Xhieda ta’ Michael Cassar – 9 ta’ Jannar 2020

Xhieda ta’ Michael Cassar – 9 ta’ Jannar 2020

09.01.20 xhud michael cassar – fil-miftuh

L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum il-Hamis 9 ta’ Jannar, 2020 fis-2:20pm fit-tieni sular, Awla 20, il-Qorti.


Tahlef li tghid is-sewwa, is-sewwa kollu xejn hlief is-sewwa. Hekk Alla Jghinek.


L-Ex Kummissarju Michael Cassar bin il-mejjet Joseph, imwieled u residenti Haz Zabbar bil-Malti bil-ġurament jgħid:


Imh. M. Mallia:

Sur Cassar inti liema perjodu ghamilt bhala Kummissarju tal-Pulizija? Kemm domt isservi f’dan il-post? Bhala Kummissarju ghax inti fil-Korp kont hafna qabel.


Xhud:

Iva. Fil-Korp kont fil-1979 sat-2016 u bhala Kummissarju kont mill-10 ta’ Dicembru, 9 ta’ Dicembru ghax l-ghada tal-Kuncizzjoni, 9th December 2014 sas- 27 ta’ April 2016.


Imh. M. Mallia:

Issa domanda diretta, ahna li jinteressana huwa l-livell ta’ protezzjoni jew livell ta’ theddida li seta’ kellha jew ma kellhiex is-Sinjura Caruana Galizia. Inti x’sitwazzjoni sibt meta inti lhaqt Kummissarju ghal dak li huwa protezzjoni tas- Sinjura?

Xhud:

Jiena kont staqsejt, staqsejt in generali, ghaliex bdejt insaqsi fuq kollox imma staqsejt ukoll fuqha u qaluli li kienu jsiru patrols u jiena ghidt dawn il-patrols kif isiru li jghaddu spiss minn hemmhekk u rajt illi, ghidtilhom illi biex maghha imbaghad iziedu illi meta jghaddu minn quddiemha jaraw daqsxejn u jaghtu aktar attenzjoni lejn ir-residenza u mhux just jibqghu ghaddejjin u biex jaghtu aktar attenzjoni.


Imh. M. Mallia:

Meta staqsejtha din id-domanda kemm wara li sirt? Voldieri kemm wara li sirt?


Xhud:

Le mal-ewwel. Kien l-ewwel xahar ghaliex onestament bdejt nahseb jekk naghmilx fixed point. Ma kellhiex l-ebda informazzjoni ta’ xi theddid imma ghaddietli minn rasi u ma stennejtx imma jiena naf kien hemm incident li harqulha bieb u ghidt, imma imbaghad kien hemm xi fizzjal minn tieghi u qaluli li dik Johnny Rizzo, l-Ex Kummissarju John Rizzo kellu mhux kwistjoni, battibekki ma nafx x’tghidlu illi hu kien offrielha imma hi ma reditx fixed point. U imbaghad allura jiena onestament li kelli relazzjoni, ma nistax nghid illi kelli relazzjoni hazina maghha voldieri li kienet thossa mhedda kienet iccempilli definitely u jiena minn naha tieghi li kont ghadni gej mill-M.S.S. qatt ma kelli informazzjoni, xi intelligence zghira kemm hi zghira dwar xi perikolu ghaliha.


Imh. M. Mallia:

Xi risk assessment conference ma’ xi hadd qatt saret fuq is-Sinjura?


Xhud:

Le, le. Mhux fuqha.


Imh. M. Mallia:

Issa inti llum nafu illi inti ranker, inti bdejt mill-bidu nett u domt fil-Korp mhux hazin.

Xhud:

38 years.


Imh. M. Mallia:

Jigifieri inti ghamilt il-gradi kollha.


Xhud:

Iva.


Imh. M. Mallia:

Meta kont qieghed fis-senior grades anke fiz-zmien il-Kummissarju Rizzo were you aware li kienu qed isiru dawn il-patrols jew dawn il-fixed points?


Xhud:

Le imma ifhimni, le jekk nghid illi I was aware no.


Imh. J. Said Pullicino:

Imma kont aware li kien hemm persuna skomda.


Xhud:

Le skomda le!


Imh. J. Said Pullicino:

Skomda f’dak is-sens li tirrikjedi protezzjoni.


Xhud:

Le, le, anzi ser inzid bicca ohra, tant mhux hekk illi erba’ xhur qabel ma sirt Kummissarju kont f’reception, nista’ nghidha, tal-Independence Day tal- Amerikani u kienet hemmhekk u domna nitkellmu, tkellimna …


Imh. J. Said Pullicino:

Mhux skomda ghalik…


Imh. A. Lofaro:

Le mhux ghalik!


Imh. J. Said Pullicino:

Skomda fis-sens illi fil-pajjiz kien hemm certu interess.


Imh. M. Mallia:

Kienet persuna kontravenzjonali.


Xhud:

Le le jiena qed nghid skomda fis-sens illi le ghax li jithassar Ifhimni. Ghandna diversi anke jiena stess, jiena wiehed minnhom, u jiena garrabt, jekk hawn xi hadd li jafha din garrabtha personali u ghadni nbati l-konsegwenzi sallum. Voldieri naf x’jigifieri u naf kif tghix ukoll anke minn naha l-ohra, kif tghix meta jkollok il-Pulizija mieghek illi huma protezzjoni pero’ ma humiex kumdita’ lanqas, forsi tidher stramba imma qed nitkellem kemm bhala ufficjal tal-Pulizija u kemm bhala vittma.


Imh. J. Said Pullicino:

Id-domandi hi hemm fil-fatt fil-Korp sistema kif fil-pajjiz ighidu hawn mitt ruh u dawn il-mitt ruh huma at risk u rridu niehdu hsiebhom, tezisti sistema li dawn il-mitt ruh irriedu niehdu hsiebhom. Jezistu dawn, tezisti sistema formalizzati jew semplicement taghmel kif tisma?


Xhud:

Le, le. No, no.


Imh. J. Said Pullicino:

Sa fejn taf inti.


Xhud:

Le li nista’ nghid li le mal-ewwel, pero’ pero’ jekk per ezempju, mhux necessarjament Kummissarju imma tasal ghand il-Kummissarju through any place, any ranker, any individual jew l-individwu nnifsu jhossu li hu mhedded jew forsi l-individwu kellu okkazzjonijiet fejn l-individwu ma jafx li huwa mhedded pero’ tasal informazzjoni …

Imh. A. Lofaro:

Ghand il-Pulizija.


Imh. J. Said Pullicino:

Dik ghaddejt minnha jien…


Xhud:

Pero’ hemmhekk niehdu azzjoni jew niehdu prekawzjonijiet, issa prekawzjonijiet ma jfissirx illi ghandek fixed point ghal ghomrok lanqas.


Imh. J. Said Pullicino:

Le, le pero’ hemm sistema….


Xhud:

Jew necessarjament fixed point.


Imh. J. Said Pullicino:

Ara inti qed tassigurana illi fi zmienek, almenu, kien hemm sistema illi f’dawn ic-cirkostanzi tinghata protezzjoni to the level illi l-Kummissarju jidhirlu li hemm bzonn ghaliex kollu cajt, qed tifhem?


Xhud:

Iva, iva.


Imh. J. Said Pullicino:

U li dik is-sistema hija centralizzata mid-Depot jew inkella fid-distretti biss.


Xhud:

Dik hemm file fil-fatt. Il-Kummissarju imbaghad dawk ir-requests li jidhlu li jaghmel il-dana, jevalwah kull xahar, generalment jiena kont nevalwah kull xahar, u kont nghaddih daqqa t’ghajn kull xahar….


Imh. J. Said Pullicino:

Tezisti din il-lista jigifieri?

Xhud:

Tezisti, lista, tezisti, jezisti file.


Imh. A. Lofaro:

Imma lilna qalulna illi ma tezistix.


Xhud:

Jezisti file mill-1998.


Imh. J. Said Pullicino:

Tajjeb illi nkunu nafu, sewwa.


Xhud:

Anzi jekk tippermettuli, ma qed nghid l-ebda sigriet voldieri.


Imh. J. Said Pullicino:

Le ahna….


Xhud:

Dan mhux sigriet voldieri, il-file number huwa…..


Imh. J. Said Pullicino:

Sur Cassar, hawnhekk ghas-sigrieti qeghdin.


Xhud:

PS4/98. Voldieri dan il-file ilu mill-1998. U dan hemm lista tal-fixed points li dan jarahom il-Kummissarju…


Imh. J. Said Pullicino:

U kull tant zmien kont tirrevedihom inti.


Xhud:

Iva, iva, iva.

Imh. A. Lofaro:

U tal-patrols hemm registru?


Xhud:

Le.


Imh. A. Lofaro:

Xejn.


Xhud:

Le ghax il-patrols isiru normali tant ghaddejjin illi imbaghad certa persuni, postijiet dawka nenfasizzaw aktar, ghaliex il-frequent patrols ghandek perjodi fejn hemm bzonn taghmel u imbaghad halli fejn tista’ tnaqqis pero’ generalment anke dawk il-postijiet stess ser ikunu covered ghaliex ighaddu l- vetturi, illum tal-I.R.U. partikolarment huma aktar frekwenti hafna f’hafna toroq u dawka l-area taghhom ma hiex kbira esagerata hlief ovvjament jekk jinqala’ incident u allura jkollhom jinqalghu minn dik l-area, altrimenti ma jistghux jinqalghu minn dik l-area, allura l-areas huma relattivament zghar. U rigward protezzjoni li kellha s-Sinjura Caruana Galizia ccekkjajt ukoll. Kellha mill-9th sat-20th March …


Imh. A. Lofaro:

Ta’ liema sena?


Xhud:

2008 – kienu l-General Elections. Kien hemm mis-6th sat-3rd October …


Imh. J. Said Pullicino:

Tal-istess sena?


Xhud:

2010. Pero’ din ma nafx ir-raguni. Ma kenitx elezzjoni dak in-nhar, kien hemm kwazi xahar. Imbaghad kien hemm mit-10th sat-12th March, General Elections u 4th to 6th June 2017, General Elections.

Imh. J. Said Pullicino:

Jigifieri dawn huma….


Xhud:

Imbaghad wara l-incident.


Imh. J. Said Pullicino:

Dawn huma l-protezzjoni eccezzjonali u mhux tas-soltu.


Xhud:

Le li jkun hemm fixed point.


Imh. A. Lofaro:

Fixed point. Dik Fixed Point.


Xhud:

Ehhe.


Imh. J. Said Pullicino:

Jigifieri dawk hadthom mir-Registru li semmejtilna inti.


Xhud:

Iva. Ghidt lil xi hadd biex jiccekkjali, ghidt lis-Surgent insomma, ghidtlu biex jiccekkjali.


Imh. M. Mallia:

Issa rigward l-investigazzjonijiet li kont taghmel inti….


Imh. J. Said Pullicino:

Ippermettieli ftit. Tiftakar kemm domt Kummissarju inti s-sistema baqghet dik? Qatt ma tajtu ordni biex jieqaf kollox?


Xhud:

Le, le.

Imh. J. Said Pullicino:

Sakemm domt Kummissarju inti baqghet dik.


Xhud:

Da zgur.


Imh. M. Mallia:

Qatt kellek xi ordni minn x’imkien illi dan il-livell ta’ protezzjoni tinbidel, titnaqqas jew tizdied?


Xhud:

Le, le. Ma kellhiex ghalfejn.


Imh. M. Mallia:

I mean meta nitkellmu ordni minn x’imkien mill-O.P.M. Ma tistax tigi minn x’imkien iehor.


Imh. A. Lofaro:

Jew mill-Ministeru.


Imh. M. Mallia:

Jew mil-Ministeru.


Xhud:

Le, le ma kelliex.


Imh. M. Mallia:

Jew mill-Ministeru tal-Intern.


Xhud:

Le, le, le.


Imh. M. Mallia:

Qatt me kellek xi ordni partikolari minn hemmhekk.

Xhud:

Le.


Imh. M. Mallia:

Minn dawn l-entitajiet.


Xhud:

Le zgur.


Imh. M. Mallia:

Issa rigward l-investigazzjonijiet li kont qed taghmel, b’mod generiku qed nghidlek jiena, qatt kellek xi indhil minn ghand xi hadd, minn xi entita’ governattiva dwar il-mod kif kellek tmexxi l-investigazzjoni?


Xhud:

L-investigazzjoni? X’investigazzjoni? L-ewwel nett fl-ebda investigazzjoni hadd ma kien ser jindahalli zgur.


Imh. M. Mallia:

B’mod generali qed insaqsik.


Xhud:

B’mod generali. Hadd ma hu ser jindahalli fl-investigazzjonijiet.


Imh. J. Said Pullicino:

Jigifieri inti kont tirrezisti kull tentattiv, ma kontx tippermetti dan it-tip ta’….


Xhud:

Nghidlek illi lanqas jazzardaw.


Imh. J. Said Pullicino:

Lanqas jazzardaw fil-kaz tieghek. Fair enough.


Imh. A. Lofaro:

Rapporti tal-F.I.A.U.? Kienu jigu ghandek?


Xhud:

Da zgur. Iva.


Imh. A. Lofaro:

Kienu jigu ghandek direttament?


Xhud:

Gieli direttament, gieli through il-Kummissarju u gieli through il-liason officer tieghi ghax jiena tinsewx qabel kont Assistent Kummissarju Vice u Economic Crimes, droga u imbaghad fl-ahhar spiccajt Vice and Economic Crimes.


Imh. A. Lofaro:

Qatt kien hemm xi indhil dwar dawn ir-rapporti tal-F.I.A.U.?


Xhud:

Le.


Imh. A. Lofaro:

Investigations.


Xhud:

Le, le.


Imh. A. Lofaro:

Xejn.


Imh. J. Said Pullicino:

Il-proceduri tieghek f’dawn il-kazijiet tal-F.I.A.U. kienet li tara jekk hemmx indikazzjoni illi hemm xi elementi ta’ reat u imbaghad x’taghmel bih?


Xhud:

Le ghax l-F.I.A.U. dika originarjament dik kif bdiet ilhaqtha, mhux ilhaqtha anzi nahseb li kont wiehed minn dawk illi hloqniha, kienet ovvjament topera b’mod differenti imbaghad sussegwentement dejjem tikber u tevolvi u dana. L-

F.I.A.U. ghandhom poteri ferm akbar u b’sahhithom milli ghandha l-Pulizija …


Imh. J. Said Pullicino:

Hekk hu.


Xhud:

Anke biex iggib l-informazzjoni….


Imh. J. Said Pullicino:

Hekk hu, naqblu.


Xhud:

Telefonata u ggibha. U l-Pulizija ghandha procedura….


Imh. J. Said Pullicino:

Armati ghalhekk u ffukati fuq hekk.


Xhud:

Ehhe, ehhe. U ghandhom, hemm sfortuna kbira nghid jien u ma naqbilx maghha li jaghtuna l-materjal li jkunu gabru huma pero’ imbaghad ma nistghux nuzawh fil-Qorti ahna, allura irridu mmorru ahna ghand l-istess entitajiet biex ingibu l-istess dokumenti u dana, voldieri huwa xoghol doppju imma legalment hekk irid isir u dik ittellef hafna, hafna u hafna zmien. Added to that forsi ma kienx jigi apprezzat bizzejjed minn dejjem l-ammont voluminuz tal- investigazzjonijiet tal-money laundering.


Imh. J. Said Pullicino:

Tal-money laundering ovvjament ehhe.


Xhud:

Ghaliex l-F.I.A.U. ghandha l-dak taghha u kellha, mhux ser nghid illi kellna hafna nies, imma kellha hafna zgur aktar nies milli kelli jiena.


Imh. J. Said Pullicino:

U kwalifikati.


Xhud:

Ghax jiena l-money laundering unit tieghi jiena kelli zewg spetturi, surgent wiehed u zewg kuntistabbilijiet, jigifieri dawk huma l-investigating teams tieghi, u dawn kienu jidhlulna circa, around 50/60 investigations fis-sena. Issa 50/60 investigations ta’ money laundering ifisser illi ghandek rogatorji, imma meta ghandek rogatorja ghandek investigazzjoni daqs l-aqwa investigazzjoni bid-differenza illi mhux ser jkollok arraignment ghaliex ser jaghmluha haddiehor u dan voldieri…


Imh. J. Said Pullicino:

Jigifieri inti bl-esperjenza tieghek kieku kellek taghmel emenda fil-ligijiet dik l- emenda li l-materjal migbur mill-F.I.A.U. b’mod ovvjament regolari u xjentifiku jista’ jigi utilizzat mill-Pulizija biex imexxu fuqha kieku inti dika taghmilha.


Xhud:

Da zgur. Assolutament ghax dik ara kemm ser thaffef zmien.


Imh. J. Said Pullicino:

Hekk hu. Ghaliex thaffef il-process.


Xhud:

Ghaliex kieku ahna ser ingibu xi haga differenti….


Imh. J. Said Pullicino:

Hekk hu.


Xhud:

Tifimha, imma dan l-istess materjal jahasra.


Imh. J. Said Pullicino:

U anke kieku biex tmexxi u tharrek…hekk hu.


Xhud:

Halli nzid bicca, illum hafna mill-Banek u dawn il-Financial Institutions, kif jircievu l-investigation order jaghmlu zewg kopji.


Imh. J. Said Pullicino:

Ighadduha lil xulxin. Mhux hekk!


Xhud:

Jippreparawhom.


Imh. J. Said Pullicino:

Jigifieri dak ahna utili hafna ghalina.


Xhud:

Hafna, hafna, hafna.

Imh. J. Said Pullicino:

Issa having said that qed tghid inti stess illi l-F.I.A.U. armata hafna aktar mill- Pulizija, fair enough. Allura t-tentazzjoni tkun….


Xhud:

Illum zdiedet.


Imh. J. Said Pullicino:

Illum zdiedet. Fair enough iva.


Xhud:

Aktar mexjin.


Imh. J. Said Pullicino:

It-tentazzjoni allura hija illi meta l-Pulizija tircievi rapport mill-F.I.A.U. li jkun generalment ragunat, studjat u jkollu konkluzjoni hi timxi biex tmexxi fuq dak li jkun hemm almenu biex il-Magistrat jibda jindaga ftiehmna? Ghandi nifhem? Ghax il-materjal ikun hemm, ghax il-Pulizija ghandha l-materjal f’idejja anke jekk ma tistax tuzah imma qieghed hemm.


Xhud:

Da zgur.


Imh. J. Said Pullicino:

Allura l-Magistrat Inkwirenti jekk inti taghmel charge huwa imbaghad jista’ jimxi minn hemm.


Xhud:

Le imma ma jfissirx illi kif tak dak il-materjal qbadt u mort il-Qorti ta’!


Imh. J. Said Pullicino:

Ghaliex inti trid …


Xhud:

Trid taghmel l-investigazzjoni ghax ikun hemm hafna affarijiet li ghad ikunu ghadhom lacking, dawk ikollhom per ezempju l-interrogazzjonijiet isiru mill- Pulizija, l-istqarrijiet u dawn….


Imh. J. Said Pullicino:

Meta inti ircevejt, ghax ircevejtu qabel tlaqt, ir-rapport tal-F.I.A.U. fuq staff u l- Ministru Konrad Mizzi, l-Ex Ministru Konrad Mizzi rcevejtu inti dan?


Xhud:

Le ta’ mhux dak.


Imh. J. Said Pullicino:

Jiena nahseb illi hekk hu ta’.


Xhud:

Jien l-ewwel wiehed, jiena brief kelli u mhux dak ir-rapport.


Dr. Th. Comodini Cachia:

Nahseb li dak li rcieva kien fuq Schembri u Tonna fuq il-passport kickbacks.


Imh. A. Lofaro:

Brian Tonna forsi?


Imh. J. Said Pullicino:

I see ghandek ragun.


Dr. Th. Comodini Cachia:

Ta’ Brian Tonna fuq il-passport kickbacks li pprezentajt kopja.


Imh. J. Said Pullicino:

Iva ghandek ragun.


Imh. A. Lofaro:

Iva ghax …


Imh. J. Said Pullicino:

Hudu li hu dak imbaghad araw liema hu. Inti mexxejt fuqu jew le dak?


Xhud:

Da zgur.


Imh. J. Said Pullicino:

Mexxejt fis-sens illi qabbadt lil min jinvestiga?

Xhud:

Le. L-ewwelnett li ghamilt …


Imh. J. Said Pullicino:

Ghax saret kritika lilek …


Xhud:

Kritika ingusta ghax min fittex u qal illi ma kienx hemm file ma gietux f’rasu ghax is-soltu nifthuhom letter…..


Imh. J. Said Pullicino:

Ghandek l-opportunita’ li tikkorregi jigifieri….


Xhud:

Wegghatni hafna dik.


Imh. J. Said Pullicino:

X’kienet is-sitwazzjoni?


Xhud:

Dik kif bdew hergin l-allegazzjonijiet jiena staqsejt jekk l-F.I.A.U. kienux bdew jaghmluh huma u gejt infurmat illi huma kienu qed jahdmu fuqha. Mela la jkunu qed jahdmu fuqha ahna nistennew minn ghandhom u fil-fatt kienu qalulna illi ghandhom jigu b’xi rapport, bir-rapport ghandna aktar ʾil quddiem, u….


Imh. A. Lofaro:

Jigifieri l-Pulizija ma tkunx tista’ tinvestiga f’dak l-istadju?


Xhud:

Iva imma jekk ahna ser ninvestigaw ser noverleppjaw, lanqas file


Imh. A. Lofaro:

Imma dejjem hekk taghmlu jew f’dan il-kaz biss?


Xhud:

Le mhux f’dan il-kaz biss ta’!


Imh. A. Lofaro:

Dejjem hekk taghmlu jigifieri.


Xhud:

Iva, iva, iva. Ifhimni meta, anke per ezempju jekk jibdew, gieli bdejna xoghol ahna, jigifieri bdejna ahna, ghadejnihulhom, kif nghadduhulhom generalment jiddependi x’inkunu rriedu, jiddependi ghax kull kaz kwazi, kwazi tista’ tghid illi ghandu l-dik tieghu, il-metodu tieghu.


Imh. A. Lofaro:

Ovvja. Mhux ovvja.


Xhud:

Pero’ wahda illi zgur ma kontx naghmel hija li jkolli file doppju fuq l-istess suggett, allura meta ser jinfetah file F.I.A.U. gejjin, naf li gejjin qed jahdmu tal-

F.I.A.U. meta jaghtuna r-rapport indahhal, niftah dak il-file ufficjalment nifthu u jibdew l-investigazzjonijiet taghna minn hemmhekk.


Imh. J. Said Pullicino:

Jigifieri inti thoss illi din id-duplikazzjoni ta’ xoghol….


Xhud:

Tfixkel id-duplikazzjoni.


Imh. J. Said Pullicino:

Gejja mill-fatt illi l-Pulizija ma ghandhiex rizorsi bizzejjed?


Xhud:

Le, le, le, le.


Imh. J. Said Pullicino:

Ghaliex normalment, ifhimni ftit, qed tirdoppjaw …


Xhud:

Ma ghandniex vera, jew ma kellniex imma mhux dak, mhux ser nghid hekk. Din tal-…jien ma kontx irrid illi jkun hemm zewg files ghaliex ikollok, apparti illi ghandek duplication of files imbaghad kien jigri illi tittiehed azzjoni fuq bicca, sussegwentement li nkunu qed ninvestigaw, tittehidlek bicca azzjoni fuq wiehed u ma tittehidx fuq ohra ghaliex jintilfu. Dik il-procedura qtajtha jien u jkun hemm file wiehed. Issa jekk infetah ma nafx, ir-request, issa mhux qed nghid ghal tal-F.I.A.U. biss ta’. Per ezempju jiena naf, gie mid-drogi u d-drogi ghamlu investigazzjoni u fl-ahhar talbuna illi dawn ser jitolbu, ser jaghtu c-

charges tal-money laundering. Hemmhekk jekk hadmu l-kaz kollu u lest ser inkomplu ma’ taghhom, jekk talbuna fil-bidu nett tal-investigazzjoni taghhom hemmhekk iva niftah file ghaliex huma qed jahdmu fuq tad-droga biss u ahna qed nahdmu fuq il-money laundering. U hemmhekk mhux ser ikun hemm overlapping. Fil-fatt jiena dan kif gieni bil-file ftahtu, ftaht file, u ghal min ghandu xi dubbju nista’ nghid ghaliex gibtu…


Imh. J. Said Pullicino:

Jekk ghandek tiena ghax jekk ghandek l-informazzjoni …


Xhud:

L-ewwel nett jismu Operation Green …


Imh. A. Lofaro:

Green?


Xhud:

Green. Hekk semmejtu u l-file number CID/0442/E/16. Miftuh 8th April 2016.


Imh. A. Lofaro:

Issa Sur Cassar, kien hemm nies imsemmijin, hux hekk, illi kienu politically exposed persons


Imh. M. Mallia:

F’dan ir-rapport.


Imh. A. Lofaro:

Hux hekk taf. Tikkonfermaghhieli din.


Xhud:

Iva.


Imh. A. Lofaro:

Qatt xi hadd kellmek mill-amministrazzjoni, ministeri, dipartimenti, O.P.M., Prim Ministru, Ministri, ma nafx?


Xhud:

Le.

Imh. A. Lofaro:

Hadd qatt ma kellmek.


Xhud:

Le, l-ewwelnett jiena tlaqt ftit wara.


Imh. A. Lofaro:

Kemm wara?


Xhud:

L-ghada, nahseb li l-ghada sifirt…


Imh. A. Lofaro:

Sifirt iva.


Xhud:

Ghax kont ser insiefer.


Imh. A. Lofaro:

Iva, iva, iva mela.


Xhud:

U l-Italja mort.


Imh. A. Lofaro:

Gejt mill-Italja….


Xhud:

Ghamilt gimgha hemmhekk u imbaghad jiena kont diga’ deciz illi nitlaq.


Imh. A. Lofaro:

Ghax kont ser insaqsik. Kien hemm xi rabta?


Xhud:

Le, imma jiena kont diga’ deciz.


Imh. A. Lofaro:

U nahseb aktar u aktar imbaghad ridt titlaq.

Xhud:

Dika forsi, jiena f’Dicembru kont deciz illi nitlaq, voldieri ma kienx hawn din il- kwistjoni.


Imh. A. Lofaro:

Kont iddejjaqt hux!


Imh. J. Said Pullicino:

Inti kellek ir-rispett ta’ hafna nies.


Xhud:

Hafna.


Imh. J. Said Pullicino:

U l-appogg kien gej mill-Kummissarji li kienu ghal tnax-il sena u imbaghad ghamilna wiehed sena u nofs, u imbaghad gejt inti u ahna ghidna forsi li ser issolvi s-sitwazzjoni ser tistabilizza ruhha.


Xhud:

Iva.


Imh. J. Said Pullicino:

Imma x’kienet ir-raguni illi allura inti imbaghad hassejt daqshekk pressjoni, ghaliex din pressjoni hux!


Imh. A. Lofaro:

Xi haga kien hemm.


Imh. J. Said Pullicino:

Xi mod jew iehor, xi forma kienet.


Xhud:

Jiena ma ghandhiex x’taqsam…


Imh. J. Said Pullicino:

Is-sistema ghenitek ukoll.


Xhud:

Ma ghandhiex x’taqsam ma’ din imma insomma…

Imh. A. Lofaro:

Xi hadd kien jindahallek f’xoghlok Sur Cassar?


Xhud:

Mhux f’dak li jikkoncerna investigazzjonijiet, dika naghti l-kelma tieghi li hadd qatt ma indahalli, anzi hadd qatt ma azzarda jindahalli. Amministrattivament kienet daqsxejn ta’ storja differenti. U jiena kont miexi….


Imh. A. Lofaro:

Voldieri jiena naf reklutagg, promotons, training, ma nafx! Qed nipprova, ma nafx!


Dr. Th. Comodini Cachia:

Ma nafx jekk forsi jridx jixhed fil-maghluq.


Xhud:

U communications mal-media u qed tifhem!


Imh. A. Lofaro:

Per ezempju kont taghmel Crime Conferences inti?


Xhud:

Iva kont naghmel..


Imh. A. Lofaro:

Kont taghmel. Ghax issa ma ghadhomx isiru dawn per ezempju imma inti kont taghmel ghax sincerament insejt.


Xhud:

Le,le kont naghmel.


Imh. M. Mallia:

Halli naghmluha cara din illi inti rcevejt…


Dr. Th. Comodini Cachia:

Ma nafx jekk iridx jixhed fil-maghluq.


Imh. M. Mallia:

Skuzi?

Imh. A. Lofaro:

Ma tafx jekk?


Dr. Th. Comodini Cachia:

Ma nafx jekk hux izjed komdu illi jixhed bil-maghluq.


Imh. A. Lofaro:

Jekk trid tixhed bil-maghluq….


Imh. J. Said Pullicino:

Jekk huma ghal ragunijiet ta’ natura personali …


Imh. A. Lofaro:

Kulhadd jista’ johrog. Trid? Li johrog kulhadd?


Xhud:

Ifhimni,…


Imh. A. Lofaro:

Johrog kulhadd? Thossok komdu, thossok ahjar?


Xhud:

Ifhimni ma ghandhiex xi nghid, issa I mean


Imh. A. Lofaro:

Jekk thossok ahjar Sur Cassar? Ahna hawnhekk ghandna bzonn inkunu nafu l- verita’.


Xhud:

Le jiena l-verita’ qed nghid.


Imh. A. Lofaro:

Imma jekk thossok aktar komdu!


Imh. M. Mallia:

Jekk thossok aktar komdu.


Dr. Th. Comodini Cachia:

Forsi nahseb li ghad-dettalji jkun ahjar.

Imh. M. Mallia:

Ahjar johorgu.


Imh. A. Lofaro:

Ahjar tohorgu please, jibqghu biss, il-membri tal-familja jistghu biss, le?


Xhud:

Iva, iva.


Imh. A. Lofaro:

Jistghu jibqghu jew johorgu?


Xhud:

Jistghu jibqghu.


Imh. A. Lofaro:

Jistghu jibqghu l-membri tal-familja. Il-membri tal-familja biss. Ahjar naghmlu fil-verbal illi f’dan l-istadju l-Bord jordna, naghmluha fil-verbal illi din ix-xhieda tkun bil-maghluq u ma tkunx accessibbli lil hadd hlief lill-membri tal-familja u lill-Avukati taghhom.


Din hija x-xhieda ta’ Michael Cassar dettata minnu stess.


Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Rita Falzon Traskrittrici