Xhieda ta’ Owen Bonnici – 18 ta’ Settembru 2020

Xhieda ta’ Owen Bonnici – 18 ta’ Settembru 2020

18.09.20 xhud dr owen bonnici

Fl-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum il-Gimgha 18 ta’ Settembru, 2020.


Onorevoli Dr. Owen Bonnici, iben Carmelo u Mary nee` Borg Orland, imwieled Pieta u residenti Zurrieq bil-Malti bil-gurament jghid:


Imh. M. Mallia : Mela halli nimxu daqsxejn, nitkellmu ftit dwar il-protezzjoni tal- gurnalisti. Nibdew l-ewwel domanda. X’kienet ir-relazzjoni tieghek ma Christian Kaelin ta’ Henley & Partners? Kif kont involut fil-politika dwar l-iskema ta’ l-IIP?

Dr. Owen Bonnici : Christian Kaelin gie ntrodott lili f’xi zmien wara l-elezzjoni ta’ l-elfejn u tlettax (2013), jigifieri wara l-elfejn u tlettax (2013) jien assumejt kariga ta’ Segretarju Parlamentari ghall- Gustizzja. Imbaghad gejt elevat ghall-Ministru u at some point kont gejt introdott lilu – gie prezentat lili. Christian Kaelin huwa la naf CEO u lanqas Managing Director tas-socjeta’ li tispecjalizza fic- cittadinanza b’investiment.

Imh. M. Mallia : U min introduciek?

Dr. Owen Bonnici : Gejt introdott lilu – jien gejt introdott mieghu minn Keith Schembri, ic-Chief of Staff tal-Prim Ministru.

Imh. M. Mallia : Ok. U x’kien l-involviment tieghek dwar il-politika’, voldieri kif giet imfassla din l-iskema tal-passaporti?

Dr. Owen Bonnici : Ehe, jiena gejt – nghatajt brief illi flimkien ma’ l-Avukat Generali Dr. Peter Grech infasslu ligi illi tipprovdi ghal sitwazzjoni fejn Malta tkun tista’ tvara dan il-programm. Fil-fatt ahna fassalna din il-ligi, approvajniha. Kien hemm procedura, sejha biex jinghazel l-agent jew dak li nghidulu koncessjonarju ghal dan il-programm u the rest is history, jigifieri dik hija l-invoviment tieghi. L- involviment tieghi huwa mill-att, li xogholi kien illi nipprovdi l-

qafas legali, nippilotah politikament jigifieri fil-Kabinett u nara li jiddahhal fis-sehh biex ikollna f’pajjizna dan il-programm ukoll.

Imh. M. Mallia : Ghal dak li huwa drafting hadt sehem? Inti ghamiltha jew mill-Ufficcju ta’ l-AG?

Dr. Owen Bonnici : Mill-Ufficcju ta’ l-Avukat Generali naturalment. Imh. M. Mallia : Id-draftings sar mill-Ufficcju ta’ l-Avukat Generali. Dr. Owen Bonnici : Le, mhux jien. Zgur mhux jien iddraftjatha. Le, le, le. Imh. M. Mallia : Qed nistaqsik.

Dr. Owen Bonnici : L-ufficcju ta’ l-Avukat Generali. Naturalment Dr. Grech kien jibghatli – taf inti illi wasalna sa hawn, x’tahseb? Imma zgur mhux jien draftjajtha. Kien xoghol ta’ Dr. Grech u ehe mbaghad wara, imbaghad wara mplimentajna dak il-programm.

Imh. M. Mallia : All right. Ma nafx tistax tirrispondiha din. Is-sors, is-sors ta’ din il-, din kienet xi haga komplietament lokali jew kien hemn xi haga ohra illi kienet diga tezisti barra minn Malta u hadna informazzjoni fuqha?

Dr. Owen Bonnici : Ifhimni il- . .

Imh. M. Mallia : Taf inti, qed insaqsik din id-domanda ghax hafna mill-ligijiet, hafna mil-ligijiet kumplikati ngibuhom minn x’imkien iehor u naddattawhom ghall-esigenzi taghna.

Dr. Owen Bonnici : Fil-verita’ din il-legal notice ma kienetx xi haga kumplessa hafna, jigifieri jekk tarha l-legal notice hija pubblika. Issa giet superseeded bi zviluppi legali ohrajn. Ma kienetx xi kumplikazzjoni assolutament, tipprovdi – l-ewwelnett kien hemm zewg (2) pakketti ta’ emmendi. L-ewwel emmendi ghal ligi principali illi hemmhekk bis-sahha ta’ dawk l-emmendi provdejna mod kif jinhargu leagal notices sabiex inkunu nistghu naghlu dan il- programm. U t-tieni wahda kienet legal notice li jlahham dan il- programm.

Imh. M. Mallia : Henley & Partners illi kienu specjalizzati f’din l-iskema, kellhom xi input fiha din il-ligi – sa fejn taf int?

Dr. Owen Bonnici : Jien sa fejn niftakar jien ma kienx xi input – ma kienx hemm xi input dirett ta’ Henley & Partners, no. Sa fejn naf jien. Imma naturalment mhux jien iddraftjajt il-ligi, jigifieri ma nistax inwiegeb bi precizjoni fuq hekk. Li nista’ nghid jiena kont xehedt quddiem il-

Public Accounts Committee b’mod pjuttost twil, jigifieri kien hemm xi tliet (3) seduti u allura jekk il-Bord jixtieq nista’ ngib kopja ta’ dik ix-xiedha u nipprezentaha biex tkun parti minn dawn l-atti, ghaliex hemmhekk kont tajt id-dettalji kollha dwar dan il-progett.

Imh. J. Said Pullicino : Ifhem Ministru ahna mhux qeghdin hawnhekk biex nassessjaw l- iskema tal-passaporti. Ghalina din hija marginali. Pero’ li jinteressana huwa ghidtilna li Keith Schembri kien introduciek . . .

Dr. Owen Bonnici : Ehe at some point kien . . .

Imh. J. Said Pullicino : Dana kien qabel jew wara illi harget, – ghax imbaghad ghidtilna li kien hemm process ta’ ghazla.

Dr. Owen Bonnici : Nerga’ nghid kont xehedt fit-tul quddiem il-Public Accounts Committee u jiena jekk qed nghidu . . .

Imh. J. Said Pullicino : Qed tifhem x’inhi d-domanda jigifieri? Dr. Owen Bonnici : . . . dan hames (5)snin, sitt (6) snin ilu.

Imh. J. Said Pullicino : Ahna d-domanda hi – b’mod semplici niehdu pjacir jekk taghtijielna. B’mod semplici d- domanda hi jekk kienx determinat ma’ min ha taghmel il-progett qabel hargu s-sejha ghal

. . .

Dr. Owen Bonnici : Jien ma kellix dik l-impressjoni li kienet determinata minn qabel min ha jiehu. Jiena fl-ebda mument ma kelli dik l- impressjoni. Dik li nista’ nghid. Pero’ again ghad-dettalji biex inkun preciz, ghax apprezzaw li ghadda zmien mhux hazin, hemm dik ix-xiedha tal-Public Accounts Committee u jiena nkun nista’ nesebiha bil-qalb kollha.

Imh. J. Said Pullicino : U l-iskema essagg inhadmet mill-Ufficcju tal-Prim MInistru mhux mill-Ministeru tieghek imbaghad?

Dr. Owen Bonnici : Le, le, jien – kif ha nwegibha din? Jigifieri fis-sens jiena kont il-persuna responsabbli biex dan il-progett ikun jista’ jitwassal fit- tarf.

Imh. J. Said Pullicino : Lil hinn mill-legislazzjoni, lil hinn mill-legislazzjoni jigifieri anke biex jithaddem il-progett?

Dr. Owen Bonnici : Le ghax imbaghad biex jithaddem – mela ha nippreciza haga. Jiena meta kont Segretarju Parlamentari fl-elfejn u tlettax

(2013), jien kont fl-istess Ministeru ta’ l-istess Ministeru ta’ l- Intern.

Imh. J. Said Pullicino : I see.

Dr. Owen Bonnici : Mela kien hemm Ministru ta’ l-Intern li kien Dr. Emanuel Mallia li kien responsabbli wkoll mic-cittadinanza.

Imh. J. Said Pullicino : I see.

Dr. Owen Bonnici : Allura it was an effort fejn nahseb l-input kien gej mis- Segretarjat Parlamentari li kont immexxi jien, bis-sahha tad- drafting li kien jaghmel l-uUfficcju ta’ l-Avukat Generali u allura konna qeghdin nahdmu id f’id anke fejn tidhol l-implimentazzjoni ghax kien l- istess Ministeru. Issa naturalment l-ufficcju tal-Prim Ministru kien jaghti s-sapport tieghu, jigifieri mhux f’dan il-kaz, biss imma f’diversi kazijiet. At some point kont gejt introdott lil Mr. Kaelin mill- ufficcju tas-sur Schembri, jigifieri dika cert.

Imh. M. Mallia : Ok.

Dr. Owen Bonnici : U fil-fatt mas-sur Kaelin kont iltqjat tliet (3) darbiet, erbgha

(4) fil-perkors tas-snin. U rrid nghid ukoll illi mas-sur Kaelin kelli relazzjoni daqsxejn, daqsxejn partikulari fis-sens li l-karattru ta’ Mr. Kaelin hu karattru li m’iniex imdorri bih jien – jigifieri jiena l- karattru tieghi hu tal-Maltin, huwa karattru li wiehed jitkellem, jaghmel hbiberiji malajr. Is-sur Kaelin huwa bniedem riservat hafna – he is very cold, jigifieri mhux xi wiehed illi taqbad titkellem mieghu u taghmel tahdidiet. He is very, very reserved , jigifieri difficli li inti tibni hbiberija mas-sur Kaelin, imma litteralment kollox izommu within the bounderies of professional conduct. Jigifieri he is very, very, very cold.

Imh. J. Said Pullicino : Kien involut fid-drafting hu?

Dr. Owen Bonnici : Jekk is-sur Kaelin – jien m’iniex infurmat li kien involut assolutament. Id-drafting sar mill-ufficcju ta’ l-Avukat Generali.

Imh. M. Mallia : Ok.

Dr. Owen Bonnici : Jigifieri . . .

Imh. M. Mallia : Issa fil-wiehed u tletin (31) ta’ Mejju tat- two thousand and seventeen (2017), thirty first (31st) May, all right, two thousand and seventeen (2017), is-sinjura Caruana Galizia kienet ippubblikat skambju ta’ e mails bejn Christian Kaelin ta’ Hendly & Partners,

Joseph Muscat l-allura l-Prim Ministru, Keith Schembri, Jonathan Cardona u int.

Dr. Owen Bonnici : Iva.

Imh. M. Mallia : Liema kienu jitkellmu dwar proceduri legali kontra s-sinjura Caruana Galizia. Wahda minnhom tghid hekk, and I am quoting : Dear Owen and Jonathan, as have agreed looked into the matter to threaten and if needed action a defamation case against Jason Azzopardi and Daphne Caruana and conclude that Henley & Partners UK Limited would be the entity to bring such case forward. Mela dan l-e mail qed jissuggerixxi illi intom kontu diga tkellimtu u ftehemtu. X’ghandek xi tghid fuq dan l-e mail fejn hawnhekk ghandek theddida diretta lejn gurnalista illi dina kienet se tingieb azzjoni ta’ defamation kontra taghha u r-rejazzjoni tieghek x’kienet?

Dr. Owen Bonnici : Mela hawnhekk qed nitkellmu issa f’perjodu fejn ma kontx ghadni Segretarju Parlamentari ghall- Gustizzja, imma kont sirt Ministru ghal Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali u kelli ghal dak il- perjodu responsabilta’ tac-Cittadinanza. Jiena dak iz-zmien, ftit jiem qabel is-sur Kaelin, illi kont ilni ma narah zmien, kien baghtli e mail fejn talabni visita ta’ kortezija u jiena naturalment ilqajt lis-sur Kaelin fl- ufficcju ghal din il-visita ta’ kortezija fejn hu ried jaggornani b’affarijiet ordinarji fis-sens illi ried jghidli kif sejjer il- programm, ix- xoghol li kienu qed jaghmlu huma, dawn l-affarijiet kollha. U qaghad bilqieghda s-sur Kaelin, kelli mieghi lil Jonathan Cardona li huwa s-CO tal-programm f’Malta l-IIP u beda jghidli x’qed jaghmlu u x’ma jaghmlux, kemm huma serji u dawn l- affarijiet kollha, jigifieri xejn ta’ barra minn hawn, jigifieri diskors ordinarju.

At one point tal-konverzazzjoni Mr. Kaelin qalli, qalli : irrid naqsam mieghek dan is-sentiment li ahna ghandna illi ghandkom gurnalista hawn Malta illi b’mod ripetut qed taghmel artikli dwarna illi qeghdin jattakkaw il-kredibilta’ taghna, illi dawn l-artikli li qed taghmel qeghdin inaqsu l-kredibilta’ taghna. U rrid ninfurmak, qalli, illi ahna bihsiebna nipprocedu kontra din il-gurnalista bil- mezzi legali illi ahna ghandna biex nipprotegu r-reputazzjoni

taghna. Jigifieri jien kelli quddiemi xi hadd illi ghandu koncessjoni f’Malta li qed jilmenta illi hemm gurnalista f’Malta li qed tikteb artikli li jimminaw ir-reputazzjoni tieghu. Jiena r-risposta tieghi lis- sur Kaelin kienet illi f’Malta, ghidtilhom jiena naturalment f’Malta hawn is-sistemi legali u jien zgur ma ha ha nghid xejn oltre minn hekk. Jigifieri hawn is-sistemi legali fejn jekk wiehed ihoss ir- reputazzjoni tieghu giet menomata jaf x’ghandu jaghmel, hemm ir- rimedji legali. Pero’ jiena ghamiltielu cara illi f’Malta ahna normalment – ghidtlu ghax jiena kont nipprattika ta’ avukat qabel ma sirt Ministru, nibaghtu ittra bonarja, nghidulha, biex jekk hemm xi kjarimenti li jridu jsiru, ikun hemm xi – taf inti tibghat ittra bonarja fejn tghid dan il-fatt mhux korrett sinjura, huwa dan il-fatt. Ghidtlu normalment hawn Malta hekk nahdmu illi wiehed jibghat ittra nterpellatorja biex jekk hemm xi kontroversja jirrisolviha bonarjament. U jiena l-parir tieghi kien illi jekk hemm xi dizgwid minn naha taghhom fuq dak li qed tikteb dwarhom, l-ahjar triq hija li wiehed jibghat ittra intepellatorja jew bonarja. That was it. Imbaghad komplejna d-diskussjoni dwar affarijiet ohrajn.

Li rrid nippreciza wkoll hija li jiena qatt ma kelli e mail account owen@josephmuscat.com, ghax din ilni nismaghha diversi drabi u ilhom jghiduhieli hafna li dik l-e mail li kkwotajt inti Sur Imhallef intbghatet lili fuq account mhux tal-gvern. Mhux veru ghax jiena qatt ma kelli owen@josephmuscat.com. Jien dejjem sa fejn naf jien jien ghandi zewg (2) accounts, ghandi owen.bonnici@gov.mt, imbaghad ghandi wiehed ghal kostitwenza fejn meta mur naghmel home visits inhalli biljett . . .

Imh. M. Mallia : Card.

Dr. Owen Bonnici : . . . u nghidlek jekk tkun trid tibghatli ghandi wiehed owen@owenbonnici.com.

Imh. A. Lofaro : Imma baghtuwielek din l-e mail? Dr. Owen Bonnici : Skuzi?

Imh. A. Lofaro : Intbghatitlek din l-e mail?

Dr. Owen Bonnici : Intbghatitli u sa fejn niftakar ma wegibtiex jien. Sa fejn niftakar.

Imh. A. Lofaro : Tal-gov forsi ntbaghtitlek?

Dr. Owen Bonnici : Niftakar li rajtha. Gghandi nifhem li ntbghatet f’tal-gov. Pero’ jien niftakar car u tond li jien ma wegibtiex. Ghax jiena l- argument tieghi mieghu kien – isma ahna ghandna din is-sistema f’pajjizna li wiehed jibghat ittra nterpellatorja u allura jekk jidhirlek li b’din tista’ ssolvi kwalunkwe malintiz li jista’ jkun hemm, jiena dak huwa l-argument li ghamilt. Imma zgur jiena ma kkumplottajt ma hadd biex isiru xi tip ta’ proceduri internazzjonali kontra hadd hux. Jiena meta – inti semmejt lil Dr. Jason Azzopardi, jien meta deherli li ghandi naghmillu libell, ghamiltlu libell lil Dr. Azzopardi. Imma dika xi haga li ghamiltha jiena.

Imh. J. Said Pullicino : Voldieri inti mhux qed taqbel kif inhi miktuba l-e mail mhux qed taqbel maghha, ghax hu qed jghid agreed to threaten ?

Dr. Owen Bonnici : Le jiena qed . . .

Imh. A. Lofaro : Hekk hemm imnizzel fl-e mail. Imh. J. Said Pullicino : Sabiex niccaraw l-e mail.

Dr. Owen Bonnici : Iva jien qed nghid illi – issa hu kiteb dik l-e mail, jekk tinduna ma hemmx twegiba ghaliha ghax jiena ma wegibtux. Le, le, imma importanti dik.

Imh. J. Said Pullicino : Ma tirriflettix il-verita’ . . .

Dr. Owen Bonnici : Ghax inti sur Prim Imhallef, biex inti tikkumplotta biex taghmel xi haga trid tkun qed taqbel. Jiena dik l-e mail ma wegibtiex ghax jien meta rajtha ghidt jiena din ghalfejn ghandi nidhol fiha? Jigifieri litteralment . . .

Imh. J. Said Pullicino : Qed jghid li ftehimtu dak inhar li ltqajtu.

Dr. Owen Bonnici : Jiena l-parir li tghajtu kien nerga’ nghid, ghandna din is- sistema f’pajjizna fejn tista’ taghmel – jekk hemm xi malintizi tibghat ittra interpellatorja u timxi hemmhekk. Jiena dejjem tghajtu l-parir dak il-hin, dejjem dak il-hin, biex jekk jista’ juza dan il-metodu jekk hemm xi malentiz jigi ccarat.

Imh. J. Said Pullicino : Qallek illi l-azzjoni li kien behsiebu jiehu kien barra minn Malta u mhux Malta?

Dr. Owen Bonnici : Iva kien semmieli wkoll ehe. Hu qalli kien, illi huma ghandhom klijenti mad-dinja kollha.

Imh. J. Said Pullicino : Sewwa.

Dr. Owen Bonnici : . . . li d-dannu u r-reputazzjoni qed issirilhom mad-dinja kollha. Hu gie jipprotesta mieghi, qalli : isma huwa sewwa dan? U jien ghidtlu : isma ahna ghandna sistemi demokratici, jigifieri wiehed jista’ jikteb, jekk jidhirlek li ghandek x’ticcara l-parir tieghi huwa li tibghat ittra interpellatorja, and that was it.

Imh. J. Said Pullicino : Ehe ndikalek illi forma ta’ slap action jghidulha dik.

Kellu l-hsieb li jaghmel . . .

Dr. Owen Bonnici : Le hu qalli – le, le, hu qalli ahna disposti li naghmlu proceduri barra mill-pajjiz. Jiena l-kumment tieghi kien dejjem: isma ftakar li trid tohloq bilanc hux veru, li jekk jista’ jkun issolvi l- kwistjoni b’mod bonarju solviha.

Imh. A. Lofaro : Bonarjament. Imh. M. Mallia : Imma fil-fatt . . .

Dr. Owen Bonnici : Frankament jiena jigu nies minn barra, noqghod attent x’nghid u x’ma nghidx.

Imh. M. Mallia : Fil-fatt fl-e mail, b’referenza ghal dak li qed tghid l-e mail tkompli hekk : The way we would do it is to send letters to these individuals by our UK lawyers, asking them politely but clearly to retract some of the statements against Minister Bonnici . . .

Dr. Owen Bonnici : Against Minister? Imh. M. Mallia : Minister Bonnici Imh. A. Lofaro : Hekk hawn fl-e mail.

Imh. M. Mallia : . . . against our firm and indirect statements talking about corruption on the IIP. Inti . . .

Dr. Owen Bonnici : Sur Imhallef, jiena jekk irrid nibghat ittra legali kelli l-Avukat Generali a dispozizzjoni tieghi. Stajt ninkarigah u nghidlu jibghat ittra. Jiena ma ghandi l-ebda nvestitur minn barra joqghod jikteb ittri legali ghan-nom tieghi. Jien ghandi l-Avukat Generali, dak iz- zmien, li kieku ridt ninkarigah stajt ninkarigah b-ebda diffikulta ta’ xejn u stajt naghmel hekk. Jien qatt ma ghamilt hekk. Jien l-parir li tghajthom huwa li juzaw dan ir-rimedju ta’ ittra nterpellatroja biex nippruvaw insolvu – jekk ghandhom xi issue jsolvuha bonarjament. Issa jekk fehmuha li kont qed nitkellem fuqi wkoll, dika ma ghandix xi nghid fuqha. Jigifieri kieku ridt nibghat ittra nterpellatorja kelli lil min nuza u naf naghmilha wkoll.

Imh. J. Said Pullicino : Imma jigifieri allura l-avukati taghhom dawn ma semmewx lilek li qed jiktbu ghan-nom tieghek ukoll?

Dr. Owen Bonnici : Skuzi? Skuzi Sur Imhallef?

Imh. J. Said Pullicino : L-avukati dawn, De Reya, xi haga hekk, l-avukati taghhom . . .

Imh. A. Lofaro : De Reya, Mishcon De Reya. Dr. Owen Bonnici : Ma nafx min huma dawn. Imh. J. Said Pullicino : Ma kitbux f’ismek?

Dr. Owen Bonnici : F’ismi? Jien qatt ma kellimthom. Ma nafx min huma.

Imh. J. Said Pullicino : Le, le, le, ma tafx li nkitbet ittra minn ghandhom, li kienu qed jiktbu biex jiddefendu lilek u lil . . .

Dr. Owen Bonnici : Le m’inhiex edott li ntbghatet xi ittra f’dan is-sens. U jekk sar hekk – sa fejn naf jien ma sarx hekk . . .

Imh. J. Said Pullicino : Jekk sar hekk mhux bil-kunsens tieghek . . .

Dr. Owen Bonnici : Assolutament. Kieku ridt nibghat ittra legali naf nibghatha jjigifieri.

Imh. A. Lofaro : U fil-fatt ma bghattx jigifieri? Dr. Owen Bonnici : Le, le lanqas qatt.

Imh. A. Lofaro : Ma pprocedejtx . . .

Dr. Owen Bonnici : Qatt, jien qatt ma pprocedejt . . . Imh. A. Lofaro : . . . kontriha, kontra Caruana Galizia.

Dr. Owen Bonnici : Jien ma pprocedejt qatt kontra ebda gurnalist, imkien. L- unika libell li ghamilt darba kontra l-media tal-Partit Nazzjonalista u gie solvut bonarjament, jigifieri skuzaw ruhhom u ghalaqtu dak il-hin.

Imh. A. Lofaro : Imma mhux fuq dan l-incident.

Dr. Owen Bonnici : No, no. Jiena qatt ma ghamilt libell, qatt, qatt.

Imh. M. Mallia : Issa, bicca ohra – as well as infoming the three (3) media houses in Malta that they likewise would be the possible subject of a defamation lawsuit in London if they would not stop reporting untrue statements. U tghid ukoll : I trust you agree for us to proceed accordingly. Veru dan?

Dr. Owen Bonnici : Veru jekk kitbu hekk, jekk hemm miktub hekk . . . Imh. A. Lofaro : Tiftakarha din l-e mail inti?

Dr. Owen Bonnici : Skuzi?

Imh. A. Lofaro : Tiftakarha din l-e mail?

Dr. Owen Bonnici : Iva niftakar li kienet dahlet e mail imma jiena meta rajtha din l-e mail ghidt imma jiena din ghalxiex – speci tkellimniha dalghodu fil- meeting li jekk ghandhom xi kwistjoni x’jiccaraw hemm dan ir- rimedju bonarju. Jekk iridu jiehdu parir legali mhux se nzommhom, ghandhom kull dritt . . .

Imh. A. Lofaro : Meta rajt li huma se jiehdu mizuri drastici, ma ktibtilhomx lura u ghidtilhom isma ma naqbilx per ezempju?

Dr. Owen Bonnici : Le l-parir tieghi kien dak li tajtu filghodu. Imh. A. Lofaro : Le wara li rcivejt l-e mail.

Dr. Owen Bonnici : Jien wara li rcivejt l-e mail ma kontx wegibtu. Imh. A. Lofaro : Ma wegibthomx.

Imh. M. Mallia : Voldieri inti meta rajtu . . .

Dr. Owen Bonnici : Jiena ma tajthomx, ma tajthom ebda sostenn ghal dan il- progett jew din il-perkors li riedu jaghmlu. Ma tghajthom ebda sostenn la dirett u lanqas indirett. Inti jekk ghandek investitur illi qed jghid jiena qed inhossni malafamat b’dak li kiteb dwari xi hadd

– issa mmaginaw ftit qeghdin intom fil-pozizzjoni tieghi.

Imh. A. Lofaro : Ehe.

Dr. Owen Bonnici : Gie nvestitur minn barra, qed jghid ghandkom gurnalist li qed jikteb artikoli li jimminaw il-fama tieghi u r-reputazzjoni tieghi. Jiena r-risposta tieghi kienet illi dawn ghandna s-sistemi f’pajjizna, jekk inti jidhirlek li ghandek ticcara xi punt naghtik parir illi ghandek tikteb ittra interpellatorja, jiena dak il-parir li tghajtu.

Imh. A. Lofaro : Pero’ Ministru qallek I trust that you agree for us to proceed. Kieku jien kont nghidlu: no I don’t agree.

Dr. Owen Bonnici : Jiena ghazilt li ma nwegibx . . . Imh. A. Lofaro : Ok.

Dr. Owen Bonnici : . . . ghaliex jien ma ridx nidhol – jigifieri jekk hemm . . . Imh. A. Lofaro : Imma dahhluk dawn hux, dahhluk.

Dr. Owen Bonnici : Iva issa – jigifieri x’inhi r-raguni . . .

Imh. A. Lofaro : Ghalhekk kont inwegibhom jien. To let them know, I don’t agree.

Dr. Owen Bonnici : Issa x’inhi r-raguni ma nafx inwiegeb. Imh. A. Lofaro : Ehe.

Dr. Owen Bonnici : Imma jiena l-pozizzjoni tieghi kienet cara fil-meeting li ghamiltilhom jien. Jigifieri issa jekk ghamluhomx dawn il-kawzi . . .

Imh. A. Lofaro : Hawnhekk jidher li zivjawk pero’ kompletament.

Dr. Owen Bonnici : Sinjura Imhallef, jekk ghamlux dawn il-kawzi ma nafx. Sa fejn naf jien, ma nafx ipprocedewx bil-kawzi. Ma nafx baghtux l- ittri interperllatorji. Jiena ma nfurmawnix u jiena lanqas ma staqsejthom. Jien irrid inzomm certu distanza minn investituri barranin li ghadhom koncessjoni f’pajjizna. Jigifieri min ghandu koncessjoni f’pajjizna u jiena l-Ministru tal-Gvern irrid nidhol – nibjazima ruhi hafna . . .

Imh. A. Lofaro : Ghalhekk ma messhomx baghtuhielek lilek din ghax dahhluk, hux?

Dr. Owen Bonnici : Iva, iva, nifhem. Dahhluni intortament. Imh. A. Lofaro : Ezatt.

Dr. Owen Bonnici : Gejt kritikat kemm ‘il darba dwarha din l-e mail intortament u jiena d-diskors tieghi kien car maghhom u l-azzjonijiet tieghi huma cari wkoll.

Imh. J. Said Pullicino : Anke ghaliex, nahseb naqblu t-tnejn, is-sinjura Caruana Galizia ghamlet statements li ghalik kienu infamanti fil- konfront tieghek ukoll, mhux hekk?

Dr. Owen Bonnici : Jiena s-sinjura Caruana Galizia kellha issue bl-ghazliet personali tieghi. Hafna minnhom . . .

Imh. A. Lofaro : Fuq din, jekk noqghodu fuq dan is-suggett tac-cittadinanza, din . . .

Dr. Owen Bonnici : Gie li ghamlet xi statements ta’ kritika imma . . . . Imh. J. Said Pullicino : Imma ma kienux tali li tiehu passi inti?

Dr. Owen Bonnici : Jiena qatt ma hadt . . . Imh. A. Lofaro : Staqsejtu ma hax.

Dr. Owen Bonnici : Sur Prim Imhallef jiena fejn jidhlu gurnalisti, jiena qatt ma ghamilt libelli.

Imh. A. Lofaro : Qal, darba biss.

Dr. Owen Bonnici : Darba biss mal-media tan-Net li rrisolvejniha f’seduta. Imh. A. Lofaro : Bonarjament.

Dr. Owen Bonnici : Bonarjament u jiena fejn ghandi niccara niccara. Jiena nibghat right of replies, nghidilhom din mhix korretta, din le.

Imh. A. Lofaro : Mhux hekk.

Dr. Owen Bonnici : Fil-kaz tal-blogg innifisha kont ghazilt illi, ha nuza l-kelma, ninjoraha . . .

Imh. A. Lofaro : Ma tipprocedix. Ma tipprocedix.

Dr. Owen Bonnici : Jigifieri tghid x’tghid jien kont hadt decizjoni li – imma dik ghazla tieghi u ghamilt hekk.

Imh. A. Lofaro : Ehe.

Imh. M. Mallia : Ok. Pero’ tajjeb jew hazin fit-tmienja (8) ta’ Frar . . . Imh. A. Lofaro : Kompliet l-e mail ukoll.

Dr. T. Comodini Cachia : Jien ghandi xi domandi suplimentari fuq dan is- suggett. Ma nafx il-Bord iridnix naghmilhom issa jew wara?

Imh. A. Lofaro : Konna ha mmorru fuq – while we are on the subject ahjar issa nahseb.

Imh. J. Said Pullicino : Iffukati fuq?

Dr. T. Comodini Cachia : Iffukati fuq – suplimentari ghal mistoqsijiet u r-risposti li nghataw Sur Imhallef. Nahseb illi wahda mid-domandi li ghamel il-Bord u li nixtieq li tigi ripetuta ghar-risposta hija jekk inti meta gejt introdott minn Keith Schembri mas-sur Kaelin jekk din il- laqgha kienetx qabel ma kienet diga ppubblikata l-istedina fil- pubbliku ghall-iskema?

Dr. Owen Bonnici : Ghandi nifhem li kienet wara. Imma kif ghidt irrid nara x’kont xehedt, jigifieri jiena noqghod ma dak li xehedt fil-Public Accounts Committee . . .

Imh. J. Said Pullicino : Forsi huwa tajjeb illi tibghatilna kopja. Dr. Owen Bonnici : Skuzi?

Imh. J. Said Pullicino : Forsi huwa tajjeb li tibghatilna kopja.

Dr. Owen Bonnici : Iva bil-qalb kollha. Li sar a tempo vergine, jigifieri ftit zmien wara dan kollu.

Imh. A. Lofaro : Ok.

Dr. Owen Bonnici : Jiena kont xehedt fit-tul, jigifieri ghandek xi tliet (3) seduti hemm nixhed jigifieri, bil-qalb kollha.

Dr. T. Comodini Cachia : Inti semmejt ukoll illi l-ufficcju tal-Prim Ministru kien jaghtik sapport fl-implimentazzjoni ta’ din l-iskema u ghidt illi kif kien jaghtik sapport ukoll f’kwistjonijiet ohra. Tista’ tispjegalna

x’tip ta’ sapport u jekk kienx hemm nies partikolari minn dak l- ufficcju li kienu jaghtu dan is-sapport?

Dr. Owen Bonnici : Iva jiena fiz-zmien li servejt bhala Segretarju Parlamentari u mbaghad Ministru jien kelli hafna progetti taht idejja u hafna minnhom, minn dawn il-progetti, jiswew il-flus. Jigifieri ha ngib ezempju zghir jien naf jekk kellna problema hawnhekk il-Qorti bl- istaff, ridna nzidu Court Attorneys ghal kull Imhallef biex jghinuh fir-ricerka. Dika trid l-assistenza tal-Ministeru tal-Finanzi biex jaghtuni l-flus biex inhallas il-pagi u hemmhekk kont nirreferi ghal l-Ufficcju tal-Prim Ministru u dejjem sibt ghajnuna biex jigu kkordinati ahjar l-affarijiet, b’mod kostanti, jigifieri jiena relazzjoni professjonali tajba hafna kelli.

Dr. T. Comodini Cachia : Dan ix-xoghol ta’ koordinazzjoni kien isir mill-ufficcju ta’ Keith Schembri jew minn nies ohra fl-ufficcju tal-Prim Ministru?

Dr. Owen Bonnici : Hemmhekk kien hemm hafna nies tajbin, jigifieri per ezempju fuq progetti jien naf . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Ghala? Keith Schembri ma kienx tajjeb?

Dr. Owen Bonnici : Le, qed nghid – le, qed nghid li kien hemm hafna nies tajbin

– jigifieri kien hemm hafna nies jahdmu hafna, sieghat twal ta’ xoghol u r-rizultati jitkellmu wehidhom. Ix-xoghol li sar fil-pajjiz huwa kbir hafna u kull persuna kien qisu specjalizzat. Per ezempju meta kont responsabbli mill-Wirt Storiku u kien hemm issues marbuta ma xi findings arkeologici kien hemm persuna fi hdan l- ufficcju . . .

Imh. A. Lofaro : Esperti mhux hekk. Esperti.

Dr. Owen Bonnici : . . . li kien jikkordina, per ezempju jien mhux qed naqbel u siehbi l- Ministru ta’ l-Izvilupp kellu fehma differenti, kien ipoggina flimkien u naslu ghal ftehim.

Imh. J. Said Pullicino : Id-domanda hi ghal dan il-progett min kienu dawn in- nies hux?

Dr. Owen Bonnici : Skuzi? Nies pubblici hux.

Imh. J. Said Pullicino : Kien hemm accountants jaghtu pariri per ezempju fuqha din?

Dr. Owen Bonnici : Jigifieri le le . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Min kienu n-nies mill-ufficcju tal-Prim Ministru li qed jassistuk fuq din l-iskema?

Dr. Owen Bonnici : Ta’ l-IIP? Dr. T. Comodini Cachia : Ehe.

Dr. Owen Bonnici : Ehe. Kien hemm certu persuna mbaghad wara ma baqax jahdem hemmhekk? Jigifieri . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Min?

Dr. Owen Bonnici : Qed nipprova niftakar x’jismu, imma li naf li ma baqax jahdem hemmhekk, jigifieri kien ghamel ftit zmien u kien qisu l- contact point illi taf inti jcempilli, jghidli aghtuna l-progress report fiex wasaltu.

Dr. T. Comodini Cachia : Kien persuna mill-ufficcju ta’ Keith Schembri?

Dr. Owen Bonnici : Kien persuna li jahdem fl-ufficcju ehe tal-Prim Ministru. Iva. Dr. T. Comodini Cachia : Fl-ufficcju ta’ Keith Schembri?

Dr. Owen Bonnici : Hu pacenzja dan ma hemmx ufficcju ta’ Keith – jigifieri inti ghandek ragun. Mela hemm l-Ufficcju tal- Prim Ministru u l-Prim Ministru jkollu s-segretarjat tieghu.

Imh. A. Lofaro : Ehe.

Dr. Owen Bonnici : Issa s-segretarjat tal-Prim Ministru jkun maghmul minn diversi nies. Wiehed minnhom huwa c-Chief of Staff. Anke jien hekk ghandi. Ghandi numru ta’ nies u wiehed minnhom huwa Chief of Staff. Jigifieri dawn in-nies huma kollha jahdmu fl-ufficcju tal-Prim Ministru. Kien hemm persuna li xogholu kien li jikkordina, jigifieri jigri warajja fis-sens. F’kull progett hekk ta’ – deadlines, fiex wasalna u hekk ghandu jsir u ahna ghalhekk ghamilna hafna differenza f’dan il-pajjiz ghaliex in-nies bdew jaraw illi jekk bdejna progett intemmuh, naghtuhom fiex wasalna u naghtu rendikont u dak kien ix-xoghol ta’ kordinament.

Imh. J. Said Pullicino : Ghandek xi isem partikolari?

Dr. T. Comodini Cachia : Sa issa hemm zewg (2) mistoqsijiet Sinjuri Imhallfin – fil-fatt kont ser nindika lill-Bord illi sa issa hemm zewg (2) mistoqsijiet illi nistenna li l-Ministru jaghtina r-risposta meta jiftakarha – jew mhux illum u jfittex. Wahda minnhom hija din u ‘l ohra hija d-data ta’ meta ltaqa’, meta gie ntrodott mas-sur Kaelin.

Imh. J. Said Pullicino : Iva ghall-ewwel domanda jsibha imma jrid jara l-kopja tax-xiedha li ghamel quddiem . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Jekk hemm dik ix-xiedha fiha iva.

Dr. Owen Bonnici : Jiena dak inhar kont xehedt b’mod estensiv. Apprezzaw li qed nitkellmu fuq it-twenty fourteen (2014) issa jigifieri.

Imh. J. Said Pullicino : Ifhimni, Nextia BT kienu consultants tieghek f’din? Dr. Owen Bonnici : Nextia. Mela dan suggett iehor imma hux hekk?

Imh. J. Said Pullicino : Le, le jekk kienux consultants l-IIP ghalissa?

Dr. Owen Bonnici : Le, le mieghi qatt ma kellhom x’jaqsmu fuq IIP, xejn. Jigifieri x-xoghol tad-drafting sar mill-ufficcju ta’ Dr. Peter Grech u d-dokument legali mhux xi dokument ikkumplikat hafna, jigifieri jekk wiehed jaraha l- Legal Notice.

Imh. J. Said Pullicino : Mhux hekk.

Dr. T. Comodini Cachia : Kien hemm – inti fix-xiedha tieghek meta s-Sur Imhallef irrefera ghal din l-e mail exchange, enfazizzajt illi inti qatt ma kellek e mail account owenbonnici@josephmuscat.com.

Dr. Owen Bonnici : No.

Dr. T. Comodini Cachia : Pero’ kien hemm Joseph Muscat li kellu e mail account @josephmuscat.com u jidher illi kien intuza precizament ghal din l-e mail exchange. Meta nara l-insistenza tieghek biex tidher illi ma ghandekx e mail account @josephmuscat.com ma’ l- uzu ta’ dan l-e mail account personali mill-Prim Ministru ghandek xi pozizzjoni dwar din?

Dr. Owen Bonnici : Le jien qed nghid illi qatt ma kelli e mail account owen@josephmuscat.com biex nuri li dak kollu li nkiteb mhux dejjem ikun minnu. Jigifieri gibt dan l-ezempju biex nuri isma qed jghidu kull darba li jien kelli dan l-e mail account, qatt ma kelli dawn l-e mail account.

Imh. J. Said Pullicino : Dan qed naqblu – din issa qed nismaghha jien, l-e mail qed naqblu li harget fuq l-account @josephmuscat. Din l-e mail partikolari?

Dr. T. Comodini Cachia : L-e mail partikolari mibghutha lil joseph@josephmuscat.com u allura dak li nixtieq insaqsi lix-xhud huwa: x’hemm hazin allura li jkollok e mail owen@josephmuscat.com?

Dr. Owen Bonnici : Le mhux qed nghid la li hi hazina u lanqas li hi haga tajba. Jien qed nghid illi jiena kont nigi kkritikat il-hin kollu li ghandi dan l- e mail account. Jiena qatt ma wegibt ghax jiena jkolli x’naghmel, jiena impenjat . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Minn min kont tigi kkritikat? Mis-sinjura Caruana Galizia?

Dr. Owen Bonnici : . . . ippermettili, ippermettili Dottoressa. Jien kont nigi kkritikat diversi drabi li ghandi dan l-e mail account, li qisu l- intendere kien li jintuza b’mod nociv, qisu l-intendere. Jiena qatt ma qghadt inwiegeb. Apprezzaw li jien ikolli x’naghmel il-gurnata shiha u l- gurnata vera impenjattiva taghna u qatt ma rajt li hija kwistjoni li ghandi ghalfejn noqghod naqbad avukat joqghod jiddefendili d-dritt tar-replika. Pero’ llum qed niehu l-opportunita li nuri . . .

Imh. J. Said Pullicino : Ic-cans li ticcaraha.

Dr. Owen Bonnici : . . . li jien qatt ma kelli dan l-account. Issa kieku jkollok u ma jkollokx dika haga ohra nitkellmu kemm hemm bzonn, imma qatt ma kelli biex nuri li certu stejjer ma jkunux korretti. Dak hu l- argument tieghi, anke fuq id-dettalji l-iktar zghar.

Imh. J. Said Pullicino : Pero’ hi ftit kurjuza illi e mail bhal din tmur ghand il- Prim Ministru u ma gietx ghandek direttament, ghax inti kont imdahhal fiha din, ikkwota lilek.

Dr. Owen Bonnici : Issa ghaliex ikkopja lill-Prim Ministru, ma nafx hux ghalfejn ikkuppjah.

Imh. J. Said Pullicino : . . . ma nafx.

Dr. Owen Bonnici : Ma nafx ghalfejn ikkopjah ghax il-Prim Ministru ma kienx prezenti ghal laqgha.

Dr. T. Comodini Cachia : L-e mail hija mibghutha lil Prim Ministru u lil Keith Schembri.

Imh. A. Lofaro : Intbaghtet.

Dr. T. Comodini Cachia : U kkupjata – insomma, u mibghutha wkoll lilek maghhom.

Dr. Owen Bonnici : Ghaliex ghazel li jibghat ma ghandix idea. Naf li hafna nies jaqbdu jibghatu lill-Prim Ministru l-hin kollu, jigifieri dik hija hobby nazzjonali nahseb . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Il-mistoqsija tieghi hija . . .

Dr. Owen Bonnici : . . . illi kullhadd jibghat l-e mails lill-Prim Minsitru. Dr. T. Comodini Cachia : Keith Schembri . . .

Dr. Owen Bonnici : Imma bhala stat ta’ fatt ghaliex baghtha lill-Prim Minsitru ma nafx inwiegbek. Li nista’ nwiegbek huwa x’ghidtlu jien fil- meeting li kelli dakinhar jew ftit . . . .

Imh. J. Said Pullicino : Pero’ nistghu naqblu li dan il-progett kien tant importanti li kien hemm involviment dirett u personali tal-Prim Ministru fih . . .

Dr. Owen Bonnici : Le, le, le, le, le. Le, le, le.

Imh. J. Said Pullicino : Il-progett tal-passaporti le?

Dr. Owen Bonnici : Le, le ma kienx hemm – ha nghidu hekk, jiena ma rajtx lill- Prim Ministru jaghmel xi sforz straordinarju biex dan il-progett jitwettaq ta’. Jigifieri jiena kelli lista ta’ progetti li kienu assenjati lili, wiehed minnhom kien dan. Jigifieri jekk hawn xi impressjoni li Dr. Muscat kellu xi sforz biex dan il-progett isir, le. Kien jemmen fih ghaliex fil-fehma tieghu l-programm ta’ cittadinanza b’investiment jattira . . . .

Imh. J. Said Pullicino : U fil-fatt attira.

Xud: . . . . certu nies ta’ certu portata li huma ta’ gid ghal pajjiz. Imma jien quddiemi, qatt ma rajt li wera’ xi zelu zejjed, zgur ta’ jigifieri. Quddiemi ghall-inqas qatt ma sar.

Dr. T. Comodini Cachia : Ha nistaqsik domanda supplimentari ghal dak li ghadu kif qed jaghmillek l-Imhallef. Inti ghidtilna li l-Prim Ministru Muscat qatt ma wera’ xi zelu zejjed ghal dan il-progett.

Dr. Owen Bonnici : Le.

Dr. T. Comodini Cachia : Allura ghar-road shows li kienu jaghmlu Henley & Partners, kif dejjem ghazlu lilu u mhux lilek li kont il-Ministru responsabbli?

Dr. Owen Bonnici : Ara gie li kien hemm okkazjonijiet fejn mar il-Prim Ministru u gie li kien hemm okkazjonijiet fejn mort jien u marru Ministri ohrajn.

Dr. T. Comodini Cachia : U inti fejn mort?

Dr. Owen Bonnici : Jiena kont mort f’wiehed mir-road shows – dana konferenza qed nghidu ta’ jigifieri, dina tkun konferenza high level, tiltaqa’ ma nies mid-dinja kollha, jitkellmu dwar aspetti ta’ . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Kemm ‘il darba mort? Dr. Owen Bonnici : Ippermettuli.

Imh. M. Mallia : Hallih jispicca.

Imh. A. Lofaro : Kien qed jispjega fuq ir-road show x’inhi.

Dr. Owen Bonnici : Dan road show – ghax il-kelma road show anqas hi korretta. Dawna sensiela ta’ konferenzi fejn jitkellmu dwar ic-cittadinanza, dwar . . .

Imh. A. Lofaro : To promote the scheme le? Ikkoregini fil-kaz.

Dr. Owen Bonnici : Le, le. Jiena kont hemm – per ezempju jiena wahda mort Londra li kienet interessanti mmens fejn kien hemm – fejn kien hemm paper dwar il-kwistjoni ta’ access tramite c-cittadinanza b’investiment f’kul pajjiz u l-ligi kif hi applikata f’kull pajjiz . . .

Imh. A. Lofaro : Ok.

Dr. Owen Bonnici : U joqghodu jiddiskutu punti legali nteressanti hafna.

Imh. A. Lofaro : U jaghmlu d-domandi hux? U jaghmlulek id-domandi nimmagina.

Dr. Owen Bonnici : Le, le, le. Imh. A. Lofaro : Le.

Dr. Owen Bonnici : Jiena kont qisni guest speaker. Jigifieri mort hemmhekk u tkellimt li c-cittadinanza – taf inti ghandha dimenzjoni mportanti f’pajjiz etc, etc. Jigifieri jiena kont naghmel statement qisu quest speaker.

Imh. A. Lofaro : Ma jaghmlulekx domandi? Dr. Owen Bonnici : Le, le, le, le.

Imh. A. Lofaro : No.

Dr. Owen Bonnici : Jigifieri le, le. Jigifieri dan litteralment qisu seminar, u kien ikun interessanti jigifieri.

Imh. A. Lofaro : Qisha tip ta’ lecture allura din.

Dr. Owen Bonnici : Jiena li f’li mort fiha jien hekk kienet. Imh. A. Lofaro : All right.

Dr. Owen Bonnici : Jigifieri f’li mort fiha jien Londra kienu gew professuri u esperti jitkellmu u hadt pjacir jigifieri. Mil-lat legali hadt pjacir insegwi.

Imh. A. Lofaro : Minn Malta inti biss kont jigifieri? Dr. Owen Bonnici : Le, le.

Imh. A. Lofaro : Minn Malta le.

Dr. Owen Bonnici : Jekk jien Malti dakinhar? Iva jiena biss. Imh. A. Lofaro : Inti biss.

Dr. Owen Bonnici : U tela’ mieghi Jonathan Cardona s-CEO. Imh. A. Lofaro : Ok.

Dr. Owen Bonnici : U kien hemm Chris Kaelin jidhirli hemmhekk. Imma l-istess jigifieri jilqghek, tpoggi bilqieghda, kif imissek titkellem u titkellem naqra man-nies. Mill-Universitajiet ikun hemm jigifieri. Jiena kont sibtu nteressanti onestament . . .

Imh. J. Said Pullicino : Pero’ mhux ezercizzju akkademiku? Dr. Owen Bonnici : Le, le mhux hekk.

Imh. J. Said Pullicino : Jigifieri l-hsieb kien li tippromwovi l-iskema ta’ Malta ghax inkella xi tmur taghmel hu? Mhux hekk?

Dr. Owen Bonnici : Jiena? Jiena kont gejt mistieden bhala guest speaker u mort.

Imh. J. Said Pullicino : U mbaghad spjegajt inti l-iskema ta’ Malta kif tahdem naturalment u x’reazzjoni kien hemm . . .

Dr. Owen Bonnici : Ma jimpurtax.

Imh. J. Said Pullicino : . . . naturali ta’ jigifieri. Normali hu.

Dr. Owen Bonnici : Iva, d-diskors li ghidt huwa publiku, jigifieri wiehed jista’ jsibu u dak li ghidt noqghod fuqu.

Imh. J. Said Pullicino : Ma hemm xejn hazin.

Dr. Owen Bonnici : Imma jiena I want to dismiss this idea li konna mmorru hemmhekk qisna xi hard sell initative, jigifieri kienet wahda mill- inizjattivi . . . .

Imh. J. Said Pullicino : Biex nigu ghall-inkjesta taghna m’ahniex niddiskutu l- viabilita jew hekk, daka l-progett sar.

Dr. Owen Bonnici : Le, le, le. Le, dak huwa, il-gurnata dik kienet tkun.

Dr. T. Comodini Cachia : Inti ghidt illi dan kien progett fost il-hafna progetti illi kien jaqa’ fl-implimentazzjoni tieghek bhala d-dekasteru tal-

Ministeru tieghek. Pero’ fl-istess gimgha ta’ l-asassinju fejn nahseb illi fi kliemek stess, kien asassinju xokkanti, kif inti ghidt lil media l- Prim Ministru kien qieghed Dubai jippromwovi din l-iskema u allura kien sempliciment progett bhal-ohrajn jew le?

Dr. Owen Bonnici : Jiena f’ghajnejja Dottoressa kien progett bhad-diversi progetti illi l- Gvern ried iwettaq u ahna wettaqna. Jien f’ghajnejja ma rajt ebda, nerga’ nghid, jigifieri jien naf, ma kontx nara lil Dr. Muscat jaghmel enfazi fil-laqghat tal-Kabinett, fil-laqghat mieghi dwar dawn il- progetti. Jigifieri kien progett bhal progetti l-ohrajn illi ried illi jitwettqu. Ghax Dr. Muscat kien Prim Ministru li kien isegwi hafna ta’, jigifieri jrid ikun jaf bid-deadlines, jigifieri kien very strict.

Dr. T. Comodini Cachia : Jigifieri kif qallek is-Sur Imhallef . . . Dr. Owen Bonnici : Fuq kull progett jigifieri mhux . . .

Dr. T. Comodini Cachia : . . . kien jinvolvi ruhu mela f’dan il-progett? Dr. Owen Bonnici : Jien qed nghid. . .

Imh. A. Lofaro : Huwa qal f’kollox. F’kollox.

Dr. Owen Bonnici : . . . jien qed nghid li ma kienx jinvolvi ruhu iktar milli kien jinvolvi fl-ohrajn. U anke affarijiet zaghar, jigifieri jiena niftakar li darba kien hemm bzonn li kien hemm Triq il-Bahrija u kienu sabu xi affarijiet arkiologici fiha, l-ammont ta’ follow up li beda jaghmel fuq dik it-triq ghax beda jinduna li hemm diffikulta huwa kbir, jigifieri l-Prim Ministru kien dak it-tip.

Imh. J. Said Pullicino : Mertu tieghu hux.

Dr. Owen Bonnici : Huwa stil ta’ tmexxija li x’jismu – pero’ ma kontx nara xi tip ta’ – jien mhux qed nghidlek ma kienx jaghmel follow up hu jew in- nies ta’ l-ufficcju, li qieghed nghid huwa li ma kontx nara xi tip ta’ zelu zejjed jew esagerat iktar minn ohrajn.

Imh. A. Lofaro : Bhal ma kien jaghmel fl-ohrajn. Bhal l-ohrajn.

Dr. Owen Bonnici : Bhal l-ohrajn illi he wanted the results and that’s it hux speci.

Imh. J. Said Pullicino : Id-domandi mmirati nahseb peress li dak il-progett illi kien qed ihalli hafna miljuni fil-kaxxi ta’ Malta, tant hu hekk li kien hawn min jghid ibbilancjaw, I mean naturalment il-gvern kellu kull nteress illi . . .

Dr. Owen Bonnici : Iva, iva, iva.

Imh. J. Said Pullicino : . . . qed tifhem. Dr. Owen Bonnici : Iva u kien ikun naturali.

Imh. J. Said Pullicino : Pero’ kien progett importanti imma mhux l-uniku progett, kien dak il-progett jimxi ma l-ohrajn.

Dr. Owen Bonnici : U zgur, u zgur, u zgur. Jiena ppruvajt niddeliverja, jigifieri naturalment kif jaghmel kull Ministru.

Dr. T. Comodini Cachia : Mela, int kont qed tixhed dwar il-kontenut ta’ din l-e mail u ghidt illi iva din l-e mail iva, ircivejtha pero’ ma rrispondejtiex.

Dr. Owen Bonnici : Sa fejn niftakar ma rrispondejtiex. Sa fejn niftakar.

Dr. T. Comodini Cachia : Ok. Mela l-e mail taghmel referenza ghal retraction ta’ stqarrijiet jew dikjarazzjonijiet li saru fil-konfront tieghek. L-e mail tghid illi se jsiru proceduri kontra membru tal-Parlament imma anke kontra gurnalist. L-e mail tghid li se jsiru proceduri kontra tliet (3) media houses f’Malta. L-e mail tghidlek I trust you agree for us to proceed accordingly. L-e mail tghidlek ukoll also could you let us know how where you stand realiable case in Maltese Courts from your end? U allura bhala Ministru tal- gustizzja responsabli wkoll mill-media u x- xandir, ma hassejtx il- bzonn li toggezzjona?

Dr. Owen Bonnici : Ara jiena jekk ghandi – ejja nkunu fair issa, ma kullhadd, inti qed issaqsi jekk wegibtx jew le, onestament ma niftakarx jekk wegibtx, jiena l-impressjoni . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Inti l-ewwel ghidtilna li ma wegibtx.

Dr. Owen Bonnici : Hekk hu. L-impressjoni li ghandi li ma wegibtx jigifieri. Issa – u ma wegibtx ghal din ir-raguni ghax jiena kont ga kellimthom filghodu u ghidtilhom x’nahseb li ghandhom jaghmlu. Issa ejja nkunu fair ma kullhadd. Inti ghandek investitur barrani li quddiemi qed jghidli ghandi gurnalist illi skont hu qed jimmalafamalu r- reputazzjni tieghu. Jekk iridx jaghmel kawza ta’ libell f’Malta jiena zgur mhux se nghidlu la biex taghmel u lanqas biex ma taghmilx. Dika decizjoni li jiehu hu. Jigifieri ahna ghalhekk ghandna l-istidut tal-libell f’Malta. Jiena fi zmieni nehhejt il-libell kriminali, imma l- libell civili ghadu hemm. Jekk irid juza dik ir-rotta, min jien jien

biex nghidlu tuzahiex? Li ghidtlu pero’, jekk ghandek tesplora b’ittri interpellatori l- possibilta’ li jekk hemm x’ticcara ticcarah, aghmel hekk hu. Dak il-parir li tajtu jiena.


Imh. J. Said Pullicino : Pero’ ma qallekx li ha jaghmel azzjoni Londra biex ikissirhom dawn?

Dr. Owen Bonnici : Le – le, le, le. Seta’ semma, no, no.

Imh. J. Said Pullicino : Sakemm wiehed juza d-drittiet tieghu Malta biex jiehu d-damages, daka legittimu u ma hemm xejn xi tghid. L-issue hawnhekk hi u mhux ta’ din biss, jekk ghandux ikun il-kaz illi wiehed jaghmel azzjoni barra tajjeb, biex jinvolvi dak li jkun li prattikament li jaghlaq jekk hu media house.

Dr. Owen Bonnici : Iva imma daka . . . .

Imh. J. Said Pullicino : Dan d-domanda mhix ghal dan l-incident . . .

Dr. Owen Bonnici : Mela ha nitkellmu fuq dan l-incident. Jiena kif ghidt qabel Sur Prim . . .

Imh. J. Said Pullicino : Fir-remit taghna ghandna wkoll li naghtu rakkomandazzjonijiet jekk il-gurnalisti jekk mhux bizzejjed protetti u x’ghandu jsir. Issa dan jidhol f’dan il-kuntest ftehemna? Jekk is- slap action, ghax fuq hekk qed nitkellmu tajjeb . . .

Dr. Owen Bonnici : Dika ha nwiegeb, ha nibdew pass pass. Imh. J. Said Pullicino : . . . ghax qed naghmlu hafna . . .

Dr. Owen Bonnici : Ghandek ragun Sur Imhallef. Mela l-ewwel nett jiena iva fid- diskursata semmieli li d-dannu fir-reputazzjoni tieghu huwa internazzjonali. Qalli ghax jiena l-operat tieghu huwa nternazzjonali. Jigifieri hu fil-laqgha li kelli kien semmihieli. Issa nerga’ nghid, nahseb ghidtha erba’ darbiet ohra Ii jiena l-parir li kont tajtu huwa illi hemm ir-rotta ta’ ittra interpellatorja. Jekk jista’ amikovalment jasal, dika hija dejjem l-ahjar rotta, mill- esperjenza tieghi u jiena dak li ghidtlu. Dwar il-kwistjoni ta’ l-islap issa. Jiena dak kollu li kien fil- poter tieghi li naghmel kontra l-islap action ghamiltu – jigifieri jiena kull ma stajt naghmel kontra l-islap actions ghamiltu. Il-ligijiet taghna ta’ l-istampa gew irtirati, mnehhija u miktuba mill-gdid u fil- ligijiet taghna hemm impediment kontra l-islap action. Issa jqum l- argument jekk tistax

inti minn gurisdizzjoni barra minn Malta imma fl-Ewropa, taghmilx slap action, u x’jista’ jaghmel il-gvern biex izomm dak li jkun milli jaghmel slap action. Jiena dak inhar kont hadt il- pariri tal- Professur Ian Refalo, ta’ Dr. Paul Cachia u ta’ Dr. Peter Grech u t- tlieta (3) li huma qaluli illi biex inti zzomm lil xi hadd fl-Ewropa milli taghmel azzjoni ta’ slap, jidhol in ballo l-…. Regulation. Mela hemmhekk ghandek impediment fil-konfront ta’ dak ir- regolament. Kieku ma hemmx dak l-impediment jien ma kien ikolli l-ebda diffikulta bhala Ministru tal-Gustizzja li nintervjeni legizlattivament. Jiena l-parir li kienu tawni dawn it-tlieta (3) kien ukoll illi fejn jidhol kawza ta’ slap issa barra l-Ewropa, mela mmur New York u niftah kawza kontra xi hadd li qieghed Malta. In poce parole kull ma jrid jaghmel dak li qieghed Malta ma jippartecipax f’dik il-kawza. Jekk ma jippartecipax f’dik il-kawza ma jkollux effetti legali kotra tieghu. Dan kien il-parir ta’ natura ta’ Private International Law li tawni dawn it-tliet (3) esperti. Jigifieri jiena naqbel ma kwalunkwe mizura anti slap, ma ghandi ebda diffikulta, pero’ fl-Ewropa hemm dan l-impediment tal-…. Regulation. Jigifieri dik hija – jigifieri s-soluzzjoni li hemm bzonn hija wahda Ewropeja mhux lokali. Dak kollu li stajt naghmel lokalment ghamiltu.

Imh. J. Said Pullicino : Dottoressa, fuq dan il-punt?

Dr. T. Comodini Cachia : Ehe. Inti kont taf illi l-Prim Ministru rrisponda illi jaqbel li jsiru dawn il-proceduri u li Keith Schembri wkoll kien irrisponda li jaqbel li jsiru dawn il-proceduri?

Imh. J. Said Pullicino : Lilna ma jirrizultalniex. Lilna hawnhekk ghadu ma rrizultalniex.

Dr. T. Comodini Cachia : Jien ghandi d-dokument f’idejja.

Dr. Owen Bonnici : Nista’ narah id-dokument u nwiegeb dwaru hu. Imh. J. Said Pullicino : Ma nistghux nissorprendu lix-xhud.

Dr. T. Comodini Cachia : Le, le m’iniex nissorprendi lix-xhud. Imh. J. Said Pullicino : Le, le, le. . . .

Dr. Owen Bonnici : Qed nitkellmu fuq e mail li ntbaghtet – ehe, hawnhekk hawn – jigifieri hawn konferma li jiena ma rrispondejtx, ha nibdew minn hawn. Issa l-Prim Ministru jidher hawn, pero’ kull ma hawn

dokument ghalih illi nahseb l-ahjar issaqsu lil ex Prim Minsitru jigifieri. ma nistax inwiegeb.

Imh. A. Lofaro : Imma hi kull ma saqsietek jekk kontx taf.

Dr. Owen Bonnici : Jekk kont ikkupjat – ha nghidlek ta’, tridu tifhmu ftit lili, meta jiena kont kellimthom car filghodu dwar fil-fehma tieghi x’ghandu jsir, jigifieri li jkun hemm abbokkament interpellatorju, jien ghalija that was the end of it.

Imh. J. Said Pullicino : Maghluq. Id-domanda hija jekk kontx taf qabel illum b’din ir-risposta.

Dr. Owen Bonnici : Jekk kont ikkuppjat fl-e mail iva, imma jigifieri jekk Dr. Muscat wiegeb ghaliha, ma nistax inwiegeb jien ghaliha ovvjament.

Dr. T. Comodini Cachia : Inti ghidt illi l-involviment tieghek mas-sur Kaelin kien wiehed illi li – f’liema s-sur Kaelin kien izomm everything within the professional boundries.

Dr. Owen Bonnici : Hafna, hafna.

Dr. T. Comodini Cachia : Pero’ r-rapprezentanti ta’ Henley & Partners mhux anke jakkumpanjak ghal- laqghat mal-Kummissjoni Ewropeja?

Dr. Owen Bonnici : Iva mela. Nerga’ nikkonferma li s-sur Kaelin huwa bniedem illi he is very, very cold. Cold mhux f’sens hazin ta’ imma jigifieri mhuwiex bniedem illi . . .

Imh. A. Lofaro : Forsi riservat.

Dr. Owen Bonnici : Riservat imma . . . Imh. A. Lofaro : Riservat, ta’ ftit kliem.

Dr. Owen Bonnici : . . . imma b’mod estrem.Jjigifieri mhux bhalna nitkellmu qisu ilna nafu lil xulxin zmien u ma kienx bniedem li tista’ tghid qaghad bilqieghda ghamilt tahdita mieghu. Iva darba minnhom kien hemm bzonn illi niltaqghu mal-Kummissjoni Ewropeja u konna tlajna delegazzjoni biex niltaqghu mal-Kummissjoni Ewropeja. Zgur li kien hemm esperti illi kien issuggerixxa s-sur Kaelin li allura dak inhar kien il-koncessjonarju. Jekk kienx hem is-sur Kaelin jew le genwinament ma niftakarx imma it’s in the public domain. Jigifieri kullma sar kien spjegat lill-pubbliku u ghandi nifhemm li kien hemmhekk ukoll – li kien gie ghal laqgha minn x’imkien iehor u ltqajna hemmhekk, jidhirli.

Dr. Owen Bonnici : Din id-domanda ghamiltha ghax qabel is-Sur Imhallef saqsiek jekk Henley & Partners jew is-sur Kaelin kienux involvew ruhhom ukoll fid-drafting jew assistew fid-drafting tal-Ligijiet u ta’ l-Avviz Legali. U allura nixtieq nitolbok tghid meta beda l- involviment ta’ Henley & Partners biex jassisti l-gvern fil-hidma tal- gvern, ghax din hija hidma legali mal-Kummissjoni Ewropeja, hidma politika – meta beda l-involviment ta’ Henley & Partners biex jassistu lill-gvern f’din il-hidma politika?

Dr. Owen Bonnici : Zgur li wara li nghatat il-koncessjoni. Mija fil-mija.

Dr. T. Comodini Cachia : U apparti laqghaqt mal-Kummissjoni Ewropeja, fiex izjed kienet tikkonsisti din l-assistenza?

Dr. Owen Bonnici : Mela ara, jiena r-remit tieghi dak iz-zmien kien illi nfassal l- pakkett legizlattiv li fasslu Dr. Peter Grech, invarah, nara li jigi mplimentat u mbaghad it-thaddim ordinarju tieghu ta’ kuljum isir b’responsabilta tal-Ministru tac-Cittadinanzi li kien dak iz-zmien il- Ministru ta’ fuqi. Eventwalment spiccajt jien il-Ministru nkarigat mic-Cittadinanza u sa dak iz-zmien is-sur Jonathan Cardona s-CO kien tghallem hafna , jigifieri llum sar top expert f’dan is-settur u kont nistrieh hafna fuq il- pariri tieghu. Jigifieri iktar kont nahdem ma Jonathan milli mas-sur Kaelin jew in-nies tieghu. U llum nahseb Jonathan, is-sur Cardona tant huwa knowledgeable fis- suggett illi – u dak kien wiehed mill- ghanijiet illi ghamilna koncessjoni ta’ biex anke ahna l-Maltin jitghallmu u jigu f’pozizzjoni mbaghad anqas ikollhom bzonn kwalunkwe advice iehor. Wiehed iridi jiftakar li dan kienet xi haga gdida, sa kemm tibda trid dejjem parir estern.

Dr. T. Comodini Cachia : Qabel irrispondejt illi inti ma ftahtx proceduri f’dan ir- rigward kontra Daphne Caruana Galizia ‘l ghaliex inti ghamilt decizjoni li tinjorhom.

Dr. Owen Bonnici : Nerga nghid jiena qatt ma’ ftaht libell kontra ebda gurnalist ghax jekk nista niccara nuza dejjem ir-rimedju tar-right of reply – hlief dak il-wiehed ma’ Net News jew x’kien.

Dr. T. Comodini Cachia : Allura kif tiggistifka tweets minn ghandek per ezempju wahda fit-tmienja (8) ta’ Frar elfejn u sbatax (2017), Today @simonbusuttil made it emphatically clear that hate

blogger DCG and @pmmalta are one and the same thing, what a sad day for genuine people. Fl-istess gurnata inti ghamilt retweet ta’ tweet illi tella Paolo Quelco fejn kienet qed tghid hekk, Haters are confused admirers trying to understand why so many people love you. Kif tista’ tiggustifika illi minn parti tghidilna li ddecidejt li tinjora dawn il-publikazzjonijiet, minn naha l-ohra tittwitja u tghid illi DCG, Daphne Caruana Galizia, hija hate blogger?

Dr. Owen Bonnici : Ir-risposta hija pjuttost semplici. Jiena kont hadt decizjoni illi ma nafx xi jrid ikun biex naghmel libell kontra gurnalist. Dik decizjoni konxja. Issa mhux qed nghid jekk ikun hemm xi storja ghada filghodu kompletament inveritiera li tghamilli dannu kbir ma naghmilx libell – mhux qed nghid hekk, imma jiena kemm jista’ jkun ma naghmilx libelli kontra gurnalisti u nuza r-right of reply. Wiehed jghid xi haga u l-iehor jirrepeti u mbaghad finalment in- nies wehidhom jiddeciedu. Pero’ irrid nghid illi fiz-zmien illi kienet tikteb is-sinjura Caruana Galizia kien hawn sentiment fil-pajjiz minn ghand diversi nies u rrid nghid li mhux li kienet tikteb hi biss, imma kien hemm blogs ohrajn illi certu stejjer fil-blogs kienu jiddilettaw fuq affarijiet purament personali. Kien hemm din ir- realta. U jekk iridu nkunu onesti maghna nfusna nafu li kien hemm hafna nies li bejniethom kienu jghidu dan mhux sewwa, dan mhux sewwa. U niftakar anke l- Arcisqof jaghmel prietka, gibtha mieghi, u kien qal : Min juza l-blogs to dig up dirt to humiliate each other and create content, such instigation is madness. Jigifieri mhux qed nghid li kien qed jirreferi ghal dan il-blog biss, kien forsi – mhux forsi zgur kien qed jirreferi ghal blogs ohrajn u anke jien, jiena kont hrigt ghal kariga ta’ Deputat Mexxej tal-partit li ma kienetx vincenti din l-inizjattiva u meta kont hrigt kont ikkritikajt kwalunkwe blogs ta’ dan it-tip. Jigifieri jiena ma naqbilx le illi blog ghandha tintuza biex toqghod – taf inti tumilja lil dak li jkun, jiena dik ma naqbilx, dak l-istil jien ma jghogobnix, m’huwiex l- istil favorit tieghi u ma naqbilx. Imbaghad hemm livell iehor – jiena niftakar per ezempju blog li kitbet is-sinjura Caruana Galizia meta miet Dom Mintoff. Mela ghadu kemm miet l-ex Prim Ministru Dom Mintoff u tohrog blog tghid : May you rot in hell – xi haga

hekk, jigifieri ftit sighat wara. Jiena dak l-istil ma jghogobnix, ma nahsibx illi huwa stil – meta jahasra kien hemm xoghol gurnalistiku ta’ l-istess sinjura li kien tajjeb. Jigifieri xoghol investigattiv importanti f’demokrazija. Alla hares ma jkunx hemm dak ix-xoghol. Jiena qatt ma fhimt ghaliex dak ix-xoghol tajjeb li kienet taghmel ta’ nvestigazzjoni, li huwa importanti u tajjeb nipproteguh. Imbaghad kienet tikkumplimentah bi stejjer purament personali li lili ma jghogbonux, ha nitfaghha hekk, jigifieri jiena f’dak l-istil illi ktibt hekk. U darba minnhom kien hemm anke storja, blog fejn kienet qalet li Owen Bonnici misshom jghalquh f’nofs il-pjazza bhal Mussolini – jigifieri litteralment jghalquni f’nofs il-pjazza rasi l-isfel.

Imh. A. Lofaro : Mill-gallarija allura. Dr. Owen Bonnici : Mill-gallarija.

Imh. A. Lofaro : Ezatt.

Dr. Owen Bonnici : Imbaghad thassar dan il-blog jigifieri jekk tfittxu ma ssibux, imma jien qrajtu. Nahseb dak huwa – jiena ma nawgura lil hadd . .

.

Dr. T. Comodini Cachia : Dr. Bonnici. . . Dr. Owen Bonnici : Skuzani dottoressa. Dr. T. Comodini Cachia : Mela le.

Dr. Owen Bonnici : Jigifieri jien ma nahsibx lii dak huwa stil ta’ kitba li jaghmel gieh lil min jiktbu. U hija hasra ghaliex ix-xoghol investigativ ta’ Daphne Caruana Galizia kien tajjeb hafna u ghadni ma nafx ghalfejn kienet tikkumplimenta dak ix-xoghol tajjeb b’dawn il- hafna artikli li ma jghogbunix, jigifieri mhumiex l-istil tieghi – ha nitfaghha hekk.

Dr. T. Comodini Cachia : All right? Dr. Owen Bonnici : Grazzi, grazzi Dott.

Dr. T. Comodini Cachia : Dr. Bonnici inti dak iz-zmien ma kontx Cikku l-Poplu, ghax inti ghidtilna li dak iz-zmien kien hawn sentiment fejn jekk irridu nkunu sinciera hafna nies kienu jahsbu hekk. Inti kont il- Minsitru tal- Gustizzja responsabbli mill-implimentazzjoni tad- drittijiet fundamentali, mill-protezzjoni tal-gurnalisti, mill- protezzjoni tal- media u kien f’dak l-iskop illi saqsejtek kif tista’ tispjega illi bhala Ministru tal-Gustizzja inti tikteb illi Daphne

Caruana Galizia bhala gurnalista hija hate blogger u allura ha nerga’ nsaqsik. F’dak il-vesti bhala Ministru tal-Gustizzja responsabbli mill-protezzjoni tal-media u tal-gurnalisti, inti ma hassejtx u hadd ma gibidlek l-attenzjoni illi inti tghajjar gurnalista hate blogger huwa hazin?

Dr. Owen Bonnici : Le jiena nikkundanna kwalunkwe kitba ta’ odju, tigi minn fejn tigi.

Dr. T. Comodini Cachia : Tikkundanna lilek innifsek allura?

Dr. Owen Bonnici : Ippermettili. Le jiena ma naghmel ebda kitba ta’ odju, jigifieri jiena jiktibha min jiktibha, qed nitkellem b’mod generali, nerga nghid – lejliet l-elezzjoni ghal Deputat Mexxej tal-Partit ikkundannajt il-blogs kollha jien, kollha. Ma qghadx nghid dik u ‘l ohra, kullhadd. Ahna dhalna fil-politika mhux biex noqghodu nitghajjru ghax l-iehor qasir u l-iehor ohxon u l-iehor mar hemm u l-iehor mar hawn, dhalna fil-politika biex naghmlu l-gid hu. Jiena dak it-tip ta’ stil ta’ politika nikkundannaha u nahseb ghandi dritt jien nghid dak il-hate blogging mhux tajjeb, dak id-dritt nahseb ghandi dritt nuzah b’rispett . . .

Imh. J. Said Pullicino : M’ahniex ninvestigaw . . . .

Dr. Owen Bonnici : . . . u f’socjeta demokratika. Jigifieri l-freedom of expression Sur Prim Imhallef m’hijiex one way, jigifieri freedom of expression hija parti mid-demokrazija li ghandna f’pajjizna.

Imh. J. Said Pullicino : M’ahniex ninvestigaw il-Ministru ahna.

Dr. T. Comodini Cachia : Mhux qed ninvestiga l-Ministru. Jiena qed ninvestiga .

. .

Imh. J. Said Pullicino : Ghax you made your point qed narawh u daqshekk.

Dr. T. Comodini Cachia : Sur Imhallef hawnhekk fl-inkjesta smajna xiedha nkluz gurnalisti kif kienu qeghdin jahdmau f’atmosfera fejn mhux biss Daphne Caruana Galizia kienet qed titqieghed f’riskji, imma anke huma u allura d- domanda tieghi, l-mottiv tad-domanda tieghi huwa precizament jekk il-Ministru bhala Ministru tal-Gustizzja hass li meta hu stess qed jiddikjara gurnalist bhala hate blogger kompliex jitfa’ l-hatab fuq in-nar? Jekk kienx konxju illi dak iz- zmien dak kien rwol li dawk ic-cirkostanzi Ministru tal-Gustizzja ma kellux jaghmel.

Dr. Owen Bonnici : Jiena ha nwegibha din. Le jiena dejjem nimxi bil- proporzjonalita, dejjem nimxi bil-proporzjonalita. Anzi jiena nigi kkritikat internament jigifieri, I err too much on the side of caution – anzi dik il-kritika tieghi mhux li jiena nghafas il-gass anzi li jiena I err too much on the side, jekk hemm kritika fuqi. Pero’ jiena nhoss illi jekk hemm blog illi qed tipperpetwa b’mod kontinwu certu sentiment illi fil-fehma tieghi mhux sentiment li ghandu jigi provokat, tghajjir personali, u dak ghax ikrah u dak. U jahasra ma nistax nifhem, genwinament ta’, meta kien hemm tant talent fix-xoghol investigattiv. Dak l-argument u ma nahsibx le – jigifieri ghar-risposta ta’ Dr. Comodini Cachia ma nahseb li qbizt l- ebda linja ghax ghamilt zewg (2) tweets, jew tliet (3) tweets f’hames (5) snin kontra t-tixrid tal-hate speech. Ma nahsibx illi ghamilt ebda sagrilegg.

Imh. J. Said Pullicino : Id-domanda forsi ndirizzata, ghax ahna hawnhekk . . . Dr. T. Comodini Cachia : Mhix indirizzata . . .

Dr. Owen Bonnici : Jekk hloqtx l-ambjent hux hekk . . .

Imh. J. Said Pullicino : Indirizzata fis-sens smajna xiedha hawnhekk jigifieri ta’ ncidenti fejn kienu nvoluti gurnalisti, fejn gew segwiti – li wehidhom fl-izolament ma jaghmlux effett, imma jekk taghmilhom kollettivament jistghu joholqu din l-idea li kien hawn certa – ma nghidx biza’ nsomma, certu . . .

Dr. Owen Bonnici : Jiena ma nistax naqbel . . .

Imh. J. Said Pullicino : Jekk inti kont konxju li seta’ kien hemm dan it-tip ta’ .

. . bhala fuq il-gurnalizmu, qed tifhem.

Dr. Owen Bonnici : Anzi jiena ghamilt Ligi li taghti libertajiet enormi lill- gurnalisti. Issa fejn jidhol on the ground, jigifieri tant hemm libertajiet illi ma tistax taghmel per ezempju ghaxar (10) libelli fuq l-istess storja, ma tistax taghmilha, l-ammont ta’ danni baqa’ kif kien li huwa ammont li nigi kritikat li huwa zghir wisq.

Dr. T. Comodini Cachia : Pero’ ma xtaqtx li jibqa kif kien. Dr. Owen Bonnici : Ippermettili.

Dr. T. Comodini Cachia : L-ewwel abbozz inti ghollejtu l- ammont ta’ danni.

Dr. Owen Bonnici : Pero’ aggornajtu ghal xi hdax il-elf (11,000), kemm aggornajtu jew ghoxrin elf (20,000).

Dr. T. Comodini Cachia : Imma ghollejtu mhux hekk. Ma baqax kif kien.

Dr. Owen Bonnici : Iva imma mbaghad ma baqax, ikkonsultajna, bqajna ghaddejjin bil- konsultazzjonijiet u baqa’ kif kien. Nehhejna l-libell kriminali, nehhejna l-poter li wiehed jaghmel mandat ta’ nibizzjoni u mandat ta’ sekwestru kontra gurnalist. Jigifieri legalment ghamilna dawn il-mizuri kollha. Issa fil-prattika kien hemm incidenti, jien naf Dr. Azzopardi darba mar l-ghassa jirraporta gurnalista ghax marret wara l-bieb tieghu u ha ghalih. Mela ma kienx hemm incidenti. Imma ghax kien hemm dawn l-incidenti allura qed nghidu li l- gurnalisti jibzghu jaghmlu xogholhom? Ma nahsibx jiena. Ma nahsibx.

Dr. T. Comodini Cachia : Dr. Bonnici inti ghidt illi ghax ghamilt tnejn (2) jew tliet (3) tweets ma jfisirx illi kkontribwejt pero’ fit-tnax (12) ta’ Frar elfejn u . . .

Dr. Owen Bonnici : Le, le, le. Mhux hekk biss qed nghid. Qed nghid . . . Dr. T. Comodini Cachia : All right kompli ghid iktar mela.

Dr. Owen Bonnici : . . . illi kien ukoll proporzjonat id-diskors li ghidt fil-kuntest tac- cirkostanzi kollha – jigifieri jiena li l-Ministru tal-Gustizzja jaghmel tweet ta’ kritika fuq stil ta’ kitba nahseb hija proporzjonata, huwa permessibli f’socjeta demokratika. Dak li qed nghid. U l-ammont ta’ tweets ma kienx xi sitta (6) kulljum, jigifieri.

Imh. J. Said Pullicino : Le ma kontx qed taghmel dak li qed jaghmel apparentament Glenn Bedingfield per ezempju.

Dr. Owen Bonnici : Dika ma nidholx fiha. Ma nidholx f’dak il-mertu.

Imh. J. Said Pullicino : Jigifieri qed nghid mertu tieghek, jigifieri illi l- intervent tieghek se mai kien limitat ghal dan, imma mhux . . .

Dr. Owen Bonnici : Jiena ma ghamilt ebda – jigifieri kien hemm min ried jaghmel kampanji – jghid mela dawn il-blogs jistghu jibqghu ghaddejjin. U kienu ghamilhom, nies cittadini privati ta’ jitkellmu mieghi. Kieku ghamluhom jghidu: isma ma jistax ikun nibqghu sejrin hekk kullhadd ifajjar.

Imh. J. Said Pullicino : Jigifieri ritaljazzjoni jaghmluha gusta. Dr. Owen Bonnici : Skuzi?

Imh. J. Said Pullicino : Ritaljazzjoni gusta f’dan il-kaz. Dr. Owen Bonnici : Ma fhimtekx Sur Imhallef.

Imh. J. Said Pullicino : F’dak il-kaz tigi ritaljazzjoni gusta.

Dr. Owen Bonnici : Skont kif taghmel il-x’jismu – jekk jiena naghmel argument edukat u norganizza ruhi b’mod demokratiku u nghid: isma jiena f’pajjizna m’iniex kuntent b’certu stili li hemm f’certu blogs – mhux socjeta’ demokratika din jigifieri. Issa semmejtuli l-Onorevoli Bedingfield. L- Onorevoli Bedingfield kien jaghmel blog, jien ukoll ghidt ftit qabel l- elezzjoni ta’ deputat mexxej, mhux issa, li jiena dak l-istil ma jghogobnix, ghidt, semmejt. Ghidt ukoll li ma tistax tqabbel wahda ma ohra ghax li kien jikteb l-Onorevoli Bedingfield ma joqghod xejn hdejn li kienet tikteb is-sinjura Caruana Galizia fuq affarijiet personali tan-nies, ma’ hemmx paragun. Imma jiena dak l-istil ma jghogobnix la naha u lanqas ohra. La kien jghogobni dak iz-zmien u lanqas jghogobni llum. U nahseb li ghandi d-dritt f’socjeta demokratika li nghid hekk u kullhadd ghandu d-dritt b’mod proporzjonat u edukat li jghid l-istess haga jigifieri.

Dr. T. Comodini Cachia : Dr. Bonnici, inti tinsisti illi ddeskrivejt lil Daphne Caruana Galizia bhala hate blogger biss fit-tweets tieghek?

Dr. Owen Bonnici : Jiena nerga’ nghid kien hemm – mela jekk qed tirreferi, ghax ahjar nigu ghal punt, ghal xi korrispondenza li kienet saret mal- media, kien hemm entita fi hdan il-Council of Europe illi kienet tmexxiha certu wahda Donia Miatovich – jidhirli ma’ ghadix hi issa. Imma ma nafx ghax minn Jannar li ghadda qed niffoka fuq l- edukazzjoni u kien hemm korrispondenzi u iva jiena tkellimt dwar il-kontenut solitu li jkun hemm fil-blogs ta’ Daphne Caruana Galizia. Iva, jiena tkellimt fuq hekk. Jekk qed tirreferi ghal dik.

Dr. T. Comodini Cachia : Ma kontx qed nirreferi ghal dik. Kont qed nirreferi ghal intervista li inti tajt lill-gurnalista Albert Gauci Cunningam fit- tnax (12) ta’ Frar, elfejn u sbatax (2017). It-titlu ta’ l-artiklu huwa : Il-Ministru Owen Bonnici “Daphne hija hate blogger”. Dan sostnieh meta gie mistoqsi jekk il-gvern hux bi hsiebu jnehhi s-sekwestru fuq gurnalisti

Dr. Owen Bonnici : Iva, r-risposta tieghi ghal dak l-artiklu huwa illi legizlettivament nehhejna s-sekwestri fuq il-gurnalisti, pero’ l-istil li kienet tikteb bih is-sinjura Caruana Galizia jien jidhirli li ma kienx stil illi jaghmel il-gid lis-socjeta fejn jidhol . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Il-mistoqsija tieghi kienet . . . Dr. Owen Bonnici : Ippermettili Dottoressa . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Ippermettili nerga niehdok ghal mistoqsija Dr.

Bonnici.

Dr. Owen Bonnici : Dottoressa, jien ghandi dritt inwiegeb? Dr. T. Comodini Cachia : Mela le.

Dr. Owen Bonnici : Imbaghad staqsini u nerga nwiegbek Dottoressa. Jiena nerga’ nghid illi l-istil li kienet tikteb bih fejn jidhol hafna artikli, mhux qed nitkellem dwar l-investigazzjoni, daka Alla hares ma jsirx.

Imh. M. Mallia : Imma dak diga ghamiltha cara. Dr. Owen Bonnici : Iva, imma qed nerga’ nghidha.

Imh. M. Mallia : Ghamiltha cara. Inti donnok qed tirreferi illi kien hemm two sides of a coin . . .

Dr. Owen Bonnici : Kien hemm, kien hemm.

Imh. M. Mallia : . . . ghal dak li jirrigwardja s-sinjura. Dr. Owen Bonnici : Iva, iva.

Dr. T. Comodini Cachia : Il-mistoqsija tieghi hija differenti.

Dr. Owen Bonnici : U dak hu l-argument tieghi. Qed tirrepeti . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Il-mistoqsija tieghi hija differenti. L-ewwel xehedt hawnhekk u lis-Sur Imhallef ghidtlu ghax inkun ghamilt tnejn (2) jew tliet (3) tweets m’ghandux jittiehed kif qisna qed naghtu xi hafna attenzjoni fuqha. Jien issa qed nurik li mhux biss tweets ghamilt imma anka intervistai fuq gazzetti lokali.

Dr. Owen Bonnici : Iva.

Dr. T. Comodini Cachia : Taccettahom dawn jew le illi mhux tweets biss kont tghid li hija hate blogger?

Dr. Owen Bonnici : Nikkonferma li jekk fit-two thousand and seventeen (2017) ghamluli ntervista u ghidt hekk gejt rappurtat korrettament. X’nista nghidlek ahjar? Jiena nahseb li huwa fid-dritt tieghi li nghid hux. Tajba din!

Dr. T. Comodini Cachia : Inti rriferejt ukoll dwar xi blog post li inti ghidt illi gie mnehhi – sa fejn naf jiena ma kienetx tnehhi blog posts imma nsomma – illi qalet illi init ghandek tigi hanged . . .

Imh. A. Lofaro : Bhal Mussolini.

Dr. T. Comodini Cachia : . . . bhal Mussolini. Dr. Owen Bonnici : Hekk hu.

Dr. T. Comodini Cachia : Hekk hu. Dana inti ghidtu f’xi diskors tieghek li ghamilt il- Parlament?

Dr. Owen Bonnici : Ma niftakarx imma jista’ jkun li rriferejt ghalih iva. Jiena rajtu – jiena rajt dak il- post. Meta rajtu ghidt nahseb dina hadd ma jiehu pjacir hux hekk.

Dr. Owen Bonnici : Jigifieri inti m’intix aware illi Daphne Caruana Galizia kienet ippubblikat kumment mhux fuq il-blog post taghha, imma fuq il- Malta Independent fejn qed tghid illi inti kont qed tigdeb meta ghidt hekk. Ha naqralek kollox halli jkollok il-background kollu. Il- Malta Independent, qed naqra minn blog post ta’ Daphne Caruana Galizia tat-tlieta u ghoxrin (23) ta’ Marzu elfejn u sbatax (2017). The Minister for Janice spoke in Parliament this evening supposedly about the media and ended up banging about his and so many other men in the Labour Party’s pet fixation, that is me. Isfel tkompli hekk – dan kien rappurtat fil-Malta Indipendent illi rraportaw id-diskors tieghek fil-Parlament fejn inti tkellimt fuq hate speech u hate bloggers u Daphne kitbet hekk, ippubblikat hekk. Meanwhile I have posted the following comment beneath the story of the Malta Independent. The Justice Minister is lying (now there’s a rare thing). I never said or wrote that he and Janice Bartolo should be hanged upside down like Benito Mussolini and Clara Petacci.Incidentally, I suspect he doesn’t know they were dead already when that happened, which is why he appears to believe that being hanged upside down was the worst thing that happened to them.Owen Bonnici’s delusions of grandeur and those of his girlfriend Janice Bartolo are boundless. They are hardly a World War II Axis-power dictator and his mistress – u tkompli. Inti kont taf illi Daphne Caruana Galizia u nista’ naghtik kopja, anke ta’ l-artiklu tal-Malta Independent, kont taf li Daphne Caruana Galizia cahdet li kienet qalet dak id-diskors?

Dr. Owen Bonnici : Jiena niftakar li kienet kitbet – ma hemmx ghalfejn narah, niftakar li kienet kitbet li mhux veru li kitbet dak id-diskors. Jiena rajtu imma, rajtu jien, rah haddiehor.

Imh. M. Mallia : Ghal li jista jkun zammejt kopja taghha? Dr. Owen Bonnici : Le ma kontx zammejt.

Dr. T. Comodini Cachia : Le ghalfejn!

Dr. Owen Bonnici : Ghalfejn? Ghalfejn ma zammejtx kopja? Ghax jiena xogholi huwa, jiena Ministru – dak iz-zmien kont Ministur tal-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali li rrid naghti rizultati, mexxu dan il-pajjiz u nahdmu hux. Mela jiena l-hin tax-xoghol tieghi nista’ noqghod nghid mela nofs t’inhar noqghod nara l-blogs ta’ – jigifieri ejja nkunu daqsxejn proporzjonali u realistici. Pero’ jien – hi kitbet, is- sinjura Caruana Galizia illi mhux veru kitbet hekk, jien rajtu b’ghajnejja dak il-blog. Nista’ nghid ahjar minn hekk? Meta rajtu ghidt nahseb dana mhux korrett dan it-tip ta’ diskors fuq hadd li bniedem ghandu jdendluh rasu l-isfel mill-pjazza. Ma nahsbix illi . .

.

Dr. T. Comodini Cachia : Meta kkwotajtlek dak li inti ghidt lil-gurnalist ta Illum, dik kienet ir-risposta li inti tajt, il-background tac-cirkostanzi kienu s-sekwestri li kien ghamel il-Ministru dak iz-zmien Chirs Cardona fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia. Dawn il-proceduri kienu diskussi fil-group parlamentari jew at Cabinet Level, jew inti stess bhala Ministru tal-Gustizzja tlabt lill- Minstru Cardona spjegazzjoni

. . .

Dr. Owen Bonnici : Meta kont, meta kont . . . .

Dr. T. Comodini Cachia : . . . biex inti tkun tista tibbaza r-risposti tieghek lill- gurnalisti dwaru?

Dr. Owen Bonnici : Iva meta qed issaqsini dwar il-hrug ta’ mandat ta’ inibizzjoni, skuzani ta’ sekwestru u inibizzjoni jidhirli, jidhirli li tnejn

  1. kienu hargu, fil- konfront ta’ Daphne Caruana Galizia. Jiena niftakar li fil-Kabinett il- Prim Ministru nnifsu dak iz-zmien Joseph Muscat qal : le din irridu nsolvuha, Owen, ara kif taghmel, aghmel l-emmendi mehtiega halli jitnehha dak id-dritt li hemm li jinhareg il-mandati. B’hekk nehhejna dak id-dritt b’emmendi u allura naturalment il-kwistjoni giet rizolta.

    Imh. M. Mallia : Jigifieri dawn l-emmendi jekk fhimtek sew kienu konsegwenza diretta ta’ din l-azzjoni?

    Dr. Owen Bonnici : Il-parti marbuta mal-mandat ta’ l-inibizzjoni iva. Jigifieri jien niftakar il- Prim Ministru tani struzzjoni dak il-hin fil-Kabinett make sure illi . . .

    Imh. J. Said Pullicino : Imma ghandi mpressjoni forsi zbaljata ta’ ghax jiena mhux linja tieghi, imma ghandi l-impressjoni li l-emmendi li saru kienu jissalvagwardjaw il-proceduri li kienu ghaddejjin.

    Dr. T. Comodini Cachia : Ezatt.

    Imh. J. Said Pullicino : Allura dak li kien hemm hemm kontra s-sinjura Caruana Galizia kienu . . .

    Imh. A. Lofaro : Kienet ghal future cases.

    Imh. J. Said Pullicino : Ghandi impressjoni hekk. Forsi zbaljat. Dr. Owen Bonnici : Ma nafx, sa fejn naf jien . . .

    Dr. T. Comodini Cachia : L-abbozz originali hekk kien u nistghu nipprezentawh. Dr. Owen Bonnici : Ippermettuli ha nispjega ftit.

    Imh. J. Said Pullicino : Dottoressa l-originali jew kif saret?

    Dr. T. Comodini Cachia : L-abbozz li kien prezentat fil-Parlament hekk kien Sur Imhallef.

    Dr. Owen Bonnici : Imbaghad gie emmendat. Ha nispjega. Dr. T. Comodini Cachia : Wara glied fil-Committee Bills iva. Dr. Owen Bonnici : Hu pacenzja.

    Dr. T. Comodini Cachia : Wara argumenti varji fil-Bills Committee gie emmendat ghax kieku ma konniex . . .

    Imh. J. Said Pullicino : . . . . kif kienet.

    Dr. Owen Bonnici : Mieghi ma tantx tiggieled Dottoressa, targumenta forsi imma. Li rrid nghid – mela jekk ghandi amment, ahna nkunu ppublikajna l- abbozz ta’ ligi u jkun gie fis-second reading. Il-Prim Ministru jkun tanti struzzjoni. Issa jekk l-abbozz ga gie ppublikat kont nipproponi emmenda biex dik l-istruzzjoni nimplimentaha bis-sahha ta’ emmenda, that is the story. Jigifieri probabbilment gie ppublikat l- abbozz qabel inqala’ dan l-incident, probabbilment. Imma zgur li kelli din l-istruzzjoni li din il-matereja trid tigi rizolta u sa fejn naf jien giet rizolta hux hekk? Sa fejn naf jien, sa fejn naf jien giet rizolta legalment.

    Dr. T. Comodini Cachia : Meta kien gie prezentat dak l-abbozz nghid sew illi l- unika libelli kriminali li kienu ghadhom pendenti kienu kontra Daphne Caruana Galizia?

    Dr. Owen Bonnici : Le ta’. Le, le. Kien hemm libelli kriminali ohrajn. Ma kienx hemm hafna imma kien hemm libelli kriminali li ma jikkoncernax lis-sinjura Caruana Galizia, jekk niftakar mill-memorja.

    Dr. T. Comodini Cachia : Kont ivverifikajt dak iz-zmien?

    Dr. Owen Bonnici : Ehe kont tlabt, ehe kont tlabt lis-sur Mercieca. Ghidtlu ohrogli lista tal-libelli kriminali pendenti li hemm.

    Dr. T. Comodini Cachia : Forsijkollna l-lista mela wkoll apparti dawn iz-zewg . .

    .

    Dr. Owen Bonnici : Imma llum ma nistax nottjeniha Sinjura, jigifieri. Jien jidhirli Sinjura ghalfejn tlabt il-lista ghaliex jien assumejt illi jekk hemm xi hadd ghandu libell kriminali u jiena stornajtlu l-procedura, dan ha jaghmel xi tip ta’ azzjoni ta’ protesta. Allura ridt inkun naf isma min huma n-nies involuti, x’hemm halli jekk nigi mistoqsi x’imkien fil- media nkun naf inwiegeb.

    Dr. T. Comodini Cachia : Ara jekk tiftakarx illi kienu – dawk li kienu ghadhom pendenti kienu biss proceduri kontra Daphne Caruana Galizia u kontra Dr. Austin Gatt?

    Dr. Owen Bonnici : Jiena mill-memorja jidhirli li kien hemm xi ohrajn. Ta’ xi teacher, wahda minnhom kienet xi teacher ghamlet xi procedura hi.

    Dr. T. Comodini Cachia : Imbaghad tipprezenta l-lista mela.

    Dr. Owen Bonnici : Pero’ ahjar wiehed jara l-lista ghax – pero’ jidhirli kien hemm ohrajn li ma jikkoncernawx lis-sinjura Caruana Galizia u l-fatt se mai iktar juri kemm ridna ahna jkun hawn liberta ta’ l-espressjoni ghax dawn il-kawzi kollha kontra Daphne Caruana Galizia gew stornati hu. Jigifieri jekk kien hemm Ministru ghamel procedura ta’ libell kriminali kontra Daphne Caruana Galizia, bl-emmedna li ghamilt qtiltlu l-procedura. Jigifieri I . . . .

    Dr. T. Comodini Cachia : Le Dr. Bonnici. Ippermettili. Illi l-ewwel abbozz illi inti pprezentajt fil-Parlament kien jippermetti li dawk il-kazijiet pendenti jibqghu ghaddejjin sal-gudizzju, mhux hekk kien l-ewwel abbozz li pprezentajt?

    Dr. Owen Bonnici : Ha nispjegha. Ha nispjegha.

    Dr. T. Comodini Cachia : Hekk kienet l-ewwel abbozz li pprezentajt, iva jew le? Dr. Owen Bonnici : Qed nisma avukat.

    Dr. T. Comodini Cachia : Anka jien qed nisma imma m’ahniex qeghdin . . .

    Dr. Owen Bonnici : U nirringrazzjak. Ara, Ligi li tirregola l-media hi Ligi kontroversjali u inti tkun taf li l- ewwel abbozz li taghmel probabbilment sa kemm jasal sa l-ahhar ha jigi emmendat. Huwa ovvju li ha jigi emmendat ghax hija Ligi li tolqot il-media. Fejn jidhol il-proceduri ta’ libell kriminali, veru qam l- argument legali – ahna nistghu niehdu d-dritt ta’ xi hadd? Mela jiena ghamilt procedura kriminali u mbaghad il-Ministru qam filghodu u qal din il-procedura mietet issa, m’ghadix tahdem, ma tistax taghmilha. Dik tista’ taghmilha jew le? U qam dan il-punt legali, kien kiteb Kevin Aquilina fil-gazzetti u kien propona xi soluzzjonijiet. Imbaghad konna hadna d-decizjoni ghidna ahna ha nnehhu l-libell kriminali fil-konfront ta’ kullhadd u jekk imbaghad ikun irid jaghmel xi kawza ghad-danni kontra l-gvern imbaghad naraw.

    Imh. M. Mallia : Voldieri veru illi l-ewwel abbozz kien hekk.

    Dr. Owen Bonnici : L-ewwel abbaozz kien hekk, imma l-motivazzjoni kienet . . .

    Imh. M. Mallia : Pero’ mbaghad sussegwentement wara li hadtu l-pariri necessarji u ddecidejtu li tnehhuha.

    Dr. Owen Bonnici : Iva u l-motivazzjoni kienet, ghax jien bdejt ninkwieta li jekk hemm xi hadd nehhejtlu d-dritt . . .

    Imh. M. Mallia : Iva fhimtek.

    Dr. Owen Bonnici : . . . f’nofs il-kawza dan ha jibqa b’xejn ghax il-libell civili jkun skadielu l-preskrizzjoni u ha jigi fuqna jghidilna jiena kif nipprotegi r- reputazzjoni tieghi? Kien punt legali li wara ddecidejna li mmorru ghat-triq illi nnehhu, we extinguish the action.

    Imh. M. Mallia : Dana fuq il-parir ta’ l-Avukat Generali? Gie konsultat l- Avukat Generali fuqha dik?

    Dr. Owen Bonnici : Dazgur hafna. Gie kkonsultat hafna u kien hemm korrispondenza anke mal-Professur Aquilina, kien kiteb fil-gazzetti. Kien hawn dibattu legali nteressanti fuqu dan il-punt iva.

    Imh. M. Mallia : X’kienet ir-relazzjoni tieghek ma’ l-Avukat Generali dak iz- zmien? Ma’ Peter Grech?

    Dr. Owen Bonnici : Kienet relazzjoni kordjali hafna, jigifieri Dr. Grech huwa bniedem ta’ l-affari tieghu hafna u jahdem hafna, bniedem li kellu karriera warajh ta’ tletin (30) sena jekk mhux iktar fl-Ufficcju ta’ l- Avukat Generali. Le, kelli relazzjoni tajba hafna mieghu kif nipprova jkolli ma’ hafna nies illi nahdem maghhom hu, jigifieri ma’ l-Assocjazzjoni tal-Gudikanti nahseb ukoll kelli relazzjoni tajba, jigifieri jiena kont inzomm relazzjoni tajba ma kullhadd.

    Imh. M. Mallia : Meta kien jaghtik pariri, dawn kienu jkunu bil-miktub jew verbali?

    Dr. Owen Bonnici : Meta jkunu pariri importanti bil-miktub. Meta jitlobhom il- Prim Ministru dejjem bil-miktub, dejjem. Lili skont il-portata u mbaghad gieli jkun hemm pariri fil-kamp civili qed nitkellmu – per ezempju ncempillu nghidli : Peter jien naf kemm hi l-preskrizzjoni f’azzjoni kontra l-Gvern per ezempju ta’ u jghidli. Imma normalment meta jkunu solenni, jkunu bil-miktub.

    Imh. M. Mallia : Ghal dak li jirrigwardja ir-rapport tal-Kummissjoni ta’ Venezja, tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, tar-Rapporteur mahtur mill- Assemblea Generali tal-Kunsill dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u r-Rule of Law f’Malta, f’din il-hidma kien biss l- Avukat Generali li kien jassistik? Jassisti lill-Gvern jew kien hemm xi avukati ohra mill-istess ufficcju?

    Dr. Owen Bonnici : Fil-hidma mal-Kunsill ta’ l-Ewropa essenzjalment kien Dr. Peter Grech illi kien jassistini. Issa nifhem li Dr. Grech kien jiddelega xi xoghol fuq avukati ohrajn. Jiena kelli avukat fl-ufficcju tieghi li kien jghenni wkoll, fis-Segretarjat.

    Imh. M. Mallia : Jigifieri kellek avukat in house inti?

    Dr. Owen Bonnici : Iva, kelli avukat illi kien jassistini, taf inti jkun prezenti fil- meetings, jaghmilli xi ricerka. Pero’ l-Ufficcju ta’ l-Avukat Generali, Dr. Grech, jiena kont nikkonsulta mieghu mbaghad hu jiddelega u gie li kien igib lil Dr. Buttigieg f’xi kwistjonijiet civili ikunu iktar dettaljati per ezempju, imma essenzjalment ma’ Dr. Grech imbaghad hu jikkonsulta mal-kollegi tieghu.

    Imh. J. Said Pullicino : Ha nimxu daqsxejn ghax inkella – ahna din l-inkjesta donnha ffokata issa fuq fazijiet differenti. Ghandek il-fazi ta’ qabel il-Panama Papers, qabel il-Panama Papers, qabel l-assassinju, wara

    l-assassinju. Dawn huma l-iktar li jinteressawna lilna. Ha nibdew bl-ewwel wahda tal-Panama Papers. L-impressjoni li ghandna ahna u nahseb id-dinja kollha hija li din kienet cirkostanza serja hafna, li qajmet hafna nkwiet f’hafna pajjizi tajjeb u li dwarha kien hem certi rejazzjonijiet. Il-problema taghna hija x’rejazzjoni kien hemm Malta u ghaliex jekk ma kienx hemm rejazzjoni kif suppost x’inhi r-raguni. Inti l-ewwel haga li nistaqsik hi hi, meta qamet din l-istorja on a particular day qamet u din sibtuha ma wicckom jekk ma kontux tafu, forsi xi whud minkom kontu tafu qabel, imma generalment il-pubbliku, x’kienet ir-rejazzjoni tal-Ministri, tieghek bhala Ministru tal-Gustizzja tajjeb, malli gejtu rinfaccati b’sitwazzjoni fejn ghandkom Ministru u Chief of Staff ghalmenu u xi hadd iehor ma nafux min hu, b’allegazzjoni ta’ attivita li setghet kienet twassal ghal delitt kriminali, money laundering u x’naf jien. X’kienet ir-reazzjoni taghkom?

    Dr. Owen Bonnici : Ara nahseb illi, issa jekk irridu nitkellmu korrettament jigifieri mhux politikament, li wiehed ikollu trust f’gurizdizzjoni lokali huwa strument legali li ahna f’pajjizna ghandna u la ghamilnieh ovvju li ghamilnieh biex jintuza, ma nahsibx li ghamilnieh biex ma jintuzax. Li jkollok trust barra mill- gurisdizzjoni lokali ta’ pajjizna, jigifieri taghmilha barra, jiena dik tibghatli messaggi li ma jghogbunix, jigifieri ma tibghatlix messaggi posittivi, tibghatli messaggi negattivi. Jigifieri li inti jkollok Ministru tal-Gvern jiftah trust il- Panama, ghalija hija xi haga naive hafna. Jigifieri jiena kont mort fuq Konrad u ghidtlu x’fettillek mort tiftah kumpanija – skuzawni, trust il-Panama, ghax din hija xi haga naive hafna li ma ghandiex issir minn politiku jigifieri. Kieku ssir Malta trust u ghal ragunijiet, jien naf forsi hemm ragunijiet gustifikati, nahseb hadd ma kien jghid xejn nahseb, ghalkemm ukoll jista’ jkun hemm argumenti. Mela fil-konfront ta’ Konrad Mizzi jiena ghidt isma dan kien naive ghall-ahhar. Jekk ried, jekk ghandu l-assi tieghu tal-familja u ried jirregolhom hemm options ohrajn li seta’ juza bla ma jidhol f’dan l-inkwiet kollu.

    Fil- konfront ta’ Keith Schembri jiena naf li dana gej mid-dinja tan- negozju, jigifieri jiena naf he is a businessman. Keith schembri is a

    businessman, jigifieri kellu kumpanija Kasco Limited, bil-business, issa l-argument ikun nies tal-business ghandhom jokkupaw certu karigi? Dak argument differenti. Imma jiena naf li Keith Schembri huwa bniedem tal-business. Allura jiena rajthom f’daw iz-zewg ottici, wahda ghidt Konrad x’fettillu mar jaghmel din il-haga, kemm hu naive jaghmel hekk. Keith Schembri kont naf li huwa businessman u fil-fatt wara gew ippublikati iktar informazzjoni kemm hemm Maltin li fethu trust, hemm hafna kumpaniji, hemm hafna practitioners li gejjin miz-zewg (2) partiti u l-lista twila hafna

    – jigifieri nies maghrufa, rispettati f’pajjizna u jigifieri kollha nies tan-negozju. Mela that was the situation at that point.

    Imh. J. Said Pullicino : Pero’ naturalment jekk il-Ministru seta’ kien naive iva, pero’ s-sur Schembri zgur ma kienx naive, jigifieri certament ma tistax tghid li hu persuna li jista jkun naive f’dawn l-affarijiet.

    Dr. Owen Bonnici : Ara jiena meta harget Sur Prim Imhallef, jiena qieghed bil- gurament u rrid inkun onest ma kullhadd. Jiena meta rajt li dana fetah trust il-Panama, jien kont naf li dan kien gej mid-dinja tal- business. Issa again, minn gej mid-dinja tal-business ghandu jokkupa certu karigi? Dak hu dibattitu iehor. Meta mbaghad bdew iqumu l- allegazzjonijiet, mela at that point kull ma nafu hu li dan kellu trust il-Panama. Meta bdew iqumu l-allegazzjonijiet hemmhekk kont konfortat mill-fatt illi kienu qeghdin isiru nvestigazzjonijiet ta’ natura Magisterjali. Jigifieri fuq kull akkuza magguri nfethet Inkjesta Magisterjali. Jigifieri jien fil-pozizzjoni tieghi, bdejt nara li kull allegazzjoni qed tigi nvestigata fuq livell Magisterjali u ghandi mieghi lista ta’ inkjesti, inkjesti li nfethu u gew allokati fondi enormi ghalihom. Jigifieri meta kont Ministru jien u perswaz li anke issa, tajna r-rizorsi kollha lill-Magistati kollha u flus kbar u nahseb iktar ma jkunu konkluzi malajr, bla ma nitfa’ l- ebda pressjoni indebita, ghax facli tkun wara l-pedana, trid tkun int il-Magistrat li qed tinvestiga ghax dawn huma nvestigazzjonijiet ikkumplikati. Pero’ iktar ma jigu konkluzi malajr iktar il-poplu jkun jaf ezattament jekk hemmx nies illi ghamlu attivita llegali jew le.

    Imh. J. Said Pullicino : Pero’ dan kollu veru u naqbel mieghu jien – pero’ jibqa l-fatt li dak iz-zmien inti mhux sempliciment kellek Ministru u

    Chief of Staff illi fethu kont il-Panama, kien hemm in-ness ukoll ma’ persuni vicin taghhom f’Kastilja illi ghenuhom biex jaghmlu dan ix-xoghol, jigifieri kien hemm donnu kuncett.

    Dr. Owen Bonnici : Imma min huma Sur Prim Imhallef? Imh. J. Said Pullicino : In-Nextia BT, le?

    Dr. Owen Bonnici : Dwar in-Nextia BT . . .

    Imh. J. Said Pullicino : Thgidli kollox sew accountants pero’ r-rabta bejn tlieta (3) minn nies qed nitkellmu ahna bhala Ministeru tal- Gustizzja li tara dan il-moviment, jekk kont Ministru dak iz-zmien ma nafx, kontx Ministru.

    Dr. Owen Bonnici : Dwar Nextia BT jiena naqra hafna li kellhom ufficcju Kastilja, naqraha fil-gazzetti.

    Imh. A. Lofaro : Desk, desk.

    Dr. Owen Bonnici : Jiena naqraha. Jiena qatt ma rajtu dan l-ufficcju ta’ Nextia BT Kastilj, qatt. U nahseb jekk rajtu darba lil Brian Tonna Kastilja f’seba’ (7) snin. Issa jiena x’rajt jien b’ghajnejja, jigibieri l-bqija ma nistax nghid iktar. Imma li Brian Tonna ppresta servizzi kemm lil Konrad Mizzi u Keith Schembri huwa car, hux hekk? Jigifieri ppresta servizzi lilhom. Issa jekk hemmx attivita llegali fir- relazzjoni ta’ bejniethom hemm dawn l-inkjesti Magisterjali li huma ghaddejjin u jiena nawgra Ii jigu konkluzi malajr.

    Imh. J. Said Pullicino : Ahna ix-xoghol taghna – ghax dak anqas immissuh tal- Magistrati. Imma fid-dinja kollha, politikament issa qed nitkellmu .

    . .

    Dr. Owen Bonnici : Iva, iva.

    Imh. J. Said Pullicino : Dawn l-incidenti tal-Panama Papers holqu reazzjoni qawwija politika u kien hemm . . .

    Dr. Owen Bonnici : U zgur, u zgur, bla dubju, bla dubju.

    Imh. J. Said Pullicino : Issa hawnhekk kif ma kienx hemm l-istess sensazzjoni, mhux jigifieri qed nghidlek, kieku per ezempju jekk hemm suspett, anke suspett biex nghid hekk . . .

    Dr. Owen Bonnici : U zgur, u zgur, u zgur.

    Imh. J. Said Pullicino : . . . ikun hemm indikazzjoni ta’ smoking gun, kif jghidulha l-Amerikani li suppost tittiehed azzjoni. Ma narax ghax ghandu jibqa’ per ezempju rridu nghidu s-sur Schembri jibqa’ Chief

    of Staff meta kien hemm smoking gun, b’certi dettalji specjalmet imbaghad iktar meta hargu s-17 Black. Jigifieri kont ghadek hemm inti.

    Dr. Owen Bonnici : Jiena qed naraha, kif qed naraha, illi, hux hekk, is-smoking gun jiena ghandi lista hawnhekk ta’ l-inkjesti u d-dati ta’ meta nfethu.

    Imh. J. Said Pullicino : Imma l-inkjesti haga u – haga ohra ta’.

    Dr. Owen Bonnici : Iva gej ghaliha, gej ghaliha. Jigifieri, mela l-ismoking gun Ii int qed tiddeskrivi, hareg fil-kitbiet xhur wara l-fatt, jigifieri wara dan il-fatt tal-ftuh tat-trust – jigifieri ahna – imbaghad wara bdejna naraw allegazzjonijiet jitfaccaw u skattaw Inkjesti Magisterjali. Dawn il-fatti holqu diskussjoni nterna fil-Gvern, holqu diskussjoni nterna u shabi ga xehedu li l-Prim Ministru kellem lil hafna nies, hafna Ministri . . .

    Imh. A. Lofaro : One by one.

    Dr. Owen Bonnici : One by one. Mhux biex jaghmel ezercizzju matematiku – jghid ha nara kemm huma, imma biex jiehu l-feel ta’ kullhadd. U l- konsegwenza ta’ dawn id-diskussjonijiet kien illi Konrad Mizzi minn Deputat Mexxje jirrizenja minn Deputat Mexxej . . .

    Imh. A. Lofaro : Imma damet hux dik. Dr. Owen Bonnici : Skuzi?

    Imh. A. Lofaro : Mhux mall-ewwel grat.

    Dr. Owen Bonnici : Per konsegwenza ta’ dawn it-tahdidiet, jigifieri Konrad Mizzi kien lahaq Deputat Mexxej tal-Partit – nahseb lanqas ghamel tliet

  2. xhur jew xahrejn.

Imh. M. Mallia : U zgur. Ezatt, dakinhar li lahaq Deputat . . . Imh. A. Lofaro : Gie elett.

Imh. M. Mallia : . . . li gie elett harget l-istorja tal-Panama.

Dr. Owen Bonnici : Hekk hu. Hekk hu. U l-konsegwenza kienet li hu tnehha minn Deputat Mexxej u illi kellu Ministeru u spicca minghajr portafol. Issa l-argument hu jekk hux bizzejjed.

Imh. A. Lofaro : Pero’ fil-fatt baqa’ nkarigat mill-progetti kollha.

Imh. M. Mallia : Ahna naraw li kien hemm moviment orizzontali, minn Ministru ghal Ministru minghajr portafol biex xorta baqa’ bl-istess progetti li kellu qabel.

Imh. A. Lofaro : U baqa’ bl-istess progetti kollha.

Dr. Owen Bonnici : Jigifieri l-Prim MInistru kien ha d-decizjoni wara li sema’ lil kullhadd illi jiehu dawn iz-zewg (2) azzjonijiet. Jekk hux sufficjenti jew le li naf hu li per konsegwenza ta’ dan kollu spicca rrizenja hu, l-Prim Ministru.

Imh. J. Said Pullicino : U fil-kaz ta’ Keith Schembri? Dr. Owen Bonnici : Fil-kaz ta’ Keith Schembri . . .

Imh. J. Said Pullicino : Daka ifhmni, daka mhux politiku issa, ghax id- decizjoni li ttiehdet hija decizjoni politika strettament jiddistingwu bejn decizjoni politika u decizjoni tal-Gvern hu.

Dr. Owen Bonnici : Iva, iva.

Imh. J. Said Pullicino : Ghax il-Gvern responsabbli ghall-elettorat, il-partit ghandu l-problemi tieghu jsolvihom hu. Fil-kaz ta’ Keith Schembri bhala mpjegat.

Dr. Owen Bonnici : Hekk hu.

Imh. J. Said Pullicino : Dana normalment meta mpjegat ikollu ombra, ombra biss ta’ ta’ xi haga simili, jitfghuh fuq half pay imbaghad jaraw x’jigri, I mean mhux hekk gara xejn eh.

Dr. Owen Bonnici : Jigifieri ha nerga’ nghid li ghidt qabel, jigifieri meta . . .

Imh. J. Said Pullicino : Ha nghidlek Dottore mhux qed nipprova niggustifika u lanqas nitfa’ r-responsabilta fuqek ghaliex ahna minn hawn hekk, hemm haddiehor u d-decizjoni ta’ Keith Schembri assumiha l-Prim Ministru u qallhom daka jiena niddecidiha, jigifieri mbaghad . . .

Dr. Owen Bonnici : Finalment hija decizjoni tal-Prim Minsitru li l-konsegwenza tad-decizonijiet li ha spicca biex kellu jirrizenja hux, jigifieri r- responsabilta mbaghad spicca biex refaghha Dr. Muscat.

Imh. J. Said Pullicino : Minn naha taghna issa bhala inkjesta ahna nistghu naraw minn banda ohra, b’mod iehor. Ahna nistghu narawha mill- att illi kieku ttiehdet azzjoni dak iz-zmien biex l-affarijiet ma jibqghux koncentrati b’dan il-mod lejn certi nies u certi affarijiet forsi setghu ma grawx u setghu graw mod iehor. Jigifieri ahna minn hawn nitilqu, ghalhekk ahna l-ewwel nitilqu mill-Panama Papers ghax imbaghad dina tiskala.

Dr. Owen Bonnici : Jien li nista’ nghid . . .

Imh. J. Said Pullicino : Ha nghidlek haga ohra wkoll.

Dr. Owen Bonnici : Iva, iva.

Imh. J. Said Pullicino : Illi meta s-sinjura Caruana Galizia harget bl-istorja tal-Panama fil-bidu nett tajjeb, qalet li din hija haga tant hi serja, fil-fehma taghha, li l-ebda Gvern ma jista’ jisservjajvja. Issa assessment, imma naccentwaw is-serjeta’ u l-gravita’ ta’ l-incident dak iz-zmien, imma din hi l-verita’.

Dr. Owen Bonnici : Iva. Jiena li nista’ nghid li quddiemi l-Prim Ministru, ghax finalment jien mal-Prim Ministru li kelli rapporti. Jiena c-Chief of Staff huwa funzjonarju, li kien jaghmel ix-xoghol tieghu, imma jiena l-ikbar relazzjoni mal-Prim Ministru. Jien quddiemi l-Prim Ministru dejjem ha azzjonijiet biex jekk hemm investigazzjoni naghtu r-rizorsi kollha, jekk hemm – wara l-omicidju niehdu l- azzjonijiet kolha li hemm bzonn biex l-omicidju jissolva. Jiena dan li nista’ nixhed bil-gurament Sur Imhallef li quddiemi fis-seba (7) snin li servejt taht il-Prim Ministru Muscat, quddiemi dejjem mexa b’dan il-mod mieghi, jigifieri dan nista’ nixdhu bial-gurament bil- liberta kollha.

Imh. J. Said Pullicino : Il-problema li ghandna ahna huwa illi kwazi f’kull livell ta’ responsabilta g-gustifikazzjoni hija jiena tajt in-nies il-mezzi biex jaghmlu xogholhom, issa mar-responsabilta’ taghhom, issa mhux qed nitkellmu responsabilta’ tal-Kabinett, ninzlu l-hin kollu, l-Kummissarju, l-FAIU u whatever tajjeb, tajthom il-mezzi, tajthom il-flus, tajthom ir-rizorsi, kabbarna, veru hu li kabbarna, imma finalment ir-responsabilt mhux hemm tieqaf, tieqaf fuq nett.

Dr. Owen Bonnici : Iva, iva. U fil-fatt ftit wara li tressaq il-Qorti l-persuna allegata li qatlet lil Daphne Caruana Galizia . . .

Imh. A. Lofaro : Dawk it-tlieta (3) jigifieri.

Dr. Owen Bonnici : Le ftit wara li tressaq allegatament il-mastermind. Imh. A. Lofaro : Ok.

Dr. Owen Bonnici : Irrizenja Dr. Musca. Jigifieri refa’ r-responsabilta’ politika.

Imh. J. Said Pullicino : Ghax anke dik problematika, ghaliex fejn qabel ahna dejjem nitkellmu fuq korruzzjoni – korruzzjoni accettabli ghax tezisti kullimkien ma tista taghmel xejn. Imma l-problema taghna hija mhux li hemm il-korruzzjoni, li l-korruzzjoni bdiet minn fejn

bdiet u r-rabta li hemm, jidher illum li hemm. Issa again, qeghdin nitkellmu fuq l-ipotetiku imma l-indikaturi dawk huma.

Dr. Owen Bonnici : Sur Imhallef jien nemmen illi biex nitfghu dawl fuqhom irid ikun hemm l-inkjesti Magisterjali konkluzi hu. Jien nahseb l-iktar mhux nispekola jien u x’nghidu bejnietna. L-inkjesti Magisterjali meta jkunu konkluzi hemmhekk ikun hemm ir-risposta ta’ dan kollu.

Imh. J. Said Pullicino : Pero’ x’xoghol taghna huwa illi naraw n-nuqqasijiet amministrattivi, ok, l-amministrattivi biss.

Dr. Owen Bonnici : Pero’ jiena ghalhekk semmejt qabel meta ssemma s-sur Tonna, ghalhekk ghidt jiena dan l-ufficcju ma nafx fejn kien ghax qatt ma rajtu. . .

Imh. J. Said Pullicino : U ghandek ragun.

Dr. Owen Bonnici : Jigifieri huwa veru li kien jorqod hemm? Jien qatt ma rajtu jigifieri.

Imh. J. Said Pullicino : . . . . Dr. Owen Bonnici : Ma nafx.

Imh. A. Lofaro : Pero’ mbaghad kienet issemmiet desk iktar tard. Dr. Owen Bonnici : Hekk ma nafx, ma nafx inwegibkom.

Imh. A. Lofaro : Desk.

Dr. Owen Bonnici : Jiena qatt ma rajtu, qatt ma rajt dan id-desk, jigifieri mhux qed nghidlek li qatt ma rajt lis-sur Tonna jistenna, gie li rajtu.

Imh. A. Lofaro : Le, le, le ghidtilna li rajtu. Lis-sur Yorgen Fenech kont tarah Kastilja?

Dr. Owen Bonnici : Qatt, lanqas kont naf li jezisti jien. Imh. A. Lofaro : Ghax qalulna li kien ikun hafna hemm.

Dr. Owen Bonnici : Le, le jigifieri jiena ma kontx naf li jezisti, jigifieri jekk kien hemm ma kontx ngharfu.

Imh. A. Lofaro : Eh ma kontx tgharfu. Dr. Owen Bonnici : Ghax ma nafux.

Imh. A. Lofaro : All right.

Dr. Owen Bonnici : Imma meta wara hareg wiccu fir-ritratti, jien ma niftakarx li qatt rajtu hemmhekk, ma nistax nghid eh dan li kien ikun -, qatt ma rajtu.

Imh. A. Lofaro : Pero’ ma kontx tafu qabel.

Dr. Owen Bonnici : Lanqas kont naf li jezisti jien. Lanqas naf li hawn xi hadd b’dak l-isem jigifieri.

Imh. J. Said Pullicino : U s-sur Fenech iwassalna ghal 17 Black. Dr. Owen Bonnici : Ehe.

Imh. J. Said Pullicino : Issa l-Panama Papers kontu daqsxejn forsi iva, forsi le, forsi hekk, 17 Black l-affarijiet bdew jiccaraw iktar.

Dr. Owen Bonnici : U forsi iva u forsi le Sur Prim Imhallef ghax hemm elenku ta’ buisnessmen Maltin li fethu . . .

Imh. J. Said Pullicino : Iva.

Imh. M. Mallia : Imma dawk mhux politici.

Dr. Owen Bonnici : Iva, iva mhux hekk qed nghid, hekk qed nghid jiena. X’qed nghid jiena, jigifieri kont naf li dan gej mill-linja tal-business allura ghidt . . .

Imh. M. Mallia : Imma ghax gej mill-business allura ghandu jikser il-Ligi. Imh. A. Lofaro : Imbaghad sar PEP. PEP mod iehor.

Imh. M. Mallia : Dik haga ohra.

Dr. Owen Bonnici : Sur Imhallef jien m’iniex hawn biex nillegittima . . . Imh. A. Lofaro : Biex tiddefendih.

Dr. Owen Bonnici : . . . x’ghamel Keith Schembri. Imh. A. Lofaro : Mhux hekk.

Dr. Owen Bonnici : Jien qed nghidlek li meta sirt naf li dan kellu trust il- Panama u rajt il-lista ta’ businessmen ohrajn f’Malta twila hafna . .

Imh. A. Lofaro : Imma PEP. PEP mod iehor.

Dr. Owen Bonnici : . . . u practitioners miz-zewg nahat tal-politika, PEPs ukoll practitioners, jiena qed nghidelk x’ghidt f’qalbi dak il-hin. Wara meta bdejna naraw dawn l-affarijiet kollha jiena naf li tghajt ir- rizorsi kollha li hemm bzonn biex isiru l-investigazzjonijiet Magisterjali, ghax jiena fuq dak li nista’ nitkellem.

Imh. J. Said Pullicino : F’ta’ 17 Black bdiet tohrog informazzjoni ftit gimghat qabel l-assassinju. Imbaghad wara l-assassinju komplew johorgu iktar. Meta hargu dawk l-informazzjonijiet tas-17 Black, kellu l- akkuzi jew inkella l-allegazzjonijiet li kienu qed isiru kienu . . . specifici tajjeb, bid-dettalji, r-rejazzjoni tal-Kabinett x’kienet?

Dr. Owen Bonnici : Naturalament . . .

Imh. J. Said Pullicino : Ghax qabel konna all right forsi hekk, forsi hekk, imma issa mbaghad ghandna haga cara, gew diskussi fil-Kabinett jew le?

Dr. Owen Bonnici : Naturalment hadd ma ha pjacir, nassigurak, jigifieri meta jkollok dik is-sitwazzjoni mhix pjacevoli xejn. Jien x’nista’ nwiegeb ghalija jien. Jiena kont naf li ghaddejjin l-investigazzjnijiet, u anke fuq 17 Black jiena habbart li qed issir investigazzjoni, ma nafx jekk tiftakrux. Tlajt fil-Parlament, qomt u ghidt qed issir investigazzjoni fuq 17 Black.

Imh. J. Said Pullicino : Imma politikament il-Kabinett x’ghamiltu? I mean inti ghamilt dikjarazzjoni li hemm inkjesta Magisterjali. Imma allura ha nibqa npoggi fuq l-istess mejda tal-Kabinett, poggi ma min trid, imma fuq nies li jista jkollok dan id-dell u l-pajjiz kollu qieghed, I mean din hija l-kwistjoni kollha.

Dr. Owen Bonnici : Dika decizjoni kif ghidt qabel, li swiet li l-Prim Ministru kellu jirrezenja.

Imh. J. Said Pullicino : Ehe, swiet imma anke kkargat ukoll lil min kellu xi nteress li jiehu azzjoni jehodha eh, ha nifthemu.

Dr. Owen Bonnici : Ma fhimtekx Sur Prim Imhallef.

Imh. J. Said Pullicino : Swiet ukoll li tinkoraggihom, li tincita lil min kellu ntenzjoni li jiehu azzjoni illi fil-fatt jehodha, ghax dan li gara mbaghad hu.

Dr. Owen Bonnici : Dika l-fatt li kien hemm investigazzjonijiet ghaddejjin . . . Imh. J. Said Pullicino : Ehe, imma . . .

Imh. M. Mallia : Iva, imma ma tahsibx int illi . . .

Dr. Owen Bonnici : Sur Imhallef kieku, ghax il-kelma li qed tintuza hija impunita. Impunita jiena nifhem li kullhadd jaghmel li jrid bla konsegwenza. L-investigazzjonijiet kienu qed isiru, jiena nista’ nitkellem fuq l- investigazzjonijiet Magisterjali ghax dak kien ir-remit tieghi u tghajthom ir-rizorsi kollha lill-Magistrati u nahseb intom kollha tafuhom dawn il-Magistrati u taf kemm huma serji u tghajnihom ir- rizorsi kollha. U jiena habbart li kien hemm inkjesta fuq 17 Black fil- Parlament. Qomt u habbartha. Ma gejtx mistoqsi, qomt u habbartha.

Imh. M. Mallia : Pero’ in the meantime, in the meantime, kollox baqa’ ghaddej noramali come se nulla fosse.

Dr. Owen Bonnici : Le ghax inti, dika ttiehdu – dika kien hemm diskussjonijiet u ttiehdu dawn id-decizjonijiet.

Imh. M. Mallia : Ittiehdu, kien hemm diskussjonijiet u ttiehdu – voldieri . . . Dr. Owen Bonnici : Mhux hekk, jigifieri li Konrad Mizzi ma jibqax Deputat

Mexxej, li jitnehha minn Ministru u jigi Ministru bla portafol dik kienet decizjoni. Issa l-argument: kienet sufficjenti dik id- decizjoni? Jiena kif ghidt dik id-decizjoni wasslet biex spicca l-Prim Ministru kellu jirrezenja u refa’ responsabilta’. Issa . . .

Imh. J. Said Pullicino : Wara 17 Black sehh l-assassinju. Meta sehh l- assassinju, x’gara fil-Kabinett?

Dr. Owen Bonnici : Le jiena dakinhar ghidt din l-aghar haga li tista’ tigri, mhux lilna ta’, li kwalunkwe bniedem . . .

Imh. J. Said Pullicino : Imma l-incident gie diskuss fil-Kabinett?

Dr. Owen Bonnici : Dik kullhadd kien mahsud hu naturalment. Mela halli nispjega kif graw il-fatti. Meta kien hemm l-incident kulhadd kien rasu maqtuha hu, jigifieri li inti jkollok omicidju ta’ gurnalista fil- pajjiz, dan ma tghidx jien naf incident stradali, accident, dana omicidju hu. Dika xi haga kbira hafna. Jigifieri jien meta rajtha ghidt il-marelli. Ghidt hajjitna ha tinbidel hux. Ghidt din hija l-aghar haga li tista’ tigrilna. U niftakar li meta morna fil-Parlament kien sabni l-Prim Ministru Muscat. Qalli : ejja ghandi problema rridu nsolvuha issa stess. Ghaliex kienet inhatret bhala Magistrat il- Magistrat Consuelo Scerri Herrera u l- familja, jekk niftakar sew, kienet uriet certu riservi li tkun hi . . .

Imh. M. Mallia : Hekk hu.

Dr. Owen Bonnici : . . . u ridna nsolvuha dak il-hin. Jigifieri Joseph qalli : tahlix hin, ejja ha niltaqghu. Konna ltqajna. K ien hemm Dr. Busuttil zgur, Simon Busuttil u konna ppruvajna li nsibu way forward u fil- fatt imbaghad imbaghad eventwalment il-Magistrat Inkwerenti kien inbidel. Jigifieri dak kienu l-ewwel mumenti li ghext wara l- omicidju ta’ Daphne Caruana Galizia. Imbaghad inhatar il- Magistrat Vella.

Imh. J. Said Pullicino : Imma gie diskuss l-incident politically fil-Kabinett.

Jigifieri d-domanda hi . . .

Dr. Owen Bonnici : Saru diskussjonijiet. Tkellimna konna – issa . . .

Imh. J. Said Pullicino : Id-domanda hi din Dottore. Incident bhal dan wiehed jipprova jsib xi raguni tieghu – x’setghet kienet ir-raguni li gara dan l-incident. Mela konna qed nghixu fi zmien li meta fejn kien hemm kwistjoni qawwija poilitika mill-oppozizzjoni, tajba, hazina fuq dawn it-tip ta’ sitwazzjonijiet, kienu ghadhom kemm hargu affarijiet ta’ 17 Black, jigifieri kien hemm certa atmosfera. Saret diskussjoni fil-Kabinett jew forsi fil-Ministeru tieghek bejn l- atmosfera, dawn l-incidenti u l-possibilta’ issa kif motivata minn din ic-cirkostanza?

Dr. Owen Bonnici : Il-feedback . . .

Imh. J. Said Pullicino : I mean ghax im’billi tghidli ili hemm Magistrat imexxi inkjesta tal-mewt all right dik qed timxi, ghadha sejra, I mean . . . politically.

Dr. Owen Bonnici : Sur Prim Imhallef jien irrakkontajtlek l-ewwel sighat wara l- omicidju kif ghexthom.

Imh. J. Said Pullicino : Iva, iva. Ehe, ehe.

Dr. Owen Bonnici : Li zgur li niftakar il-Prim Ministru zgur, jigifieri kien pjuttost iebes li jrid akkost ta’ kollox li jsolvi dan il-murder. Dika niftakarha car u tond. Imbaghad kien iddiregieni biex nabbozzalu sejha, ahna konna hrigna reward, ma nafx tiftakrux, li min ghandu xi nformazzjoni . . .

Imh. A. Lofaro : Ehe, ehe.

Dr. Owen Bonnici : . . . jigifieri kien mill-ewwel qalli biex naghmel hekk. Kienu dahlu f’kuntatti ma l-FBI ghaliex jiena jidhirli giet l-offerta mill- Amerikani u accettajniha mill-ewwel. Jigifieri dawn huma kollha affarijiet li graw mill-ewwel. Il-focus kien fuq li nsolvu l-murder.

Imh. M. Mallia : Keith Schembri kien ikun prezenti ghal dawn il-laqghat? Dr. Owen Bonnici : Fil-Kabinett iva.

Imh. M. Mallia : Iva.

Dr. Owen Bonnici : Fil-Kabinett iva kien jattendi l-Kabinett. Fil-laqghat fejn kien ikellimni l-Prim Ministru direttament ma nahsibx, ma nafx, ma jidhirlix li kien ikun hemm is-sur Schembri hdejja. Jidhirli li jiena u l-

Prim Ministru direttament fejn kien jghidli isma ha nohorgu din ir- reward. Hu hsieb ghaliex dahlet l-FBI li ha tassistina. Pero’ nahseb meta gejt infurmat, mhux nahseb, meta gejt infurmat dwar ta’ l- FBI kien prezenti Keith Schembri u speci wera, wera, li jrid isolvi l- murder ukoll.

Imh. M. Mallia : Kien isir briefing minn naha tal-pulizija lil-Ufficcju tal-Prim Ministru? Inti kont tkun prezenti ghal dawn il-briefings? Minn barra int, u minn barra int, ikolli nsaqsik, Keith Schembri kien ikun prezenti wkoll?

Dr. Owen Bonnici : Ara jien kont inkun prezenti fi ftit minnhom. Ma kontx inkun prezenti fil-briefings kollha. F’xi whud minnhom iva u issa nispjega ghaliex. Fil-briefing li kont inkun prezenti, li kont inkun prezenti, kien ikun prezenti Keith Schembri. Jiena l-iktar li kont inkun prezenti fuq il-kwistjoni tal- mahfra ta’ dak li hu msejjah il-Kohhu. Hemmhekk kont inkun mghajjat biex naghti l-fehma tieghi u Keith Schembri kien ikun prezenti pero’ ma kienx jiehu, speci, ma nista’ nirraporta xejn fuq l- atteggjament tieghu, jigifieri kien normali hux hekk, atteggjament normali.

Imh. M. Mallia : Ghal ta’ Muscat voldieri kont prezenti inti, ghad-diskussjoni

. . .

Dr. Owen Bonnici : Tal-mahfra ta’ Muscat jidhirli.

Imh. M. Mallia : . . . ta’ Muscat. Ta’ Theuma wkoll?

Dr. Owen Bonnici : Ta’ Theuma le. Dik ddecidiha l-Prim Ministru kien. Imh. M. Mallia : Wahdu.

Dr. Owen Bonnici : Iva kien hadha hu. Kont kellimtu naturalment u offrejtlu li nghinu. Kien hadha hu. Kien inista qalli : dina jiena ha nerfaghha.

Imh. M. Mallia : Kont taf x’informazzjoni . . . .

Dr. Owen Bonnici : . . . qisu jiena mal-Prim Ministru kelli relazzjoni ta’ hbiberija kbira hu u nahseb li ried li jkun hu li jerfaghha.

Imh. M. Mallia : All right. Meta kontu qeghdin tiddiskutu l-mahfra ghal Muscat, ghal Kohhu, kont taf inti x’informazzjoni kellu?

Dr. Owen Bonnici : Nahseb din ahjar nixidha fl-gheluq hux hekk? Imh. M. Mallia : All right tghidli iva jew le.

Dr. Owen Bonnici : Kif tghiduli intom. Imh. M. Mallia : Kont taf.

Dr. Owen Bonnici : Iva kont naf. Kont naf jigifieri kien ikun hemm rapprezentant tal- pulizija, Keith Arnaud zgur u jidhirli iehor, u kien jghidilna xi affarijiet ehe. Imma jekk tridu iktar dettalji bil-mghaluq lest nixidha. Kien jghidilna xi affarijiet il-pulizija jigifieri. Kien jghidilna .

. .

Imh. J. Said Pullicino : Jiena nifhem illi aparti li hemm l-inkjesti Magisterjali, il-pulizija tibqa’ tinvestiga ndipendiment minn dawn l-inkjesti.

Dr. Owen Bonnici : Iva

Imh. J. Said Pullicino : Issa veru dan forsi mhux il-Minsteru tieghek forsi iktar il-Ministeru ta’ l-Intern, ma nafx jigifieri, inti b’xi mod tista’ tghidilna xi haga fuq – ghax again l-impressjoni li hadna anke f’affarijiet anke mhux tad-delitt issa, Panama Paper, I mean imporanti li mmexxu l-karti mhux li nsolvu. Jigifieri fejn naf, jekk nigu ghal Panama Papers u Dubai tajjeb, l-importanti li mexa l-file, ghamilna r-regoratori, tajbin jew hziena u wehel hemm, qed nistennew ir-risposti. I mean mbaghad ghamilna l-Magistrat jaghmel hu, ahna le, qisna ghalaqna l-file l-pulizija, din kienet atmosfera . . .

Dr. Owen Bonnici : Ma nafx inwiegeb fuq il-pulizija, genwinament ma nafx . . . Imh. J. Said Pullicino : . . . dak huwa l-intern.

Dr. Owen Bonnici : . . . u kont naghmel sforz konxju biex nibqa niffoka fuq l- inkjesti Magisterjali jiena.

Imh. J. Said Pullicino : Ahna nifhmu li l-Ministru ghandu, ghalkemm fl-ahhar mill-ahhar huwa l-awtorita li tmexxi, l-Ministu ghandu jkun il- movent, il-persuna li tmexxi, int taghmel affarijiet li jimxu. Ma tindahalx kif jimxu imma ghandu jkun il-persuna li tmexxi, jekk l- affarijiet ma jimxux trid titlob spjegazzjoni.

Dr. Owen Bonnici : Iva imma fejn jidhlu l-pulizija jiena kont nafda lill-Ministru responsabbli mill-Intern. Pero’ bhala stat ta’ fatt jigifieri wara ftit xhur, gimghat anzi mil-omicidju, kienu tressqu l-Qorti tliet (3) persuni allegatament li qatlu lis-sinjura, jigifieri, mhux se nuza l- kelma minn barra ghax jiena parti mill-Gvern, imma kont qed nara l-affarijiet jimxu jien. Kont narahom mexjin u hemm Keith Arnaud li f’ghajnejja kull darba li ltqajt mieghu kont qed narah preparat,

jaf x’inhu jghid, jigifieri, ha nuza l-kelma, kien jimpressjonani ghax issaqsih, iwiegeb jigifieri ppreparat.

Imh. M. Mallia : With hindsight, with hindsight illum nafu li dawn it-tlieta (3) kienu jafu illi gej dan ir-raid.

Dr. Owen Bonnici : Dawk it-tlieta (3) ehe, issa . . .

Imh. M. Mallia : With hindsight illum nafu illi dawn kienu jafu. Dr. Owen Bonnici : Iva, iva, iva.

Imh. M. Mallia : Dan ma kienx sejjer jipperikola serjament l-inkolomita tal- pulizija li kienu se jaghmlu dak ir-raid.

Dr. Owen Bonnici : Hekk hu. Min infuramhom ma ghandix idea. Ma nafx. Min infurmahom, ma nafx. Jien kont se nkun partecipi fil-laqghat Sur Imhallef hu. Aprezzaw jigifieri li dan huwa ta’ nkwiet anke ghalija li kont inkun fil-laqghat all right, jigifieri jiena – mhux affarijiet sbieh hu.

Imh. M. Mallia : Pero’ l-indikazzjonijiet illi ghandna, post factum illi nafu min kien qed jaghti dik l-informazzjoni. Ma kontx int zgur.

Dr. Owen Bonnici : Assolutament. Ma tarax. Ma tarax. Jiena meta sirt naf li xi hadd kien qed jghaddi l- informazzjoni xxukkjajt hu.

Imh. A. Lofaro : Setghu mietu n-nies hux. Setghu mietu pulizija.

Dr. Owen Bonnici : Ghax jiena kont qed niehu certu pozizzjonijiet f’dawn il- laqghat hu, li ghalija huma gusti.

Imh. J. Said Pullicino : Ministru inti kont ghidtilna inti stess li inti kont habib u ghadek habib ta’ Joseph Muscat jigifieri, tal-Prim Ministru Muscat.

Dr. Owen Bonnici : Iva, iva, iva, iva, nikkonferma.

Imh. J. Said Pullicino : U mieghu kont titkellem spiss anke fuq dan is-suggett nimmagina, ghax dan suggett topiku . . .

Dr. Owen Bonnici : Meta hu kien Prim Minsitru u jiena kont tal-Gustizzja iva. Minn Jannar ‘ hawn le ghax meta narah insaqsih fuq it-tfal, fuq il- familja

Imh. J. Said Pullicino : Fair enough. Yes, hekk hu. Mela d-domanda hija din wara li sar l-assassinju, wara issa, f’liema mument – jekk sirt taf, irrealizzjat li l-Prim Ministru kellu idea li jista’ jkun li l-ufficcju tieghu kien vicin dak li gara, milli jidher. Meta tak l-impressjoni, jekk tak impressjoni, ma nafx – illi hares hemmhekk qed issir . . .

ghaliex ghandu jkun hemm xi hadd minn naha taghna li jista jkun b’xi mod imdahhal fiha din. Dan id-diskors sar? Ghax qed nitkellmu issa . . .

Dr. Owen Bonnici : Jiena le, sa l-ahhar mument, jiena sa l-ahhar mument, sa meta sar l-arrest tas-sur Schembri, jien qatt ma kelli idea – jigifieri .

. .

Imh. J. Said Pullicino : Imma li qed insaqsik il-Prim Minsitru kienx . . .

Dr. Owen Bonnici : U Sur Prim Imhallef anke l-istatement li seta’ kien hemm involviment ta’ ufficjali wkoll ma nafx hux veriteri jew le. Jigifieri Alla hares . . .

Imh. J. Said Pullicino : Le, le fair enough. Pero’ jidher, jidher, veru dan, imma zgur l-affarijiet kienu tant serji li wasslu ghar-rizenja, jigifieri kieku dawn kienu affarijiet kollha fl-arja jigifieri . . .

Dr. Owen Bonnici : Jigifieri jiena l-istatement li kien hemm min hu nvolut b’xi mod fl-omicidju li kien jahdem hemm jiena ma nemmnux, jigifieri jien ma nahsibx li hu minnu.

Imh. J. Said Pullicino : Mhux qed nghid fl-omicidju qed nghid. Le, daka ma nafuhx hu, ma nafux.

Dr. Owen Bonnici : Imma li arrestaw lis-sur Schembri u saqsewh xi domandi daka Malta kollha tafha, mhux hekk jigifieri . . . .

Imh. J. Said Pullicino : Jigifieri bhala persuna l-Prim Ministru, bhala persuna l-Prim Ministru, baqa’ l-istess qabel l-omicidju u wara?

Dr. Owen Bonnici : Wara l-omicidju qisu . . .

Imh. J. Said Pullicino : Jew inkella kien hemm tensjonijiet dovuti ghal fatt . . . Dr. Owen Bonnici : Le, le wara l-omicidju hadha fuqu personali li jrid isolvih akkost ta’ kollox jigifieri. Akkost ta’ kollox. Meta saqsejtuni qabel

fuq l-IIP u ghidtilkom ma weriex xi entuzjazmu, ara fuq din iva, ried isolvih. Jigifieri ried isolvih hafna. Le, le, le akkost ta’ kollox ried isolvih l-omicidju. U anke s-sur Schembri, milli rajt quddiemi, kien qed jghin biex jissolva. Jiena ma rajtux b’xi mod jimpedixxi, jien rajtu quddiemi illi hu ried li jissolva wkoll.

Imh. J. Said Pullicino : U jirrizultalna li kien hemm hbiberija bejnu, bejn is- sur Schembri u bejn is-sur Fenech.

Dr. Owen Bonnici : Wara rrizulta li kien hemm din il-hbiberija bejniethom. Imh. J. Said Pullicino : Ghalik wara forsi, imma huma kienu jafu.

Dr. Owen Bonnici : Iva mhux hekk. Imh. M. Mallia : Inti ma kontx taf?

Dr. Owen Bonnici : Imma jien ma nafx x’kien jaf is-sur Schembri. Ma nafx hux. Imh. M. Mallia : Ma kontx taf dik il-hbiberija inti?

Dr. Owen Bonnici : Le assolutament, anqas idea. Imh. A. Lofaro : Kont mistieden ghal dak il-festin? Dr. Owen Bonnici : Le ma kontx.

Imh. A. Lofaro : Il-Girgenti.

Dr. Owen Bonnici : Jien ma’ Dr. Muscat kelli relazzjoni ta’ xoghol tajba hafna. Imh. A. Lofaro : Imma kontu hbieb.

Dr. Owen Bonnici : Li bir-relazzjoni ta’ xoghol sirna hbieb imbaghad. Imh. A. Lofaro : Ezatt.

Dr. Owen Bonnici : Pero’ darba naf li hrigna nieklu flimkien per ezempju. Kellna naghmluha darba ohra u ma ghamilnihiex imma, jigifieri Dr. Muscat kien il-hin kollu xoghol ta’, jigifieri l-hin kollu jahdem u dik kienet ir-relazzjoni ta’ bejnietna. Pero’ Yorgen Fenech lanqas kont naf li jezisti dan – xejn. To be fair darba ltqajt mieghu, jigifieri at some point, darba ltqajt mieghu f’airport, kont ha naqbad ajruplan ghal Malta u kien gie u pprezenta ruhu hu.

Imh. A. Lofaro : Is-sur Fenech.

Dr. Owen Bonnici : Is-sur Fenech kien gie. Din ghidtha x’imkien ta’ anke fil- Parlament u qalli : hello. Qalli : Inti Owen hu? Qalli: jiena Yorgen Fenech. Qalli : ta’ Tumas, insomma. Ghidtlu : ok. U ntroducejna ruhna u qbadt l-ajruplan. Hemmhekk sirt naf li jezisti dan Yorgen Fenech meta rajtu darba fl-airport. F’din il-legislatura mhux qabel, f’xi punt f’din il-legislatura.

Dr. T. Comodini Cachia : Qabel is-Sinjuri Imhallfin kienu qed jistaqsuk fuq ir- responsabilta’ politika. Inti rreferejt illi ghar-rizenja ta’ Dr. Mizzi meta ghidtilna li tnehha minn Ministru, ma kienx fadallu portafol minkejja li kien ghadu responsabbli ghall- progetti kbar f’pajjizna. Pero’ inti kont tajt kumment lil Malta Independent li kien ippublikat fil-hdax (11) ta’ April, elfejn u sittax (2016). Dan il- kumment inti kont tajtu biex ikollok il-background wara illi l-MEP Alfred Sant kien tella’ Facebook post fejn kien qal illi Konrad Mizzi ghandu jirrezenja u fil-fatt Dr. Sant kien qal hekk : In his interest

both political and personal, in his families interest, that of the Labour Party and government as well in the national interest the decision that should be taken quickly is one to be taken by Konrad Mizzi and this is to resign. Mitlub ghall-kummenti tieghek fuq – b’rejazzjoni ghal dan inti kwotat illi ghidt : The Prime Minister’s approach is that decisions will be taken once all the facts are at hand. F’dan ir-rigward meaning after the indipendent audit on Dr. Mizzis assits are undertaken, Dr. Bonnici said. Il-kwotazzjoni tieghek li the Prim Minister’s approach is that decisions will be taken once all the facts are at hand – tiddeskrivi kif il-gvern jew il- Prim Ministru jew il-Kabinett kien japprowcja r-responsabilta’ politika jew kien jassessja r-responsabilta’ politika?

Dr. Owen Bonnici : F’dan il-kaz kien ftit wara li harget l-ahbar tal-Panama Papers u niftakar li Konrad Mizzi kien ghamel audit fuq l-affarijiet tieghu b’xi ditta interenazzjonali biex hu juri illi kellu kollox in regola. Ghalhekk ghamel dan l-audit. U l-Prim Minsitru Muscat kien qal jiena niehu decizjoni wara li jigi finalizzat dan l-audit. U d- decizjoni kienet li semmejt, illi jirrezenja minn Deputat Mexxej Konrad Mizzi u jitnehha minn Ministru, dak iz-zmien kien tas- Sahha u ta’ l-Energija.

Dr. T. Comodini Cachia : Int qed tirreferi ghall-audit illi kien ghamel Dr. Mizzi stess?

Dr. Owen Bonnici : Dr. Mizzi kien iddecieda li jaghmel audit finanzjarju fuqu nnifsu u ghandi nifhem li kien ghamlu pubbliku.

Dr. T. Comodini Cachia : Dan l-audit finanzjarju kien intwera lil membri tal- Kabinett?

Dr. Owen Bonnici : Jidhirli li kien gie ppublikat.

Dr. T. Comodini Cachia : Kwistjoni ohra. Lil Brian Tonna, inti kif sirt tafu?

Dr. Owen Bonnici : Jiena fl-elfejn u tlettax (2013) – ha mmur ftit lura ara, jiena gejt elett fil-Parlament fl-elfejn u tmienja (2008) u fl-elfejn u tmienja (2008) indunajt illi – kont gejt elett mit-tielet Distrett, by- election u kont indunajt li kelli certu sapport Wied il-Ghajn u allura ddecidejt li niffoka fuq Wied il-Ghajn. U bdejt indur Wied il-Ghajn u naghmel hafna xoghol hemmhekk u jiena u ndur il-hwienet u d- djar, beda jissemma dan Brian Tonna, ghax Brian Tonna kellu

ufficcju ta’ accountant Wied il-Ghajn taht id-dar. Jigifieri dan kellu d-dar u taht kellu ufficcju ta’ accountant u qisu l-business kollu ta’ Wied il-Ghajn qisu kienu jinqdew ghandu ghax kien vicin – Wied il- Ghajn stess u ddecidejt li anka jien bhala avukat immur ghandu ghas-servizzi biex ihallasli l-bolol u taf inti tkun avukat ghal rasek tqabbad accountant biex jehodlok hsieb dawn l-affarijiet. Meta mort sibt zewg (2) accountants jahdmu mieghu li kienu mieghi fil- klassi meta kont izghar u allura iktar u iktar hassejtni komdu nahdem hemm. U fil-fatt kienu jkunu dawn it-tnejn (2) li kienu jaqduni mhux Brian Tonna, imma kont ninqeda mis-servizzi tieghu. Meta sirt Parliamentery Secretary jien kelli dritt nahtar erba’ (4) konsulenti. Dan hemm policy minn zmien gvernijiet precedenti li inti ghandek dritt tahtar, skuzani Segretarju Parlamentari tnejn (2) u Ministru jahtar erbgha (4). Issa la naf meta sirt Segretarju Parlamentari u lanqas meta sirt Ministru, imma kont hadt id- decizjoni – anzi meta sirt Ministru fit-two thousand and fourteen (2014), illi wiehed minn dawn l-erba’ (4) konsulenzi nahtar lil Brian Tonna fihom ghaliex jien kont Ministru tal-Kultura u kelli bzonn hafna assistenza finanzjarja fejn jidhlu fondi Ewropej tal-Kultura. Ahna ridna nifthu l-Muza, li fil-fatt ftahnieh u naghmlu numru ta’ progetti ohrajn il-Mycas li ghadu ghaddej, hemm elenku. U jiena dak iz-zmien il-Perm Sec kienet qaltli ghandna bzonn minn jghinna mill-att ta’ applikazzjoni ta’ fondi u dawn l-affarijiet u kont tajt kuntratt lil Brian Tonna li kien jiddelega lill-impjegati tieghu biex jaghmluh. Ma kienx jigi hu ghal meetings. Kien jiddelega lill- impjegati tieghu, u din hija l-background tieghi ma Brian Tonna.

Imh. J. Said Pullicino : Kellu ufficcju ghandek allura? Dr. Owen Bonnici : Sorry?

Imh. J. Said Pullicino : Kellu ufficcju mieghek?

Dr. Owen Bonnici : Le, le ma kellux ufficcju. Taf int meta kien ikun hemm bzonn kienu jghajtu lil dawn, dan l-ebda accountant ma hu ha jigi, mhux hekk.

Dr. T. Comodini Cachia : Meta inti htartu konsulent fil-Ministeru tieghek, dan kien fuq bazi part time jew full time?

Dr. Owen Bonnici : Fil-bidu fulltime.

Dr. T. Comodini Cachia : U meta tghidilna . . .

Dr. Owen Bonnici : Fulltime jigifieri jahdem mid-ditta tieghu mhux jigini hemm jigifieri anqas kelli spazju. Intom gie li gejtu nahseb l-ufficcju li kelli, pero’ meta jkun hemm bzonn meetings ma kienx jigi hu, kien jibghat . . .

Imh. A. Lofaro : Kien jibghat lil xi hadd.

Dr. Owen Bonnici : . . . kien jibghat lil xi hadd u anqas kont nidhol fihom ghax kienu teknici hafna dawn.

Dr. T. Comodini Cachia : Inti meta kont gejt mistoqsi dwar Konrad Mizzi, kont irrispondejt illi Konrad Mizzi kien naive u l-persuni illi kienu tawh il- parir jiftah dawn l-istrutturi kienu wkoll tawh il-parir hazin.

Dr. Owen Bonnici : Hekk hu.

Dr. T. Comodini Cachia : Jekk trid nikkwotak.

Dr. Owen Bonnici : Iva hekk hu nikkonferma hux, mhux hekk.

Dr. T. Comodini Cachia : Pero’ sirna nafu illi Brian Tonna ta’ Nextia BT kienu taw dan il-parir lil Konrad Mizzi mhux biss wara illi ma baqax konsulent tieghek imma anka meta kien konsulent tieghek. U allura kif tispjega li xorta zammejtu bhala konsulent tieghek?

Dr. Owen Bonnici : Ha nghidlek, mela – kieu jiena accountant u jigi Ministru ghandi u jghidli ha niftah trust il-Panama nghidlu int qed tiggennen? Hekk ha nghidlu jien. Nghidlu jista’ jkollok the best intentions in the world. Ghalhekk nemmen li l-parir kien zbaljat. Issa jiena spjegajt illi meta hargu dawn tal-Panama Papers kien hemm elenku ta’ nies miz-zewg nahat tal-politika li pprestaw dawn is-servizzi. Ma rridx noqghod insemmihom, imma huma pubblici, jigifieri min irid jiccekkja u nies mgharufin u rispettati li pprestaw dawn is-servizzi. Min fetah trust lil dak u min fetah trust lill-iehor. Allura jiena f’ghajnejja kienet dak iz-zmien, sitwazzjoni fejn ghidt isma dana hemm din il-prattika li qed issir u waqaft hemm. Pero’ mbaghad iddecidejt li naqilbu part time, is-servizz ta’ Brian Tonna qlibtu part time. Meta f’Mejju, jigifieri l-elezzjoni ssejhet fl-ewwel

(1) ta’ Mejju – ftit wara nqala, taf inti kien hemm il-ftuh ta’ l- inkjesta fl-allegat korruzzjoni li ssemma Brian Tonna. F’Gunju ergajt gejt elett u ma bqajt inzomm il-konsulenza ta’ Brian Tonna.

Jigifieri din kienet – kont hadt decizjoni ghidt mhux se nzomm il- konsulenza tieghu.

Dr. T. Comodini Cachia : Pero’ meta kont taf dan kollu, ma vverifikajtx jekk allura kienx hemm kunflitt ta’ interess? ‘Il ghaliex inti kellek il- konsulent tieghek li kien konsulent ta’ Keith Schembri, kien konsulent ta’ Konrad Mizzi, li kien konsulent illi qieghed jissemma fil-Panama Papers leak, li kien konsulent illi qieghed jigi nvestigat f’rapport ta’ l-FIAU. B’dan kollu ma hassejtx li kien hemm kunflitt ta’ nteress?

Dr. Owen Bonnici : Jiena sirt naf li qed jigi nvestigat meta kien hemm l- allegazzjonijiet tal-kickbacks fuq il-kwistjoni tal-passaporti. Jigifieri dan kien Mejju ta’ l-elfejn u sbatax (2017).

Dr. T. Comodini Cachia : Ezatt.

Dr. Owen Bonnici : Jigifieri ssejhet l-elezzjoni fl-ewwel (1) ta’ Mejju. Ftit wara kien hemm il-ftuh ta’ l-investigazzjoni u mbaghad l-elezzjoni. Jigifieri jiena wara l-elezzjoni ma ergajtx htartu konsulent. Ma nistax nghidlek ahjar minn hekk. In the meantime kont biddiltlu l- full time mal-part time imma ghax ried jaghlaq il-progetti u kont hadt dik il-linja ta’ azzjoni nsomma.

Dr. T. Comodini Cachia : Qed nipprova nifhem . . .

Imh. J. Said Pullicino : Pero’ konxju mill-fatt illi dik id-ditta baqghet tinghata xoghol f’diversi Ministeri non o stante li kienet li kien hemm dawn l-allegazzjonijiet? Jekk intix konxju jew le?

Dr. Owen Bonnici : Ma nafx, nimmagina tant kien hemm xoghol ghaddej dak iz- zmien illi, jigifieri jiena nahseb jigifieri black list ma kelliex il- kumpanija sa fejn naf jien hux hekk. Jigifieri jiena nifhem the company wasn’t black listed hux hekk? Jigifieri mill-att purament ta’ procurment, dan hemm awtoritajiet . . .

Imh. J. Said Pullicino : Jiena qed nghid Ministeri jew dipartimenti li jafu b’dawn l-affarijiet . . .

Dr. Owen Bonnici : Iva, imma hemm ir-regoli . . .

Imh. J. Said Pullicino : Kienet ghadha licenzjata, kienet ghadha licenzjata. Dr. Owen Bonnici : Id-Dottoressa ma nafx xi gralha imma jigifieri . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Ghax il-mistoqsija tas-Sur Imhallef jiena fhimtha inti bhala Ministru kont – inti ghidtilna li dan kien konsulent tieghek.

Dr. Owen Bonnici : Iva.

Dr. T. Comodini Cachia : Jiena nghid sew li kien konsulent tieghek minn Awwissu ta’ l-elfejn u erbatax (2014) sa Awwissu ta’ l-elfejn u sbatax (2017)?

Dr. Owen Bonnici : Iva f’Awwissu, fis-sens l-elezzjoni saret f’Gunju u tterminajtlu l- kuntratt, ma geddidtlux hux jigifieri. Inti taf daqsi li l-position of trust jintemmu mat-temma tal-Ministru – jigifieri teknikament fit-tlieta (3) ta’ Gunju daka ma baqax konsulent tieghi ghax jiena ma bqajtx Ministru.

Dr. T. Comodini Cachia : Xahrejn mhux ha jaghmlu differenza ghad-domanda tieghi Dr. Bonnici. Inti kon taf illi bejn is-sena elfejn u tlettax (2013) u elfejn u sbatax (2017) tant inghata direct orders is-sur Tonna u l-kumpanija Nextia BT u s-sussidjerji taghha, illi kienu jammontaw ghal madwar tnejn punt erbgha (2.4) miljun Euro?

Dr. Owen Bonnici : Le ma nafx ghax jiena ma tajtux direct orders f’dan is-sens. Issa d- direct order mhix xi haga hazina, jigifieri jekk tintuza b’reqqa, per ezempju Dr. Comodini Cachia kellha direct order mal- PBS.

Dr. T. Comodini Cachia : Kont qed nistenniek tohrogha biex inkun nista’ insaqsik domanda ohra Dr. Bonnici.

Dr. Owen Bonnici : Iva gej ghaliha, aghtini cans.

Dr. T. Comodini Cachia : Ghax dejjem l-istess risposta niehu minn ghandek. Dr. Owen Bonnici : Ghax tiehu ghaliha ghax nghidilha hekk, imma . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Lanqas xejn.

Dr. Owen Bonnici : Jigifieri d-direct orders – jigifieri hemm l-uzu taghhom li jien

. . .

Dr. T. Comodini Cachia : Le, le dak ma ssemma, illi kienet ta’ €300.

Dr. Owen Bonnici : . . . direct order lil Brian Tonna jiena qatt ma tghajt. Issa li semmejt qabel . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Allura la qed tghid . . . Dr. Owen Bonnici : Ippermettili.

Dr. T. Comodini Cachia : Ippermettili Dr. Bonnici. Dr. Owen Bonnici : Nista’ nwiegeb jien?

Dr. T. Comodini Cachia : Mr. Bonnici la l-hatra tal-konsulent Brian Tonna fil- Ministeru tieghek ma kienetx b’direct order imma kien mghazul jew ghamilt sejha pubblika biex tahtru?

Dr. Owen Bonnici : Spjegajt, mela ha nkompli nwegibha . . . Dr. T. Comodini Cachia : Mela spjegha.

Imh. J. Said Pullicino : Irrispondiha pero’ ma nizvijawx. Dr. T. Comodini Cachia : Le, le ma jimpurtax Sur Imhallef.

Dr. Owen Bonnici : Le jiena li kont qed nghid qabel Sur Prim Imhallef illi meta jkun hemm sejha ghal servizzi il-mod kif jahdem il-procurement u inti tghallimni ghax servejt bhala Ombudsman etc, illi jkun hemm sejha pubblika, dak li jkun jippartecipa fil-konkors u jkun hemm process biex jinghazel skont kriterji stabbiliti u mastringenti. Jigifieri jekk is-sur Tonna jew id-ditta tieghu ppartecipat fil-konkors u rebhet il-konkors, ha nuza l-kelma bil-fair, jigifieri jiena ma nafx x’nista’ nghid izjed, jigifieri fis-sens hemm proceduri iridu jinzammu. Issa fejn tidhol dak li qed tghid id- Dottoressa, jiena zammejt is-sistema li kull Ministru ghandu u ilha hemmhekk minn zmien gvern precidenti li ahna ghandna d-dritt nahtru erba’ (4) konsulenti.

Dr. T. Comodini Cachia : Jigifieri inti htart . . . Dr. Owen Bonnici : Iva.

Dr. T. Comodini Cachia : Inti b’ghazla tieghek. Dr. Owen Bonnici : Iva, iva.

Dr. T. Comodini Cachia : Dak kull ma saqsejtek tikkonferma Dr. Bonnici. Mela jidher illi allura s-sur Tonna minkejja r-rapporti u minkejja l- allegazzjonijiet dwar l-istrutturi ta’ Keith Schembri u ta’ Konrad Mizzi, inti xorta hassejt li ghandek izzommu bhala konsulent tieghek.

Dr. Owen Bonnici : Ir-raguni kienet ghaliex dak iz-zmien meta harget l-ahbar rajt ukoll illi kien hemm nies u ditti maghrufin hafna u rispettati f’pajjizna li ppressaw dan is-servizz ukoll. Meta wara maz-zmien bdejt nara – isma qed johorgu dawn l-allegazzjonijiet waqqajt il- kuntratt fuq part time. Meta f’Mejju kien hemm l-investigazzjoni ma’ l-ewwel opportunita ma bqajtx b’dak is-servizz. Nahseb kont spjegattiv hafna.

Dr. T. Comodini Cachia : Li l-prestazzjoni ta’ dak is-servizz lil zewg (2) PEPs fil- Gvern gabu riperkussjonijiet ekonomici u riperkussjonijiet fis- socjeta’ Maltija, ma kkunsidrajtiex dak iz-zmien?

Dr. Owen Bonnici : Ha nerga’ nghid hu kien il-financial practitioner illi ghamel dak li ghandi nifhem intalab lilu mill-klijent. Jigifieri jiena hemm hafna finacial practitioners nerga’ nghid uhud minnhom kollegi tieghek fil- Partit, Dottoressa, li ghamlu l-istess haga, li pprestaw dan it-tip ta’ servizzi. Issa ma nafx, jekk ha nikkumentaw fuq min jippresta s- servizz nikkumentaw kemm hemm bzonn jigifieri.

Dr. T. Comodini Cachia : Ma’ ghandix diffikultajiet. Mela jiena nahseb li ghandi l-ahhar domanda ghalik Dr. Bonnici u tirrigwardja agir tieghek illi gie, rrizulta quddiem il-Qorti u gie dikjarat f’Sentenza moghtija mill-Prim Awla Gurizdizzjoni Kostituzzjonali fl-ismijiet Delia kontra l-Onorevoli Ministru tal-Gustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici li kienet stabbiliet dan li gej – dik il-Qorti kienet qalet hekk : jirrizulta li l-oggetti in kwistjoni, qed nirreferu ghal l-oggetti xemghat u fjuri li jitqieghdu quddiem il-Monument, jirrizulta li l- oggetti in kwistjoni tnehhew minn persuni mpjegati fid- dipartiment li tieghu huwa responsabbli l-intimat Direttur Generali Ramon Deguara fuq ordni diretta tal-Ministru Owen Bonnici. Il- Qorti tkompli hekk : il-Qorti tishaq ukoll li qabel Settembru elfejn u tmintax (2018) l-ordnijiet li kellhom il-haddiema tad-divizoni kienet fis-sens li dawn ma jmissu xejn minn quddiem il-monument. Din l-ordni baqghet fis-sehh sakemm inbidlet b’decizjoni diretta tal-Ministru ntimat – ara x-xiedha ta’ l-Onoevoli Dr. Deo Debattista u ta’ Ramon Deguara. F’intervista li inti tajt hekk kif harget, inghatat dik is-Sentenza tal-Qorti inti kkwotat li tghid hekk: the former Justice Minister said the decision was a collegial one that was discussed as a government. Meta ghidt li din kienet decizjoni kolleggjali, min hadha din id-decizjoni? Il-kolleggjali min kienu?

Dr. Owen Bonnici : Mela ha naghti daqsxejn sfond ta’ din il-kwistjoni kollha. Mela fejn jidhol il-monument ta’ l-Assedju l-Kbir, wara l-omicidju ta’ Daphne Caruana Galizia bdew jitwahhlu hafna posters u fjuri etc, u jiena tghajt struzzjonijiet, ghax l-affarijiet ma jaqghux mis- sema, jigifieri l- Ministru jaghti struzzjoni, li jithallew hemmhekk

ma jintmessux jigifieri u domna madwar sena, jekk mhux iktar, ma jintmessux. Wara rrizultaw zewg (2) affarijiet. Kien hemm, issa wiehed jista’ jcekkina din imma jien ghalija mhix xi haga frivola – bdew jirrizultaw glied quddiem dan il-monument. Jigifieri kien hemm anzjan kellu xi jghid ma xi hadd quddiem il-monument ghax in-nies bdew jghidu: mela dak il-monument ta’ xi hadd biex xi hadd qisu arreka l-pussess tieghu . U kien hemm anzjan spicca l- isptar ghax qabad jaghti ma xi hadd jew ma nafx xi gralu u kien hemm kazijiet fejn xi hadd ha l- mobile ta’ xi hadd iehor. Bdew jinqalghu dawn l-incidenti quddiem il-monument u jien bdejt nibza ghidt dina ha tghaqqad. Ghidt dina xi haga ha tigri, ahjar niehu azzjoni. U jiena deherli, imma l-Qorti ma qablitx mieghi, illi l-ahjar azzjoni kienet tkun illi matul il-gurnata din l-espressjoni ssir, imma mbaghad filghaxijiet ahna nnehhu dawk li jkun twahhal biex b’hekk nipprova nohloq bilanc bejn min irid jesprimi ruhu u minn beda jghid dak il-monument ma hu ta’ hadd kif inti taqbad u tarroga l-pussess tieghu. Jiena ppruvajt nohloq din is-soluzzjoni. Li gara kien li ftit wara li implimentajt b’ordni, kif qalet id-Dottoressa din id-decizjoni, sar mandat ta’ inibizzjoni biex jien nitwaqqaf u d- dipartiment jitwaqqaf milli jaghmel hekk u l-mandat kontrarjament ghal dak li jigri s-soltu ma ntlaqx provizorjament. Jigifieri l-mandat ta’ inibizzjoni l-Qorti ma laqatux provizorjament tant illi min ghamlu r-rikors, irtirah. Jigifieri r-rikors biex jinhareg mandat gie rtirat u ghandi l-atti mieghi hawn jien. Allura jiena legalment konf f’sitwazzjoni fejn ma kellix impediment biex inwettaq dak li kien deherli li qieghed jghin biex ma jkunx hemm dawn l-incidenti quddiem il-monument. Wara nghatat is-sentenza u l-Qorti, kif qalet id-Dottoressa . . .

Imh. J. Said Pullicino : Pero’ d-domanda kient id-decizjoni kolleggjali min hadha?

Dr. Owen Bonnici : Le d-decizjoni jien hadtha. Imma jidhirli li at some point – taf inti shabi jitkellmu mieghi, jigifieri kienu jafu dak li ghaddej u kont qed nispjega dawn l-affarijiet kollha. Pero’ jekk id-domanda hi jekk kienx hemm xi . . .

Imh. J. Said Pullicino : Diskussjoni Kabinett?

Dr. Owen Bonnici : Le x’diskussjoni Kabinett, ma tarax, imma li shabi fil-group Parlamentari jsaqsuni dwarha iva u kont nitkellem u kont nghid dan li ghidt lilkom hux, jigifieri li qed nipprova naghmel dak kollu biex inzomm, jiena verament jigifieri . . .

Dr. T. Comodini Cachia : Dr. Bonnici . . .

Dr. Owen Bonnici : Imbaghad hemm il-punt ‘l iehor u again ma nixtieqx li jiccekken illi dak huwa monument ta’ valur enormi. Jigifieri jien ghandi mieghi xi jsir barra minn Malta, fi Franza per ezempju jekk ikun hemm memorial, hemm zmien sakemm jinzamm dak il- memorial. U fil-fatt nahseb dan il-bzonn li nibzghu ghal dan il- monument, issa mill-att estetiku qed nghid minhabba dak li jigi arrekat , dana ta’ Antonio Sciortino, dana monument kbir hafna. Issa fis-Sentenza taghha l-Qorti llimitat id-dritt, jigifieri qaltilhom ma tistghux twahhlu fejn tridu, imma jigifieri xi tip ta’ riflessjoni kien hemm ta’ dan l-inkwiet li kelli jien ukoll. Jigifieri . . . .

Imh. J. Said Pullicino : Dana kien episodju li kellu rejazzjonijiet differenti mhux il-mertu ta’ din l-inkjesta jigifieri.

Dr. T. Comodini Cachia : Le fil-fatt id-domanda tieghi kienet fuq il-mertu biss. Jigifieri meta inti rrispondejt that this decision was a collegial one, kienet tieghek.

Dr. Owen Bonnici : Jien nahseb ma nafx ghalfejn gejt kwotat hekk ghaliex jiena fil- kummenti li ghidt kont ghidt illi d-decizjoni hadtha jien. Nahseb gejt mistoqsi jekk kienx hemm . . .

Imh. J. Said Pullicino : Ikkonsultajt u hekk.

Dr. Owen Bonnici : Ikkonsultajt ghidtilhom ehe konna nitkellmu fuqha, jigifieri kienu jsaqsuni, naturali hu, imma ma kienx hemm xi pozizzjoni fil- Kabinett assolutament.

Imh. J. Said Pullicino : Ma ahniex nin dagaw lilek. Dr. Owen Bonnici : Skuzi?

Imh. J. Said Pullicino : Ma ahniex nindagaw lilek. Xi haga ohra Dottoressa? Dr. T. Comodini Cachia : Le Sur Imhallef.

Imh. M. Mallia : Halli niehdu hames (5) minuti break u nkomplu bil-maghluq.

Dr. Owen Bonnici : Nista qabel nghalqu, kemm naghmel statement jekk joghgbok?

Imh. M. Mallia : Mela le.

Dr. Owen Bonnici : Hawnhekk issemmjet f’xi proceduri jien, ghaliex Dr. Arthur Azzopardi kien xehed u qal illi jiena kont iltqajt mieghu u ghidtlu li ahna mahfra wahda biss se naghtu.

Imh. A. Lofaro : Iva, iva, iva.

Dr. Owen Bonnici : U kien hemm certu kummenti dwarha. Irrid nippreciza li Dr. Azzopardi kien baghat lill-Ufficcju tal-Prim Ministru li jixtieq jiltaqa’ mal-Prim Ministru. Dr. Muscat kien baghat ghalija qalli : ara ftit x’jixtieq, x’ghandu bzonn Dr. Azzopardi. Jiena kumbinazzjoni kelli funeral Marsaxlokk. Dan kien f’Awwissu ta’ l-elfejn u tmintax (2018), sentejn ilu, ghax naf min hu dak li attendejt ghalih, u rajtu hemm. Ghidt kif qieghed hawn ha nahtaf l-opportunita – dan tinsiex dan avukat mafu mill- professjoni. Ghidtlu : x’ghandek bzonn Arthur? Ghidtlu: x’tixtieq? U beda jkellimni fuq mahfra lill- Kohhu u jiena li ghidtlu hu li jiena kontra li biex nasal ghall- persuna rridu naghtu zewg (2) mahfriet. Jiena kontra taghha dik. Jigifieri jekk jiena rrid inkun naf min hu Mr. C mhux naghti mahfra lil Mr. A imbaghad ikolli naghti mahfra lil Mr. B biex inkun naf min hu Mr. C. Jiena dak id-diskors li ghidtlu, li jiena kontra illi biex nasal ghal xi hadd irrid naghti zewg (2) mahfriet ghax inkella r-reat ha jigi fix-xejn u nahseb li dik hija l-pozizzjoni li xtaqt niccara.

Imh. M. Mallia : Ok sinjuri jekk jghogbkom il-press johorgu. Imh. A. Lofaro : Il-press johorgu ehe.

Imh. J. Said Pullicino : Naghmlu two (2) minutes break.


Din hija x-xhieda ta’ Dr. Owen Bonnici dettata minnu stess. Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Margaret De Battista Traskrittrici