Xhieda ta’ Paul Borg Olivier – 12 ta’ Frar 2020

Xhieda ta’ Paul Borg Olivier – 12 ta’ Frar 2020

12.02.20 xhud Dr. Paul Borg Olivier

Fl-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum l-Erbgha 12 ta’ Frar, 2020.


L-avukat Dr. Paul Borg Olivier, iben Dr. Paul u Mari nee’ Huber, imwieled Sliema u residenti Belt Valletta bil-Malti bil-gurament jghid:


Dr. Jason Azzopardi: Bil-permess tas-Sinjurija Taghkom, ha nistradaw ftit lill-bord u mmorru mill-ewwel ghall-punt tax-xhieda ta’ Dr. Borg Olivier. Dr. Borg Olivier, ma tantx ghandi wisq ghalfejn nigwidak ghaliex inti l-fatti tafhom u ha titkellem jew ha tixhed dwar – xtaqt inhalli f’idejk avveniment illi sehhlek fl- elfejn u disgha (2009), x’kariga kellek, ma min tkellmt jew min kellmek u dwar xiex.

Xhud: Mela, jiena kont segretarju generali tal-Partit Nazzjonalista bejn Gunju ta’ l-elfejn u tmienja (2008) u Gunju ta’ l-elfejn u tlettax (2013). Fi Spring, xi May, Gunju tat-two thousand and nine (2009) kien talab illi jarani dak iz-zmien Paul Apap Bologna fejn jiena kif naghmel ma kulhadd ilqajtu fl-ufficcju tieghi u dak iz-zmien kien ipprezentali power point presentation dwar il-bini ta’ power station illi tahdem bil- gas. Din il-presentation jiena ghandi kopja taghha illi ser nipprezenta – cioe’, din hija l-originali tal-prezentazzjoni illi kien tani li dwarha ser nipprezenta kopja taghha u qieghda f’dan il-file. Li huwa interessanti huwa illi dik il-presentation l-ewwel nett meta wiehed ihares lejjha jara illi hija prezentazzjoni dwar bini ta’ power station kwazi jekk mhux identika ghall-power station illi nbniet wara l-process ta’ tendering fl-elfejn u tlettax (2013) li tinklugi l-NNG terminal,

il-vapur, ir-ritratti tal-vapur eccetera u kienet gejja ukoll fiz- zmien meta kienet inghatat diga tender ghall- bini ta’ power station gdida u kien hemm diskussjonijiet dwarha kemm fil- pubbliku u kif ukoll fil-parlament, partikolarment biex nirreferi ghall-power station ta’ Delimara, tal-BWSC. L- ewwel rejazzjoni tieghi mas-sur Apap Bologna kienet imma jekk issa ghadha kif inghatat koncessjoni gdida biex tinbena power station kif jista’ wiehed jigi illum u jipprezenta progett ta’ diversi mijiet ta’ miljuni ghal xi haga gdida? Ma jistax wiehed ihott kastell biex jibni iehor. Diga hemm il- pjanijiet tal-gvern ghal dak li huwa l-energija fosthom il- connectivity mal-grid kif ukoll il-power station li kienet kif ghidt inghatat it-tender ferm qabel u ghaldaqstant ir- rejazzjoni tieghi kienet wahda – kienet wahda li fid- diskussjoni li ahna kellna pjuttost qasira f’dan is-sens.

Huwa baqa’ jinsisti dwar l-importanza ta’ din il-power station, illi l-gvern ma ha johrog xejn minn dan ‘il ghaliex ser ikun hemm arrangamenti bejn is-settur privat kif ukoll is- settur pubbliku, l-EneMalta u jghid ukoll fil-power station illi din ma kienetx biss konsorsju maghmula mill-barranin imma partikolarment minn familji lokali. Inkluz ukoll f’din il- prezentazzjoni jisemma’ wkoll il-Gasoil li finalment kien ukoll wiehed mill-partners fit-tender illi ntrebah finalment wara l-elezzjoni ta’ l-elfejn u tlettax (2013) u wkoll il-grupp, il-konsorsju li hu kien gie u qed jirrapprezenta kien imsemmi GEM – Greener Energy for Malta. GEM fil-fatt hija GEM Holdings illi giet registrata, ghandi kopja hawn hekk fil-file fit-tmienja (8) ta’ Mejju, propju meta kienu hargu r-request for interest – illi giet registrata fit-tmienja (8) ta’ Mejju ta’ l- elfejn u tlettax (2013). U allura wiehed jara r-rabta bejn GEM – Greener Energy for Malta fil-prezentazzjoni li saret lili dak iz-zmien fl-elfejn u disgha (2009) ghal registrazzjoni tal-kumpanija li saret fl-elfejn u tlettax (2013).

Wahda mill-affarijiet illi wkoll kienet dak iz-zmien, not in hind sight imma mmedjatament ghorkitli kif tghid – rasi,

kienet illi finalment in a very open ended question kien hemm miktub: the decision is yours, we will do our bit if you will do yours. Jiena dak il-hin staqsejtu: imma hawn hekk x’qed tghid? U kull ma kelli skiet u nofs dakha. Jekk wiehed jara – jekk wiehed jara dak li qed jigi propost f’din il- prezentazzjoni inkluz it-tanker tal-gass fejn jigi pozizzjoni f’Delimara eccetera, u anke meta wiehed iqabbel il-proposti illi hawn f’dan ir-rapport u finalment il-proposti li kienu hargu fir-request for proposals, l-RFP kif ukoll ir-request for intent, wiehed jara illi kien hemm similaritajiet kbar. L-unika differenza partikolari kienet fuq il-gas supply illi hawn hekk kienu qeghdin jipproponu ghoxrin (20) sena li mbaghad fl- offerti finali kienu hargu tmintax (18) –il sena kif ukoll is- supply, il-power purchasing agreement, l-istess illi kienet ghal ghoxrin (20) sena u mbaghad nizlet ghal tmintax (18) –il sena kif ukoll il-capacity tal-power station illi hawn hekk kienu qeghdin jipproponu four hundred mega watt per hour mentri l-power station finalment kienet wahda jekk m’inhiex sejjer zball ta’ two hundred mega watt per hour. Dan kif ghidt kien gej fi zmien meta kien hemm kontestazzjonijiet dwar l-uzu – t-tip ta’ uzu ta’ . . .

Imh. M. Mallia: Ta’ fuel?

Xhud: Ta’ fuel u kien hemm kontroversji kbar kif ukoll il-prezz taz- zejt. Dak iz-zmien niftakar illi kien hemm – wiehed jista’ jirrizulta anke mill-gazzetti Bateman illi kienet giet it-tielet klassifikata fis-sejha originali – fis-sejha ta’ l-extention ta’ Delimara li kienu qed jaghmlu pressjoni kbira li kienet kumpanija Lhudija u jidhol fiz-zmien ghalhekk kif ghidt meta l-Oppozizzjoni dak iz-zmien il-Partit Laburista kien qieghed jaghmel – kien qieghed jaghmel pressjoni biex wiehed jaqleb ghall-gass. Biex indahhal dan ukoll fil-kuntest, qieghed ukoll nipprezenta storja li kienet tellghet il-mibkija Daphne Caruana Galizia fil-hamsa u ghoxrin (25) ta’ Ottubru elfejn u tlettax (2013) illi huwa intitolat ‘Speaking to International Oil Daily, Gasol Chief operating officer Alan

Buxton said the success of the project relied on the recent landslide victory of the Labor Party, which come to power in March.’ U din hija quote ta’ dak illi qieghed jghid hu. Qieghed nipprezenta wkoll kopja ta’ The Malta Independent tad-dibattiti illi kienu ghaddejjin f’Mejju tat-two thousand and nine (2009) ghaliex kien bejn wiehed u iehor l-istess zmien meta s-sur Apap Bolgona kien avvicinani – ftit qabel, ftit wara – li naf zgur huwa Spring jew early Summer ta’ dik is-sena. Kif ukoll qieghed nipprezenta l-abridged version tal- kopja tieghu tar-rapport ta’ l-awditur dwar il-BWSC ‘il ghaliex fih hemm fil-konkluzjonijiet sia x-short comings illi kien hemm fuq – sorry, sorry! Ir-rapport ta’ l-awtidur the abridged version fuq il-process ta’ l-Electrogas u mhux tal- BWSC datat Novembru ta’ l-elfejn u tmintax (2018) illi fih fil- konkluzjonijiet hemm in-numru ta’ short comings illi kien ihhajlajtja l-awditur generali izda wkoll b’mod partikolari l- ahhar paragrafu tieghu fejn kien hemm il-paragrafu 13.7 dwar similiarities to the pre electoral proposal jaghmel referenza ghal dak illi dak iz-zmien il-kap ta’ l-Oppozizzjoni Simon Busuttil kien qieghed jelenka x-xebh illi kien hemm bejn il-kuntratt illi inaghta u dak illi kienu qeghdin jipproponu l-GEM permess ta’ Paul Apap Bologna permess ta’ din il-power point presentation izda l-awditur generali dak iz-zmien kien qal illi ‘the NAO does not have evidence that supports claims made and is further limited by its mandate which does not extend its review to political parties’.

Meta fl-elfejn u tlettax (2013), f’Jannar bejn wiehed u iehor, il-Partit Laburista kien hareg l-ewwel jekk m’inhiex sejjer zball gurnata tal-kampanja elettorali tieghu li kien hemm pjan konkret u kkonsolidat fuq bini ta’ power station gdida li tahdem bil-gas u l-process kollu li kien hemm fil-kampanja elettorali, jien immedjatament hsibt fuq dan ir-rapport illi kelli u ghidt bejni u bejn ruhi – issa dik hija opinjoni, pero’ a deal has been struck.

Dr. Jason Azzopardi: F’din il-laqgha li inti kellek fuq talba ta’ Paul Apap Bologna f’Mejju elfejn u disgha (2009) ghidtilna x’qallek, ghidtilna x’uriek, ghidtilna x’offra jew x’ippropona, l-ezitu tal-laqgha? Kif spiccat il-laqgha?

Xhud: L-ezitu tal-laqgha kienet wahda – l-ewwel nett kienet laqgha kordjali. Kienet wahda fejn gie pprezentat dan u kien hemm argumenti biex wiehed jikkonvinci. Jiena l-linja li kont hadt jiena dak iz-zmien kienet isma, l-gvern diga ghandu l-pjan tieghu u anke kif kien diga ppublikat dwar il-pjan ta’ l- energija partikolarment il-connection tal-grid eccetera u l- power station kif ghidt illi kienet diga giet deciza, u l-laqgha fil-fatt waqfet hemm hekk.

Imh. M. Mallia : Sussegwentement kienet saret, kienet saret xi verfika jew xi inkjesta dwarha din – dwar l-ghoti ta’ dan it-tender.

Dr. Jason Azzopardi: . . . . (speaking off microphone) Imh. M. Mallia : Iva. Dak ta’ l-NAO.

Dr. Jason Azzopardi: Ta’ l-NAO.

Xhud: Pero’ dak huwa tal-BW – kien fl-istess . . . . Dr. Jason Azzopardi: Huwa pubbliku.

Xhud: Nahseb kien dak imma ma dhaltx fuq dak il-punt. Jekk m’inhiex sejjer zball l-ezitu tieghu kien pjuttost iktar tard mill-elfejn u disgha (2009). Pero’ kienu ghaddejjin . . . .

Dr. Jason Azzopardi: Halli nkun cert illi qeghdin nitkellmu fuq l-istess oggett. Id-domanda tal-bord hija dwar ir-rapport ta’ l- Electrogas? Ta’ l-awditur?

Imh. M. Mallia : Le, din mill-memorja.

Dr. Jason Azzopardi: Ta’ l-Electrogas gie ppublikat . . .

Imh. M. Mallia : Li kien hemm xi nkjesta, xi haga. Gie ppublikat.

Dr. Jason Azzopardi: Gie ppublikat rapport ta’ l-awditur generali l-NAO is- sena elfejn u tmintax (2018) . . .

Imh. M. Mallia : Dak hu.

Xhud: Esebiet l-abridged version qed nesebih hemm hekk fejn qrajt is-silta . . . .

Dr. Jason Azzopardi: Huwa pubbliku. Xhud: 17.3 . . .

Imh. M. Mallia : Ghandek il-konkluzjoni tieghu?

Xhud: Hija l-konkluzjoni dwar ir-rapport ta’ l-NAO fuq l- investigazzjoni ta’ l-Electrgas illi tratta l-argumenti tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni ta’ dak iz-zmien Simon Busuttil fuq ix-xebh bejn il-proposti f’din il-power point presentation . . . .

Imh. M. Mallia : U dak li rrizulta.

Xhud: U dak li eventwalment hareg fil-kuntratt u fejn l-awditur generali kien qieghed jikkonkludi wkoll illi ma jirrizultax dak

– il-provi li kien hemm rabtiet bejn is-sidien ta’ l-Electrogas mal-partit pero’ qal ukoll illi ma ghandux ir-remit li jinvestiga l-partiti. Jiena li nista’ nikkonferma huwa illi Paul Apap Bologna kien gie ghandi bhala partit politiku biex jipprezenta dak ir-rapport.

Imh. M. Mallia : Minbarra Paul Apap Bologna, irrizultalek min kienu l-familji ‘l ohra warajh? Ghax hu semmielek familji.

Xhud: Hu, dak iz-zmien, fil-power point presentation tissemma numru ta’ familji lokali, Maltin, central businessmen, jekk m’inhiex sejjer zball, tani l-hjiel li stajt nifhem, pero’ dirrettament le ma qallix.

Imh. M. Mallia : Ma qallekx.

Imh. A. Lofaro: U inti x’ghamilt wara li prezentalek ir-rapport? Tkellimt mal-Ministru jew mal-Prim Ministru dwaru?

Xhud: Jiena dwar dak ir-rapport hadtu mbaghad fuq livell intern, limitatament fuq il-prezentazzjoni illi kien hemm. Kont naf x’inhi l-politika ta’ dak iz-zmien. Ghidt illi jiena wegibt b’dak il-mod u waqfet hemm hekk . . .

Imh. A. Lofaro: Waqfet hemm. Xhud: Waqfet hemm hekk. Imh. A. Lofaro: Ok.

Xhud: U mbaghad regghet qamet fl-ahhar, fi zmien il-kampanja elettorali.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri jekk qed nifhem tajjeb, sakemm gie ghandek is-sur Paul Apap Bologna u tkellimtu u ddiskutejtu, kienet haga normali. Ma kienetx xi haga mhux tas-soltu. Jigi xi hadd ghandek bi progett u titkellmu fuqu. Hux hekk?

Xhud: Le, mhux jigi xi hadd ghandi bi progett. Jien ma kontx naf fuq xiex gej.

Imh. V. Said Pullicino : Le, le, le. Imma meta gie bil-progett, inti ghidtilna li tkellem lil kulhadd u ghandi nifhem jien li kien hemm ohrajn li gew bil-progetti jew b’diskussjonijiet . . .

Xhud: Ma kien hemm haddiehor li gie bi progett bhal dan jew progetti ohrajn, le.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri inti x’tara li mhux tas-soltu fil-fatt li gie ghandek? Ghaliex hawn qed naraw jekk hemmx xi nuqqas ta’ xi hadd. Li qed nifhem li – l-elezzjoni tat-two ow one three (2013) ma kien hemm l-ebda nuqqas hux hekk?

Xhud: Le, jiena li nista’ nghid huwa dan: li jiena m’inhiex l- awtorita’ kompetenti li nista’ niddeciedi fuq dan il-progett. Illi kien gie ghandi qisu qed ibiegh bhala salesman progett, illi jiena ma kellix dak ir-remit. Kont naf ovvjament x’inhi l- politika generali tal-gven fil-kariga illi jiena kelli. Pero’ meta mbaghad wiehed jara l-kuntest ta’ dak illi gara fit-two thousand and nine (2009), il-konkluzjonijiet illi kien hemm f’dak ir-rapport tad-decizjoni li . . . eccetera, eccetera, u mbaghad is-sejha li kien hemm mill-Partit Laburista fl-elfejn u tlettax (2013) fil-bidu tal-kampanja elettorali, jiena hassejt illi dak illi gie ghandi biex ibiegh, seta’ – issa jiena . . .

Imh. V. Said Pullicino : M’hemmx dubbju li huwa l-istess progett. U allura la huwa l-istess progett dak li gara fit-two thousand thirteen (2013) kien diga mahsub fit-two thousand and nine (2009). Sa hemm hekk naslu jigifieri hux hekk?

Xhud: Iva.

Imh. A. Lofaro: Imma kienu l-istess nies? Xhud: Milli stajt nifhem jien iva. Imh. A. Lofaro: L-istess nies.

Xhud: Iva. Yes.

Imh. V. Said Pullicino : Jekk sar xi abbuz, jekk sar xi nuqqas mhux fit-two thousand and nine (2009) sar. Ikun sar fil-mod kif hareg it- tender fit- two thousand and thirteen (2013).

Xhud: Le, le, le. Jien qed naghti – jien qieghed naghti biss kuntest li fit-two thousand and nine (2009) dan il-progett li tfassal suppost skont ir-regoli tal-kompetizzjoni, jidher illi kien vicin hafna mal-proposta li kienet saret fit-two thousand and nine (2009). U meta harget imbaghad – meta harget imbaghad il-kampanja elettorali li kienet tiffoka partikolarment fuq din, anke bejn iz-zewg (2) partiti, jiena rriferejt lura ghal dik id-diskussjoni u f’qalbi ghidt mela sehhet.

Imh. V. Said Pullicino : Dan l-istess. Jc: Jigifieri . . . .

Xhud: Pero’ dik hija opinjoni. Imh. V. Said Pullicino : Iva opinjoni.

Xhud: Opinjoni politika b’riserviment ghal dak illi kelli quddiemi.

Dr. Jason Azzopardi: Lil hinn mid-dixxerniment u mill-opinjoni jew fehma politika, effettivament qed nifhem bix-xhieda guramentata tieghek illi s-sustanza konkreta, l-punti saljenti tal-progett proposta tal-power station li spjegalek Apap Bologna f’Mejju elfejn u disgha (2009), insibuhom riflessi f’dak illi fl- elfejn u tlettax (2013) fil-fatt gie moghti mill-gvern, gvern laburista allura elfejn u tlettax (2013) lill-konsorzjum ta’ l- Electogas.

Xhud: Iva. Fil-fatt elenkajt dawk iz-zewg (2) – ghall-inqas dawk iz- zewg (2) tibiliet partikolari li semmejt qabel.

Dr. Jason Azzopardi: Domanda – forsi – nahseb l-ahhar domanda, imma ma nistax ma nistaqsijiex Sinjuri Imhallfin lil Dr. Borg Olivier. Apap Bologna meta kellmek, gie jkellmek inti kont segretarju generali ta’ partit politiku. Inti ma kontx ufficcjal tal-gvern?

Xhud: Le.

Dr. Jason Azzopardi: Apap Bologna qallek jekk kienx kellem lil xi ufficcjal tal-gvern, xi Ministru tal-gvern bhal ma kien kellem lilek fuq dan il-progett?

Xhud: Le ma qallix. Li nista’ nghid, li kienet dejqitni, dik is- sentenza: the decision is yours, we will do our bit if you do yours. U jiena hadt interpretazzjoni . . .

Imh. V. Said Pullicino : Ma ghandha x’taqsam xejn ma din. Kont segretarju ta’ partit, tajjeb? Ha nkellmek ftit fuq ir-relazzjoni bejn il- partit – il-partit taghkom u l-partit dak inhar fl-oppozizzjoni. U n-negozju in generali. To what extent tahseb li l-partiti f’Malta kienu b’xi mod involuti jew mghejjuna minn negozjant Malti fil-kampanja elettorali tieghu – what is the extent of that relationship? Kif tarha inti.

Xhud: Jiena li nista’ nitkellem huwa fil-kaz taghna. Per ezempju fl- istess zmien – ma nafx jekk hix relatata ma din l-inkjesta pero’ biex norbotha ma’ dak kollu li kien qieghed jigri f’dak iz-zmien, per ezempju anke bhala segretarju generali – ghax qabel qatt ma kien gie haddiehor fuq dak il-progett, per ezempju kien avvicinana Christian Kaelin li kien – li huwa ta’ Hanley and Partners rigward il-bejgh tal-passaporti. U dak iz-zmien . . . .

Imh. A. Lofaro: U meta jekk jghogbok avvicinak?

Xhud: Bazikament l-istess zmien. Ma nafx jekk hux two thousand and nine (2009) jew two thousand and ten (2010). Imma naf li fl-istess zmien. U naf li l-istess zmien ghax – ha nkun sincier peress li niltaqa’ ma hafna nies, kien skorrieli l-isem, niftakar li kien prezentali ktieb meta kien gie ghandi u mort lura nivverifika meta kien hemm id-data tal-ktieb. U niftakar li kien gie b’dak l-intendiment u niftakar illi konna ghidna isma, l-kwistjoni tal-passaporti u l-kwistjoni tas-sovranita’ tal-passaporti mhix kompromessa ghal inqas bhala politika tal-partit. Ghat-twegiba tieghek, minn naha taghna partit, anke fil-kuntest ta’ dak illi wiehed jista’ jara fil-media llum eccetera, jien ma nahsibx – ghal inqas fi zmien l-partit ma kienx . . .

Imh. V. Said Pullicino : Jiddependi minnha direttament . . .

Xhud: Wiehed jista’ jghid li kien jiddependi b’sahha jew b’influwenza jew – il-partiti huma – ghandhom id-

donazzjonijiet taghhom pero’ ma nahsibx illi nista’ nghid illi fil-kaz taghna kien xi wiehed illi l-politika taghna jew id- donazzjonijiet taghna kienu jirriflettu biss donazzjonijiet illi jorbtu anke kompromessi. Ghall inqas fi zmien illi ghamilt jiena bhala segretarju generali ma kontx inhares lejjha b’dak il-mod.

Imh. V. Said Pullicino : Jigifieri allegazzjonijiet illi intom b’xi mod jew iehor kontu – kellkom xi obbligazzjoni lejn xi hadd – ma tarrahhiex hekk inti. Illum is-sitwazzjoni hi tali illi ssir allegazzjoni illi certu finanzjament ikun provdinat ghal partit politiku. Jigifieri inti fl-esperjenza tieghek fil-partit tieghek bhala fatt issa ghidilna, ma kienetx hekk inti?

Xhud: Jiena l-esperjenza tieghi bhala fatt inti ghandek – ghandek tliet (3) sorsi ta’ finanzjament. Ghandek l-entitajiet kummercjali, ghandek id-donazzjonijiet illi jsiru fil-maratoni minn nies b’mod generali u mbaghad ikollok donazzjonijiet illi jigu minn nies verji inkluzi minn nies tan-negozju. Jien ghall inqas fil-kaz tieghi, ma nistax nghid illi b’xi mod, xi hadd ta donazzjoni biex b’xi mod jikkomprometti lili jew lill- partit. Ma nistax nghidha f’dak is-sens. Ma nistax nghid haddiehor x’ghamel pero’ ghall-inqas f’dak iz-zmien li kont – fis-sens, mhux f’dan il-partit . . .

Imh. V. Said Pullicino : Il-partit tieghek meta kont . . .

Xhud: Ma nistax nghid jien haddiehor la f’partit iehor jew fi kwalunkwe partit kif hasibha. Jien minn naha tieghi nista’ nghid illi l-finanzjament tal-partit kien dejjem wiehed – kien dejjem wiehed fejn tinaghta rcevuta. Kien ikun hemm nies anke li jitolbu illi – mhux jitolbu, li johorgu d-donazzjoni taghhom anke fuq cekk pay Partit Nazzjonalista. Jigifieri kienet espressjoni taghhom illi juru illi qeghdin jaghmlu donazzjoni lill- partit. Ma nistax nghid ukoll illi – cioe’ nista’ nghid ukoll illi hija a bit of a misnomer illi inti ghandek donazzjonijiet ta’ ammonti kbar. Fil-fatt il-partiti jahdmu fuq il-ftit tal-hafna, inkluz donazzjonijiet ta’ dawk illi jigu

mis-settur tan-negozju. Ghall-inqas f’dak illi jitratta l-Partit Nazzjonalista.

Imh. V. Said Pullicino : All right ghalissa. Imh. A. Lofaro: Grazzi.

Imh. M. Mallia : Grazzi.


Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Dr. Paul Borg Olivier dettata minnu stess.


Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Margaret De Battista Traskrittrici