jiena minhiex segretarju tieghu; dak is-segretarju tieghu hija ..
Imhallef A Lofaro :
Imma l-iehor ma taf xejn fuqu?
Ix-Xhud :
Pardon?
Imhallef A Lofaro :
Taf fuqu imma x’ gara.
Ix-Xhud :
Ghax jitilghu ghand il-Bord; imma ma nafx x’ inhu ..
Imhallef A Lofaro :
Imma wahda kien hemm. Naqblu li wahda kien hemm?
Ix-Xhud :
Ehe ehe.
Imhallef A Lofaro :
U ilha li saret, le?
Ix-Xhud :
Giet konkluza two thousand … nahsem is-sena l-ohra 2019
Imhallef A Lofaro :
2019.
Ix-Xhud :
Meta hrigna r-reprimand. Ir-reprimand hareg f’ Jannar
Imhallef A Lofaro :
2019, ok.
Ix-Xhud :
F’ Jananr ehe; f’ Jannar tat-20 hrigna r-reprimand 2019
Imhallef A Lofaro :
Reprimand.
Ix-Xhud :
Reprimand.
Dr Therese Comodini Cachia :
M nafx kif inharget ir-reprimand.
Ix-Xhud :
Le le, ir-reprimand inharget fuq .. ghax ghandi..
Imhallef A Lofaro :
Ghax kien hemm xi nuqqasijiet, u qalulna.
Ix-Xhud :
Kien hemm xi nuqqasijiet bhala Quality Assurance ..
Dr Therese Comodini Cachia :
Fis-sens ghal reprimand ma hemmx ghalfejn tistennew il-Qorti.
Imhallef A Lofaro :
Le.
Ix-Xhud :
No no no, le; din.. ippermettili. In-nuqqas illi sabu bhala audit. Ghax ahjar nispjegaw x’ inhi l-funzjoni…
Imhallef A Lofaro :
Le dgia` qalilna c-Chairman ta; nafu.
Ix-Xhud :
Ok. Jigifieri dawn saru nuqqasjiet fil-process u hargu reprimand u qalulhom..; jigifieri qieghda publikata fuq il-website. Jigifieri tistghu tarawha.
Imhallef J Said Pullicino :
U Quality Assurance fuq allegazzjonijiet gravi ta’ misdemeanors u hekk min- naha ta’ accountancy? Intom min-naha ta’ audit biss il-Quality Assurance?
Ix-Xhud :
Le. Huma, jekk isir ..
Imhallef J Said Pullicino :
Ha nghidlek ghalfejn qed nghidlek jien, ghax meta hargu Panama Papers konna forsi daqsxejn vagi. Meta hargu 17 Black daka specific allegations that specific root ta’ kif ser jghaddu l-flus u dawn l-affarijiet; daka lilkom mhux kwistjoni ta’ Quality ta’ hasil? U dan qed nitkellmu qabel l-assassinju eh! Qabel l-assassinju, jigifieri dana i-fatti hargu qabel l-assassinju fejn wiehed seta’ jghid hares, hawn dawn l-accountants permess ta’ l-istrutturi tieghu ser jghaddu jew allegat li ser jghaddu dawn il-flus. I mean din allura searchlight ma jkunx hemm tal-Bord?
Ix-Xhud :
Ahna, hawnhekk ta’ min jghid illi bhala Accountancy Board ghamilna zewg memoranda of understandings biex ntejbu l-koperazzjoni..
Imhallef J Said Pullicino :
Iva kollox sew, imma ….
Imhallef A Lofaro :
Imma dika haga ohra ta.
Imhallef J Said Pullicino :
..ghamilna! ghax wara ghamilna kollox! Mhux intom biss ta’; issa ilum ghandna strutturi…
Ix-Xhud :
Issa saru zewg MOUs, wiehed ma’ l-FIAU u l-iehor mal-Malta Financial Services Authority. Issa l-FIAU jekk jiehdu xi azzjoni kontra xi accountant jinfurmawna; imbaghad ahna intellghuha Bord u … ..
Imhallef A Lofaro :
Il-kwistjoni tal-warrant dik tappartjeni lilkom biss.
Ix-Xhud :
Iva.
Imhallef A Lofaro :
Ma kellekx bzonn la l-Magistrat, la l-FIAU u l-lanqas l-MFSA; madanakollu ma ssospendejtux il-warrant.
Ix-Xhud :
No.
Imhallef A Lofaro :
Le?
Ix-Xhud :
Le ma gietx sospiz abbazi ta’ pariri li kienu inghataw lilna.
Imhallef A Lofaro :
Li issa rriduhom please ta, kollha. Irriduhom.
Dr Therese Comodini Cachia :
Inti u x-xhud ta qablek spjegajtu l-procedura tal-Quality Assurance Unit. Pero` l-infurzar tal-Kodici ta’ Etika kif isir?
Ix-Xhud :
Ara, fejn jidhol dan il-kaz partikolari hemm provision.. ghax il-Code of Ethics huwa mituh hafna. Imma fejn fejn jidhol provision ta’ self jekk ahna ser nigu ghal din l-allegazzjoni hemm provision illi jekk ikun hemm self ma jridx ikun materjal. Issa l-Quality Assurance Unit investigat din il-bica xoghol u ma ghandux parir biex ikun jaf jekk hix money laundering jew le. Ahna ma ahniex
il-Pulizija. Ma ghandniex investigative parts li ghandhom il-Pulizija. Ghaldaqstant stennejna li tohrog l-outcome ta’ l-Inkjesta beix nagixxu.
Imhallef A Lofaro :
Ta’ l-Inkjesta; stennejna erba’ snin u nofs; all right.
Imhallef J Said Pullicino :
Pero` ha nghidlek, din l-affari ta’ self u mhux self ..
Ix-Xhud :
Ghax imbaghad..
Imhallef J Said Pullicino :
Ifhimni, din tas-self hija ghalina immarginari, hija incident wiehed. Il-punt mhux is-self; il-conduct of the audit firm, tajjeb? Ghax dana huwa incident, qed nifhemu? U fuq dan ahna ma smajna xejn bhala prassi.
Imhallef A Lofaro :
Stennejtu erba’ snin u nofs. Ok
Dr Therese Comodini Cachia :
Xejn iktar Sinjuri Imhallfin.
Imhallef J Said Pullicino :
Mela gibilna d-dokumenti l-ohrajn
Ix-Xhud :
..
Dr Therese Comodini Cachia :
Bhala dokumenti l-pariri kollha, il-Quality Assurance report
Ix-Xhud :
Il-QAU u l-pariri kollha.
Dr Therese Comodini Cachia :
U l-korrispondenza man-Nexia
Imhallef J Said Pullicino :
Relevanti ghan-Nexia dejjem
Ix-Xhud :
Mela korrispondenza ma’ Nexia u l-pariri kollha
Imhallef J Said Pullicino :
Nirringrazzjak.
Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Martin Spiteri kif giet dettata minnu stess fil-prezenza ta’ l-istess xhud.
Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.
Saviour Scicluna Traskrittur