Xhieda ta’ Peter Caruana Galizia – 6 ta’ Diċembru 2019
l-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Seduta miżmuma llum il-Gimgha 6 ta’ Diċembru, 2019 fid-9:00am fit- tieni sular, Awla 20, il-Qorti.
Dr Therese Comodini Cachia :
…. le ‘l ghaliex huma ma humiex qeghdin….; peress illi l-process inghalaq ahna informati li m’ ghandhomx jinzammu mill-Qorti fil-process minhabba in-natura taghhom, imma jinzammu – qeghdin jinzammu taht ir-responsabbilta` ta’ l-Imhallef. U allura l-Bord irid jinforma lill- Imhallef biex l-Imhallef jghaddihomlu. U ovvjament, illum li ghamilna dak il-verbal nahseb illi jsir izjed importanti li l-Imhallef jigi informat biex jghaddihom ghax lanqas iridu nesponu lilu f’ dan il-..
Chairman :
L-Avukat Peter Caruana Galizia bil-Malti u bil-gurament jghid; ahlef li tghid is-sewwa, is- sewwa kollu, xejn hlief is-sewwa u hekk Alla jghinek:
Xhud :
Nahlef. Jiena lit-tifel ma smajtux, pero` bazikament kien qalli x’ ser jghid. Jien xtaqt nikkoncentra fuq kif kienet il-hajja ta’ kuljum mal-mara tieghi minn mindu bdew jattakkawha politikament u affarijiet hekk. Jigifieri nista’ nibda miz-zwieg ‘l hemm ghax qabel ma tantx kont nafha; u speci ta’ l-milestones li kien hemm il-problemi li kellna minhabba li kienet tikteb u Agenzija Appogg hekk. Nahseb dan l-input li nista’ naghti jien l-izjed, peress li kont bniedem l- izjed vicin taghha.
Chairman :
U ha nghinuk ukoll, jigifieri ahna what we after at this stage principally il-hajja taghkom ta’ kuljum f’ certu mument hadet certu zvolta.
Xhud :
Iva, ma kinetx wahda normali.
Chairman :
Issa ikkoncentra fuq dak ta’ meta l-izvolta. Jigifieri ghidilna kif kont tghixu, ha nibdew …
Xhud :
Ehe, pero` xtaqt naghti ftit background ta’..
Chairman :
Yes yes..
Xhud :
I mean jiena srit naf lill-mara fin-1984 cirka, kienet ghaddejja process il-qorti u b’ kumbinazzjoni kellha dsatax-il sena, kienet qed tiehu sehem f’ xi protesta ta’ l-iskejjel meta il- gvern ried jaghmilhom b’ xejn fi zmien Karmenu Mifsud Bonnici. Kienet giet arrestata flimkien ma’ xi ghaxar min-nies ohra; teghulha xi hdax-il charge. Il-kawza giet quddiem David Scicluna; kien hemm xhieda u affarijiet, eventwalment gew kollha liberati; pero` kienet arrestata ghal xi thirty six (36) hours. U nahseb jiena it was the first step in radicalization kwazi kwazi. Meta speci ta’ giet iffaccjatha bis-sistema, jigifieri pulizija, kien spettur dak iz-zmien Anglu Farrugia irnexxielu speci ta’ izommha u intrabta b’ charges for 36 hours u process shih. Ghal persuna ta’ 19-il sena ma kinetx cajta. Jigifieri nahseb dak kien l-ewwel turning point fejn speci ta’ bdiet tapprezza kemm hu b’ sahhtu l-istat fil-konfront tac-cittadin komuni, li speci ma ghandux l- istess drittijiet li ghandu spettur tal-pulizija.
Mela, izewwigna fis-sajf f’ Awwissu tan-1985, dak iz-zmien ma kinetx qed tikteb. Bdiet tikteb ftit wara li twieldu t-tfal fin-1987 -88, wara li twieled l-ahhar tifel. Kienet editur ta’ magazine li kien jismu The Circle li kien johrog mas-Sunday Times; ma kien fih l-ebda politika. Kienet ukoll taghmel gazzetta darba fix-xahar jismu The Exporter li kien qisu fuq il-fabriki ta’ hawn Malta, u kienet tintervista lid-diretturi, l-owners; jigifieri xoghol li ma ghandu x’ jaqsam xejn mal- politika. Kien ta dak ix-xoghol Godfrey Grima niftakar.
Issa, ftit wara li twieled it-tifel iz-zghir fin-1988 minghalija wara li kien inbidel il-gvern u kien hemm gvern nazzjonalista kienet talbet lil Michael Falzon biex tintervistah ghat-Times of Malta. Jigifieri kienet iltaqghet ma’ l-editur dak iz-zmien kien Anthony Montanaro u kellha din il-proposta. Kien dak il-pejodu meta kulhadd kien qed igorr, kien fis-sajf, u kien qed johrog id- drenagg Ta’ Sliema u whatever, u l-ministru kien mar jghum biex juri kemm hu nadif l-ilma u whatever.
Membru :
Niftakarha din..
Xhud :
Dik kienet l-ewwel haga politika li qatt ghamlet. U jigifieri l-Ministru ma kienx ra l-intervista qabel ma giet ippubblikata u meta giet ippubblikata kien ha ghalih hafna bil-mod kif dherlu li
zebilhitu whatever. Issa eventwalment jew wara ftit Alex Anthony Montanaro kien talabha taghmel kolonna darba fil-gimgha nhar il-Hadd, u kienet bdiet tikteb u kien jismu The Good, the Bad and the Ugly. Kienet tuza isimha, u speci ta’ bil-mod il-mod kienet saret speci ta’ popolari, u kienu jghidulha nies li jixtru l-gazzetta minhabba fiha biss u whatever whatever. Anyway.
Li gara mbaghad kien hemm perjodu meta kien hemm xi investituri li riedu johorgu gazzetta ohra li eventwalment kienet il-Malta Independent u kienu talbuha tghinhom to set it up u kienet minghalija full time ghal xi zmien ghal xi sena jew whatever. Kienu weghduha li jaghmluha l-editur, pero` mbaghad kienu ghamlu ragel minflok ghax dehrilhom li huwa job li ahjar ragel milli ghal mara. Ilu dan hafna!, but anyway.
Sadanittant kienet baqghet tikteb fit-Times il-kolonna ta’ nhar il-Hadd, u gara li kien hemm storja fejn certa persuna Clarissa Cachia li kienet oht Meinrad Calleja kienet inqabdet b’ kilo kokaina fil-karozza taghha. U din qalet fl-interrogazzjoni li kienet qed tiehu l-kokaina mid-dar ta’ missierha ghal ma nafx min, insejt bazikament. But anyway, u dan Meinrad Calleja inzerta li kien it-tifel tal-Brigadier Maurice Calleja, u l-mara dherliha li speci ta mhux sew li brigadier li huwa responsabbli ghall-integritra` tat-territorju jkollu kilo kokaina d-dar. U kienet kitbet artikolu f’ dan is-sens. U kienet ukoll gara li meta trasaq Meinrad Calleja kienet dehret ghalih Giannella Caruana Curran, it-tifla ta’ Guido de Marco, u dehrilha li speci ta’ kien hemm xi tip ta’ konflitt. Pero` l-problema ma’ Meinrad Calleja kien meta tressaq fuq l-omicidju, l-attentat omicidju ta’ Richard Cachia Caruana, u kien f’ dak il-perjodu li kellna l-ewwel attack id-dar. Kien minghalija 1995, ftit qabel il-Milied, skoprejna li kien xi gimgha wara li kien hemm l- attentat fuq Richard Cachia Caruana l-Imdina
Dr Therese Comodini Cachia :
Meta tghid “kellna dan l-attentat id-dar” tista’ tispjegalna x’ kien? Fiex kien jikkonsisti.
Xhud :
Ehe kont gej ghaliha. Ftit wara li provaw joqtlu lil Richard Cachia Caruana kienu anke harqu l- bieb ta’ Adiran u Jackie Stricland iz-Zejtun u mbaghad kienu harqu l-bieb taghna. Kumbinazzjoni kellna qasrija wara l-bieb u smajta tinfaqa’. Kien xi l-hdax ta’ billejl, ma kienx daqshekk tard, u tlajt malajr u nara dan in-nar tiela’ mal-bieb; u insomma irnexxieli nitfih b’ barmil ilma whatever whatever. Gew il-pulizija u sebah u dalam, pero` qatt ma tressaq hadd. Pero` ahna konna konvinti li dan kien tpattija minn Meinrad Calleja ghax dherlu li missieru eventwalment irrezenzja minhabba xi haga li kitbet il-mara tieghi fis-Sunday Times. Fejn qalet li l-Prim Ministru qed jistenna lill-Brigadier Maurice Calleja jirrezenja, u pero` dan qed jirrifjuta li jirrizenja. Kif hareg dan l-artikolu kien minghalija Republic Day li inzerta kien il-Hadd, u l- Brigidaier kellu jmur ghac-cerimonja u ma marx; u l-ghada t-Tnejn kien tefa’ r-rizenja tieghu. U ahna konna konvinti allovalja li hadd qatt ma tressaq fuq dan li kienu kollha konnessi. Jigifieri l-
attentat fuq Richard Cachia Caruana, il-hruq tal-bieb ta’ Jackie u Adrian Strickland u l-hruq tal- bieb taghna.
Nispjega li l-bieb ta’ Adrian u Jackie Strickland inharaq ghax mid-dehra l-Prim Ministru Edward Fenech Adami kien dak iz-zmien kien talab lill-brigadier ta’ qablu, Micallef, insejt l-ewwel isem tieghu, biex ikellem lil Maurice Calleja li jipperswadih jirrizenja bil-kwiet; fuq din l-istorja li kien hemm il-kokaina d-dar tieghu. Pero` jigifieri fuq dan l-incident tal-bieb taghna hadd ma tressaq. U xi erbat ijiem qabel minghalija kienu anke ..konna sibna kelb mejjet imhanxar. U eventwalment kienet meta Meinrad Calleja tressaq fuq l-attentat qtil ta’ Richard Cachia Caruana wara l-mahfra lil Zeppi l-Hafi u l-istorja kollha ta’ dak iz-zmien, kienet dehret ghalih Giannella Caruana Curran. U l-mara dehrilha li ma messhiex accettat li tidher ghalih meta missierha huwa fil-Kabinett u l-persuna l-vittma cioe` kien ic-Chief of Sstaff tal-Prim Ministru. Kienet kitbet din il-kolonna, pero` l-editur ma kienx accettaha. U l-problema kienet li Guido de Marco kien anke direttur fuq il- foundation tat-Times u allura l-editur hass li m’ ghandu jikted xejn kontrih.
Hi speci ta’ provat tipperswadih, niftakar li kien icemplilha, kont prezenti d-dar, u baghtet il- kolonna lil Malta Independent u accettawha. U mbaghad irceviet ittra d-dar illi mhux ser ikomplu jgibu l-kolonna taghha u din bdiet tikteb regolarment fil-Malta Independent. Jigifieri dan kien it-turning point ta’ meta qalbet mit-Times ghal Malta Independent. Kien sar pressure anke fuq il-Bord tal-Malta Independent biex ma jhalluhiex tikteb, pero` kienu thank God irrezistew. Jigifieri dan ilu. Pero` speci ta’ dan kien in-normali tal-hajja taghna d-dar. It-tfal kienu ghadhom zghar hafna; ma kienux jifhmu. Anke meta kienu harqulna l-bieb fin- ’95 I mean kienu .. lanqas kienu teenagers, kienu ghadhom imorru l-iskola. Konna ghednielhom li kellha xi Christmas decorations u qabad it-tapit u whatever. Jigifieri kienet kemm jista’ ikun ma tesponihomx ghal dawn l-affarijiet.
Imbaghad kellna incident iehor id-dar meta kienet kitbet fuq Norman Lowell u l-Imperium Romanum li kellu l-partit. It-tifel iz-zghir kien gie lura d-dar min Paceville fit-tlieta ta’ filghodu u nduna li kien hemm nar fuq wara tad-dar, jigifieri n-nar kien diga` tela’ izjed minn zewg sulari biex rah minn quddiem; u qajjimna, kienu t-tlieta ta’ filghodu. U l-istess haga hrigt bil-hosepipe u rnexxieli nitfih, pero` dan kien kbir. Kien hemm erba’ tyres kbar ta’ trakk u f’ kull tyre kien hemm ma nafx kemm-il flixjun miz-zghar ta’ l-ilma mimli petrol, u kien hemm ic-caruti u whatever; biex jigifieri kellna hafna hsara, inkiser il-hgieg kollu fuq wara u I mean kienet gravi. U li kieku ma konniex waqqafnih kien jidhol gewwa n-nar, u konna erba’ mn-nies rieqdin, jigifieri ‘mnalla t-tifel mar Paceville u whatever.
Imbaghad jigifieri l-istess, qatt tressaq hadd; allavolja kienu gew il-pulizija, kien gie l- Kummissarju, dak iz-zmien John Rizzo. Kienu talbu l-Vodafone u l-GO biex jaghtuhom in-numri tal-mobiles li kienu prezenti f’ dawk l-inhawi f’ dak il-hin, pero` irrifjutaw kienu dak iz-zmien. U allura speci ma kienx.. il-pulizija qatt ma setghu jistabbilew min kien responsabbli; pero` l- mara kienet konvinta ..
Chairman :
Pero` Dottore, tista’ ittini s-sena?
Xhud :
Is-sena kienet 2006, Mejju; 14th May 2006. Imbaghad turning point iehor li affettwat il-hajja taghna b’ mod tremend kien li meta l-Partit Laburista fil-kampanja ta’ l-elezzjoni tat-2013 kienu ghamluha fuq billboard enormi fin-nofs bejn Austin Gatt, Lawrance Gonzi u mbaghad fil- genb kien hemm Richard Cachia Caruana, kien hemm Paul Borg Olivier u kien hemm George Pullicino. Jigifieri l-Prim Ministru ta’ dak iz-zmien u Ministri, u Paul Borg Olivier kien is- segretarju tal-partit dak iz-zmien Nazzjonalista. U kien hemm ritratt enormi taghha ghax dan kien billboard kbir, kien l-Imsida mar-roundabout. U jiena I mean l-ewwel darba li rajtu kont qed insuq lejn il-Belt u hadt qata’; ghedt ara marelli ghal xiex wasalna!! Issa l-mara ma kinetx fil-partit, ma kinetx politikant; I mean kienet..ghalija kienet mhux accettabbli li jitfghuha hemm fuq billboard u juzawha fil-kampanja.
Pero` din kienet, il-Partit Laburista kien ilu zmien ixerred il.. ma nafx x’ inhija ma nafx x’ inhi, li l-mara tieghi kienet imhallsa mill-Partit Nazzjonalista biex tikteb favur taghhom u kontra l- Partit Laburista. Jigifieri jien nista’ nghid li dana m’ hu veru xejn. Qatt ma qalghet sold minn ghand il-Partit Nazzjonalista, pero` din kienet il speci ta’-.. il- fake news tista’ tghid, dak iz- zmien ma konniex nuzaw din l-espressjoni, ta’ kif il-partit ikkonvinca l-followers tieghu u hafna nies ohra li l-mara tieghi kienet organu qisu tal-Partit Nazzjonalista u speci ta’ beda l-process ta’ dehumanization; jigifieri jghajruha kemm jistghu, jiktbu kontriha, jghajru lill-Prim Ministru biha; jipprovaw jitolbuh iwaqqafha u affarijiet hekk jigifieri. Il-mara tieghi I mean ma kinetx persuna li kient tobdi lil Lawrence Gonzi kieku qalilha biex tieqaf in any case hu jigifieri! Pero` hafna nies emmnuha din ix-xnija. U mill-mument li kien hemm wiccha fuq il-billboard, ghax ghandi nghid li l-mara tieghi ma kinetx thobb tidher, ma kinetx tmur fuq it-television, kienet tirrifjuta, kellha hafna stedini pero` dejjem kienet tirrifjuta, u speci ta’ ippretendiet li ghandha dritt ghal hajja privata kif ghandu kulhadd. Ma kinetx persuna fil-politika; ma kinetx public officer; ma kinetx imhallsa mit-taxxi tal-poplu u whatever. Pero` minhabba dak il-billboard kulhadd beda jaghrafha fit-triq. U konna nkunu barra, konna nkunu f’ restaurants, konna nkunu whatever, u f’ daqqa wahda xi hadd jibda jghajjarha, kienu jobsqulha, kienu I mean kienet saret intollerabbli l-hajja. U bil-mod il-mod ..
Membru :
Dr Caruana Galizia, mal-billboard kien hemm xi caption? Kien hemm xi kliem? Ghax jien ma niftakrux jigifieri.
Xhud :
Ghandi ritratt tal-billboard li .., ehe, my choice of friends. Ghax kien dak iz-zmien.., I mean jiena dan nixtieq nipprezentah pero` mhux illum ghax nixtiequ namplifikaw fuqu. Pero` l-Bord jista’ jara r-ritratt.
Membru :
Kemm nara r-ritratt biss.
Xhud :
Ghax kienet dak iz-zmien tal-hbieb tal-hbieb; kien slogan tal-Partit Laburista.
Membru :
Choice of friends.
Xhud :
Kien bil-kulur ovvjament u kien enormi.
Membru :
Ok. Grazzi.
Xhud :
Pero` dak id-dossier eventwalment nipprezentawh wara li .., ghax ilu ftit li sar. Jigifieri ghaliha dik kienet xi haga gravi u kienet hadiha bi kbira hafna. Pero` ma kellha l-ebda rimedju. Imbaghad bdew wara din tal-billboard, per ezempju darba kienet fil-car park ta’ Mater Dei u giet id-dar u whatever, imbaghad icemplulha l-pulizija wara ftit li xi hadd qed jghid li dahlet fih meta kienet qed tirriversja, u riduha tinzel l-Ghassa bil-karozza biex jaraw kienx hemm xi tracci ta’ impact. U niftakar kienet irrifjutat li tinzel. Kienet cahdet, qalet le. Imbaghad eventwalment wara hafna telefonati whatever kienu gew il-Pulizija d-dar, gew xi hamsa kollha flimkien, ma nafx minn liema Ghassa ta’ l-Imsida; u fil-fatt ma sabu xejn, l-ebda tracca. Jigifieri kienet- ..tant kienet kerha li kienu jsiru fake reports fuqha.
Anke kien hemm kaz iehor fejn xi hadd irrapporta li kienet laqtitu u kienu anke ressquha l-qorti u whatever, I mean mbaghad speci ta’ kien jaqa’ kollox. Kien hemm anke kaz fejn ipparkjat quddiem l-Ghassa ta’ San Giljan u kienu tawha ticket, ma nafx ghaliex, insejt, imma kienet speci ta’ ghax waqfet hames minuti biss, u dehrilha li mhux sew li-..; u kellha argument shih mal-pulizija t’ hemmhekk u mbaghad tellghuha l-Qorti u tefghulha hafna charges, niftakar konna deherna quddiem il-Magistrat Silvio Meli; u mix-xhieda rrizulta li hafna mill-Pulizija kienu qed jigdbu; u l-Magistrat Meli kien hatafhom u kien jigifieri canfarhom u whatever, u giet liberata. Ma kien hemm l-ebda provi. I mean il-problema mhux tal-parking kienet. Li speci ta’ li ghajrithom u li bezghu minnha u whatever. Insejt x’ kienet l-akkuza, pero` sahansitra
akkuzawha li speci hassew li kienu fil-perikolu minhabba fiha, I mean! Ghassa shiha ta’ Pulizija ma’ mara wahda!
Issa kien hemm problema ohra fis-sens li hi kellha karozza bin-number plate DCG – 001 u allura n-nies bdew jgharfuha kull fejn tmur. Kienet tmur x’ imkien u ssib li kienu slaxjaw it-tyres taghha, punchers, minn kollox; grif fuq il-body u kienet spiccat ma tuzahiex izjed, u bdiet tuza l-karozza tat-tifel li kien luckily imsiefer. Jigifieri dik kienet problema ohra.
Issa nahseb dan il-process ta’ speci ta’ dehumanization kien irrendiha bhala oggett izjed minn persuna, u allura speci ta’ kien ikun hemm nies li allavolja qatt ma kienu jaqraw x’ tikteb kienu jghajruha. Kienu speci ta’ jghajruha bhala object of hatred, u bil-mod il-mod bdiet tissejjah ukoll is-sahhara tal-Bidnija. Din kien bdiha certu Lino Cassar li kien jikteb fit-Torca. U l-ironija hu li hu kien uzaha din il-frazi biex speci ta’ jghid li kienet issahhrek bil-lingwagg, bil- kliem taghha izjed milli bhala persuna sahhara jigifieri li taghmel l-affarijiet hziena. Pero` tilfet il- meaning – it-tifsira originali u speci ta’ din kienet ittiha gewwa wkoll dik li speci ta’ li kienu jarawha bhala sahhara. U allura speci ta’ kienu jigu r-repercussions kienu li ghandha tinharaq, li ittir billejl fuq xkupa, u qattus iswed u dawn l-affarijiet kollha ta’ li huma assocjati mas- sahhara. Imbaghad meta bdiet il-blog li bdietu fis-sena 2008 qabel l-elezzjoni minghalija jew dak il-hin – dak iz-zmien, ovvjament ghax ma kellhiex editur fuqha kienet izjed libera li tesprimi ruhha u kien ikollha hafna kummenti. Il-blog mall-ewwel speci ta’ qabad; kellha hafna readership u baqghet skantata, jigifieri ma tistax temmen kif persuna wehida, ghax din ma kellhiex impjegati l-mara tieghi; kienet tahdem mid-dar b’ laptop u internet u server kull ma kellha. Kien beda website li kien jismu Taste Your Own Medicine li kien anonimu. Provajna, kienet provat issib min kien responsabbli ghalih imma kien impossibbli, pero` I mean kollox kien jidher li kienet kreazzjoni tal-Partit Laburista u specifikatament ta’ certu Glenn Bedingfield li llum huwa deputat, u li eventwalment beda blog b’ ismu jigifieri, fejn baqghet bl-istess sistema li jaqbad maghha. I mean fil-blog li kellu kemm Taste Your Own Medicine u kif ukoll li kellu f’ ismu wara kien hemm eluf ta’ blog post fuq il-mara tieghi; fuq il-hajja privata taghha, fuq iz-zwieg taghna, ritratti taghha kullimkien, jigifieri mehduin u mibghuta lilu. Li kien ukoll harassment. U dan il-bniedem specjalment meta beda jikteb, meta kellu l-blog tieghu personali ta’ Glenn Bedingfield kien qed jithallas mit-taxxi tal-poplu. Hu kien jahdem kien jaghmilhom il-post fil-hinijiet tax-xoghol normali. Jigifieri dan ma kienx xi hobby kien jaghmlu billejl! Jigifieri dan kien impjegat ma’ l-ufficcju tal-Prim Ministru specifikatament biex jaghmel blog biex jattakkaha, u bhala speci ta’ balance kontriha. Ghax huma kienu jirragunaw li l-Partit Laburista ghandu bzonn blog bhal taghha bhala reaction. U ovvjament dawn l-affarijiet kienu jaffettwaha. Spiccat qatt ma kienet tmur il-bahar ghax jehdulha ritratt bil-malja u whatever, u kullimkien joqghodu jghajruha fuq il-.. ma nafx, fuq x’ tilbes u ma tilbisx. Ma stajna mmorru mkien bazikament; u kienet saret qisha …, kont immur nghum wahdi jien. Jigifieri anke nohorgu billejl. Noqghodu attenti liema restaurants immorru u affarijiet hekk. Imbaghad bdiet il-prassi li kulhadd jifthilha kawza ta’ libell. U spiccat biex sad-data tal-mewt kellha
Chairman :
Kulhadd jiftah ..?
Xhud :
Kawzi ta’ libell kontriha. Kif ukoll kriminali, ghax dak iz-zmien wiehed seta’, u civilli. U gie li kienu jsiru tnejn minn l-istess persuna, jigifieri fil-kriminal u kif ukoll fic-civil. U spiccat biex sad- data tal-mewt kellha xi hamsa u erghin (45) kawza pendenti kontriha, li minnhom wiehed biss kien fil-kriminal, ta’ certu Charles Spiteri li .. whatever. U dan kien apparti li hafna minnhom I mean kienet tirbahhom, mhux kollha, pero` bazikament I mean kien fair comment u kien-.., pero` kien jidher li kien hemm pjan biex kulhadd jiftah kawza anke biex idejjaqha u anke jekk ma ghandux ragun, u anke jekk dak li qed tghid li qed tallega huwa l-verita`. Dan kien jinvolvi l- ispejjez biex tikkontesta, trid tqabbad avukat, trid tidher il-Qorti, kienu jahlulha hafna hin; kellha izjed kawzi minn f’ ceru zmien. I mean kienet haga redikola.
Imbaghad konna skoprejna wkoll li meta beda l-bejgh tal-passaporti l-kumpanija li kienet inghatat il-kuntrat Henly and Partners kellha rapprezentant li jismu Christian Cailen, li huwa s- sid fil-fatt, u kien qed jibghatilha ittri biex tieqaf tikteb fuqu permezz ta’ solicitors l-Ingilterra. Kienu qabdu d-ditta Mishcon and Reya li huma kbar, I mean enormi u you know, unlimited resources u ghal blog li jinkiteb Malta qieghed speci ta’ f’ dan il-pajjiz u mhux l-Ingilterra kienu heddewha li jharrkuha l-Ingilterra u mhux Malta jigifieri. U kienet skopriet, ghax xi hadd kien baghtilha l-informazzjoni u qieghed hemm fuq il-blog taghha, li dan il-pjan li Henley and Partners jifthu kawza ta’ libell l-Ingilterra kontriha kien kellu l-barka tal-Prim Ministru Joseph Muscat, tal-Ministru tal-Gustizzja Owen Bonnici u ta’ Keith Schembri Chief of Staff, u ta’ Jonathan Attard li kien inkarigat minn IPP program, il- passport program by investment. U ma setghetx temmen jigifieri f’ liema stat konna wasalna li Henley and Partners jigifieri talbu l- barka ta’ dawn in-nies qabel ma jifthu l-kawza; u kollha irrispondew, ghax kien hemm email exchange privat li kien gie linkjat lilha li qalulhom go-ahead we agree u affarijiet hekk.
Chairman :
Kif kienet skopriet din?
Xhud :
Xi hadd ma nafx min ….
Chairman :
Jigifieri kellha xi sources?
Xhud :
Ehe kellha source ma nafx min hu ghax ma kinetx tghidli, kien baghtilha dan l-email exchange. U l-email exchange qieghed pubblikat fuq il-blog taghha jigifieri; nistghu nesebuh bhala parti mid-dossier. I mean it was ..u l-email addresses ta’ kulhadd kienu privati. Ma kienx @gov.mt
jew whatever li juzaw; kienu gmail jew xi haga hekk. Jigifieri biex ma jkunux fid-domain tal- gvern. Jigifieri mbaghad kien hemm skoprejna wkoll allavolja hi ma kinetx taf ghax kienet lahqet inqatlet li Pilatus Bank ukoll kienu fethu kawza ta’ libell kontriha pero` mhux Malta imma fl-Amerika, insejt f’ liema stat, pero` kienu qed jitolbu xi 2 million damages jew xi haga hekk. Kienet ghadha mhix notifikata bil-libell, u l-ghada li mietet kienu cedew l-atti. Issa kien hemm….
Chairman :
Dan tal-Pilatus kienu wara li harget l-istorja tal-Panama Papers hux hekk? jekk niftakar sew.
Xhud :
Yes. Dika tal-Panama Papers storja ohra. Imbaghad kien hemm jigifieri kien hemm perjodu fejn ukoll kienu il-Vat Department u l-Income Tax Department kienu f’ daqqa wahda bdew jibaghtulha hafna assessments, u kienu inkredibbli dawn l-assessments. Jigifieri mid-dehra kienu talbu l-bank l-HSBC kopji ta’ l-istatements taghha u kienu assumew li l-flus kollha li kellha f’ dak il-kont kienu kollha income. Mentri fil-fatt jiena kont intiha hafna flus tal-hajja, kienet jigifieri kienu ..kellha kont wiehed u kienet tuzah ghal kollox
Chairman :
It-timeframe ukoll, f’ liema perjodu?
Xhud :
It-timing?
Chairman :
F’ liema snin bejn wiehed u iehor?
Xhud :
Din tal-Vat kien ilna sejrin xi ghaxar snin; xi ghaxar snin ilu xi haga hekk. Kienu jaghmluha ex officio assessments u affarijiet hekk; kienu jibaghtu ghaliha u hafna .. kienu jitolbuha tiggustifika kull item li kellha fl-accounts. Dawn kienu kollha speci ta’ meta tarhom kollha flimkien kienu qisu sistema biex iwaqqfuha. Minn kollox kienu jivvintaw jigifieri. U in hindsight nara kemm jigifieri dak iz-zmien tehodhom for granted. Jigifieri ahna ghalina kienet qisha saret xi haga normali li speci li jkollna bieb mahruq, li jkollna..you know? minn kollox kien jigri; telefonati anonimi; ittri anonimi, handcuffs fil-letter box. Dawn, I mean speci ta’ meta niftakar minn xiex ghaddejna lanqas ridt nemmen.
Imbaghad kien hemm ukoll is-sitwazzjoni tal-police protection. Mela meta kien Kummissarju John Rizzo kien dejjem jibghatilha police protection fixed point id-dar lejl u nhar fi zmien l- elezzjonijiet u fi zmien meta jkun hemm daqsxejn inkwiet fil-pajjiz jew affarijiet hekk. U jigifieri ghexna gimghat shah bil-police protection wara l-bieb. U certu zmien imbaghad bdiet tinduna
li certi mill-Pulizija li kienu jigu kien jaghtu informazzjoni lil per ezempju lil Glenn Bedingfield ghal blog tieghu u affarijiet hekk; u kienet iddejjaqa din li kull ma jigi jaraw minn gej, jaraw min sejjer u whatever. Pero` John Rizzo kien insista maghha trid jew ma tridx jien ser naghtik protection. Jiena l-obbligu tieghi bhala Kummissarju tal-Pulizija huwa l-prevention of crime rather than the persecution. U hi kellha ..
Chairman :
Jigifieri hu kien ihoss il-Kummissarju Rizzo illi kellha bzonn protection.
Xhud :
Yes. Ehe, kien jinsisti u ma kienx jaghti kasha. Hi kellha relazzjoni tajba mieghu, pero` kien jghidilha – trid jew ma tridx. Ghax kien jaf li kienet tiddejjaq.
Chairman :
Mela kien iddecieda li she was a person to be protected.
Xhud :
Yes. Definitely.
Membru :
Dana tafu personalment inti.
Xhud :
Yes. Kont nghix hemm jien. Jiena il-Pulizija kienu jigu, gieli kienu jkunu zghar hafna minnhom. Lanqas kien ikollhom karozza, u kont inhallilhom il-karozza barra biex fix-xitwa joqghodu fiha. Jigifieri konna drajnihom.
Chairman :
Is-sena please sa meta?
Xhud :
Is-sena it goes back a long way jigifieri; meta bdiet tikteb.
Chairman :
Sa meta irtira hu?
Xhud :
Yes. Meta irtira hu waqaf kollox kwazi. Kellna jumejn waqt ir-referendum tal-kacca. U jista’ ikun ..
Membru :
Tal-kacca, ehe. Dr Caruana Galizia. Jigifieri anke wara l-elezzjoni tat-2017 hadt ma dherlu li kellu jibghatilha xi tip ta’ police protection?
Xhud :
Le ma jidhirlix
Membru :
Le.
Xhud :
Pero` rrid niccekkja
Membru :
Ghaliex Matthew ma ftakarx.
Xhud :
Matthew forsi lanqas kien hawn; ghax kien ikun imsiefer dak iz-zmien.
Membru :
Wara l-elezzjoni l-ahhar wahda li kellna.
Xhud :
Jista’ ikun li waqt l-elezzjonijiet kien ikollna ghal xi jumejn, jigifieri fil-gurnata tal-votazzjoni u l- ghada.
Membru :
Ok.
Xhud :
Jista’ ikun li anke wara John Rizzo. U niftakar ukoll li meta harqulna l-bieb fit-2006 fit-tieni darba, wara li kellna fixed point ghal xi gimaghtejn imbaghad bdew bil-patrols, kienu jigu ta’ l- RIU – Rapid Intervention Unit, u mill-Mosta bil-karozza. Kull siegha kienu jigu fl-isqaq, ghax ahna noqghod at the end of a lane u kienu jigu biex jiccekkajw hux kollox sew. Konna drajnihom jigifieri. Kienu jigu billejl dejjem jigifieri, bin-nhar, kienet regolari. Nghidli li kienu jigu xi hmistax (15)-il darba kull jum. Pero` dawk waqfu hesrem imbaghad ukoll meta spicca John Rizzo, u anke ftit qabel jista’ ikun.
Membru :
Ipprovajt tikkomunikaw mal-Kummissarju l-gdid biex taraw x’ gara?
Membru :
Kien erbgha jew hamsa hux?
Xhud :
Le ghax speci ta ..
Membru :
Ghax kien hemm diveri wara John Rizzo.
Membru :
Xi hamsa minghalija.
Xhud :
Le, I mean hi qatt.., ma kinetx it-tip li ccemplilhom – isma’ ibaghtuli pulizija wara l-bieb! Ma kinetx tippretendi..
Membru :
Pero` Rizzo kien icemplilha, le?
Xhud :
Rizzo iva ehe ehe. U kien icemplilha qabel ma jibghathom, kien icemplilha meta kien ser iwaqqafhom; kien izommha informata.
Membru :
Imma, l-ohrajn..
Xhud :
Imma ma’ l-ohrajn qat ma kellna komunikazzjoni..
Membru :
Ma kellkomx kuntatt maghhom ma’ l-ohrajn.
Xhud :
Le. Peter Paul Zammit, ma nafx kemm-il darba inbidlu. Le le. xejn.
Chairman :
Pero` intom qatt ma tlabtu li ma jkunx hemm Pulizija.
Xhud :
Le le. Lanqas xejn.
Membru :
No.
Chairman :
La bil-miktub u lanqas bil-fomm.
Xhud :
Le, jien kont niehu gost, bejnietna; ghax jien ma kellix x’ nahbi. I mean jigi d-dar; hi kellha l- problema li forsi jekk jigi xi hadd ..
Membru :
Hi ma riditx; ehe…
Xhud :
.. is-source taghha. Pero` mbaghad kien hemm bdiet tiltaqqa’ maghhom x’ imkien iehor u whatever. Jigifieri kienet toqghod attenta lil min iggib id-dar u whatever meta kien ikollna l-..
Membru :
Meta kien ikun hemm il-Pulizija wara l-bieb.
Xhud :
Pero` jien ma kellix dawn il-problemi
Membru :
Taf jekk din il-protezzjoni kinetx offruta u hi rrifjutat? Wara t- ’13; wara t-2013.
Xhud :
No, le le. I mean kienet niftakar li kienet garret ma’ John Rizzo li qed jillijkjaw affarijiet fuqna personali lill-press tal-Partit Laburista jew whatever, pero` I mean ma kinetx haga li tirrifjuta jew le. Kienet jekk il-Kummissarju dherlu li ghandu jibghat – jibghat. Hu kien qalilha cara u tond trid jew ma tridx ..
Membru :
Hu qalilha trid jew ma tridx ser nibqa’ nibghatlek.
Xhud :
Ghandi niftakar ghax smajtu.
Membru :
Nahseb id-domanda f’ dan l-istadju tkun allura : xi hadd minn dawn l-erbgha – hamsa jekk nghoddu dan li hemm bhal issa, ikkomunika maghha b’ xi mod?
Xhud :
Le, qatt.
Membru :
Fl-ebda hin?
Xhud :
Qatt.
Membru :
Qatt; never. La b’ email la b’ ittra..
Xhud :
Le.
Membru :
La b’ telefonata; xejn.
Xhud :
Zgur kienet tghidli.
Membru :
Grazzi. Ok.
Xhud :
Li ridt insemmi wkoll kien hemm incident iehor fejn darba morna l-festa ta’ San Guzepp ir- Rabat, qed nipprova niftakar liema sena kienet, ghandu jkun wara l-elezzjoni… fit-2014? Xi haga hekk. Xi sena wara l-elezzjoni tat-’13. U konna miexjin fit-triq ma’ xi hbieb, u ma konniex-
.. konna numru ta’ nies, konna xi ghaxra, u jien ma kontx ezatt hdejha; u wara ftit indunajt li ma kinetx hemm izjed. Speci ta’ stennejta ma nafx kemm, xi kwarta whatever, u ma tfaccatx din. U kienet ma’ xi hbieb ukoll u jien kont ma’ hbieb ohrajn imma konna qed nimxu ‘l quddiem. U mbaghad morna lura, u n-nies li kienu maghha qed jimxu maghha qalulna li kien hemm dan certu Ignatius Farrugia, li huwa s-sindku, ghandu jkun ghadu,..
Membru :
Le, kien.
Xhud :
Kien?
Membru :
Kien.
Xhud :
Kien sindku taz-Zurrieq
Membru :
Taz-Zurrieq
Xhud :
Ehe; u gieli kienet kitbet fuqu ghax daqsxejn kien I mean ma nafx kien fil-public eye jew kien .. u dan naf li kellu problema mal-mara, jigifieri ma kienx jiflahha. U kien hemm b’ kumbinazzjoni ghal festa ta’ San Guzepp, u beda jghajjarha. U kien hemm xi nies mieghu mill-kazin tar-Rabat, omm u tifla, Vassallo ghandu jkun kien il-kunjom, li specci ta’ thajru, gharfuha u bdew jghajruha wkoll, u bdew jersqu lejha. U mbaghad peress li kienet hdejn il-knisja ta’ San Guzepp il-patrijiet kienu laqghuha gewwa fil-kunvent taghhom u kienu ghalqu l-bieb. U ghalhekk jiena tliftha. U I mean wara li kkalmaw ftit l-affarijiet, ghax jien kont rajtu lil Ignatius u bdew jghajruha u bdew jghajtu – ohrog minn hemm, u affarijiet hekk jigifieri, you know? kienet saret daqsxejn gravi! Eventwalment insomma gew il-Pulizija, xerdu, u mbaghad konna morna l- Ghassa ghamilna rapport, u kemm Ignatius Farrugia u kif ukoll dawn it-tnejn ta’ Vassallo kienu tressqu l-qorti u minghalija ehe kienu gew misjuba hatja u whatever. Imbaghad kien hemm dik il-problema ta’ l-Imhallef Giovanni Grixi li kien ikkonverta piena ghal habs, ha zbell, u mbaghad kellhom itugh mahfra biex isolvu l-problema,
Membru :
Ehe.
Xhud :
But anyway.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jekk tiftakarx bhala data meta kienet – meta kien dan l-incident?
Xhud :
Il-festa ta’ San Guzepp, jigifieri Mejju
Dr Therese Comodini Cachia :
Marzu.
Xhud :
Marzu, sorry
Dr Therese Comodini Cachia :
U s-sena?
Xhud :
Is-sena minghalija …ma nafx ghandix miktub hawn; minghalija xi sena wara l-elezzjoni tat-‘13
Dr Therese Comodini Cachia :
Jekk kinetx l-istess sena ta’ l-elezzjoni
Xhud :
Le.
Dr Therese Comodini Cachia :
Tal-2013?
Xhud :
Kien vicin hafna. L-elezzjoni meta kienet? Marzu?
Membru :
Marzu.
Dr Therese Comodini Cachia :
Marzu
Xhud :
Marzu, jista’ ikun ta’ l-istess sena iva. Jekk l-elezzjoni kienet qabel iva. Pero` jigifieri issa niccekkja ghax ghandi kollox miktub suppost. Niftakar ukoll li meta kellha.. kienet kibet fuq il- Magistrat illum Imhallef Consuelo Scerri Herrera, u kienet il-Magistrat kienet ghamlet kwerela u kien sar libell kriminali u whatever. F’ daqqa wahda bdiet tircievi hafna ittri anonimi, bdiet tircievi kienet dik l-okkazjoni fejn kont sibt il-..
Membru :
Il-handcuffs – il-manetti .
Xhud :
…il-handcuffs, il-manetti fil-letter box; lanqas kont ghedtilha ghax ma ridtx.. jigifieri baqaghet mietet minghajr ma taf. Pero` zammajthom u qeghdin l-ufficcju (qatt ma uzajthom). U speci ta’ kienet ukoll problema. Imma fil-fatt kien sar il-libell, kien hemm il-proceduri u l-Magistrat eventwalment irtirat il-kawza; jigifieri lanqas kien hemm sentenza.
Ma nafx x’ ridt inzid; pero` irrid nispjega li l-hajja ma kinetx normali, pero` ghalina it was the normal, li speci ta’ kemm ghat-tfal u kif ukoll ghalija, dejjem b’ xi haga jigifieri. F’ kull perjodu
kull xahar ikun hemm xi haga; jew problema mal-pulizija, jew problema mal-politikanti jew-..; I mean pero` konna nehduha for granted, konna nehduha in ours stride. Qatt ma konna nemmnu li kienet tasal ghal qtil, it was totally unthinkable. Jigifieri we could deal with the burned doors, we could deal with the killed dogs. I mean you know?, it was .. it came with the job. Pero` li toqtolha le mhux accettabbli. Ghal-lum.., ma nafx hallejtx xi haga barra, pero` kelli gimgha difficili u ma kellix cans.
Chairman :
Pero` ha nghidlek Dottore, jigifieri once li where you lived and …. Ovvjament il-mara tieghek kienet gurnalista tajba ..
Xhud :
Kienet xiex?
Chairman :
Kienet gurnalista tajba.
Xhud :
Hekk jghidu.
Chairman :
Imma kienet gurnalista aggressiva fair enough u …dak il-.. ; u allura kienet bilfors tohloq reazzjonijiet
Xhud :
Iva.
Membru :
Ehe.
Chairman :
Issa that’s take it for granted hux. Issir part of your life jigifieri ahna ..
Xhud :
Le le, kienet tipprovoka naf. Anke ghalija l-hajja kienet ftit difficli minhabba.
Chairman :
Ifhimni, we cannot condone.., nobody can condone incidence.
Xhud :
No it was.
Chairman :
But its ..…. they happen
Xhud :
Yes.
Chairman :
Issa what we are after here something different eh! We are after to identify whether institutions rather then persons.
Xhud :
Le hi kienet.
Membru :
Issa institutions …the people – the persons, pero` I mean the normal political consequences, tajjeb?, which one expects I mean one has to be careful to give-up to.. the general ..
Xhud :
Jiena t-tfal konvinti..
Membru :
…and what would like from you is. Anke jekk tkun darba ohra, ma jimpurtax; and with all this with your son as well, to go to the institutions as you know them and to identify ..; issa individual incidence can help but ..
Xhud :
Le, fil-fatt jiena u t-tfal, u anke hi ovvjament, ahna jidhrilna li kieku l-pulizija, l-FIAU u n-nies kollha li kienu involuti f’ dawn l-affarijiet kienu hadu l-azzjoni li suppost kienu hadu meta kienet harget tal-Panama Papers u li Keith Schembri u Konrad Mizzi kellhom kumpanija l- Panama u trust New Zealand, u r-rapporti ta’ l-FIAU li kienu dahlu fihom dawn l-affarijiet u kienu sabu l-provi fuqhom, li mbaghad meta l-FIAU jghadduhom lill-pulizija u l-pulizija ma taghmel xejn. U li sahansitra spiccajna c-Chairman ta’ l-FIAU kien irrizenja Manfred Galdes u anke l-Kummissarju tal-Pulizija li dak iz-zmien kien ..
Membru :
Michael Cassar..
Xhud :
..Michael Cassar, kien irrizenja. Ghax ovvjament jiena jidhirli li dawk kellhom pressure mill- gvern biex ma jmexxux
Chairman :
Jigifieri can you …, milli qed tghidilna inti hija sort of identifying a moment in time in your life when something happened because of … gravity that we could have provoke objectively ……
Xhud :
Ehe ezatt. Jiena jidhirli li kieku dawn l-affarijiet ta’ korruzzjoni kienu nipped in the bud dak iz- zmien kienu l-mara tieghi ghadha hajja.
Chairman :
Jigifieri inti you are sort of identifying the Panama Papers as the start of this…
Xhud :
The Panama Papers was definitely instrumental. Kien hemm il-problema ta’ l-electrogas; kien hemm jigifieri li kixfet il-korruzzjoni tal-kumpanija 17 Black li dak iz-zmien ma kinetx taf li kienet ta’ Yorgen Fenech. Pero` kienet taf li dik il-kumpanija qed tibghat – kellha tibghat flus lil Konrad Mizzi u Keith Schembri. Jigifieri allavolja hi kixfithom dawn l-affarijiet hadd ma ha passi; kienu you know?, kollox jibqa’ ghaddej. U baqghet wehida, hi biss tiggieled. She was left completely alone
Chairman :
Jigifieri you would say that it start from there sort of ..
Xhud :
Kien hemm incident iehor kien meta irrapportat fuq il-vista ta’ Chris Cardona u Joe Geranda l- Boehmer tal-Germanja ta’ Velpert, li jigifieri dawn I mean ghamlu libell u ghamluha sekwestru, minn kollox; gennewha jigifieri din. Kellha magazine fl-istess hin il-mara tieghi; kien ikollha thallas il-contributors, thallas il-printing u dawn l-affarijiet; kellha hahna problemi. Kelli niftah kont ghaliha jien f’ ismi u niffirmalha c-cheques biex ikollha l-possibbilta` li thallas lin-nies, il- kredituri taghha. Ghax il-magazine kien ghaliha kien importanti wkoll. Jigifieri hi kellha, apparti l-blog u apparti l-kolonna kellha dan il-magazine Taste & Flair li kien johrog mal-Malta Independent darba fix-xahar u kienet thobb taghmlu hafna u kien qisu anke source of revenue ghaliha; u bi flus tieghu kienet you know thallas lis-servers ghal blog u speci ta’ it kept her going hu, kien essenzjali.
Chairman :
What was the leadership of her blog.?
Xhud :
The leadership of her blog ..
Chairman :
At the highest..
Xhud :
… the highest was over half a million.
Chairman :
Over half a million
Xhud :
Ehe.
Membru :
Liema kien dan? Liema kien dan?
Xhud :
Waqt l-elezzjonijiet u affarijiet hekk. Jew meta kien ikollha xi storja bhal meta zvelat ta’ Chris Cardona ta’ Broton..
Chairman :
Jigifieri inti taqbel maghna, taqbel maghna nahseb illi tant kien qawwi l-leadership, tant kellha influwenza li .. we consider her to be a threat.
Xhud :
Yes of course. Hija kienet oppozizzjoni wehida.
Membru :
Not …….. threat.
Xhud :
Le le, I mean provaw iwaqqfuha b’ hafna affarijiet; l-affarijiet kollha li semmejt. Anke l-vat assessments u l-income tax assessments u dawn l-affarijiet kollha it was.. it looks now time sight like a concerted effort to stop her. Imbaghad xi hadd fettillu jew dherlu li l-uniku soluzzjoni kien il-mewt
Membru :
Wara li ippubblikat l-istorja ta’ Egrant fejn ghamlet allegazzjoni li kienet tappartjeni lil Michelle Muscat
Xhud :
Lil Michelle Muscat ehe..
Membru :
X’ reazzjoni kien hemm?
Xhud :
Kienet spike enormi hu fil-leadership. Ehe niftakar hu.
Membru :
Imma kien hemm xi threats?
Membru :
Imma kien hemm xi threats fiha din?
Xhud :
Fuq social media u affarijiet hekk. U hi kienet peress li kellha kummenti fuq il-blog kienet tircievi hafna kummenti apparti favur anke kontra; u kien jghajruha jigifieri. Ma kinetx tippublikom kollha imma bicca minnhom kienet. Hafna minnhom oxxeni hu kienu I mean; she was constantly vilified. Pero` kellha gilda hoxna kienet speci ta’
Chairman :
She expected it as …
Xhud :
She expected it and..
Membru :
Imma she was aggressive in her own style,
Xhud :
Yes.
Membru :
She was aggressive.
Xhud :
U hi kienet tipprovoka.
Membru :
U kienet ukoll tidhol f’ certa gossip li forsi ghal dak li jkun persuna private..; jista’ ikun li dan kien reazzjoni ghal din l-aggressivita` li kelha ma’ nies illi forsi ma kienux fil-politika wkoll?
Xhud :
Le. I mean il-problema taghha kienet tajba wisq f’ dak li taghmel. U kellha stijl li tikteb li wiehed jaqra. Kif kien qal Lono Cassar li kienet issahhrek bil-kitba taghha. Ghax anke jien kont naqrhom. Jiena speci tga’ nahseb kull haga li kitbet f’ hajjitha qrajt. Imma it was a build-up of hatred of pushing people to hate her minghajr lanqas ma jaqrawha. I mean kien ovvja li hafna kummenti fuq social media u affarijiet hekk kienu min-nies li lanqas kienu jafu jaqraw bl-Ingliz; ma kienux jifhmu xi tghid. Ghax hi kienet tikteb b’ mod mhux ghal kollox semplici, pero` you know, irid ikollok certu livell ta’ edukazzjoni biex tifhem. Inkella malajr tifhem hazin.
Chairman :
Imma tifhem ukoll li ahna qeghdin hawn biex naraw the institution, you know? This is important.
Xhud :
Ghax taraw sorry?
Membru :
L-istituzzjonijiet
Xhud :
Ghalija l-istituzzjonijiet li fallew l-izjed ..
Chairman :
Tal-media…..tal-media u hekk ..
Xhud :
…kien l-FIAU sa certu extend ghax l-FIAU kienu jaghmlu r-rapporti; jigifieri s’ hemmhekk ma nistax immaqdarhom, u kienu jghadduhom lill-pulizija. Imma u l-pulizija kellhom rapprezentant fuq il-Bord ta’ l-FIAU u li huwa s-Supretendent Ian Abdilla. Il-Pulizija ghandhom ir-rapporti kollha ta’ l-FIAU pero` s’ issa ghadhom ma harrku lil hadd. Jigifieri anke l-fatt li l- Prim Ministru wara li harget tla1-Panama Papers u ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi zammhom fil-karigi taghhom dik ukoll ghenet biex ikun hawn din l-inpunita` u sistema ta’ state capture.
Chairman :
These are the issues which you should address in your dossier, ok?
Xhud :
Yes very good.
Dr Therese Comodini Cachia :
Forsi xtaqt insaqsi domanda biex jikkonkludi llum, ‘il ghaliex kif qed tghid inti huma kollha kwistjonijet li rridu mpoggu f’ dossier. Pero` just biex tikkonkludi llum fuq dak illi qed tghid, sa fejn taf inti, l-Prim Ministru jew xi hadd li jirrapprezenta xi entita` governattiva ghamlu stqarrijiet jew hadu azzjoni biex iwaqqfu dak li inti qed tiddiskrivi bhala mibgheda jew tghajjir fil-konfront tal-mara?
Xhud :
Le bazikament.., ehe din haga li insejt insemmi, li dan l-ahhar snin, hames snin jew ma nafx kemm izjed, I mean apparti li kienu jghajruha s-sahhara tal-Bidnija kienet saret haga komuni li jghajruha bhala hate blogger. Din kienu juzawha ministri tal-gvern ukoll. Kull darba li kien ikollhom anke wara li mietet jigifieri, u din haga li wegghatna hafna lili u lit-tfal li speci ta’ kien haqqa, kienet hate blogger, li speci ta’ huwa qisu tort taghha li inqatlet u li l-gvern ma ghandu x’ jaqsam xejn u sebah u dalam. Imma u din wehlet maghha ta’ hate blogger. Hija jigifieri haga ohra apparti tas-sahhara tal-Bidnija.
Membru :
Id-Dottoressa satqsietek jekk kienx hemm xi stqarrija pero`.
Xhud :
Stqarrija min-naha tal-gvern jigifieri?
Membru :
Min-naha tal-gvern.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jekk sarux.
Membru :
Jew xi entita` ohra.
Dr Therese Comodini Cachia :
Xi stqarrijiet jew xi azzjoni min-naha ta’ entitajiet governattivi li waqqfu dan it-tip ta’ agir.
Xhud :
Le qatt qatt qatt. Qatt, anzi kienu jinkoraggixxu, ghax kienu dawn it-termini juzawhom huma stess bhala ‘hate blogger’. Kont qrajt ghandu jkun stqarrija ta’ Owen Bonnici fejn kien qalilha.., speci ta’ kien qed jiddefendi l-pozizzjoni tal-gvern ghax kienet hate blogger u ma ghandhox jaghtu kasha. Imma hi qatt ma kellha.. jigifieri l-ebda entita` mill-gvern ma prova jwaqqafhom dawn l-affarijiet.
Dr Therese Comodini Cachia :
Semmejt illi kien hemm ministri illi kienu juzaw dan l-istess titolu; tiftakar min?
Membru :
Semma wiehed biss s’ issa.
Xhud :
Owen Bonnici zgur minghalija; pero niccekkja ghax probabbli kien hemm izjed li thajru. It was easy you know? It was easy to dismiss her with this threat..
Dr Therese Comodini Cachia :
Jiena forsi ghandi l-ahhar domanda biex taghlaq, u verament l-ahhar. Minn dak illi ghext inti maghha kien evitabbli l-assassinju taghha kieku kien hemm hemm xi agri jew azzjoni mehuda minn l-entitajiet ta’ l-istat?
Xhud :
Illum, la qieghed hawn wara illi l-affarijiet inqalghu dawn l-ahhar gimghat nghid iva. Ghax allavolja l-gvern ilu sentejn jghid illi ma kellux x’ jaqsam u whatever, u jipprova jghid li kienet fuel smuggling ma’ Sqallija, ma nafx kemm ivvintaw affarijiet! Issa qed naraw li jidher li l-gvern huwa- .., almeno l-OPM huwa involut kompletament. Jigifieri allura wiehed jista’ jikkonkludi li kieku saru l-passi necessarji fuq dan il-korruzzjoni kemm fuq l-electrogas, kemm tal-Panama Papers, I mean kollox kien marbut ma’ xulxin. Il-kumpanija tal-Panama Papers mid-dehra saru biex jiehud kickbacks mill-kuntratt ta’ l-electrogas. Issa jidher, ghax 17 Black kienet ta’ Yorgen Fenech; Yorgen Fenech kien direttur ta’ l-electrogas u kollox igongi
Chairman :
Jigifieri inti llum by hindsight..
Xhud :
By hindsight yes
Chairman :
ma tibqax tattribwiha ghal the general atmosphere ta’ hate li kien hemm f’ nofs il-pajjiz jew bicca mill-pajjiz kontra is-sinjura tieghek?
Xhud :
Le, il-hatred hemm biex jaghmluha oggett; to make it easy to get rid of her. Because she wasn’t considerd a person any more. She was dehumanized.
Chairman :
That is the….
Xhud :
Ok? Issa l-haga li qatlitha kienet bazikament il-kuntratt ta’ l-electrogas u t-tanker u affarijiet hekk mid-dehra. Allavolja jista’ ikun hemm, ghadna ma nafux kollox, ghax jidher li jista’ ikun li kien hemm nies ohra li riduha mejta apparti Yorgen Fenech, pero` dik kienet il-haga principali. Jigifieri kieku ma sarx dak il-kuntratt kieku ma kienx hemm dan il-korruzzjoni kollu kienet ghadha hajja.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jiena nixtieq ftit direzzjoni minn ghandkom dwar kif ser inkomplu. Ahna ghanddna hafna homework x’ nippreparaw; jigifieri dan id-dossier ser jehdulna hafna hin.
Membru :
Dotoressa semmejtilna membri tal-familja li jridu jixhdu.
Dr Therese Comodini Cachia :
Iva.
Membru :
Minn hemm iktar?
Membru :
Forsi nibdew bihom?
Dr Therese Comodini Cachia :
Hemm it-tfal. Jiena nahseb illi wkoll hemm il-familja taghha, il-genituri taghha. U hemm hutha wkoll.
Membru :
Parents and sister.
Dr Therese Comodini Cachia :
Jekk trid naghmlu dawk ghal issa
Chairman :
Imma l-ahjar intom ahdmu fuq id-dossier u nisimghu lil dawn, ghax dawn. ..
Xhud :
It-tfal l-orha imsefrin, pero` jigu
Membru :
It-tfal meta jkunu hawn Dr Caruana Galizia?
Xhud :
Wiehed gej 19th u l-iehor 20th ..
Membru :
U jdumu? Jekk joghgbok
Xhud :
Ghandhom gimgha zgur.
Dr Therese Comodini Cachia :
Iz-zewgt itfal li qeghdin barra ser ikunu hawnhekk qabel Monday 23rd; jigifieri biex tara l- kumdita` taghkom ukoll. U hemm il-genituri wkoll u hemm hutha.
Jiena li qed nifhem huwa huwa li hafna minn din ix-xhieda ser tkun dawk li hassew huma dak li jafu huma u huma x’ hasbu. Imbaghad id-dossier x’ ser ikunu dak illi ser jissostanzja anke bi provi l-affarijiet.
Membru :
Ser ikun hemm dokumenti dottoressa?
Dr Therese Comodini Cachia :
Nahseb illi iva. Per ezempju l-istqarrijiet tal-Ministri, allura turi l-impunita` u l-agir jew ammissjoni ta’ entijiet statali, dawk nahseb illi nistghu ingibu printout taghhom.
Chairman :
Jigifieri Dottoressa, nahseb illi bhala timeframe ghandna nipprovaw sa l-ahhar tas-sena nikklerjaw il-familja.
Membru :
Mela l-Bord qed jigi differit ghat-Tlieta 10 ta’ Dicembru fis-saghtejn ta’ wara nofsinhar sabiex jixhdu l-genituri tas-sinjura Daphne Caruana Galizia u hutha Corrine Vella, Amanda Mallia u Helene Asciak.