Xhieda ta’ Peter Paul Zammit – 9 ta’ Jannar 2020

Xhieda ta’ Peter Paul Zammit – 9 ta’ Jannar 2020

Differita 28 ta’ Gunju 2006


L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum il-Hamis 9 ta’ Jannar 2020, fis-2:20 p.m. fit-Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.


Xhud is-Sur Peter Paul Zammit bin il-mejjet Emanuel imwieled Siggiewi u residenti Marsaskala, bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid :


Chairman Imhallef M Mallia :

Mela Sur Zammit, inti ghamilt zmien Kummissarju tal-Pulizija.


Ix-Xhud :

Iva.


Chairman Imhallef M Mallia :

Tista’ ittina d-dati please meta u f’ liema perjodu ghamiltu dan?


Ix-Xhud :

Bejn it-13 ta’ April 2013 u June 2015, bidu ta’ Gunju tat-2015.


Imhallef J Said Pullicino :

3rd July 2014?


Ix-Xhud :

3rd July 2014 u mbaghad mort ic-Chogm wara.


Imhallef J Said Pullicino :

X’ inhu?


Ix-Xhud :

Wara mort ic-Chogm. Sa 2015


Chairman Imhallef M Mallia :

Ok. Tista’ tghidli


Dr Therese Comodini Cachia :

…..2014 mhux 2015.

Chairman Imhallef M Mallia :

2014.


Ix-Xhud :

..2014; …..2015 sac-Chogm


Chairman Imhallef M Mallia :

Tista’ tispjega lill-Bord x’ mizuri sibt meta inti sirt Kummissarju ghal dak li jirrigwarda protezzjoni lis-sinjura Daphne Caruana Galizia? Jekk kien hemm xi mizuri?


Ix-Xhud :

Mela li niftakar huwa li kienet saret mistoqsija parlamentari rigward dan. Tlabt biex nivverifka x’ mizuri kien hemm. Gejt informat li ghal zmien l-elezzjoni, ma nafx jekk hux tlett ijiem …. involuti, kien hemm fixed point, u insegwitu kien hemm ordni illi jkun hemm frequent patrol. Jiena hallejt l-istess sitwazzjoni ta’ frequent patrol. Ikkonfermajt mas-security braches taghna mas- CID jekk hemm …..(qtugh fir-recording) li trid tinbidel. Qaluli le. U bqajna biha sakemm effettivament tlaqt.


Imhallef A Lofaro :

Skuzani, id-data tal-parliamentary question?


Ix-Xhud :

Data m’ ghandix.


Imhallef A Lofaro :

Wara kemm illi konmt ilhaqt Kummissarju pero`?


Ix-Xhud :

Ftit gimghat? Ma nahsibx li izjed.


Imhallef A Lofaro :

U f’ dawk il-ftit gimghat imma allura ma dhaltx fiha din il-kwistjoni tal- protezzjoni lis-sinjura Caruana Galizia.


Ix-Xhud :

Le, ghaliex ma kien hemm xejn partikolari illi ndika li kien hemm xi theddida. Ta’ l-inqas min-naha tieghi zgur li le. U mid-Dipartimenti relattivi li normalment jigbdu l-attenzjonu ghal dan il- punt ghax ikunu qed jinvestigaw u jaghmlu x-xoghol taghhom ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li kien hemm bzonn ta’ xi haga.

Imhallef A Lofaro :

Mela allura ghandna nifhmu, ghandna nifhmu allura illi l-protezzjoni li kienet qieghda tinghata meta kien hemm is-Sur Rizzo baqghet, hux hekk? Ghax jekk inti ma tajtx ordni biex tieqaf allura baqghet. Mentri intqal lilna li ma baqghetx. Tista’ tghidilna x’ gara biex ma baqghetx jekk joghgbok?


Ix-Xhud :

Mela, l-informazzjoni li jiena kelli li kien hemm ordni ghal frequent patrol. Jien dik l-ordni hallejtha hemm; ma bdilthiex, hallu frequent patrol. Jekk effettivament kienx qed isir jew le ma kelli l-ebda kontroll fuqu, fis-sens illi jien qieghed Kummissarju, ghandek id-Deputat Kummissarju tahti, hemm l- Assistent Kummissarju, suppretendenti, spetturi, u l-kumplament tal-gerarkija tal-Korp, biex jaraw li dawk l-ordnijiet isiru. Jekk wiehed irid-..; la ma kien hemm xejn xi jqajjem suspetti ta’ xi haga li trid tigi investigata ..


Imhallef A Lofaro :

Ghax qed issemmi ‘patrols’. Mentri s-Sur Rizzo qalilna li kien hemm ‘fixed point’.


Ix-Xhud :

Le. Fixed point kienet a memorja ghal zmien l-elezzjoni


Imhallef A Lofaro :

Biss.


Ix-Xhud :

Dik 5 days maximum 7 days; niddibuta kinetx izjed.


Chairman Imhallef M Mallia :

Imbaghad frequent patrols.


Ix-Xhud :

Imbaghad frequent patrols.


Chairman Imhallef M Mallia :

Fil-Protection Duty Register dina tkun imnizzla din? Ikun imnizzla il-fatt illi kien hemm frequent patrols hemmhekk?


Ix-Xhud :

Ma hemm ebda.., ta’ l-inqas fi zmieni, ma kienx hemm dan ir-registru.

Chairman Imhallef M Mallia :

Le?


Ix-Xhud :

No. Li jitnizzel huwa d-detail of duties. Mela jekk hemm ordnijiet specifici meta johorgu bil-miktub jew anke jekk johorgu verbali jmorru d-Distrett jew is-section koncernat. Ezempju, fil-kaz ta’ Daphne li qed niddiskutu l-kaz taghha, kien hemm ordni biex ikun hemm fixed point. Minn fejn tohrog? Jekk tohrog mid-Distrett tal-Mosta li kienet effettivament taghmel tahtha, fid-detail of duty tal-Mosta jkun hemm imnizzel id-detail of duties illi jkun hemm il- fixed point u min qed jaghmel il-fixed point; ghax dak huwa d-detail of duties. Jekk dik tinbidel u ssir wahda ta’ frequent patrol ikun hemm fid-detail of duties ittra lis-surgenti, li normalment tkun ittra to affect frequent patrol at Bidnija in connection with… whatever li tkun is-sitwazzjoni. Dak huwa l-mod illi tkun miktuba u li tinstab.


Chairman Imhallef M Mallia :

Jigifieri tkun minute? Tkun minuted?


Ix-Xhud :

Tkun minittjata fid-detail tal-…


Chairman Imhallef M Mallia :

Fid-detail book tal- ..


Ix-Xhud :

Tad-Distrett fejn tkun is-sitwazzjoni


Chairman Imhallef M Mallia :

Tad-Distrett.


Ix-Xhud :

Jekk niehdu kaz li ghadu ghaddej sal-lum il-kaz illi hemm fixed point ma’ residenza privata fil-kaz ta’ Dr Franco Debono, il-familjari tieghu, dik hemm id-detail minn fejn tohrog, iz-Zejtun. Jekk wiehed ifittex id-detail taz-Zejtun isiba mnizzla kull jum min ser ikun il-pesuna responsabbli minn din. Bhal ma jkun hemm il-persuna f’ tal-Belt il-gabbana quddiem Kastilja. Tohrog mid- detail tad-Distrett. M’ hemmx xi registru li wiehed imur jirreferi ghalih.


Imhallef J Said Pullicino :

Lanqas centrali mid-Depot jew xi haga hekk?

Ix-Xhud :

Le, ghaliex ic-centrali d-Depot tigi lura ghad-detail. Id-Depot ikollhom ir- return tad-detail ta’ kulhadd. Kull filghodu tibda’ d-detail il-gdida.


Imhallef J Said Pullicino :

Ehe imma dik kif tahdem, kollox sew. Imma ahna informati illi l-persuna, anke din importanti, waqt l-elezzjoni l-Prim Ministru stess li sar Prim Ministru mbaghad cempel lill-Kummissarju qallu – inti hemmhekk ghadek kif kienet il- protezzjoni fuq is-sinjura tal-Bidnija? U l-Kummissarju qallu iva baqa’ kollox kif kien. Issa ahna qed nifhmu almenu illi dan it-tip ta’ ordni tohrog mid- Depot, ma tohorgx mid-Distrett.


Ix-Xhud :

Le l-ordni tohrog mid-Depot imma tkun registrata d-Distrett.


Imhallef J Said Pullicino :

U d-Depot ma jkunx hemm ordni?


Ix-Xhud :

Id-Depot ma jidhirlix li jkun hemm ordnijiet ta’ dan it-tip.


Imhallef A Lofaro :

Anke qabel ma ilhaqt Kummissarju inti?


Ix-Xhud :

Iva, meta ilhaqt Kummissarju jien ma kellix ghalfejn inbiddel il-procedura illi hija stabbilita. Il-procedura tkun illi d-detail tad-Distrett kopja taghha tigi u mizmuma d-Depot. Jigifieri d-Depot ikollhom x’ hemm ghal dik il-gurnata; min qieghed fejn qieghed, ikollhom d-details ta’ kulhadd u tkun hemm registrata.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma mhux din id-domanda ta.


Ix-Xhud :

M’ hemmx ktieb ad hoc.


Imhallef J Said Pullicino :

No no ha nghidlek. ..jigifieri registru ta’ person at risk? Il-Pulizija ma ghandhiex persuna li …. f’ riskju? Apparti dan ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Apparti dan il-kaz, apparti dan il-kaz

Imhallef J Said Pullicino :

Ma jezistix ..?


Ix-Xhud :

Dan jekk hemm jinzamm jew is-security branch jew inkella c-CID relattiva.


Imhallef J Said Pullicino :

Jinzamm fejn jinzamm, mela ….


Ix-Xhud :

U ha naghti r-raguni ‘l ghaliex. ‘l ghaliex hafna drabi dawn it-tip ta’ persuni f’ riskju ma jkunx tajjeb ghalihom li tippubblika certu fatturi.


Imhallef J Said Pullicino :

Iva. Jien qed nistaqsik jekk tezistix biss. Ghax jekk tezisti nkunu rriduh ahna. Nifhem jien ir-rgauni ghaliex ikun sigriet.


Ix-Xhud :

Ehe.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma jekk jezisti ghidli li jezisti.


Ix-Xhud :

Jista’ ikun illi d-Deputy Commissioner inkarigat mis-CID ikollu registru ghal dawn l-affarijiet biex hu jkollu referenza ghalih. Pero` ovvjament ma tkunx available at Police Headquarters ghal ragunijiet ta’ sigurta` ta’ l-istess nies.


Imhallef J Said Pullicino :

Tghidlix “jista’ ikun”, inti kont Kummissarju. Ghidli inti jekk kienx hemm…


Ix-Xhud :

Jiena ma kellix registru meta kont inkarigat jien


Imhallef J Said Pullicino :

Ma tafx li kien hemm.


Ix-Xhud :

Le.


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri persuni f’ riskju f’ Malta jiddependu mid-Distrett. Hekk qed ..

Ix-Xhud :

Jiddependu mid-Distrett ghal dak illi huwa detail


Chairman Imhallef M Mallia :

Record, record.


Imhallef J Said Pullicino :

Ha nghidlek, jiena meta kont Prim Imhallef issa ilu hafna; kelli incident simili. Qomt filghodu, darba filghodu u sibt Pulizija taht it-tieqa tal-gallerija tieghi u muturi. Ghedtilhom – hawn x’ gara? Qalluli – ghandna ordni li nipproteguk. Ma nafx, ghadni sal-lum ma nafx fuq hiex. Imma jigifieri l-ordni harget minn x’ imkien; u dan ix- “x’ imkien” tkun id-Depot. Issa Secret Service, xi haga imma ikun hemm bilfors fil-pajjiz record ta’ persuni at risk. Tigix tghidli li ma tezistix dan!


Ix-Xhud :

Le. Nghidlek illi m’ hemmx


Imhallef J Said Pullicino :

Sal-lum tahseb li ma hemmx inti.


Imhallef A Lofaro :

Jahseb, ghax ma jafx.


Ix-Xhud :

Illum ma nafx x’ inhuma jaghmlu. Fi zmieni ma kienx hemm.


Imhallef J Said Pullicino :

Allahares jaghmlu hekk l-Amerikani fuq l-al-Qaeda jigifieri! imma insomma, anyway. Mhux ghalik qed nghid ta’!. Is-sistema mhux inti ghamiltha.


Imhallef A Lofaro :

Mhux hekk? Saba hemm.


Chairman Imhallef M Mallia :

Jigifieri inti qed tghidilna hawnhekk illi fil-perjodu ta’ tenure tieghek bhala Kummissarju s-sitwazzjoni baqghet kif kienet qabel.


Ix-Xhud :

Iva.

Chairman Imhallef M Mallia :

Illi xorta baqghet tittiehed frequent patrols fl-inhawi ta’ Bidnija ghal dak li jirrigwarda s-sigurta` tas-sinjura Caruana Galizia; u dawn inti ma tajtx xi ordni kontra biex titnehha jew tizdied.


Ix-Xhud :

Le. U r-raguni hija semplici. Persuna li xi darba kienet f’ riskju ma tistax tghid li dan ir-riskju telaq. Naqas nistghu nghiduh, li telaq huwa difficli hafna. Allura l-frequent patrol ma hafna postijiet huwa xi haga ordinarja fix-xoghol tal-Pulizija specjalment ghal bil-lejl.


Chairman Imhallef M Mallia :

Risk assessments kienu jsiru fir-rigward is-sinjura Caruana Galizia?


Ix-Xhud :

Fi zmieni ma jidhirlix li sar xi haga partikolari, hlief dak inhar li inqalghet il- kwistjoni. Irrividejtha ovvjament mad-Dipartimenti relattivi. Ma kien hemm xejn x’ aggrava s-sitwazzjoni passata illi dan il-frequent patrol ..


Imhallef A Lofaro :

“Dak inhar” ghal liema gurnata qed tirreferi jekk joghgbok?


Ix-Xhud :

Ghal meta qamet il-kwistjoni tal- ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Tad-domanda parlamentari?


Ix-Xhud :

..tad-domanda parlamentari.


Imhallef A Lofaro :

Eh! il-parliamentary question, ehe.


Ix-Xhud :

They brought it up to light u allura wiehed irid jara jekk il- parliamentary

..issaqsi wiehed jifhem li hemm xi haga li forsi ma nafux biha ahna


Imhallef A Lofaro :

Allura ghamiltu xi indagni?

Ix-Xhud :

Ghamilna. Dort id-Dipartimenti malajr, tlabt il-feedback taghhom. Hemm xi haga partikolari? – Le. X’ inhija s-sitwazzjoni frequent patrol. Hemm ghalfejn tinbidel? – Le. U bqajna biha.


Imhallef A Lofaro :

U sakemm bqajt Kummissarju inti kien hemm dejjem il-frequent patrols?


Ix-Xhud :

As far as I am concern iva. Jien ma tajt ebda ordni biex titnehha.


Imhallef A Lofaro :

Pero` ma tafx kienx ikun hemm


Ix-Xhud :

Jiena nghidlek li hemm il-Pulizija l-Ghassa l-Belt. Jekk hemmx iva jew le – jekk telqu ‘l barra I can’t feel say.


Chairman Imhallef M Mallia :

Feedback minn ghand s-Security Services kien ikollok dwarha din? Din is- sitwazzjoni.


Ix-Xhud :

Qatt ma kelli xi highlighting jew xi haga partikolari dwarha mis- Security Services. Jigifieri ma gibdulix l-attenzjoni li qieghda f’ riskju ikbar jew li inqala’ xi haga fil-konfront taghha.


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri din kienet sitwazzjoni fejn xi hadd membru tal-parlament dherlu li kellu jaghmel domanda parlamentari, jigifieri haga serja din.


Imhallef A Lofaro :

Mhux hekk?


Imhallef J Said Pullicino :

U din ix-xi haga serja, li kieku ma saritx dik id-domanda l-Pulizija ma kienx jiccaqlaq ovvjament hux hekk? Milli qed nifhem jien


Ix-Xhud :

La ma kienx hemm raguni ghal xiex ticcaqlaq ….

Imhallef J Said Pullicino :

Imma xi raguni kien hemm, ghax caqalqet membru tal-parlament biex ghamel id-domanda


Ix-Xhud :

Jiena, l-impressjoni li ghandi jien d-domanda parlamentari kienet wahda iktar ta’ indagni x’ qed jigri; mhux b’ referenza ghaliha, imma effettivament x’ qed jofri l-Korp bhala protezzjoni fis-sens ta’ behind the scene discussion direttament kienet jekk hemmx.


Imhallef J Said Pullicino :

Ifhimni ha nghdilek, f’ xi zmien dan la l-Pulizija dehrilha li riedet taghmel protezzjoni bilfoes li kien hemm xi indikazzjoni jew ta’ theddid..; ghax normalment ma taghmilx protezzjoni fuq persuna li toqghod il-Bidnija. Irid ikun hemm jew indikazzjoni li hemm l-inwkiet. Issa u l-inkwiet nafu minn fejn gej. Jigifieri din is-sinjura ma kinetx sinjura li ma tohloqx l-inkwiet!, ha naghmlu hekk, fthemna? U taqbel mieghi. Allura l-Pulizija f’ dawn ic- cirkostanzi ma kinetx alert ghal din is-sitwazzjoni? Trid tistenna lil xi hadd jaghmel domanda parlamentari?!


Ix-Xhud :

Ha naghmluha hekk; il-Pulizija tkun alert pero` xi haga trid ticcaqlaq. Jekk inti ma tara xejn jiccaqlaq ma tistax tirreagixxi. Ghax inkella nispiccaw bil- Pulizija f’ kull kantuniera! U nispiccaw hazin. Il-punt ta’ argument tas-sinjura Caruana Galizia huwa minnu nnifsu kif qed tghid il-Bord kienet persuna kontraversjali. Min jehodha with a pinch of salt bhal ma kont nehodha jien meta tkellimna qatt ma kellna hassle, u min ovvjament turtah hazin. Pero` ma jfissirx illi ghax urtatu hazin ser ikun vjolenti! Ghax inkella nispiccaw ..!


Imhallef J Said Pullicino :

Imma kienet bizzejjed biex il-Pulizija taghmillha l-ghassa hux hekk?


Ix-Xhud :

Ghal dak li huwa zmien l-elezzjoni li huwa zmien maghruf f’ Malta li jkollha hot heads ..


Imhallef J Said Pullicino :

Le mhux fl-elezzjoni biss, anke qabel


Imhallef A Lofaro :

…… hi anke qabel eh! Ix-xhieda hi li anke qabel.

Ix-Xhud :

Li naf jien li kien hemm fixed points fil-bidu antiki kienu ..


Imhallef A Lofaro :

Sabet il-parliamentary question


Dr Therese Comodini Cachia :

….il-mistoqsija parlamentari, araw hux din? Kienet mistoqsija orali, mistoqsija numru 30666 maghmula fid-data l-ewwel (1) ta’ Frar 2017 ..


Ix-Xhud :

No no.


Imhallef J Said Pullicino :

U 17?!


Imhallef A Lofaro :

2017?!


Dr Therese Comodini Cachia :

2017 mhix hi.


Imhallef J Said Pullicino :

Ma jistax ikun li hi le ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Kien hemm ohra ..


Ix-Xhud :

2013.


Dr Therese Comodini Cachia :

Ha nara ..


Imhallef A Lofaro :

Ok.


Ix-Xhud :

Ha nispjega tas-sinjura Caruana Galizia .


Chairman Imhallef M Mallia :

Spjega ghax imbaghad ghandi domandi ohra x’ naghmillek.

Ix-Xhud :

L-ewwel incident, u li anke jien kont involut fih jien kien meta harqulha l-bieb tad-dar. Dak iz-zmien kien hemm zewg incidenti ohra involuti l-JRS. Il- .. Refuge., u kienu harqulhom il-vetturi u t-tyres. Hemmhekk bdejna kien l- ewwel kaz fejn tlabna d-data Protection Commissioner biex naccessaw id-data tat- telecommunications biex inkunu nistghu naghmlu certi affarijiet. Id-data protection Commissioner accetta. Morna l-Bord illi hemm fuq id-data protection illi accetta wkoll. Sfortunatament, u s’ hemmhekk kont ghadni qed immexxi jien, il-kaz baqa’ tiela’ l-qorti; Il-Vodafone kontra Il-Kummissarju tal-Pulizija kontra data protection Commissioner u l-kwistjoni giet maqluba u cioe` ma kellniex access ghad-data. Ghalkemm tlabna data with a timestamp preciz u li ma tinghatax lilna tinghata lill-espert din baqghet tigi rifjutata.


Imhallef J Said Pullicino :

… din ta’ qabel is-sinjura Caruana Galizia jigifieri?


Imhallef A Lofaro :

Qabel l-elezzjoni tat-2013


Ix-Xhud :

Qabel qed nitkellmu snin qabel.


Imhallef A Lofaro :

Qabel; da zgur qabel.


Ix-Xhud :

U kienet sitwazzjoni fejn naf bic-cert li ghamlu zmien twil hemmhekk bil- fixed point maghhom. Ghax konna ghadna ghaddejjin very active investigation. Pero` ma kinetx fil-parti tieghi. Fil-parti tieghi kienet dik amministrattiva rigward data protection. U x’ hemmhekk nista’ nghid li naf direttament jien. Illi in segwitu baqghet bil-frequent patrol dik hija l- probabbilta` tas-sitwazzjoni. Ovvjament ma kontx inkun privy ghal certa informazzjoni jekk kienx hemm a height incense of security u regghu ghamlulha l-fixed point. It was not in my remit ghaliex fit-2000 kont qieghed Legal Office u effettivament is-sitwazzjoni ma kinetx taht xi parti mid- dekasteru tax-xoghol tieghi.


Chairman Imhallef M Mallia :

Semmejt lill-avukat Debono – Franco Debono, ghedt li dak kien qieghed bil- fixed point.


Imhallef A Lofaro :

Ghadu qallek, ghadu sal-lum.

Chairman Imhallef M Mallia :

U ghadu. Issa dan qed nitkellmu voldieri dak iz-zmien fit-‘13 meta kien hemm l-elezzjoni.


Ix-Xhud :

Ehe.


Chairman Imhallef M Mallia :

Minn dak iz-zmien ilu bil-fixed point dan?


Ix-Xhud :

Qabel.


Chairman Imhallef M Mallia :

Minn qabel?


Ix-Xhud :

Minn hafna qabel.


Chairman Imhallef M Mallia :

Hafna qabel.


Ix-Xhud :

Kien hemm theddid serjissmu ..


Chairman Imhallef M Mallia :

I see, jigifieri r-risk assessment fil-kaz ta’ Franco Debono kien oghla minn dak tas-sinjura Caruana Galizia?


Ix-Xhud :

Jidher illi meta sar ovvjament kien oghla. Meta gejna ghal review, u jiena staqsejt lid-Dipartiment koncernat, iva s-sitwazzjoni ghadha l-istess, ma inbidel xejn; la inqas u inqas izjed. Allura wiehed ma ghandux ghalfejn ibiddel f’ dawk is-sitwazzjoni.


Chairman Imhallef M Mallia :

Issa fil-kaz ta’ meta inti tordna frequent patrols dawn isiru naturalment nassumi mill-mobile unit.


Ix-Xhud :

Le

Chairman Imhallef M Mallia :

Le?


Ix-Xhud :

Mid-Ditrett


Chairman Imhallef M Mallia :

Minn tad-Distrett?


Imhallef A Lofaro :

Tad-Distrett.


Ix-Xhud :

Huma z-zewg issues illi huma jekk tohrog l-ordni u tohrog l-ordni ghat-tnejn, issa jew isir minn mobile jew mid-Distrett, jew konguntament flimkien li tkun hafna ahjar, its always better. Pero` ovvjament wiehed jifhem iz-zewg entitajiet biex-xoghol relattiv taghhom.


Chairman Imhallef M Mallia :

Jinzamm record ta’ kemm-il darba l-Pulizija jkunu marru onsite?


Imhallef A Lofaro :

Patrols, hux hekk?


Chairman Imhallef M Mallia :

Ta’ dawn il-patrols.


Ix-Xhud :

Hemm fejn jinzamm u hemm fejn le. Mela, dak li huwa distrettwali kien, sa fejn naf jien ghadu, pero` I stand to be corrected, il-prassi illi fis-sistema tal- Pulizija jidhlu d-dettalji frequent patrol affected. Is-surgent partikolarment ta’ billejl jghid ix-xoghlijiet li jkun ghamel fin-nuqas ta’ xoghol iehor jew inkella ghaliex ma sarx. Ghaliex gie li nqala’ kwistjoni go nofs ir-rahal u dak li jkun ma setax imur jaghmel il-patrol fl-area koncernata. Obbligat illi jdahhlu rapport fuqu. Jekk jimxux hundred percent ma’ dawk ir-regolamenti hemm wiehed I stand to be corrected, wiehed jista’ jara r-rapporti elenkati; dik hija xi haga tad-data, sistemi li ghandhom il-Pulizija li wiehed jista’ jiccekkja.


Chairman Imhallef M Mallia :

Jigifieri sa fejn you are aware, sa fejn you are aware bhala Kummissarju, dawn il-frequent patrols baqghu jsiru jew kienu jghidulek li saru ..

Ix-Xhud :

As far as I am aware baqghu ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Baqghu jsiru


Ix-Xhud :

‘l ghaliex il-livell tat-threat kien qieghed wiehed apparenti li .. hemm xi haga ghaddejja.


Imhallef A Lofaro :

Pero` hu mhux cert qieghed; qed jassumi. Li qalilna li qed jassumi. Mhux cert.


Chairman Imhallef M Mallia :

Jista’ ikun illi dawn jghidulek illi jkunu marru u ma jmorru xejn.


Ix-Xhud :

Jista’ ikun dejjem.


Chairman Imhallef M Mallia :

Jista’ ikun hekk.


Ix-Xhud :

Jista’ ikun dejjem.


Imhallef A Lofaro :

U ma saritx verifika hux hekk jekk kienux ghadhom qeghdin isiru?


Ix-Xhud :

Le.


Imhallef A Lofaro :

Le. Mintix cert. Inti qed tassumi.


Ix-Xhud :

Ma nistax nghid illi saru ghax nkun qed nixhed ghal hadd iehor x’ suppost ghamel haddiehor….


Imhallef A Lofaro :

Hekk hu. Hekk qalulna. Qed tassumi. Qed jassumi.


Ix-Xhud :

Li nista’ nghid jiena hija illi l-ordni baqghet hemm biex dawn isiru.

Chairman Imhallef M Mallia :

Jekk din effettivament gietx segwita jew le ma tistax tghidilna.


Ix-Xhud :

Ma nistax nghid.


Imhallef J Said Pullicino :

L-importanti li ghalik baqghet issir.


Ix-Xhud :

As far as I am concern baqghet issir.


Imhallef A Lofaro :

As far as he thinks. Ok.


Chairman Imhallef M Mallia :

Xi domanda jekk joghgbok min-naha taghkom?


Imhallef J Said Pullicino :

Ha mmur daqsxejn fuq xi haga differenti ftit. Ahna hawnhekk ma ahniex qeghdin biex naghmlu investigazzjoni fuq il-presuni, u lanqas qeghdin biex naghmlu investigazzjoni fuq allegazzjoni specifici ta’ …’l hawn u … l’ hemm. Imma ahna qeghdin hawnhekk biex naraw l-istruzzjonijiet jekk jahdmux kif suppost. Jekk hemmx xi haga x’ tirranga fl-istruzzjoni, f’ dan il-kaz il-Pulizija qed nitkellmu. Issa inti sirt Kummissarju ftit wara li kien spicca ..


Imhallef A Lofaro :

L-ghada.


Ix-Xhud :

L-ghada.


Imhallef J Said Pullicino :

L-ghada. U s-Sur Rizzo qalilna li hu spicca ma jafx ghaliex. Ha nsaqsik jekk inti tafx ghaliex baghtu ghalik…, xi hadd iehor. Inti kont Pulizija, tlaqt u mbaghad ergajt gejt, fair enough, ghandek kull dritt u hija ghazla u diskrezzjoni ta’ min jaghmlek. Jigifieri inti taf ghaliex hassew il-bzonn li jaghmluk lilek?


Ix-Xhud :

Le. Jien direttament ma qalulix ‘l ghaliex. Jiena kull ma sirt naf gimgha qabel, 13th? ‘k jalla jekk mhux Monday ta’ dik il-gimgha stess baghtu ghalija l-OPM

Imhallef J Said Pullicino :

Min baghat ghalik minn l-OPM?


Ix-Xhud :

Baghat ghalija l-Prim Ministru, l-ewwel darba li iltqajt mieghu. Staqsieni jekk effettivament.., (nahseb le, it-iteni darba ghax l-ewwel darba fuq gurament); staqsieni jekk x’ nahseb fuq il-Pulizija, x’ nista’ naghmel. Jekk inhiex imhajjar naccetta l-kariga. Ghedtlu ovvjament li iva jekk inti qed toffriha. Qalli nergghu nitkellmu. Friday 13th ..


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri, ha nkun naf jien ukoll; il-Kummissarju tal-Pulizija jaghmlu l-Prim Ministru minghajr ma donnu jkun hemm intervent ta’ hadd; hija deskrizzjoni tieghu l-appointment..


Ix-Xhud :

Hija deskrizzjoni tal-Prim Ministru


Imhallef J Said Pullicino :

M’ hemmx sistema ta’ appointment; hekk ma ghandniex hawn Malta.


Ix-Xhud :

Appointment by the Prime Minister


Imhallef J Said Pullicino :

All right by the Prime Minister.


Ix-Xhud :

Imma diskrezzjonali.


Imhallef J Said Pullicino :

Ma hijiex l-uniku wahda. Issa mbaghad inti meta ghamlek Kummissarju qallek li ghal zmien qasir? Ghal zmien fiss?


Ix-Xhud :

Le; jiena fthemna, ‘fthemna’, tkellimna, u ghalhekk qed nuza l-kelma ‘fthemna’ x’ nixtieq naghmel jien fil-Pulizija. Fhemtu ovvjament l-outlook tieghi tal-Korp fejn qed imur x’ ghandu jsir u x’ qed nahseb li ghandu jsir. Jidher li dak li jiena pproponejt gie accettat u ..


Imhallef A Lofaro :

U hu kellu proposti x’ jaghmel? Hu kellu proposti x’ jaghmillek?

Ix-Xhud :

Le.


Imhallef A Lofaro :

Ma riedx illi jinbidel il-Korp b’ xi mod?


Ix-Xhud :

Qua bidla accetta dak il-bidliet illi jiena pproponejt..


Imhallef A Lofaro :

U ma kellu l-ebda.. ma kellu l-ebda.


Ix-Xhud :

Proprost diretta ma saritx.


Imhallef A Lofaro :

Xejn.


Ix-Xhud :

Le.


Imhallef A Lofaro :

Imma indiretta kien hemm? Xi haga indiretta jekk joghgbok?


Ix-Xhud :

Kif?


Imhallef A Lofaro :

Kien hemm xi haga …; ghax ghedtilna li diretta le.


Ix-Xhud :

Le.


Imhallef A Lofaro :

Allura kien hemm xi haga indiretta?


Ix-Xhud :

Ma kien hemm l-ebda direzzjoni diretta ..


Imhallef A Lofaro :

Xejn

Ix-Xhud :

Ovvjament..


Imhallef A Lofaro :

Indiretta kien hemm?


Ix-Xhud :

Indiretta kienet illi dak li qed nipprospetta jiena, dak li pproponejt jiena ghal Korp kelli nimplimentah. U nara li jigi inplimentat kemm jista’ ikun malajr.


Imhallef A Lofaro :

L-output kien kollu gej minn ghandek mhux minn l-OPM.


Ix-Xhud :

Min-naha tieghi.


Imhallef J Said Pullicino :

U li kien importanti li ma kienx ghal zmien determinat, imma kien inti ghalik ser tmur hemm biex tkompli zmien bhala Kummissarju.


Ix-Xhud :

Hekk hassejt li kellu jkun – li kien il-ftehim.


Imhallef J Said Pullicino :

Imbaghad gara illi fi zmien sena u erba’ xhur spiccajt.


Ix-Xhud :

Hekk hu.


Imhallef J Said Pullicino :

Imbaghad ghidilna ghaliex spiccajt. Pero` meta spiccajt inti ghedt pubblikament li inti spiccajt ghax dak li kellek twettaq wettaqtu.


Ix-Xhud :

Le; dak ghedt fil-kaz tac-Chogm..


Imhallef J Said Pullicino :

..din registrata


Ix-Xhud :

Ha nkun korrett. Fil-kaz tac-Chogm kont preciz.

Imhallef J Said Pullicino :

Fil-kaz tac-Chogm din li ghedta?


Ix-Xhud :

Fil-kaz tac-Chogm ghedta u kont preciz, li dal li mort ic-Cogam biex naghmel u cioe s-setup tas-security x’ kellha li wiehed ihares lejh u x’ kellna nippreparaw ghac-Chogm dak huwa lest; ma .. ..


Imhallef J Said Pullicino :

Mela mhux b’ ordni mal-kummissarjat bhala Kummissarju


Ix-Xhud :

Le le …. differenti.


Imhallef J Said Pullicino :

Mela bhala Kummissarju x’ kienet ir-raguni li ghaliha inti ..


Ix-Xhud :

Sfortunatament sfortunatament jidher illi l-Ministeru u min kien inkarigat, mhux il-Ministru, Chief of Staff Silvio Scerri kellu ideat differenti ta’ kif ghandu jimxi l-Korp u x’ ghandu ..


Imhallef A Lofaro :

Mela kien hemm input minn ghand xi hadd at some stage


Imhallef J Said Pullicino :

Dak wara imma.


Imhallef A Lofaro :

Hux hekk?


Chairman Imhallef M Mallia :

Imma dak wara.


Ix-Xhud :

Jiena qed nitkellem..


Imhallef A Lofaro :

Imma qabel ma irrezenja.


Ix-Xhud :

Qabel ir-rezenja tieghi minn Kummissarju tal-Pulizija.

Imhallef A Lofaro :

Kien hemm input mela at some stage, hux hekk?


Ix-Xhud :

Mhux input kien hemm; divergenza ta’ opinjoni. U hawnhekk hija cara. Jiena ridt illi l-Korp jibda jinbarka fuq sistema ta’ edukazzjoni fut-tul. Ma xtaqtx illi l-Korp jibqa’ jillapazza l-edukazzjoni fil-ligi kif kien qed jigri. Ha naghti ezempju zghir; kellna, meta ilhaqt Kummissarju jien madwar 15-il student l- universita` ghal kors tal-ligi; kollha kienu qed imorru fil-hin taghhom u kontra l-ordnijiet specifici tal-Kummissarju. Illum hafna mimhom lahqu avukati u qed jipprattikaw hawnhekk u hemm minhom ghadhom fil-Korp. Jiena mill- ewwel bghatt ghalihom u tajthom il-go-ahead ufficjali biex dawn ikunu jistghu jistudjaw.


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri inti qed tghid – jekk qed nifhmek sew ta jigifieri, illi c-chief of staff tal-Ministru ta’ l-Intern kellu certu piz fl-amministrazzjoni tal-Pulizija, hux hekk?


Ix-Xhud :

Kellu certu piz ta’ amministrazzjoni. Jiena naghti niddiskuti mal-Ministru u mieghu day 1 mod, u day 2 day 3 jibda jibdel il-parametri. And that is xi haga li jiena ma stajtx naccetaha.


Imhallef J Said Pullicino :

Ghalhekk inti ghedt imbaghad meta irtirajt jigifieri spiccajtu by consensus. Inti spjegajt il-pozizzjoni tieghek..


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef J Said Pullicino :

U hu qallek – ma nistghux naqblu, allura mur. Issa nixtieq tghidli l- extend ta’ din il- .. mhux indhil, ghax forsi dritt tieghu, ma nafx, tal-Ministru ta’ l-Intern fil-Pulizija; to what extend kien qed.., ghax mhux kull amministrazzjoni tahdem l-istess.


Imhallef A Lofaro :

U meta bdiet jekk joghgbok? Meta bdiet?


Ix-Xhud :

Bdiet I would say 5 – 6 months wara illi ilhaqt; meta effettivament urejt il-pjan kollu ta’ x’ ghandu jsir u ma jsirx. Giet anke beda d-diskors li jidhol CEO kif

hemm illum fil-Korp. Jien kont oppost ghal dik is-sitwazzjoni. Ghaliex illum inhoss li l-Korp huwa maqsum mhux fi tnejn, f’ erbgha, biex inkun preciz. Meta inti ghandek amministrazzjoni trid mod u effettivament ix-xoghol jitlob iehor, u ma tistax timxi. U dik kienet wahda minn l-issues partikolari illi ser niznaturaw il-Korp.


Imhallef J Said Pullicino :

Allura dan il-Ministeru, is-CEO tal-Ministru kont tiltaqa’ mieghu spiss inti?


Ix-Xhud :

Imma spiss ..


Imhallef J Said Pullicino :

Jew mhux spiss, regolarment.


Imhallef A Lofaro :

Jew icempel, jibghat emails ..


Ix-Xhud :

Kien hemm certa regolarita`. Gie li mmissjajna ghaliex ikollna l-impenji t- tnejn li ahna u….


Imhallef J Said Pullicino :

U inkontri fuq l-investigazzjonijiet kien ikollkom?


Ix-Xhud :

Rarissimu tkellimna fuq investigazzjonijiet. U ha nkun car, ma kinetx kwistjoni ta’ indhil; kienet kwistjoni ta’ – sejrin tajjeb hemm fid-drogi; qbadna qabda tajba. Sejrin tajjeb fuq id-diesel, immorru tajjeb.


Imhallef J Said Pullicino :

Qatt ma ddiskutejtu kazijiet partikolari


Ix-Xhud :

Kazijiet partikolari le.


Imhallef J Said Pullicino :

Le.


Ix-Xhud :

Le.

Imhallef J Said Pullicino :

Sakemm domt hemm jiena kontu liberi tinvestigaw.


Ix-Xhud :

Bhala investigazzjoni bhala xoghol polizzjesk iva kien hemm liberta` assoluta f’ dak il-kuntest.


Imhallef J Said Pullicino :

Issa s-Sur Rizzo kien hemm il-kwistjoni tas-Sur Dalli, tajjeb?


Ix-Xhud :

Ehe.


Imhallef J Said Pullicino :

Is-Sur Dalli ghandna spjega hawnhekk, tajjba jew hazina, ma jinteressanix il- mertu, ma jinteressanix jekk ghandux ragun jew le, jekk hemmx kaz jew le; mhux kaz taghna dak, tajjeb? Qed nitkellmu minn l-att biss amministrattiv u bhala struzzjoni. Ghandna minn hawnhekk illi l-Kummissarju, l-Avukat Generali, l-assistenti taghhom u xi hadd iehor kienu jaqblu li f’ certu zmien kien hemm bizzejjed materjal biex hi x’ inhi r-raguni jitressaq is-Sur Dalli l- Qorti. Kien hemm divergenzi etc, imma din kienet is-sitwazzjoni. Issa inti f’ din il-bicca xoghol kif dhalt?


Ix-Xhud :

Mela ovvjament bhala l-ftit handover illi tani s-Sur Rizzo f’ dik il-gimgha li ghamel gej u sejjer sakemm battal l-ufficcju kien hemm il-kaz ta’ John Dalli. Qalli – issa arah inti. Ghedtlu – ovvjament la kont fih inti issa dhalt fiz-zarbun jien, irrid narah jien. Jiena bdejt nara l-file. Rajtu bid-dokumentazzjoni kollha li kien hemm inkluz ir-rapport ta’ l-Olaf u bdejt naghmel anke certu mistoqsijiet ghal certu nuqqasijiet. Irrizulta li dawn l-istess mistoqsijiet li kont qed naghmel jien kienu saru wkoll lil Olaf, mhux minni, imma minn l- organizzazzjoni mid-direttorat illi effettivament ghandu s-sorveljanza ta’ l- Olaf. Illi dwar dan kien sar rapport u dan ir-rapport kien baqa’ mistur sa effettivament wara li tlaqt jien sa 2014.


L-informazzjoni kienet illi dan id-Dipartiment sab nuqqasijiet serjissimi minn l-Olaf fil-mod kif inhadem. Dan ir-rapport illum huwa available fuq il-website, min jinteressah facli hafna li jsibu. Opinion 2, 2012; numru partikolari hafna. Dan ir-rapport jaghmel elenku shih ta’ difetti illi saru fl-investigazzjoni, allura l-invesigazzjoni bdiet fuq premessa zbaljata. In segwitu ta’ dan jiena bghatt ghal John Dalli, ergajna interrogajtu fit-tul fuq il-kaz, u l-interrogazzjoni kienet wahda illi forthcoming bid-dettalji ta’ x’ gara u ma garax min-naha tieghu.

Imhallef A Lofaro :

Wahdek investigajtu?


Ix-Xhud :

In parti wahdi, in parti kien hemm prezenti dk li huwa CEO illum is-Sur Gafa`. Domna nisimghu, u ovvjament tghallimt naghmel il-homework tieghi nimmarka dak li huwa ta’ importantza fis-sitwazzjoni. Finalment meta rajt ir- rapport illi intbaght l-AG u dak li effettivament jirrizulta mill-process hemm divergenza kbira; u ma stajtx inhalli lill-AG b’ nuqqas ta’ informazzjoni korretta illi fuq dak ibbaza l-opinjoni tieghu. U ergajna bdejna d- diskussjonijiet.


Imhallef A Lofaro :

Imma tista’ tippreciza ghax ma nafx fhimtekx sew; inti, kien hemm investigazzjoni ta’ l-Olaf u kien hemm ukoll l-investigazzjoni li kien ghamel il-Kummissarju ta’ qablek


Ix-Xhud :

Agreed.


Chairman Imhallef M Mallia :

Imbaghad kien hemm ohra kienu ghamluha ..


Imhallef A Lofaro :

Imbaghad kien hemm ohra.


Chairman Imhallef M Mallia :

Kien hemm ohra.


Imhallef A Lofaro :

Allura dik is-Sur Rizzo ma kienx jaf biha l-ohra?


Ix-Xhud :

Dik li ghamilt jien le.


Imhallef A Lofaro :

Le le


Chairman Imhallef M Mallia :

Ta’ barra.


Imhallef A Lofaro :

Ezatt.

Ix-Xhud :

Ta’ barra ta’ l-Olaf jaf biha. Ir-rapport ..


Imhallef A Lofaro :

Is-Sur Rizzo kien jaf biha.


Ix-Xhud :

Ir-rapport illi sar fuq l-investigazzjoni ta’ l-Olaf ma nahsibx li kien jaf bih.


Imhallef A Lofaro :

U min ghamlu dan ir-rapport?


Chairman Imhallef M Mallia :

Inti ghedtilna li baqa’ mistur.


Ix-Xhud :

Din is-supervisory committee ta’ l-Olaf illi hija entita` specifika illi analizzat il-kaz partikolari.


Chairman Imhallef M Mallia :

U dak baqa’ mistur dak ir-rapport.


Ix-Xhud :

Dan baqa’ mistru sa July 2014.


Imhallef A Lofaro :

Imma ghalfejn allura dan? Staqsejtuhom ghalfejn hallewh mistur?


Ix-Xhud :

L-Olaf ma jirrispondu lil hadd; lanqas lill-istess Kummissjoni. Fil-fatt kellu jitla’ quddiem il-Kummissjoni. Fil-fatt is-Sur Kessler tkecca minn l-Olaf fuq dawn in-nuqqasijiet kollha u llum ghaddej proceduri illi ghadhom imwahhlin f’ pajjizu.


Imhallef A Lofaro :

U inti qghadt fuq dak ir-rapport allura jew investigajt?


Ix-Xhud :

Le jiena dak ir-rapport ma kellix. Jiena kelli a short form ta’ dan ir-rapport li inghata lill-Kummissjoni. Rajt illi kien hemm kritika fuq dik l-investigazzjoni. Ma kellix ir-rapport in full. Litteralment a redacted report …

Imhallef A Lofaro :

Kellek tinvestiga allura.


Ix-Xhud :

Very redacted report; imma kien eye-opener ghan-nuqqasijiet serjissimi ta’ l- investigazzjoni


Imhallef A Lofaro :

Fimt.


Ix-Xhud :

U ta’ dawn in-nuqqasijiet jannulaw il-provi hafna, l’ hekk imsejha ‘provi’, ghaliex the aim ..


Imhallef A Lofaro :

Imma dan irrizultalek minn l-investigazzjoni li ghamilt?


Ix-Xhud :

Hemm parti minnha minn dak li ghamilt jien.


Imhallef A Lofaro :

U l-parti l-ohra minn dak li qallek is-Sur Dalli?


Ix-Xhud :

U l-parti l-ohra minn dak li rrizulta minn l-istess process li kien hemm ta’ l- investigazzjoni.


Imhallef A Lofaro :

Li kien diga` rah l-Avukat Generali f’ dak il-kas..


Ix-Xhud :

Ma kienx ra l-file; ra r-rapport; u hemm differenza kbira illi inti tara konkluzjonijiet illi nhargu minn rapport u nhbew certa sitwazzjonijiet. Kien hemm nuqqas ta’ disclosure, ha nkun car.


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri inti bil-Malti, dana ghax ahna f’ din il-parti nidhlu u ma nidhlux ahna. Pero` tassigurana inti illi l-hatra tieghek ma kellha x’ taqsam xejn ma xi …. faults biex jitwaqqfu proceduri kontra xi hadd. Din, ghax fuq hekk qed nitkellmu, tajjeb?


Imhallef A Lofaro :

Ehe rridu nkunu nafuha din …..

Imhallef J Said Pullicino :

Hux hekk? Din hi l-kwistjoni kollha.


Ix-Xhud :

Jiena nikkonfermalek, ha naghmilhielek car.


Imhallef J Said Pullicino :

Sorry ftit ..


Ix-Xhud :

Ghajjejt nismaghha.


Imhallef J Said Pullicino :

Taf ghalfejn qed nghidlek hekk jiena? Qed nghidlek hekk taf ghaliex? Ghaliex dana l-Olaf, u l-Pulizija ta’ Malta, u l-Avukat Generali, dawn damu x-xhur jaslu ghal xi konkluzjonijiet. Imbaghad tigi inti, fair enough, ghandek kull dritt

…, within 10 days tghid dak li m’ hemmx raguni izjed. Issa,


Imhallef A Lofaro :

Hekk hu; ma kienx hemm raguni ..


Imhallef J Said Pullicino :

…taccetta li hu veru li qed tghid inti, illi gara xi haga li kienet mistura u inti sibta jew urewhielek. Pero` jibqa’ li hemm din il-question mark. U l-question mark l-ohra hi jekk id-decizjoni tieghek ghandhiex is-support issa ta’ min qajjem din il-kwistjoni fl-ewwel lok; jigifieri ta’ l-Unjoni Ewropea. Imma jiena nista’.., tini biss il-princiji li jinteressaw lill-Pulizija ta’ Malta, mhux .., ghax dan l-importanti.


Ix-Xhud :

U ser inkompli fejn hallejt u ser nghid dan ghal zewg affarijiet. Ghajjejt nisma’ din l-istorja u iktar u iktar kif giet interpretata illi jien tajt id-decizjoni tieghi tlett ijiem wara li lhaqt.


Imhallef J Said Pullicino :

Jiena mhux din ..


Ix-Xhud :

Kwazi tliet xhur. Ghaliex jiena r-risposta jekk hux ser jitressaq inghatat waqt Dissett fis-7 ta’ Gujnu. In the mean time sar dan kollu li ghadni qed nghid; xahrejn u nofs, mhux kontinwu fuqu biss ghax ovvjament kien hemm elf problema ohra li jrid isir, imma illi dan il-kaz gie miftuh, maghluq, rega’ imqalleb u rega’ verifikati l-fatti. Il-fatt li A cempel lil B ma jfissirx li qed

jipproponu serqa! Jew jipproponi a love affair!. Hemm sitwazzjoni ghaddejja bejniethom. It needs clarification.


Imhallef J Said Pullicino :

L-unika haga li xtaqt inkun naf, jigifieri dak li japplika ghas-Sur Dalli ma japplikax ghas-Sur Zammit pero`. Ghax ..


Ix-Xhud :

Is-Sur Zammit kien hemm kaz ..


Imhallef J Said Pullicino :

Is-Sur Zammit l-iehor.


Ix-Xhud :

Is-Sur Zammit li kien involut fil-kaz kien hemm il-kaz diga` ghaddej; u la darba qieghed quddiem il-Qorti zgur li mhux ser nindahal fih jien. Inkompli ninvestiga nista’, u nara, l-investigaturi dejjem kienet il-push tieghi, ghal kemm ressaqt kompli investiga, lilu ma tistax tkellmu imma jekk hemm xi provi ohra gborhom. Pero` again, fil-kaz ta’ Dalli I did not close the case. Iktar u iktar meta ghad hemm il-kaz ta’ Silvio Zammit ghadu miftuh.


Imhallef J Said Pullicino :

Ifhimni, fuq dan nistghu nieqfu hawnhekk. Ghandi nifhem jien illi is-Sur Cassar li xehed warajk madanakollu kkonferma, sa baghat, illi hu qabel mieghek fuq id-decizjoni tieghek ahna qeghdin nitkellmu, hux hekk?


Ix-Xhud :

Is-Sur Michael Cassar dak iz-zmien kien qieghed l-MSS..


Imhallef J Said Pullicino :

Wara meta …


Ix-Xhud :

Id-decizjoni kienet barra min idejh ghal diversi .., anke dawk li huma bhala inkarigu mbaghad illi ha fl-istess jiem mieghi. Hu li jista’ jaghti l-opinjoni tieghu. As far as I am concern il-kaz baqa’ illi ma ghandux jitressaq ghax id- difetti li nstabu fil-process ma kellhomx jimxu bih.


Chairman Imhallef M Mallia :

Meta gie pubblikat is-supervisory report fl-intier tieghu kont ghadek Kummissarju jew kont diga` talqt?

Ix-Xhud :

Le, b’ kumbinazzjoni ftit wara li tlaqt jien, July 2014.


Chairman Imhallef M Mallia :

Kont ga tlaqt mela.


Ix-Xhud :

Iva.


Chairman Imhallef M Mallia :

Pero` you were aware of it.


Ix-Xhud :

Iva. I was very much aware of it.


Imhallef A Lofaro :

Qatt xi hadd kellmek dwar il-kaz tas-Sur Dalli minn l-amministrazzjoni, minn Kastilja, mill-Ministeru, mis-CEO tal-Ministeru ta’ l-Intern, qatt xi hadd kellmek dwar il-kaz tieghu?


Ix-Xhud :

As far as I am concern le.


Imhallef A Lofaro :

Qatt. La vi u lanqas vo


Ix-Xhud :

…x’ tahseb, jew x’ tahseb, jista’ ikun li saret xi mistoqsija. Pero` li b’ xi mod nahseb mod jew nibdel xi opinjoni tieghi jew li naghmel xi haga dwar il-kaz nista’ naccerta lil Bord u lil kull minn hawn hawnhekk illi qatt ma kelli indhil dwar l-investigazzjonijiet.


Imhallef A Lofaro :

U li ssejjah lis-Sur Dalli kienet l-inizjattiva tieghek jew li xtaq hu li jkellem lilek?


Ix-Xhud :

Li nsejjahlu kienet inizzjattiva tieghi; u kienet anke on the books, ghaliex kien hemm fil-fatt open warrant of arrest ghalih biex inkomplu jigi interrogat qabel ma jinghalaq il-kaz.


Imhallef A Lofaro :

Jigifieri kienet gejja mix-zewg nahat.

Ix-Xhud :

Fil-fatt jekk niftakar sew is-Sur Rizzo kien ukoll ta’ l-opinjoni li qabel ma jresssqu jerga’ jinterrogah; fejn I was technically following the same lines bid- differenza illi jien ghamilt review tal-file kollu qabel ma komplejt ..


Imhallef A Lofaro :

Ghax hassejt inti imma; mhux ghax talbek xi hadd.


Ix-Xhud :

Hassejt jien u kienet fil-file


Imhallef A Lofaro :

U kienet fil-file.


Ix-Xhud :

Allura wiehed irid ikompli l-investigazzjoni. Bdiet fuq linja fl-opnjoni tieghi korretta. Issa kif waslet u fejn waslet ma kienx hemmx evedenza bizzejjed biex jitressaq.


Imhallef A Lofaro :

Imma taf li kienet ittiehdet id-decizjoni li jipprocedu, hux hekk?


Ix-Xhud :

Iva. Imma tali decizjoni fil-konfront tal-provi li kien hemm ma kinetx gusta u korreta.


Imhallef A Lofaro :

Imma dan qed tghidu wara li rajt ir-rapport tas-supervisory committee


Ix-Xhud :

Wara li rajt ir-rapport preminari tas- supervisory body …


Imhallef A Lofaro :

Illi jigifieri ta’ qablek ma rahx, u lanqas l-AV ghedtilna.


Ix-Xhud :

Le.


Imhallef A Lofaro :

Ma rahx.


Ix-Xhud :

Wara 20144 ma nafx rawhx.

Imhallef A Lofaro :

Le qabel.


Ix-Xhud :

Qabli ma nafx rawhx.


Imhallef A Lofaro :

Meta ttiehdet id-decizjoni li hemm bizzejjed biex iressquh.


Ix-Xhud :

No no.


Imhallef A Lofaro :

Ma kienux rawh.


Ix-Xhud :

Ma kienux raw il-full report. Jekk setghu raw ta’ haddiehor ..


Imhallef A Lofaro :

Le imma lanqas is-summery ma kienu raw.


Ix-Xhud :

Fil-file li ma kienx ..


Imhallef A Lofaro :

U inti rajtha meta jekk joghgbok din is-summery?


Ix-Xhud :

Is-summery rajtha wara li sirt Kummissarju u bdejt naghmel il-mistoqsijiet tieghi.


Imhallef A Lofaro :

U gabuhielek.


Ix-Xhud :

U gabuhieli. Il- ….providing meta inti tfittex facli hafna tfittex fuq l-internet il-kwistjoni jitilghulek id-dokumentazzjoni kollha li ghandek bzonn bil-links relattiva.


Imhallef A Lofaro :

U hadd ma kien ra sa fejn taf inti din.

Ix-Xhud :

Fil-file ma kinetx. Kien hemm l-allegazzjoni tas-Sur Dalli pero` fil-file ma kien hemm xejn.


Chairman Imhallef M Mallia :

Dr Comodini Cachia?


Dr Therese Comodini Cachia :

L-informazzjoni li inghatat l-ahhar darba fuq din il-kwistjoni kienet illi kien hemm investigazzjoni ta’ l-Olaf u investigazzjoni tal-Pulizija Maltija


Imhallef A Lofaro :

Ehe, tas-Sur Rizzo.


Dr Therese Comodini Cachia :

Issa jiena jekk qed nifhem sew, inti meta ghedt – ‘jiena sibt nuqqasijiet fl- investigazzjoni’ qed tirreferi ghall-investigazzjoni li saret mill-Korp tal- Pulizija ta’ Malta jew ghall-investigazzjoni li saret minn l-Olaf?


Ix-Xhud :

Mela l-investigazzjoni li saret min l-Olaf kienet karenti minn hafna affarijiet anke mill-gbir tal-provi; u fl-opinjoni tieghi oskultaw il-provi u fixklu dak li kellu jsir. In partikolari fil-kaz ta’ allegazzjonijiet li saru meetings u rrizulta li ma sarux; anke minn l-investigazzjoni tal-Korp tal-Pulizija. Mela ghandek zewg affarijiet illi qed igiddbu – qed jitfghu dell iktrah fuq is-sitwazzjoni kif inhi. U n-nuqqas tal-Korp tal-Pulizija li sar fl-opinjoni tieghi hawnhekk illi rrenda l-investigazzjoni ma hijiex iktar b’sahhitha biex tressaq, illi kienu suppozizzjonijiet mibnija fuq dak li intqal min terz. U suppozizzjonijiet li intqalu minn l-Olaf illi ma gewx sapportati minnhom. La b’ dokumentazjoni, la b’ recording u bla b’ xejn. Apparti suppozizzjonijiet ghaliex A cempel lil B allura qed jiftehmu. Dan l-argument, u la wiehed wasal ghalih, qajjimtu direttament ma’ Kessler fl-laqgha li kellna waqt il-laqgha tal-Kummissarji Ewropej. Ghedtlu u ma stennejthiex ahjar minnek, hafna ahjar minnek bhala persuna li kont involut f’ mano pulite l-Italia fjen ir-recording tat-telefonati hija principju preliminari.


Hawnhekk ma sarux. F’ xi erba’ xhur u nofs ta’ investigazzjoni ma intalbux. Allura inti ghandek toqba kbira ta’ x’ kienu l- conversations li kien hemm.


Dr Therese Comodini Cachia :

Imma din fl-investigazzjoni ta’ l-Olaf jew tal-Pulizija?

Ix-Xhud :

It-tnejn


Imhallef J Said Pullicino :

Dottoressa, mhux ghal xi haga ta’, din l-affari ta’..


Dr Therese Comodini Cachia :

It-tnejn?


Imhallef J Said Pullicino :

Qeghdin naghmlu.. ahna li jinteressana…..


Dr Therese Comodini Cachia :

Lanqas jiena. Qed nipprova nifhem


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri d-direzzjoni tad-domandi taghna ma kienux intizi biex ninvestigaw il- kaz.


Dr Therese Comodini Cachia :

Precizament.


Imhallef J Said Pullicino :

Intizi biss biex naraw jekk il-Pulizija oggettivament apertament imxietx kif suppost


Dr Therese Comodini Cachia :

Ghamlitx xogholha.


Imhallef J Said Pullicino :

Issa r-raguni mbaghad ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Jiena nifhem illi x-xhud qal illi kien hemm mistoqsija minnhom fejn qal jixieq jindirzza wkoll dak li inghad. Jiena nixtieq li nsaqsi lix-xhud jekk hu ghandux parentela mas-Sur John Dalli.


Ix-Xhud :

Parentela ..?


Imhallef J Said Pullicino :

Mas-Sur ..…?

Dr Therese Comodini Cachia :

Mas-Sur John Dalli.


Imhallef J Said Pullicino :

Ma nafx. Ghandek parentela?


Ix-Xhud :

Direttament le. Tra z-zwieg ..


Imhallef J Said Pullicino :

By affinity jigifieri?


Ix-Xhud :

By marriages and affinity in the fourth of fifth degree kif nahseb li kulhadd huwa Malta. Ma nafx.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jigifieri l-kugin tal-mara, is-second kugin tal-mara? Xiex?


Ix-Xhud :

Terz kugin tal-mara jista’ ikun, approximately


Dr Therese Comodini Cachia :

Terz kugin tal-mara, ok. F’ waqt it-tenure tieghek kien hemm ukoll il- procedura li ttiehdet kontra Norman Vella.


Ix-Xhud :

Ehe.


Dr Therese Comodini Cachia :

Kulhadd jaf x’ kienet dik il-procedura. F’ din il-procedura kienet decizjoni tieghek illi tipprocedi jew kellek struzzjonijiet jew kellek a feeling illi jew inghatajt sens illi ghandek tipprocedi?


Ix-Xhud :

Kienet decizjonmi tieghi wara li rcivejt l-informazzjoni illi effettivament is- Sur Vella waqt li kien go area ristretta ha ritratti


Imhallef J Said Pullicino :

..l-airport dan?


Ix-Xhud :

Go l-Airport

Imhallef A Lofaro :

Ehe.


Ix-Xhud :

Issa l-Qorti dehrilha li ma ghandhiex tipprovdi mod iehor u wiehed jimxi mas- sentenza u mad-decizjonijiet.


Dr Therese Comodini Cachia :

Waqt li inti kont tokkupa l-kariga ta’ Kummissarju kien hemm rapporti minn ghand l-FIAU li kienu inghataw lill-Pulizija? U jekk kien hemm il-Pulizija investigathom dawn ir-rapporti?


Ix-Xhud :

Ara, l-FIAU fil-Pulizija dejjem kellha rapprezentant dirett taghha, normalment kien ikun il-head tal-financial services investigation unit jew inkella l-head tas-CID. Dan huwa l-persuna illi jghaddu direttament ghandu u wiehed jibqa’ ghaddej. Hemm minnhom illi jitilghu ghand il-Kummissarju u hemm minnhom li lanqas biss noholmuhom. Ghaliex?


Imhallef J Said Pullicino :

Imma id-domanda mhux dik id-domanda. Jekk inti bhala Kummissarju qattx ircivejt..?


Ix-Xhud :

Jekk ircivejt ghaddejthom ghall-investigazzjoni. Tant kienu affarijiet komuni illi jghaddu ehe li nista’ nghid li ricivejt erbgha – hamsa, imma ma ghandi l- ebda ..


Imhallef J Said Pullicino :

Ghaddejthom ghall-investigazzjoni.


Ix-Xhud :

Le ghaddejthom ghall-investigazzjoni. Hija l-prassi normali, jiena sfortunatament nghidilha ‘paper roundabout’ ghaliex ma hemmx ghalfejn jigu ghandi biex nawtorizzhom jekk dawn huma indizji ta’ dellitt li qed jigri!


Imhallef J Said Pullicino :

U jien nahseb li jekk l-FIAU taghmillek rapport li ghandha suspett serju li hemm hasil ta’ flus inti kwazi kwazi lanqas ghandek ghalfejn tinvestiga!


Ix-Xhud :

Lanqas ninvestigah jien. Nibaghtu dak il-hin ghand l-ufficjal u nghidlu dan ibda minn issa…

Imhallef J Said Pullicino :

Dawn il-proceduri; dawn il-proceduri fuq ir-rapport biss.


Chairman Imhallef M Mallia :

Kurzita`, ir-rapporti ta’ l-FIAU kienu jigu direttament ghandek jew kienu jmorru x’ imkien iehor qabel ma jigu ghandek?


Ix-Xhud :

Jien nghid illi hafna minnhom jibqghu sejrin direttament il-financial service – l-ECU.


Imhallef J Said Pullicino :

..fi zmien ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghaliex hafna minnhom u mhux kollha?


Ix-Xhud :

Ghaliex hafna mir-rapporti kienu jkunu dak li jsejhu suspicious transaction reports. Mela l-maggior parti kienu jindikawlna li jista’ ikun hemm xi haga biex il-Pulizija jkollha bl-ghodda taghha tigbor certa informazzjoni. Gie li jaslu u gie li ma jaslux. Jiddependi ghaliex. Ghax bejn a suspicious transaction report u actual evidence of … hemm bahar jaqsam. Issa cert mija fil-mija li suspicious transaction reports jghaddu kollha ghall-investigazzjoni. Jekk ikun hemm pero` rapport dettaljat illi minn l-FIAU jghaddi normalment jew jista’ ikun jghaddi ghand il-Kummissarju ghax ikun hemm ragunijiet iktar serji pero` ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Pero` t-trapass huwa FIAU – Pulizija.


Ix-Xhud :

Iva.


Chairman Imhallef M Mallia :

Mhux x’ imkien iehor qabel ma jigu ghand il-Pulizija.


Ix-Xhud :

Fis-sistema sa fejn naf jiena ghand il-Pulizija dirett. Jekk kien hemm minnhom li ghaddew ghand l-AG, ghaliex? Ghax ovvjament l-AG hija ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghax l-AG kien fuqhom.

Ix-Xhud :

Kien parti minnhom; jigifieri ..


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri jekk ikun hemm rapport ta’ l-FIAU per ezempju fuq xi flus investiti barra, xi Panama Papers jew xi haga hekk, inti tipretendi kif qalilna s-Sur Rizzo illi minn hemmhekk tibqghu sejrin dritt ghand il-Pulizija u ..


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef J Said Pullicino :

Inti, li kien ghalik inti fejn ghandek rapport hekk jibqa’ miexi bil- ..tkompli miexi bl-investigazzjonijiet ..


Ix-Xhud :

Ma ghandix ghalfejn …; definittavment, immexxi bl-investigazzjoni.


Imhallef J Said Pullicino :

Fair enough.


Dr Therese Comodini Cachia :

Jien ma ghandix izjed domandi Sur Mhallef.


Chairman Imhallef M Mallia :

Grazzi hafna Sur Zammit..


Din hija s-sustanza tax-xhieda tas-Sur Peter Paul Zammit dettata minnu stess fil-prezenza ta’ l-istess xhud.


Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Saviour Scicluna Traskrittur