Xhieda ta’ Pierre Portelli – 10 ta’ Marzu 2021

Xhieda ta’ Pierre Portelli – 10 ta’ Marzu 2021

Differita 28 ta’ Gunju 2006


L-Atti tal-Inkjesta datata 10 ta' Marzu 2021, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum l-Erbgha 10 ta’ Marzu 2021, fis-1:30 p.m. fit-Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.


Xhud Pierre Portelli iben il-mejjet Francis u Mary Rose nee` Micallef mwieled H’ Attard u residenti Gharghur bil-Malti u bil-gurament tieghu jghid:


Chairman Imhallef M Mallia :

Sur Portelli, nafu illi inti tlabt illi taghti x-xhieda tieghek bil-maghluq; pero` ghandna certi domanda li huma fid-dominium pubbliku, u nibdew b’ dawk. All right?


Ix-Xhud :

Yes. Ok.


Chairman Imhallef M Mallia :

Issa llum inti managing editor tal-Malta Independent hux hekk?


Ix-Xhud :

No no; kont.


Chairman Imhallef M Mallia :

Le?


Ix-Xhud :

Kont hekk.


Chairman Imhallef M Mallia :

Kont? X’ inhu..


Ix-Xhud :

Kont hekk sat-2017; kont hekk sat-2017.


Chairman Imhallef M Mallia :

U llum?

Ix-Xhud :

Illum self employed nahdem fil-komunikazzjoni u fil-media, marketing u affarijiet hekk.


Imhallef A Lofaro :

Irrezenjajt kont? Kont irrezenjajt?


Ix-Xhud :

Minn l-Independent?


Imhallef A Lofaro :

Ehe.


Ix-Xhud :

Yes u zgur; ghax imbaghad mort nahdem il-Media Link


Chairman Imhallef M Mallia :

Voldieri qtajt kull konnessjoni ma’ l-Independent issa? Apparti bhala gurnalist.


Ix-Xhud :

Yes yes; le jigifieri ma ghandix konnessjoni.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ma ghandekx impjieg xejn.


Ix-Xhud :

Meta nara lil xi hadd minn hemmhekk inkellmu bhal per ezempju jekk narhom..


Chairman Imhallef M Mallia :

Ha nghidlek, dan il-Bord sema’ xhieda dwar attentat biex tinxtara l-Malta Independent.


Ix-Xhud :

Sewwa.


Chairman Imhallef M Mallia :

Issemmiet cifra, issemma Yorgen Fenech, issemma Silvio ..


Imhallef A Lofaro :

…ukoll.

Chairman Imhallef M Mallia :

… u ohrajn. X’ taf fuqha din jekk taf. Ha nibdew minn hawn.


Ix-Xhud :

Mela jiena kont direttur fuq il-Bord ta’ Standard Publications li tippublika The Malta Independent, u kont ukoll imbaghad fl-istess hin impjegat hemmhekk bhala direttur responsabbli mill-kontenut u mill-business, basically. Naf id- dettalji li hargu mill-Bord, u fil-fatt peress li jiena marbut bin-non disclosure mal-Bord nixtieq li kwalunkwe haga li tistaqsini dwarha nista’ nghida behind close doors jekk hu possibbli.


Imhallef A Lofaro :

Dwar xiex ezatt please?


Ix-Xhud :

Dan li qed jistaqsini fuq it-tentattiv biex tinxtara l-Independent


Imhallef A Lofaro :

Eh ok. Fhimt ..


Imhallef J Said Pullicino :

Pero` …


Ix-Xhud :

Sorry?


Imhallef J Said Pullicino :

…. id-diretturi d-diretturi gew jixhdu hawnhekk u tawna traccaw il-general …. tan-negozjati li kien hemm


Ix-Xhud :

Id-diretturi gew hawnhekk diga`?


Chairman Imhallef M Mallia :

Iva ehe. Wiehed minnhom..


Ix-Xhud :

U tkellmu fil-pubbliku?


Chairman Imhallef M Mallia :

U tkellmu fil-pubbliku.

Ix-Xhud :

Mela okay. Skuzawni; ma qrajthiex fil-media li gew id-diretturi. Sewwa, mela staqsini u nista’ nghidlek.


Imhallef J Said Pullicino :

…….kien xehed fuq … il-possibilta` …. l-Independent ..


Imhallef A Lofaro :

Ehe tnejn differenti


Dr Therese Comodini Cachia :

Kien hemm izjed minn persuna wahda. Kien hemm persuna wahda illi xhedet fil-maghluq..


Imhallef A Lofaro :

U l-iehor fil-miftuh.


Dr Therese Comodini Cachia :

U kien hemm zewg persuni li jidhirli li xhedu fil-miftuh fuqha.


Imhallef J Said Pullicino :

…taw informazzjoni ..


Dr Therese Comodini Cachia :

Fil-miftuh taw l-informazzjoni li ..


Imhallef A Lofaro :

Ma qaghdux lura milli jghidulna


Dr Therese Comodini Cachia :

Per ezempju kien hemm jidhirli s-Sur Debono li xehed fuqha fil-miftuh zgur dak kien. Niftakar lilu ghax kien l-ahhar wiehed li xehed fuqha.


Ix-Xhud :

Is-Sur Debono min hu?


Chairman Imhallef M Mallia :

Silvio Debono.


Ix-Xhud :

Silvio Debono?

Imhallef A Lofaro :

Tad-DB Group ehe.


Chairman Imhallef M Mallia :

Tad-DB Group.


Ix-Xhud :

Ok. Basically li nista’ nghid il-Bord kien gie approwcjat biex jithajjar ibiegh il-gazzetta basically; jien kont nafha minn ghand il-Bord din. Pero` imbaghad ukoll kien kellimni Yorgen Fenech stess dwar l-interess tieghu. U kien kellimni ghaliex kien staqsieni qalli jekk inti jekk dina nithajru nidhlu ghaliha tkompli tmexxijha inti? U jiena kont ghedtlu jekk l-affarijiet jimxu ‘l hemm nikkonsidra l-pozizzjoni tieghi f’ dak iz-zmien jigifieri. Pero` mbaghad kien hemm perjodu wkol meta naf li kien hemm numru ta’ diskussjonijiet li jien ma kontx involut fihom. Pero` kien hemm perjodu mbaghad meta l-istess Yorgen Fenech kien qalli illi ser idahhal mieghu lis-Sur Silvio Debono f’ dan ix-xiri, u basically imbaghad ma sehhx. Waqghet .. id-deal.


Chairman Imhallef M Mallia :

Is-Sur Fenech ma qallekx ghalfejn kellu dan l-interess illi jixtri dik il-Gazzetta hu?


Ix-Xhud :

Le. Kien qalli biss niftakar illi dejjem kienu interessati biex ikunu fil-media; fil-fatt kellhom ukoll qabel kumpanija tal-media – Max Plus? Minhiex cert x’ kien jisimha; qed nipprova niftakar x’ kien jisimha. Kienet imma qisa l-Melita, qisa l-GO. Jigifieri carrier ta’ numru ta’ stazzjonijiet. Imbaghad jidhirli dik kienu bighuha lil GO fil-passat; pero` kienu interessati fil-media; u kien qalli wkoll illi meta dahhal lil Silvio Debono fiha ghaliex Silvio Debono kien qallu li hu nteressat jixtri stazzjoni tat-television ukoll. Jien niftakarni li l-parir tieghi li kont tajtu, casually ta’ jigifieri, kont ghedtlu nahseb li hija gennata li tidhol fit-television, ghedtlu ghax hawn Malta anke l-istazzjonijiet ezistenti qed isibuha difficli jkampaw, ahseb u ara jekk tmur taghmel stazzjon iehor privat. M’ hawnx bizzejjed reklamar u m’ hawnx bizzejjed nahseb anke kontenut biex taghmel stazzjon iehor ta’ televizjoni. Fuq il-Gazzetta ovvjament kien qed jiddiskuti ma’ Malcolm Miller dwarha u ma kellix wisq iktar x’ nghidlu.


Chairman Imhallef M Mallia :

Inti ma kontx prezenti ghal dawn id-diskussjonijiet mas-Sur Miller.


Ix-Xhud :

Maghhom le.

Chairman Imhallef M Mallia :

Le


Ix-Xhud :

Maghhom flimkien le.


Chairman Imhallef M Mallia :

Is-Sur Debono kellek okkazjoni tkellmu?


Ix-Xhud :

Is-Sur Debono dwar din le ma kellimtux.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ma kellimtux. Voldieri inti bqajt biss mas-Sur Fenech.


Ix-Xhud :

Iva iva. U fil-fatt kont ukoll urejt preokkupazzjoni lil shabi tal-Bord illi hemm dan l-interess illi jinghaqdu flimkien u jaghmlu television station. Il- preokkopazzjoni tieghi kienet li l-gazzetta kienet sejra ma tibqax profittabbli. Diga` l-gazetta kellha numru ta’ problemi. Konna bdejna indawruha, kienet wahda mir-ragunijiet ghalfejn jiena issehibt fit-2017, bdejna indawruha billi illoncjajna l-platform il-gdid ta’ l-online tal-gazzetta; u konna ghamilniha b’ certa success ‘l ghaliex konna l-ahhar li gejna u on the blog; u mbaghad hadd iehor rega’ rrangaha warajna. Dahhalna ideat godda, dahhalna affarijiet godda u kellna success. U konna wkoll nikxfu hafna stejjer hemmhekk.


Imhallef J Said Pullicino :

U dak iz-zmien is-sinjura Caruana Galizia kienet kontributur regolari taghkom?


Ix-Xhud :

Iva iva.


Imhallef A Lofaro :

Kienet hux?


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef A Lofaro :

Kien hemmx xi attentati bhal per ezempju xi hadd jehdilkom l-advertising biex intom tnehhuha milli tkompli tikteb? Twaqqfuha milli tkompli tikteb.

Ix-Xhud :

Ma nistax nghid li kien hemm attentati, pero` kien hemm is-suspetti. U fil-fatt qed niehu pjacir li nista’ nghida din.


Imhallef A Lofaro :

Ha tghidilna please?


Ix-Xhud :

Ftit wara li dhalt, is-sena kienet 2017, Ottubru 2017, jigifieri jiena kont bil- kumpaniji tieghi u self employed, pero` kont ukoll nipprezenta programm ma’ Joe Mifsud, illum huwa Magistrat, li kien jismu TVAM. Fit-2013 sehhet l- elezzjoni; ahna konna ilna nipprezentawh minn 2011 jew 2012; sehhet l- elezzjoni u ma’ tul is-sajf il-PBS infurmawni li jien mhux ser nibqa’ fuq dak il-programm. Ovvjament ma kellix qalbi qawwija li ser nibqa’ fuq dak il- programm u kelli ragunijiet differenti ghalfejn nahseb hekk. Pero` mbaghad kelli din l-offerta minn ghand l-Independent biex nissieheb maghhom u dhalt maghhom. U s-sitwazjoni tar-reklamar mal-ewwel kienet prekarja vis a vis reklamar tal-gvern fejn tidhol l-Independent. U jien kont nikkomljenja hafna fuqha din.


Darba minnhom niftakar bghatt messagg lil ex Prim Ministru Joseph Muscat fl-investi tieghi ta’ direttur tal- kumpanija, fejn ghedtlu din mhux fair. Hija cara. Pero` ma kien gara prattikament xejn. Gejna ghal budget u l-budget huwa perjodu meta l-gvern jaghmel ammont sostanzjali ta’ reklamar fuq il-gazzetti. U bdejt nara reklami hiergin fuq media ohra, fuq gazzetti ohra partikolari u ergajt bghatt messagg lill-Prim Ministru ta’ dak iz-zmien nikkomplejnja nghidlu ghaliex ahna ergajna ma ahniex meqjusin; ghaliex ahna qeghdin barra u eskluzi.

Niftakar kienu cempuli biex immur laqgha Kastilja ma’ nies tal- communications ta’ Kastilja t’ hemmhekk; poggejt maghhom. Kellna hafna argumenti. Ovvjament kellna d-differenzi politici taghna u mhux l-ewwel darba li argumentajna, pero` l-meeting ma kienx biex noqghodu nitkellmu fuq l-argumenti politici taghna; u hemmhekk tawni x’ nifhem illi dawn mhux ser jissapportjaw publication illi fiha tikteb Daphne Caruana Galizia. Din hija xi haga li bqajt nakkuzhom biha jien. Bqajt ninsisti ..


Imhallef A Lofaro :

U x’ kienet ir-reazzjoni taghhom?


Ix-Xhud :

Sorry?

Imhallef A Lofaro :

Meta kont tghidilhom x’ kienu jirrisponduk?


Ix-Xhud :

Kienu jghidu ahna mhux sejrin nissapportjaw min jigdeb fuqna; min jghid dawn l-affarijiet fuqna. Kienet argumentazzjoni kontinwa din sejra. Imbaghad..


Imhallef J Said Pullicino :

….is-sinjura Daphne Caruana Galizia ..


Ix-Xhud :

Sorry?


Imhallef J Said Pullicino :

B’ referenza..


Ix-Xhud :

B’ referenza ghas-sinjura Daphne Caruana Galizia. Jien u Daphne konna close f’ dak il-perjodu iktar minn drabi ohra. Ghaliex konna nitkellmu jekk mhux kuljum imma dartejn tlieta fil-gimgha konna nitkellmu. Gie li konna nargumentaw ukoll ‘l ghaliex jew jasal l-artikolu taghha xi ftit tard u l-edituri jcempluli u jghiduli kellimha ftit biex ma nibqghux hawnhekk. Imma dawk kienu affarijiet semplici. Jew inkella per ezempju kien ikun hemm xi artikolu fejn inkun nixtieq jew jien jew inkella l-edituri naqtghu xi partijiet minnu ghax nibzghu illi huma too much jew huma libelluzi, u konna nargumentaw ftit. Pero` fuq hafna affarijiet ohra hdimna flimkien.


Hdimna flimkien meta kien hemm l-ewwel is-Swiss leaks minn ghadn l-ICIJ, u kienet tkellmet mieghi. Jien kont ghamilt it-talba wara li tkellmet mieghi lil ICIJ biex ahna nkunu partners taghhom hawn Malta, ‘ahna’ bhala Independent jigifieri. U fil-fatt inghatajna dan l-istatus, iffirmajna kuntratt maghhom u mbaghad inghatajna l-leaks. U fost l-ohrajn konna kxifna illi kien hemm zewg ex Ministri Nazzjonalisti illi kellhom Swiss accounts fi Svizzera u dan kien wassal biex dawn anke gew sospizi mill-Partit Nazzjonalista. U konna nikkollaboraw hafna. Meta mbaghad gew il-Panama Papers ikollaborajna wkoll ghaliex konna ahna partners u kien hemm it-Times ukoll maghna; u konna nitkellmu hafna dwar dawn l- affarijiet.


Konna nitkellmu wkoll irrid nghid dwar.. ma rridx.. lanqas naf insejjahlux ghadu jew le, pero` tant ir-ragel prova jaghmilli hsara f’ hajti li ma nistax nuza kelma ohra hlief ‘ghadu’. Imma kien ghadu komuni taghna. Konna nitkellmu dwar Keith Schembri. U dwar l-affarijiet illi ghaddejna minnhom, kemm jien

personali, kemm hi, kemm fil-pubbliku u kemm flimkien. Nista’ nirrakkona jekk trid stejjer imma..


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghal din il-laqgha li semmejt li mort Kastilja u iltqajt mal- communications tiftakar min kienu?


Ix-Xhud :

Zgur kien hemm is-Sur Kurt Farrugia; niftakar kien hemm ukoll.. qed nipporva niftakar ismu, illum qieghed Kummissarju tal-films, dak iz-zmien kien jahdem Kastilja


Dr Therese Comodini Cachia :

…Johann Grech


Ix-Xhud :

Johann Grech ghax naf ghax huwa Ghawdxi u niftakru kien gie jintervistani ghat-tezi tieghu, b’ hekk bqajt niftakru. U niftakar li kien hemm ukoll jidhirli d-deputy ta’ Kurt Farrugia li kien Carbone; Matthew? Matthew Carbone?


Dr Therese Comodini Cachia :

..


Imhallef A Lofaro :

Carbone iva.


Chairman Imhallef M Mallia :

Tiftakar min minnhom qallek illi ma kienux sejrin jaghtukom reklami peress li kontu taccettaw lil Daphne tikteb fil-gazzetta taghkom?


Ix-Xhud :

Kienet konverzazzjoni animata, jigifieri ma nistax nippinpojntja wiehed jew l- iehor ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Ma tistax tippinpojntja wiehed jew l-iehor…


Ix-Xhud :

Pero` zgur illi hadd minnhom ma kkontradixxa lil xuxlin. Jigifieri ma kienx hemm xi wiehed qed jaqbel mieghi u tnejn kontra tieghi!

Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri meta gew allura biex jixtru l-gazzetta u jidhirli li anke kien hemm l- involviment tas-Sur Schembri fidha din .. ma nafx; inti, allacjajt dik l-offerta mal-fatt li riedu isiktu l-vuci taghha ta’ Daphne Caruana Galizia jew inkella ma …?


Ix-Xhud :

Allacjajta darba f’ konverzazzjoni li kelli mas-Sur Yorgen Fenech pero` kienet fuq livell ta’ business, u ha nghidilkom ghaliex.


Imhallef A Lofaro :

Yorgen Fenech kif dahal fiha din?


Ix-Xhud :

Ha nghidlek, ghaliex peress li ghedtilkom qabel illi kien kellimni dwarha. Pero` kienet strettament fuq business dak iz-zmien. Jigifieri jien niftakarni nghidlu jekk inti mhajjar tixtri din il-gazzetta biex twaqqaf lil Daphne Caruana Galizia milli tikteb fiha ha taghmel l-ikbar zball ta’ hajtek u ha tahli flusek. Ghaliex l-Independent minghajr il-magazine li kienet taghmel Daphne, li ghadu ghaddej sal-lum jidhirli, taghmlu Corrine, ‘Taste’ kien jismu.


Imhallef A Lofaro :

Taste & Flair..?


Ix-Xhud :

Kien ikollha toqba finanzjarja kbir. U jien niftakarni naghtih dan il-parir. Imma s’ hemmhekk jigifieri..


Imhallef A Lofaro :

U x’ kien wiegbek?


Ix-Xhud :

Niftakru jghidli, niftakaru car kristall f’ mohhi, le ma tarax ma tarax ma tarax! Hekk.


Imhallef A Lofaro :

Le. Ok. Inti kont habib mas-Sur Fenech pero`?


Ix-Xhud :

Mela jien kont sirt naf lis-Sur Fenech.., jien kont naf lil missieru l-ewwel. Jigifieri fit-2004..

Imhallef A Lofaro :

Kellek xi konsulenza ma’ Tumas Group?


Ix-Xhud :

Kelli diversi xoghlijiet differenti. Fit-2004 bdejt il-kumpanija tieghi flimkien mal-mara tieghi u bdejt l-ewwel haga li ghamilt kien magazine l-Airport; dam ghaddej xi disa’; snin u mbaghad kelli xi magazines ohrajn. Imbaghad bdejna diehlin fit-television. U mort niftakar ghand George Fenech, Alla jahfirlu, biex inkellmu biex nibda naghmel xoghlijiet maghhom. U fil-fatt kien tani twissija dak inhar u kien ukoll qalli li ser jaghmel ix-xoghol mieghi. Kien tani twissja, qalli John Dalli ma jiehux pjacir jekk naghmlu x-xoghol mieghek; u ma qalilix hu biss, imma qalhieli hadd iehor ukoll. Dik kienet ezatt wara l-leadership contest meta rebah Lawrence Gonzi u jien kont qed nappogga lil Lawrence Gonzi. U kellna diversi kwistjonijiet u baqghu ghaddejjin sakemm anke mbaghad kont l-Independent ma’ John Dalli; u jidher, skont George Fenech illi kien tkellmu jew semmieni biex ma jaghmlux xoghol maghna. Pero` mbaghad qalli, qalli pero` jiena qalli narak habbrieki. Qalli niftakrek fuq it- television, u dawn l-affarijiet kollha, qalli u jiena rrid naghmel ix-xoghol maghkom. U bdejna naghmlu..


Imhallef A Lofaro :

Din il-haga li semmielek tas-Sur Dalli influwenzatek lilek? Kellek toqghod attent?


Ix-Xhud :

Iva jiena dejjem attent mis-Sur Dalli. Dejjem bqajt; hafna; hafna.


Imhallef A Lofaro :

Ghaliex! Ghaliex?


Ix-Xhud :

Ghaliex dejjem ghamel akkuzi fil-konfron tieghi, u mhux tieghi biss. Dejjem attakkani kull cans li kellu. L-ahhar darba kienet meta kont l-Independent u ghamlilna kwerela, jidhirli anke.. fuqi personali nahseb li kienet.


Imhallef A Lofaro :

Fuq ..?


Ix-Xhud :

Ghamilli kwerela


Imhallef A Lofaro :

Personali.

Ix-Xhud :

Ehe. Jigifieri dejjem, dejjem. Qatt ma kelli relazzjoni tajba ..


Imhallef A Lofaro :

Ghalhekk qghadt attent. Mhux ghax qallek hekk is-Sur Fenech.


Ix-Xhud :

Imma mbaghad meta qed jghidli xi hadd bhal George Fenech, qed tiltaqa’ mieghu fl-ufficcju tieghu f’ dak it-torri; qed jghidlek dan qalli tahdimx mieghek; u semmieli persuni ohrajn imma ma jidhirlix li ghandi ghalfejn insemmihom hawnhekk. Pero` mbaghad hdimna u mxejna. Pero` over the years ..


Imhallef A Lofaro :

Pero` inti qghadt ghat-twissija tieghu, li ma tantx issemmi lis-Sur Dalli hux hekk?


Ix-Xhud :

Le mhux biex ma nsemmix lis-Sur Dalli, anzi!


Imhallef A Lofaro :

Ghax inti trid tghidilna..


Ix-Xhud :

Le le le, noqghod attent jigifieri kemm jista’ ikun…; jien imbaghad kont mort ikkonfrontajt lil John Dalli fuqha din.


Imhallef A Lofaro :

Ehe?


Ix-Xhud :

U zgur.


Imhallef A Lofaro :

U hu ammetta jew cahad?


Ix-Xhud :

Le; cahad.


Imhallef A Lofaro :

Cahad.

Ix-Xhud :

Cahad li hu…; imma niftakarni nikkonfronta lil John Dalli fuq din u fuq affarijiet ohrajn. Imma qatt ma kellna relazzjoni tajba fil-politika sfortunatament..


Imhallef A Lofaro :

Issa kont ser tispjegali kif qghadt attent.


Ix-Xhud :

Iva kont ser nghidlek. Imbaghad ghaddew iz-zmien u bqajt naghmel xoghol maghhom, jigifieri ta’ reklamar, ta’ marketing, ta’ affarijiet hekk. Darba minnhom laqqani ma’ dan it-tifel tieghu, ma’ Yorgen


Imhallef A Lofaro :

Mas-Sur Yorgen hux?


Ix-Xhud :

Kien ghadu zghir, niftakru jghidli – ara dan hudli hsiebu, jekk tkun taf xi haga fuqu ejja ghidli; hekk jigifieri jokingly. Imbaghad ghadda z-zmien u ltqajt mieghu darba ..


Imhallef A Lofaro :

Is-Sur Yorgen dejjem hux?


Ix-Xhud :

Iva iva. U ltqajt mieghu darba kien mas-CEO li kellhom f’ dik il-kumpanija tat-television illi kellhom li semmejtilkom. Again casually hekk. U mbaghad l- iktar darba li jiena nahseb li kellimtu l-ewwel darba b’ mod dettaljat kienet meta resaq lejja fuq dak ix-xiri ta’..


Imhallef A Lofaro :

Pero` mbaghad sirtu hbieb hux; jidher li sirtu hbieb.


Ix-Xhud :

Imbaghad bdejna nekscengjaw messaggi ‘l hawn u ‘l hemm.


Imhallef A Lofaro :

Chats WhatsApp, chats ..


Ix-Xhud :

Ehe. Imbaghad tinsiex, hu sar ukoll CEO ta’ Tumas Group. Tumas Group huwa wiehed mill-ikbar gruppi li hawn Malta. Jien ga kont naghmel xoghol maghhom pero` mhux jien biss. Jigifieri anke meta kont l-Independent. Dawn

kienu jirreklamaw, kienu jaghmlu l-business ma’ l-Independent. Meta kont il- Media Link l-istess ukoll jigifieri..


Imhallef J Said Pullicino :

Semmejt l-ewwel lis-Sur Fenech, George Fenech; fil-kontest li donnu qed jipprova jitkellem mieghek ha jinfluwenza l-politika b’ xi mod. Illi b’ xi mod l-attivita` tieghu jinfluwenza kif timxi l-politika, le?


Ix-Xhud :

Le le le.


Imhallef J Said Pullicino :

Semmejtilna xi haga f’ dan is-sens.


Imhallef A Lofaro :

Ir-reporting imma zgur hux. Tas-Sur Dalli hux ghedtilna?


Ix-Xhud :

Le imma ma qallix biex ninfluwenza r-reporting.


Imhallef A Lofaro :

Qallek ma….


Ix-Xhud :

Tinsewx jiena ma kontx dak iz-zmien imbaghad ma bqajtx kont ghadni gurnalist nikteb l-istejjer, imma dhalt fil-management tal-media; fl- amministrazzjoni tal-Media.


Imhallef A Lofaro :

Imma kellek say hux?


Ix-Xhud :

Ezatt; tibqa’ dejjem gurnalist u dejjem tibqa’ tfittex. Le le, imma qatt.. jigifieri zgur li George Fenech ma qallix hekk biex nikteb xi haga kontra John Dalli.


Imhallef J Said Pullicino :

Le mhux hekk qed nghid jien.


Imhallef A Lofaro :

Le mhux hekk qed nghidulek ta!


Ix-Xhud :

Sorry; mela minhiex nifhimkom.

Imhallef J Said Pullicino :

Jekk fil-kuncett tieghu ta’ kif jimmenigja l-business tieghu, tajjeb?, is-sur Fenech, l-anzjan issa x-xih, kellux il-hsieb illi jutilizza l-influwenzi politici biex jimmenigja min jitla’, min ma jaghmilx, jekk kienx hemm..


Ix-Xhud :

Lili qatt ….


Imhallef J Said Pullicino :

Qatt ma kellek dan ..


Ix-Xhud :

Le lili qatt ma tani dik l-impressjoni. Jiena qalli biss u naf ukoll mill-pubbliku, fil-pubbliku din li s-Sur Dalli huwa involut bil-familja mal-Fenekijiet.


Imhallef A Lofaro :

Iva jigi..


Ix-Xhud :

Ghalhekk. Jigifieri assumejt li dak huwa l-connection jien, illi jew kienu xi haga familjari, jien naf? U… ma nafx.


Imhallef J Said Pullicino :

… jigifieri reklamar tal-gvern kien limitat kif qed tghid inti; kien limitat.


Ix-Xhud :

X’ inhu?


Imhallef J Said Pullicino :

Reklamar tal-gvern mal-gazzetta kien limitat.


Ix-Xhud :

Iva. Iva u nista’ nikkonferma ..


Imhallef J Said Pullicino :

U ghal ragunijiet…, kwazi kwazi qed tghidilna ghal ragunijiet politici.


Ix-Xhud :

Iva jiena dik dejjem kienet l-impressjoni tieghi; u kull meta kkonfrontajt lil xi hadd u tkellimt ukoll; ghax jien kelli hafna sorsi nies fil-Labour Party. Tinsiex jien kont ilni gej mill-gurnalizmu minn 1991; kelli hafna sorsi fil-Labour Party. Nahseb il-leaks li taw lili u lill-gurnalisti shabi fi NewsRoom tan- Nazzjon kienu parti milli waqa’ il-gvern ta’ Alfred Sant ghax ma konniex

inlahhqu ma’ l-affarijiet li jibaghtulna u jghidulna n-nies fil-Labour Party. Jigifieri kellna hafna kuntatti u kont nircievi hafna informazzjoni minn dak l- aspett. U allura zammejt anke kuntatti ma’ nies fil-Labour Party. U gie li tekellimt anke ma’ MPs u xi Ministri fuq din il-problema ghaliex kont nipprova…


Imhallef A Lofaro :

Problema …?


Ix-Xhud :

Il-problema li ma kienux jghaddulna bizzejjed reklamar. Ghax imbaghad iddecidejt kont illi nidhol ghaliha wiehed wiehed; nipprova nsib Ministru individwali wiehed u nipprova naghmlu kampanja ta’ reklamar ta’ dak il- Ministeru biss u mmur b’ ideat differenti. U sibt hafna bibien maghluqa. Li kienu jghidlu le, ahjar le, ghax ta’ Kastilja ma jiehux pjacir.


Imhallef A Lofaro :

Kienet tissemma s-sinjura Caruana Galizia imma?


Ix-Xhud :

Mhux dejjem, mhux dejjem. Imma dejjem kien..


Imhallef A Lofaro :

Imma gie li ssemmiet.


Ix-Xhud :

Gie li ssemmiet


Imhallef A Lofaro :

Gie li ssemmiet


Ix-Xhud :

U ha nghidlek ghalfejn gie li ssemmiet ukoll. Ghaliex hafna drabi kien ikolli risposta – mhux intom ta; mhux in-NewsRoom, imma hi, imma dik..


Imhallef A Lofaro :

Hi kienet tissemma.


Ix-Xhud :

Kien ikolli hafna minn dik ir-reazzjoni. U fil-fatt tant anke min-naha tal- Labour kienu jidentifikaw qisni lili illi ghandi relazzjoni tajba hafna ma’ Dephne illi anke per ezempju darba minhom stidnuni fuq is-SuperOne TV fil-

programm ta’ Stagno Navarra biex proprju niddefendi, ghax ma kinetx tista’ tmur fil-programm, biex niddefendi lil Daphne jien. Jigifieri


Imhallef A Lofaro :

Daphne ma kinetx impjegat mal-Partit Nazzjonalista..


Ix-Xhud :

Le le, din ghal zmien l-Independent qed nghid, mhux ghal Partit Nazzjonalista.


Chairman Imhallef M Mallia :

Kont taf inti illi s-Sur Yorgen Fenech kien involut fl-Electrogas?


Ix-Xhud :

Fl-Electrogas iva.


Chairman Imhallef M Mallia :

Meta sirt taf?


Ix-Xhud :

Sirt naf meta kont l-Independent ghaliex hargu meta sar il-bid…


Chairman Imhallef M Mallia :

Jigifieri..


Ix-Xhud :

Jigifieri kienet pubblika.


Chairman Imhallef M Mallia :

Fil-bidu nett kont taf li kien involut.


Ix-Xhud :

Ghax kienet pubblika


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghax kienet pubblika.


Ix-Xhud :

U fil-fatt l-Independent konna ghamilna numru ta’ stejjer; fost l-ohrajn kellna storja illi qlajna camata kbira minn min kien qed jibni l-PowerStation ghaliex konna hrigna storja illi l-piles tal-konkos mhux qed isiru b’ mod tajjeb. Dan kien xi hadd baghtilna numru ta’ ritratti u wkoll tana informazzjoni li mhux qed isiru sew ghax kollox qed isir bl-ghagla biex din il-power station kemm jista’ ikun malajr jifthuha. Dik kienet wahda minnhom. U kellna backlash kbir,

jigifieri bl-avukati jhedduna, l-istess bhal meta kelli fi Swiss leaks min-nies li semmejna illi kienu ghaddejjin kawza kbira, businessmen. Kellna hafna avukati fuqna. Jigifieri kien ikollna hafna minn din il-haga. U fuq l- Electrogas kellna numru ta’ stejjer mhux hazin.


Imhallef J Said Pullicino :

Inkluz li kien ippjanat qabel it-2013?


Ix-Xhud :

Iva. U niftakar, ma ghandix l-istejjer mieghi. Imma niftakar per ezempju li konna ghamilna stejjer inqabblu dak illi kien intqal..


Imhallef J Said Pullicino :

Qabel l-elezzjoni..


Ix-Xhud :

…qabel l-elezzjoni ma’ wara l-elezzjoni. Ma’ dak li gie prezentat li kien imbaghad hareg fil-pubbliku lill-Partit Nazzjonalista ma’ dak li fil-fatt sar. Kien ikollna intervisti per ezempju ma’ esperta tal-Maritime Dr Ann Fenech illi tghidilna dan impossibbli jinstab LNG tanker daqshekk malajr u jingieb daqshekk malajr. Kellna libelli minhabba l-Electrogas; ammont sostanzjali ta’ libelli nahseb. U dejjem interessanti li meta Konrad Mizzi jew Keith Schembri jaghmlu libell jaghmluh lil Pierre Portelli et …; biex jolqtu lili direttament kull darba. U wiehed minnhom kien per ezempju.., jidhirli tlifnieh dan il-libell; nahseb ma kienx miktub tajjeb l-artikolu. Fuq il-kuntratt li nghata biex jinxtraw l-ankri ta’ l-Electrogas; u kellna libell fuq dik. Kellna libell minnhom tlifnieh mhux minhabba l-istorja imma imhabba li l-commends bord ma konniex immoderajnihom sew fif soppost, u allura kien hemm affarijiet libelluzzi f’ dak li qalu n-nies. Jigifieri …


Imhallef J Said Pullicino :

Id-domanda qed issir ha nghidlek, ghaliex hawn Malta.. hawnhekk telghu hafna nies jghidu li ma kien hemm xejn qabel l-elezzjoni hlief idea. Qed tifhem? U ahna dik … stejjer ohrajn ovvjament differenti. Imma allura qed nistaqsik dan jekk kienx dak iz-zmien id-dominium pubbliku illi kien hemm din l-idea illi fil-fatt il-progett kien diga` mohmi qabel l-elezzjoni, qed tifhem?


Ix-Xhud :

Iva kienet. U kienet anke l-impressjoni tieghi.


Imhallef J Said Pullicino :

Jekk inti ittina referenza ta’ dawn l-artikolu jekk ghadek f’ pozizzjoni illum; ghax ma nafx illum jekk ghadekx hemm inti

Ix-Xhud :

Le le ma ghadnix hemmhekk, u ma ghadnix.


Imhallef J Said Pullicino :

M’ ghadekx hemm. Jekk tista’ ittina referenza taghhom ta’ l- artikolu … ta’ dak zmien.


Ix-Xhud :

Li nista nfittex. Infittex online jigifieri; bhal ma jista’ ifittex kulhadd.


Imhallef J Said Pullicino :

Jghinuna lilna nahseb. Imbaghad minn l-Independent fejn mort allura inti? Dhalt mal-partit?


Ix-Xhud :

Imbaghad wara l-elezzjoni ta’ 2017 dik kienet elezzjoni intensa hafna ghalija ‘l ghaliex konna qed nahdmu fuq numru ta’ sejjer. Jien kont hadt ukoll il- briga personali illi mmur ghand il-Magistrat Aaron Bugeja b’ leaks ..


Imhallef A Lofaro :

Imma x’ kien l-involviment tieghek f’ Egrant please?


Ix-Xhud :

Yes ha nghidlek..


Imhallef A Lofaro :

Ghax l-istess haga konna ser nghidu, le?


Ix-Xhud :

Ha nibda qabel l-Egrant b’ siltiet mir-rapporti ta’ l- FIAU.


Imhallef A Lofaro :

Ghax inti semmejt lil Magistrat Aaron Bugeja u assumejt li ser titkellem fuq Egrant.


Ix-Xhud :

Iva wkoll ukoll.


Imhallef A Lofaro :

Mela ghidli ghidli; kompli.

Ix-Xhud :

Imma l-ewwel li mort ghand il-Magistrat Bugeja kienet b’ siltiet minn rapport ta’ l-FIAU dwar is-17 Black u dwar Konrad Mizzi


Imhallef A Lofaro :

Wahdek mort jew ma’ Dr Busuttil?


Ix-Xhud :

Le mort wahdi. U assumejtha wahdi. U fil-fatt tajtu dawn is-siltiet biex jinvestighom. Ovvjament attakk shih mill-Media Laburista kontrija. U dak kien il-mument meta mort. Pero` mbaghad Daphne kienet harget l-istorja ta’ l- Egrant


Imhallef A Lofaro :

Ta’ l-Egrant iva.


Ix-Xhud :

U Daphne kienet kellmitni u qaltli din hemm bzonn illi din il-whistleblower li m’ ghandix status ta’ whistleblower Maria Efimova, dak iz-zmien hadd ma kien jaf x’ jisimha, kienet qaltli li hemm bzonn li intuha iktar spazzju fejn tista’ titkellem. U kienet harget bl-idea illi hi taghmlilha intervista, tiktibha u ahna nippubblikawha fl-Independent. L-idea taghha kienet, u qbilt maghha hundred percent jien, li jekk hi taghmilha fil-blog taghha biss jghajruha li ghax qed tivvintha hi, mentri fl-Independent tiehu struttura. U dan il-hsieb, jekk nista’ niftah bracket zghira, kont narah anke min-naha ta’ Kastilja. Kastilja per ezempju, jekk Daphne taghmel storja u ahna nirrapportawha, nehduha minn ghandha u nikkwotawha, jaghmlu libell lillna l-Independent imma mhux lil Daphne ghax kienu jipprovaw jinjorawha kompletament.


Imhallef A Lofaro :

Imma ghamlulha libelli hux!


Ix-Xhud :

Nahseb imbaghad wara ta’ bdew. Pero` fil-bidu kienu jipprovaw jinjorawha u kienu jaghmlu libelli lil min jirripproduci l-istejjer taghha. U fuq l-Egrant fthemna li ser taghmel din l-intervista. Ghamilniha u gie pubblikata fil-faccata tal-gazzetta ta’ l-Independent u giet rapportata prattikament minn ghand kulhadd ghax kienet esklussiva. Pero` jien imbaghad dak iz-zmien konna naghmlu programm.., ghax wahda minn l-affarijiet li ntroducejt jien l- Independent kienet li naghmlu programm fuq il-website. Jigifieri qisu programm ta’ television ta’ diskussjoni imma tarah online

Imhallef A Lofaro :

Online iva.


Ix-Xhud :

U dan kien jismu In Depth. U dan In Depth kien isir minn tlieta min-nies differenti. Daqa naghmlu jien; daqqa taghmlu Rachel Attard u daqqa jaghmlu Steve Calleja


Imhallef A Lofaro :

In Debt ehe.


Ix-Xhud :

U konna induruh bejnietna. U jien kont ghedtilna isma’ Daphne, ghaliex ma naghmlux xi haga ohra biex iktar tasal il-kelma taghha din il-persuna? Nintervistaha f’ In Debt u tkun tista’ titkellm. U giet lura u qaltli isma’, pero` bil-patt u l-kondizzjoni illi hi tkun bleared u li hi tbiddlulha l-vuci. U jien qbilt. Meta mort il-flat taghha kien hemm ir-ragel taghha maghha u domnda nitkellmu qabel ma bdejna l-intervista, u prattikament ikkonvincejtha illi jekk ser inbiddlilha l-vuci din ser tigi tinstema tad-dahq u allura ahjar ma nbiddlilhiex l-vuci. U qablet li ma nbiddlilhiex il-vuci pero` blerjajna l- istampa. U biex inkunu iktar fidili mal-ftehim ma blernjaniex l-istampa wara, jigifieri waqt l-editing u allura kien ikolli l-filmat taghha car qed titkellem, blerjajna l-istampa fil-hin, dak il-hin stess ..


Imhallef A Lofaro :

Fil-bidu nett.


Ix-Xhud :

U li allura r-recordind huwa dejjem bleared; u harget din l-intervista. Waqt l- intervista jien staqsejtha kemm-il darba biex turini d-dokumenti tal-UBO u hi dejjem wegbinti fl-intervista illi hi ma tistax tghid xejn ghaliex il-Magistrat Bugeja wissiha biex ma tghid xejn. Fost l-ohrajn ukoll kienet qaltli waqt l- intervista illi marret l-Ambaxxata Russa u qalulha.., ghax hi ta’ nazzjonalita` Russa, u qalulha illi jekk ser tikser dak li ha jghidilha l-Magistrat Bugeja mhux sejrin ituha passaport. Hi kellha kwistjonijiet li hadulha l-passaport u ma setghetx tmur ghal funeral ta’ ommha u allura kienet irrabjata hafna fuq dak l- aspett.


Pero` bqajt, u ghandi n-numru anke ta’ messaggi maghha nitlobha biex niltaqghu u taghtini d-dokumenti. U jien ridt li dawn id-dokumenti naghmluhom pubblici dak iz-zmien. Ghax kont rasi mimlija li ser nehodhom minn ghandha. Qabel l-elezzjoni tat-2017 gejt mistieden fuq programm fuq it- television fuq l-istazzjon nazzjonali l-programm ta’ Saviour Balzan, u mort.

Kien hemm jiena, kien hemm Fabian Demicoli, kien hemm Josef Caruana li kien editur ta’ l-Orizzont pero` imbaghad kien mar jahdem Kastilja, u kien hemm Karl Stagno Navarra. Jien f’ dan il-programm hassejt li qed nigi xi ftii jew wisq ambushed ‘l ghaliex gejt mistoqsi fuq id-dokumenti ta’ l-FIAU li jien tajt lill-Magistrat Bugeja, u jiena ghedt dwarhom. Immedjatament kif tkellimt jien hareg dan Josef Caruana b’ dokument iehor f’ idejh qalli ghax inti ma semmejtx u ma urejtx illi kien hemm visit ohra fil-Pilatus Bank u dawn qalulhom li kollox all right. Qalli mela inti provajt tidhaq bin-nies. U hassejtni ambushed.


Iktar tard fil-programm qabduha fuq din Maria Efimova. U jghidu kemm hi giddiba u dawn l-affarijiet kollha. U jien dak il-hin fil- programm, dan kien il- Hamis qabel l-elezzjoni. Jigifieri l-ghada silence day u imbaghad l-elezzjoni. Jien f’ dak il-programm ghedt qed tghajru lil Maria Efimova, u dina ma tistax titkellem ghax l- Ambaxxata Russa ma hallewhiex titkellem; ghedt pero` jien naf x’ qalet hi ghax jien rajt x’ qalet hi


Imhallef A Lofaro :

Rajt id-dokumenti pero`?


Ix-Xhud :

U jien imbaghad spjegajt lill-Magistrat Bugeja li jien kont intwerejt dawn id- dokumenti fuq iPad; pero` qatt ma kelli. U waqfet hemmhekk l-istorja. Ftit wara l-elezzjoni baghat ghalija l-Magistrat Bugeja u qalli.., semmaghli minn fuq .. semmaghli r-recording; qalli x’ rajt inti? U jien ghedtlu.., dan kollu dokumentat fl-inkjesta jigifieri tistghu tarawh.


Imhallef A Lofaro :

Li rajthom fuq l-iPad, mhux hekk?


Ix-Xhud :

Eh, ghedtlu jien rajthom fuq Ipad. Qalli min urihomlok? Ghedtlu jien ma nistax nghidlek min urihomli ghax dak huwa sors u jien mhux ser nikxef sors. Kien qalli le; qalli din hija ta’ natura nazzjonali. Ghedtlu jien hadt il-parir legali ghedtlu sors huwa sors u ha nibqa’ niddefendi lis-sors. Qalli mela jien qed intik 48 hours, qalli biex jew iggiebli d-dokumenti nkella tghidli min uriek dan id-dokument. U bqajna hekk. Jiena tlaqt minn hemmhekk u mort nipprova nissorsja d-dokumenti mis-sorsi illi kienu kellmuni dwarhom. Iktar dwar dawn nixtieq jekk tkunu tridu tafu iktar nghid behind closed doors; ‘il ghaliex nixtieq nibqa’ nipprotegi s-sorsi. ‘Il quddiem wara li l-inkjesta ghaddhiet u l- Magistrat Bugeja ma sabx illi jiena ghedt xi haga li hija dan… fil-fatt ma tax parir biex jittiehdu azzjonijiet kontriha, pero` l-Pulizija kienu baghtu ghalija u mort ma’ l-avukat tieghi qaluli ghax ahna nixtiequ nsiru nafu iktar dwar dan.

U fil-fatt hemm hemmhekk tajthom l-istess dettajli li prattikament lest naghtikom. Pero` bqajt..


Imhallef A Lofaro :

Darba baghtu ghalik? Dartba baghtu ghalik il-Pulizija.


Ix-Xhud :

Darba dawk iz-zmien; darba dak iz-zmien. U basically dik kienet l- involviment tieghi. Pero` jien, Daphen u Maria Efimova spiccjana it-target tal- Partit Laburista u l-media Laburista kollha l-hin kollu jaghmlu posters u juruna flimkien bhala li ahna qisna l-giddibini u li vvintajna; u wkoll is- suggeriment illi iffalsikajna jew jien iffalsifikajt dawn id-dokumenti. U fil-fatt lill-Pulizija kont ghedtilhom, ghedtilhom intom fejn investigajtu? Ghedtilhom ghax jien minhiex nifhem dan id-dokument x’ ghandu falz. Id-dokument kollu falz jew il-firma hija falza? Ghedtilhom ghax smajna u qrajna kemm-il darba illi l-Mossack Fonseca kienu jqabbdu nies komuni jiffirmaw bl-addocc ghax tant kellhom dokumenti x’ jaghmlu. Ghedtilhom jigifieri allura bilfors hekk ghamiltuha. Staqsejt ukoll lill-Pulizija, u baqghu ma wegibunix dak inhar, u anke kelli okkazjoni ohra b’ mod kazwali, jekk iccekkjawx ma’ nies illi l- Magistrat Bugeja talab biex jigu investigati u mressqa jekk setghux huma ghamlu dik il-firma falza. U ha nghid ghaliex. Ghax parti mid-diskussjonijiet li kien ikollna jien u Daphne konna nahsbu fit-teorija illi d-dokument sar biex jigi depozitat fil-Pilatus Bank biex jistghu jsiru transazzjonijiet. Irrispettivament, u dan tajtu wkoll spjega jien lill-Magistrat Aaron Bugeja, irrispettivament jekk is-Sinjura Muscat u Dr Muscat kienux jafu li sar id- dokument jew le; irrispettivament. U din spjegajtha tajthielu bil-miktub. Fil- fatt wahda minn l-affarijiet li ghamilt jien quddiem il-Magistrat Bugeja ghedtlu – 1) nixtieq inkellem privatament; u talabni u morna fis-sigrieta tieghu; u 2) tajtu d-dikjarazzjoni tieghi li kont ghamilt fil-fatt ma’ l-avukat tieghi bil-miktub. Biex inkun car u tond x’ kienu l-affarijiet li qed nahseb illi setghu kienu. U ghamilt haga ohra cara ukoll. Ic-cirkostanzi kif imbaghad gie f’ idejja dak id-dokument wara dik l-elezzjoni ma kienux jitolbu li jien immure nippubblikah; imma kienu jitlobu li jien immur nghaddih lill-Mgistrat biex jinvestigah.


Jigifieri jien, kieku Maria Efimova tatni d-dokument qabel l-elezzjoni f’ idi kont nippublikah ghax emminta, u kien ikun gej minn persuna li tahdem hemm gew. Imma ghaliex ma kinetx Maria Efimova li taghtuli wara l- elezzjoni, u dan ghedtu anke fl-inkjesta, mela allura ma hassejtx li jien ghandi s-safeguard li nippubblikah u mort tajtu lill-Magistrat Bugeja biex jinvestigah. Issa ghaliex ghednija din u semmejniha? Ghax qed nifthu hafna brackets, skuzawni. Ghaliex jien fit-2017 wara l-elezzjoni, kemm jiena, u niftakarni fost ohrajn anke Daphen per ezempju kemm-il darba tkellimnija din, id-dwejjaq li

kellna li ma ridniex nemmnu bir-rizultat elettorali. Mhux li l-PN jitlef; dik kwazi kienet forgone conclusion; imma li gvern illi kellu dawk l-iskandli kollha, bil-Panama Papers resounding mad-dinja kollha jirbah b’ iktar milli rebah l-ahhar darba. Dik kienet xi haga li weggghat hafna.


U dik, ghax jien bqajt kont attiv, sa ceru punt attiv fil-Partit Nazzjonalista; jien qabel kont president ta’ l-amministrattiv ta’ wiehed minn l-oghla organi tal- partit, u bqajt, bqajt membru. Dik tatni gewwa hafna u xtaqt illi naghmel xi haga. Kien hemm diversi nies illi bdew sa mill-counting hall jigifieri, jghiduli

– inti messek tithajjar inti messek tithajjar. Pero` jien qatt ma hassejt jiena bniedem li ghandi jew nista’ inkun kap ta’ partit; u minflok gew nies ohrajn illi qaluli – isma’, qed nithajru illi nappoggaw lil Adrian Delia; l-avukat Adrian Delia li dak iz-zmien kien president ta’ Birkirkara. Jien kont nafu ghax kien l- avukat tieghi f’ kawza li kelli ma’ producers barranin u li harigni minnha with flying colours; jigifieri kelli ammirazzjoni lejh, u ddecidejt li iva nappoggjah. Lill-Independent f’ dak is-sajf kont ghedtilhom li ser nohrog on unpaid leave, u hekk kont ghamilt, biex ghenejt lil Adrian Delia fil-kampanja tieghu. Pero` unfortunately minn meta habbar Adrian Delia li ser johrog sa l-ahhar kienet storja kerha hafna li halliet impatt mhux biss fuq il-Partit Nazzjonalista jew fuqu, pero` nake fuqi personali ‘l ghaliex kienet sensiela ta’ problemi gurnata wara l-ohra. Kuljum problema differenti; kuljum glieda differenti. Hbieb kbar tieghi fil-Partit Nazzjonalista spiccjana ma bqajniex. U anke kelli niffaccja hemmhekk ghall-ewwel darba argument ma’ Daphen tul dak is-sajf. Niftakar li Daphne kienet cemplitli u qaltli – isma’, vera li inti qed tappogga lil dan Adrian Delia? U jien ghedtilha iva. Qaltli imma dan…, jien ma nafux, qaltli. Qaltli imma dana ma ghandux reputazzjoni tajba. U mill-ewwel kienet deciza.


Meta bdiet tohrog l-istejjer tul is-sajf bqajt f’ komunikazzjoni maghha. Jien kont nahseb l-uniku bridge illi kien hemm bejn it-tnejn. Ghaliex bqajna dejjem f’ relazzjoni tajba hafna ma’ xulxin; l-ahhar fil-fatt messaggi li ghandi ma’ Daphne kienu around September.. end of September nahseb beginning of October; jien kont imsiefer jidhirli Slovenia; hi kienet sejra Dublin u qed nitkellmu bejnietna fuq il-postijiet. Pero` ghamilna sajf nikkorrispondu fuq l- istejjer li kienu qeghdin johorgu fuq Adrian Delia. Ikkorrispondejna anke fuq affarijiet ohra bhal Egrant u jekk; u pero` dejjem zammejna rispett. Jigifieri dejjem.., jien nghidilha isma’, din mhix vera. Din qed ibelghulek xi haga li mhix vera. U hi kienet taghmel l-argumenti taghha; hafna minnhom kienu jkunu forceful hafna, ghaliex temmen illi ma ghandux ikun Adrian Delia kap tal-PN u ghandu jitwaqqaf mill-ewwel.


Jigifieri mbaghad, minn hemm imbaghad meta rebah Adrian Delia jien hadt id-decizjoni ghaliex talabni biex immur nahdem hemmhekk. Il-verita` li kelli pressjoni kbira biex nohrog ghal kariga ta’ Segretarju Generali, kien it-tielet

kap ta’ partit li talabni biex nidhol f’ dik il-kariga. U jien, li qatt ma habbejt dawn il-kumitati u dawn l-argumetazzjonijiet bejn kumitat ta’ hawn u ta’ hemm u dan.. kont daqsxejn xettiku. Pero` meta mbaghad Adrian Delia rebah u gejna issa ghall-elezzjonijiet l-ohrajn, jigifieri ridt niehu decizjoni x’ ser naghmel, jien kont ipproponejt lil Adrian u lil Clyde Puli illi l-ikbar problema li kellu hu bhala kap li kienet unprecedented ghax l-ebda kap iehor ma kellu din il-problema kbira, ma kinetx.., minn l-organi kollha ma kinetx la mal- Kunsill Generali, la ma’ l-Ezekuttiv tal-Partit, la ma’ l-Amministrattiv, imma kienet mal-grupp parlamentatri. U jien issuggerejt, ghaliex ma johrogx ghal segretarju generali Clyde illi huwa wiehed mill-grupp parlamentari halli naraw kif nibrigjaw. U kien hemm din l-idea illi nidhlu bhala team u li jien allura l- iktar haga li nhossni kapaci naghmel fejn tidhol il-media mmur u imexxi l- media tal-partit pero` nkun f’ parti mat-team kollu fl-efforts taghna biex nipprovaw intejbu s-sitwazzjoni tal-partit.


Imhallef A Lofaro :

U hekk sar le? Mhux hekk sar fil-fatt?


Ix-Xhud :

U hekk sar.


Imhallef A Lofaro :

Mort il-Media Link.


Ix-Xhud :

Hekk hu. U irrealizzajt malli mort il-problemi enormi illi ..


Imhallef A Lofaro :

Kien hemm problemi ta’ finanzjar, hux?


Ix-Xhud :

Esagerat. Fil-fatt jiena, wiehed minn l-ex vici kapijiet qabel telaq dak iz-zmien kien qalli – lesti ruhek li hawn tridu tfittxu ghaxart elef kuljum. Il-problemi finanzjarji huma kbar. Il-pis finazjarju huwa kbir, u l-ugigh ta’ ras..; kont naghmel hemm nahseb close to 16 – 18 hours a day. Abbandunajt il-familja; tlaqt mill-kumpaniji li kelli jiena kompletament biex nidhol ghal dik il-bicca xoghol; u s-sitwazzjoni politika interna kienet ittini gewwa hafna. Il-glied intern, il-leakages, l-attakkati, l-attakki personali fuq il-hajja tal-kap tal-partit, personali. L-informazzjoni li kienet taslilna kienet so overwhelming illi kienet kbira hafna. Ma niddejjaqx nghid ukoll illi meta qatlu lil Daphen, li ghalija kien xokk enormi, xokk kbir, jien niftakarni nghid lil Adrian lill-kap, there is no way li ha jhalluna nahdmu issa wara dan l-incident.

Imhallef A Lofaro :

Ghaliex? Ghax kien ghajjarha bicca blogger forsi?


Ix-Xhud :

Fost l-ohrajn iva; u minhabba s-sajf kollu. Jien ma nghidx ‘ghajjarha’; fil- verita` irreagixxa.. ireagixxa b’ mod esagerat.


Imhallef A Lofaro :

Ghax hu kien ghamillha l-libelli hux?


Ix-Xhud :

Dawk wara gew ta.


Imhallef A Lofaro :

Kienu ggieldu le imma? Kienu miggieldin


Ix-Xhud :

Ehe; u allura c-cirkostanzi kienu impossible. .. tinqatel l-iktar gurnalista prominenti f’ Malta li issa anke mal-Partit Nazzjonalista kienet outride miggielda, u ahna nippretendu li ga ghandna l-problemi interni ser jirnexxielna inkomplu mmexxu? B’ xi mod ipprovajna inkomplu, b’ dover, b’ lealta` li kien hemm l-elezzjoni ta’ l-MEPs gejja, u ma ridniex nabbandunaw il-partit; imma kien hemm mumenti fejn jien mhux darba, ghedt – isma’, din mhux ser tahdem. U fil-fatt imbaghad wara l-elezzjoni ta’ l-MEPs tant hassejt illi kienet claustrophobic il-haga illi jien tlaqt.


Imhallef A Lofaro :

Issa inti, jiena ma nafx, kont tghinu lil Adrian Delia fil-kampanja tieghu ghal biex jilhaq kap?


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef A Lofaro :

U fuq din il-bicca xoghol ta’ bicca blogger kien qallek li ser jaghmel hekk?


Ix-Xhud :

Le ma kienx qalli. Jien kont imsiefer dak inhar. Kienet event illi grat jidhirli x’ imkien il-Qawra. Jien kont imsiefer ghax kien il-birthday tieghi kont mal- mara, u meta rajtha ixxokjajt ruhi, meta rajt li qal hekk. U meta rajt il-video, ghax il-video kien juri li kien irrabjat, kien irrabjat hafna.

Imhallef A Lofaro :

Kien hemm il-video wkoll ehe.


Ix-Xhud :

Bqajt nipprova nibbrigja kemm stajt, u kont bqajt nipprova naghmilha anke wara l-mewt ta’ Daphne, ‘il ghaliex wahda mill-ewel affarijiet imbaghad li ghamilt kienet.., ghedtlu Adrian, ghedtlu dan trid issib moment fejn tapolocizza li inti dak iz-zmien vera ma kontx ghedta bl-ebda intenzjoni hazina, imma ghax kienet qed tikteb stejjer fuqek, fuq il-mara u fuq it-tfal u hekk, ghedtlu pero`, ghedtlu din trid issib mezz. Kont ghamilt kuntatt ma’ l- editur tas-Sunday Times u ghedtlu isma’, jekk inti trid.. lest li intik esklussiva mal-Kap tal-PN fejn japolocizza u jiskuza ruhu fuq dak li qal ta’ ‘bicca blogger’..; din kienet saret pero` l-editur tas-Sunday Times kien hass illi qabel jippubblika jiehu wkoll ir-reazzjoni ta’ oht Daphne, u allura l-istorja kwazi mietet mill-ewwel. Ghax..


Imhallef A Lofaro :

Ta’ ma ha r-reazzjoni?


Ix-Xhud :

Ta’ Corinne jidhirli, jekk minhiex sejjer zball; imma hekk nahseb. U allura..


Imhallef A Lofaro :

I see. Jigifieri wara li mietet Daphne hux?


Ix-Xhud :

Iva iva. U allura l-istorja mbaghad tilfet is-sahha taghha.


Imhallef A Lofaro :

Ghax mhux qabel ma mietet Daphne?


Ix-Xhud :

Ghax ma saritx. Ghax ma saritx qabel


Imhallef A Lofaro :

Ma saritx qabel.


Ix-Xhud :

Ma sartix qabel. Unfortunately l-affarijiet kienu hziena. L-istejjer baqghu gejjin. Hu kien jghid u juri illi qatt ma ghamilhom dawn l-affarijiet. Kien jghid kemm-il darba li lest jofri…, u fil-fatt iltaqa’; gibtlu numru ta’ gurnalisti minn media house ohra illi pogga maghhom u ghamlu stejjer fejn qalu, raw l- affarijiet. Pero` Daphne kienet konvinta. U Daphne kienet tghidli kemm-il

darba, Pierre jiena I don’t get it wrong. Kienet tghidli hdimt kazijiet ohra, anke meta ma kinetx ghadha fulltime gurnalista, fuq nies ohrajn, u hadmet mal- Pulizija kienet qaltli; u qaltli jien inxommhom lil dawn in-nies. U jien kont nghidilha – isma’, jien ma jien nara xejn milli qed tara inti, u dan ghandu l- appogg. Tinsiex, l-ghazla illi mmorru nissapportjaw bniedem li gej minn barra il-partit pero` li hu nazzjonalist u li hu kolt u edukat u avukat, sejjahlu li trid, kienet li kellna bzonn, hassejna li kellna bzonn, kien hemm disconnect mal- poplu. Kellna bzonn xi hadd illi huwa tan-nies, man-nies. U kien hemm diga` it-tentattiv meta Simon Busuttil sar kap tal-Partit kien hemm diga` tentattiv ta’ grupp biex jikkonvincu lil Anne Fenech minn barra l-partit biex tohrog ghal Kap. Kien hemm din in-narrattiva; li probabbilment hafna minnha ibbuttaha l- Labour Party, illi dan huwa partit ta’ l-avukati, ma jaghtix kas lin-nies tieghu. Allura l-intenzjoni taghna kienet li nsibu xi hadd illi ma ghandux rabtiet mal- passat tal-PN as in ma kienx deputat, pero` li huwa bniedem tan-nies. Dik kienet l-intenzjoni, pero` splodiet f’ wiccna fil-verita`.


Imhallef J Said Pullicino :

Spjegajtilna fuq ir-relazzjonijiet mal-gvern fuq reklamar. X’ inhija l- percezzjoni tieghek minn fatti li taf inti, ta’ relazzjonijiet bejn in-negozjanti u in-negozju, u l-gurnalizmu u l-iffinanzjar tal-gurnalizmu ..


Imhallef A Lofaro :

L-advertisements per ezempju.


Ix-Xhud :

Mela fejn jidhol gurnalizmu nahseb li kull media house ghandha l-istorja taghha illi jkollok kumpaniji illi meta jkun hemm stejjer illi b’ xi mod jew iehor jikxfu jew joskuraw il-brand taghhom jew il-kapijiet ta’ kumpaniji jaqtghu r-reklamar jew jhedduk li ha jaqtghu r-reklamar; dik tigri regolari hafna. Imbaghad ir-relazzjoni tal-businessmen mal-politika staqsejtni? Ghandek numru, l-ewwel nies il-politici kollha saru jiftahru li huma business friendly. Qabel kien il-Partit Nazzjonalista biss, u l-Labour kien qisu ghax the working class; pero` li ghamel Joseph Muscat biegh din l-idea huwa business friendly. Issa x’ tifhem b’ business friendly? Li tmur ghand min jifhem min hu espert fin-negozju biex jaghtik il-pariri? Nahseb li dik hija xi haga li hija rakkomandabbli. Tisma’ u mbaghad tiddeciedi. Imma li thalli lil businessman imexxik dik hija hazina; definittvament hija hazina. U jekk ikun hemm businessmen li jippruva jinfluwenzaw il-policy tal-partiti, il-partiti jkunu imgienen, fl-opinjoni tieghi, jekk icedu quddiem xi haga bhal din.


Imhallef A Lofaro :

Fuq donazzjonijiet lill-partit inti qatt kont involut? U per ezempju qatt ghaddielek xi flus is-Sur Fenech?

Ix-Xhud :

Mela jien kont wiehed minn grupp ta’ nies illi meta dhalna ghax-xoghol f’ Novembru.. f’ Ottubru insomma, Ottubru, Settembru proprja, imma Ottubru ufficjalment. Ottubru ta’ 2017 bdejna nharsu lejn is-sitwazzjoni finanzjarja, u tlabna min-nies li kien hemm qabel bniex jaghtuna l-listi tan-nies illi jaghtu d- donations biex inkomplu to follow up. Kellna dawn il-listi f’ idejna. U dan kien qisu kumitat immexxi mit-tezorier tal-partit, u bdejna kulhadd jipprova japprowcja lil nies li jaf hu.

Minn din il-lista jien kont sibt qisu.. nahseb 7 – 9 forsi persuni jew kumpaniji illi kont ghamilt xoghol maghhom, nafhom, u allura stajt napprowcjahom jien. Dawn kienu nies li ga kienu qed jaghtu lill-partit. Kien hemm uhud minnhom waqfu, ohrajn komplew. U f’ din il-lista kien hemm ukoll it-Tumas Group. U jiena offrejt li dan Tumas Group inkellimhom biex huma jaghtu d- donazzjonijiet. Id-donazzjonijiet hafna drabi dejjem mal-maratoni; pero` billi mal- maratoni ma jfissrux illi fil-gurnata tal-maratona jidhlu balla donazjiniiet. Dawk jidhlu min-nies.


Imhallef A Lofaro :

Forsi qabel. Qabel.


Ix-Xhud :

Ezatt. Jidhlu as you go along. U inti l-hin kollu. Din hija preokkupazzjoni fuq mohhok il-hin kollu. Tinsewx jien kont qed immexxi l-Media Link. Il-Media Link kull xahar kellha problema biex thallas il-pagi.


Imhallef A Lofaro :

Biex thallas il- pagi hux; mhux hekk?


Ix-Xhud :

U jien ma stajx immur imkien hlief ghand is-shareholder tieghi li huwa l-partit u nghidlu – jien ghandi problema biex naghlaq il-pagi; mhux ix-xhur kollha to be fair. Ghax kien hemm xhur fejn irnexxielna naslu wehidna b’ certa ghaqal. Ghax bdejt naghmel l-istructuring u bdejt innaqqas in-nies, u bdejt innehhi programmi li kienu jiswew per ezempju hamest elef jew sitt elef fil-gimgha u nixtri programmi minflokom li jiswew elfejn. Jigifieri bdejt naghmel dan l- istructruing il-hin kollu ghaddej; pero` dejjem baqghet din il-problema ta’ flus u allura kont inhossni li ghandi nipprova naghti l-kontribut…


Imhallef A Lofaro :

U dawn in-negozjanti allura, kienu jaghtuk flus li kont taf? Jew kumpaniji..? ma nafx.

Ix-Xhud :

Uhud minnhom iva. Uhud minnhom le, qaluli outright…


Imhallef A Lofaro :

Ta’ Tumas Group tawk flus?


Ix-Xhud :

Iva Tumas Group kienu fil-lista, u jien kont naghmel kuntatt jew mas-Sur Ray Fenech jew inkella ma’ Yorgen Fenech bhala s-CEO ta’ Tumas Group biex jaghtuna d-donazzjonijiet. u d-donazzjonijet.


Imhallef A Lofaro :

U d-donazzjonijiet kientu jkunu regolari minn ghand it-Tumas Group?


Ix-Xhud :

Le mhux regolari.


Imhallef A Lofaro :

Le.


Ix-Xhud :

Din hija xi haga li nixtieq inwiegeb ‘l ghaliex ..


Imhallef A Lofaro :

Ghaliex is-Sur Schembri xehed hawnhekk ..


Ix-Xhud :

Hekk hu hekk hu; is-Sur Schembri ..


Imhallef A Lofaro :

..li kien jaghtik xi ghoxrin elf fix-xahar?


Ix-Xhud :

Is-Sur Schembri xehed taht gurament ..


Imhallef A Lofaro :

Ehe, iva mela


Ix-Xhud :

….gidba. Naf, naf. U ma kellix..; Kelli l-oportunita` ghamilt affidavit dak inhar li xehed is-Sur Schembri u ppubblikajtu fuq il- facebook page tieghi ghax jien ma ghandix post iehor fejn nippubblika. U llum irrid nahtaf l- opportunita` biex nerga’ nghida hawnhekk.

Imhallef A Lofaro :

Iva.


Ix-Xhud :

Jien ma kontx, mhux vera immur nigbor ghoxrin elf fix-xahar kif allega s-Sur Schembri; mhux vera.


Imhallef A Lofaro :

Mhux vera. Pero` inti ma ghamiltlux libell eh!


Ix-Xhud :

Le ma ghamiltlux libell. U jiena persuna..


Imhallef A Lofaro :

Ghaliex?


Ix-Xhud :

Jiena persuna li ma nhobbx noqghod nirrikorri ghal libelli, nidhol jien fi spejjez u nidhol jien fil-hassle u noqghod jien tiela u niezel il-Qorti ghax xi hadd iddecieda li biex jiddefendi lilu nnifsu jghid gidba fuqi. Minflok, sa fejn naf jien, immedjatament issejhet inkjesta, u ghax issejhet inkjesta immedjatament li jiena to be fair hadd ghadu ma baghat ghalija u ghadni ma dehertx quddiemha din l-inkjesta..


Imhallef A Lofaro :

Ma baghtux ghalik.


Ix-Xhud :

No no. Ma baghtux ghalija. Ghax issejhet din l-inkjesta, jiena ghedt mela issa meta l-inkjesta ticcara l-affarijiet, ghax jien naf li .. naf x’ ghamilt u x’ ma ghamiltx, mela allura mbaghad ismi ikun cleared dak inhar. Pero` s-Sur Schembri ilu mqabbad mieghi; ilu mqabbad mieghi snin twal. Minn qabel ma sar Chief of Staff. U jekk nista’ nirrakkonta l-istorja li ghaddejt minnha jien.


Imhallef A Lofaro :

…grat xi haga? kien hemm xi ncident?


Ix-Xhud :

Iva. Kien hemm incident. Jiena fit-2011 kont president ta’ l- amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li kif ghedtilhom huwa wiehed minn l-oghla organi tal- partit, u niftakarni ircivejt telefonata minn ghand persuna li kienet klijenta tieghi jigifieri ghax kienet taghmel ir-reklami maghna, mal-magazines taghna; qaltli isma’, qaltli jixtieq jiltaqa’ mieghek Keith. U jien ir-reazzjoni tiegehi

kienet – Keith min hu? Qaltli Keith huwa l-assistent ta’ Joseph Muscat. Ghedtilha ghalfejn irid jiltaqa’ mieghi Keith? Qaltli jixtieq ikellmek; inti tigi sa l-ufficcju tieghi? U mort l-ufficcju taghha l-Mosta biex niltaqa’ ma’ dan Keith li qatt ma kont kellimtu; biex nghidlek il-verita` lanqas kont naf li huwa l-assistent ta’ Joseph Muscat


Imhallef J Said Pullicino :

Qed ngidu 2011 meta kienu fl-oppozizzjoni allura.


Ix-Xhud :

Meta kienu fl-oppozizzjoni qabel l-ellezzjoni ta’ 2013


Imhallef A Lofaro :

Meta kienu kap ta’ l-oppozizzjoni.


Ix-Xhud :

‘11 – ‘12, minhiex car fuq id-dati, pero` bejn 2011 jew il-bidu tat-’12. Jien mort ghal dik il-laqgha, iltqajt ma’ dan il-persuna ghall- ewwel darba f’ hajti. Niftakar dak iz-zmien konna ghadna nuzaw il-BlackBerries, mhux bl-iPhones jew Samsung; u l-ewwel haga li ghamel u ma ninsija qatt ghax qatt ma kont rajha qabel, qala’ il- battery tal-BlackBerry biex jurini li speci dana mhux qed ihaddmu jew jirrekordjah, u jiena qbadt il-BlackBerry tieghi u ghamilt l- istess u… Dak inhar is-Sur Schembri talabni, qalli jiena naf li l- Partit Nazzjonalista ghandu ritratti sensittivi fuq il-mexxej tieghi u qalli nixtieq illi inti tghaddihomna u ahna nghaddulek ritratti li ghandna ta’ nies taghkom. U jien niftakar car ir-risposta tieghi kienet : jien jekk jezistu dawn ir-ritratti, niftakarni nghidlu – bhala smajt li jezistu, ghedtlu pero` jien ma rajthomx.


Ghedtlu pero` jien nassigurak li ahna ma ghandna l-ebda intenzjoni illi dawn xi darba jintuzaw, jekk jezistu, ghaliex it-twemin taghna ma huwiex dak. U niftakarni nghidlu, dak iz-zmien kien Lawrence Gonzi Kap tal-partit u Prim Ministru; ghedtlu qatt zgur Lawrence Gozni ma hu ser jippermetti li jsiru dawn l-affarijiet. U niftakarni nghidlu wkoll : u jekk ghandkom ritratti ta’ xi nies taghna li qed jaghmlu affarijiet illeciti ohorguhom ha nnaddfu. Dak kien ir-reazzjoni tieghi.


Dan ma hadha tajba xejn; u minn dak inhar bdiet relazzjoni…. relezzjoni hazina hafna. Sa certu punt wara l-elezzjoni provaw qisu l-affarijiet jingiebu sew. Pero` dejjem indunajt illi dan ma kellux simpantija mieghi. Imbaghad kienu qaluli mill-PBS illi kien hu, ma nafx jekk hux vera, illi ta l-ordni biex jien nitwaqqaf mill-programm TVAM. Il-programm TVAM, mhux bi ftahir nghida, imma proud minn dak li ghamilna, kien l-iktar programm segwit filghodu minn l-istazzjonijiet kollha. Kien gab reklamar lil PBS li ma kellkux

dak il-hin tal-gurnata, u jien twaqqaft hesrem. Joe Mifsud kien qalilhom ma jridx ikompli l-programm minghajri. F’ Settembru jien kien cempili c- Chairman ta’ dak iz-zmien tal-PBS, qalli Pierre, qalli ara tkellmux. Qalli inti tifhem li inti ma tistax tkomplih dan il-programm. Qalli ara tkellmux lil Joe. U jien mort niekol ma’ Joe biex nikkonvincih li hu ma ghandux jehel mieghi u li jibqa’ jaghmel il-programm.


U niftakarni dar ghedtlu, ghedtlu Joe sarrah rasek, jien ser immur nahseb l- Independent apparti li ghandi l-kumpanija tieghi. Ghedtlu jigifieri tinkwetax ghalija. U Joe ddecieda li jaghmel.. ikompli l- programm. Pero` l-programm ma kienx ta’ l-istess natura, kien daqsxejn differenti u fil-fatt niftakru jghidli li mbaghad kien iddejjaq u ma kompliehx.

Imma jien kienu qaluli li Keith Schembri kien illi insista biex jien ma nkomplix fuq dak il-programm. Imbaghad bdjena bil-libelli diretti fuqi, minn ghandu, minn ghand Konrad Mizzi, minn ghand Brian Tonna, minn Carl Cini. Kollha diretti fuqi. Kollha. Darba minnhom, storja li taghmel Daphen fuq il- branch ta’ H’ Attard ta’ l-HSBC illi ntuzaw letterheads ta’ branch maghluq, ahna ghamilniha wkoll, l-Independent, ghax kienet storja tajba. Ghax kienet inkredibbli kif gol-Panama Papers niskopru illi qed jintuza letterhead ta’ bank biex saret ittra lis-Sur Schembri jew lil wiehed minnhom meta dan maghluq, dan il-branch.


Jaghmel libell lili, ma jaghmlux lil Daphen, imma jaghmel libell lili fuq dik l- istorja. U jaghmlu libell lili ghaliex ghamilna fl-istorja illi l-bank xi hadd kellimna minn gol-bank qed jaghmel investigazzjoni interna. Telghu nies mill- bank jixhdu illi le ma ghamlux investigazzjoni. Kien hemm kwistjoni shiha bejn l- avukati x’ jikkostitwixxi investigazzjoni. Qalu ahna kull ma ghamilna bghatna ghal xi nies u staqsejnihom. L-avukat taghna Peter Fenech kien ghamel ribatt tajjeb illi dik hija investigazzjoni, pero` l-libell tlifnih f’ dan il- kaz. U dan jigifieri mhux hu biss kien fetahulna. Hu, u n-nies li ssemmew fih, Brian Tonna..; Jigifieri dak il-hin kollu assedjat mqabbad mieghi. Imbaghad giet din il-famuza li jitla’ biex jixhed u gjhid li jien kont nigbor ghoxrin elf fix-xahar minn ghand Yorgen Fenech. Din hija gidba. Jiena dak li gbart minn ghad it-Tumas Group, minn ghand it-Tumas Group ghax jien ma Tumas Group kont nitkellem…


Imhallef A Lofaro :

Fhimt fhimt.


Ix-Xhud :

Dak li gbart minn ghand Tumas Group hrigt l-ircevuti tieghu u l- ircevuti kienu dejjem depozitati mbaghad ghand it-tezorier tal- partit. Jigifieri jien ma ghandix minn xiex niddejjaq. Lestejt l- affarijiet biex meta jekk nissejjah minn

l-inkjesta l-ohra nuri l-affarijiet fl-inkjesta l-ohra. Meta morta ghand il-Pulizija fuq ic-chats bejn jien u Yorgen Fenech u dornihom kollha wahda wahda flimkien, jiena lill-Pulizija ghedtilha li jien ma zammetjx dawn ic-chats ghax jien kont niddilijtja niddilijtja niddilijtja. U tlabt lill-Pulizija fil-fatt wara li dorna dawn ic-chats kollha biex forsi jaghtuni kopja, ghax kienu f’ idejhom ipprintjati; u qaluli le ma nistghux intuk kopja ghax inti..


Imhallef A Lofaro :

Imma rajthom inti c-chats.


Ix-Xhud :

Iva iva. Qaluli ma nistax intuk kopja ghaliex inti mintix investigat. Inti mintix person of interest, inti qieghed hawn bhala possibbilment police witness u allura m’ ghandekx dritt illi intuk din il-kopja ahna. So basically dik kienet l- istorja.


Imhallef J Said Pullicino :

Lanqas ic-chats tieghek stess jigifieri.


Imhallef A Lofaro :

Le dawk pero’ rahom hi. Rajthom.


Ix-Xhud :

Rajthom ghand il-Pulizija pero`.


Imhallef A Lofaro :

Rajthom, ehe. Lovin Malta kienu rrapportaw li inti kont tlabt lil Yorgen Fenech biex jillijkja artikolu, ma nafx jekk hux L-Orizzont, ma nafx, fejn jattakka lil MZPN, u jghid illi isma’ dan il-group has been kind of hijacked

…tal-PN minn occupied justice u forsi minn David Casa, ma nafx. Din kienet fuq Lovin Malta


Ix-Xhud :

Iva iva. U ma hijiex l-unika storja. Lovin Malta ..


Imhallef A Lofaro :

Le le..


Ix-Xhud :

Lovin Malta ghamlu sensiela ..


Imhallef A Lofaro :

Naf; kont ser naqbadlek one by one jien

Ix-Xhud :

Yes yes, m’ ghandix problema. Ghamlu sensiela ta’ stejjer ghaliex qisu l- gurnalizmu nbidel, ma ghadux ikollok storja u tohroga, imma toqghod tiddependi fuq min qed jaghtik naqra naqra l-bicciet u toghod tohroghom bicca bicca


Imhallef A Lofaro :

Iva iva ehe.


Ix-Xhud :

U dawn ghamlu sensiela qisu xi wiehed minn dawn is-series ta’ Netflix naqra naqra, u joqghodu jaghmlu r-ritratti u dawn l- affarijiet; izejnuhom. Ovvjament hija clickbait biex iktar nies ikomplu jaqraw u jkomplu jsegwu l-..


Imhallef A Lofaro :

Imma inti x’ ghandek xi tghid fuq din il-haga jigifieri?


Ix-Xhud :

Mela Yorgen Fenech fost affarijiet ohra, jien mhux darba ghaddieli stejjer hu fuq nies fil-Labour Party. U qed nghida issa ghax harget fil-pubbliku.


Imhallef A Lofaro :

… fuq l-Independent forsi?


Ix-Xhud :

Le mhux wisq meta kont l-Independent


Imhallef A Lofaro :

Le.


Ix-Xhud :

Mhux wisq meta kont l-Independent; imma whda minn dawn l- istejjer li qed issemmi inti kienet tirrigwarda illi ghaddieli informazzjoni fuq is-Sur James Piscopo, l-evidenzi.


Imhallef A Lofaro :

…… dik iva.


Ix-Xhud :

L-evidenzi, jigifieri bil-kitbiet suppost li huma minghand dan James Piscopo, biex jekk ghandix xi hadd jiena naf illi nghaddihom lilu. Jien dak iz-zmien kont il-Media Link. Kont fil-kariga ta’ Chairman Ezekuttiv, u ghalkemm kont niltaqa’ ma’ NewsRoom biex nara l-progress ta’ x’ qed naghmlu u x’ mhux

qed naghmlu, pero` l-istejjer qatt ma pprovajt ninfluwenzhom. Fil-fatt, jien, kemm l-Independent u kemm il-Media Link qatt ma ridt illi jkolli access ghas- software fejn jinkitbu l-istejjer. Ghax jien ..


Imhallef A Lofaro :

Imma inti x’ irrispondejtu lil dan il-bniedem meta qallek isma’ illijka din il- haga.


Ix-Xhud :

Ehe jiena ghedtlu, ghedtlu la qed itini l-evidenza, din mhux l- ewwel darba; jiena minn ghand il-Labour Party u minn ghand nies ohrajn kont nircievi tul is-snin jigifieri minn ’96, stejjer u affarijiet. U ghedtlu ha nghaddiha lil xi hadd biex jara jinteressax ruhu jinvestiga l-istorja.


Imhallef A Lofaro :

U ghaddetha lil xi hadd.


Ix-Xhud :

U fil-fatt ma ghaddejthiex lil NewsRoom tal-Media Link ghax hassejt illi ma ghandix naghmilha la qieghed hemmhekk Chairman jiena


Imhallef A Lofaro :

..tghidilna lil min ghaddejtha please?


Ix-Xhud :

..u ghaddejtha lil gurnalista ta’ media independenti ohrajn. Dawk il-gurnalisti kienu qaluli iktar tard li pprovaw jinvestigawha. Baghtu l-mistoqsijiet lis-Sur Piscopo.


Imhallef A Lofaro :

Ehe u fuq dik ta’ l-MZPN ghadek ma wegibtninx.


Ix-Xhud :

Kont ser nigi ghaliha Sinjura Mhallef


Imhallef A Lofaro :

Ok.


Ix-Xhud :

Bil-maqlub, jien, meta dak iz-zmien konna inhossuna qeghdin f’ civil war, jigifieri fil-Partit Nazzjonalista hekk konna qed inhossuna, leakages ghaddejin kullimkien. Jekk tippermettili, gibt dawn mieghi apposta; dawn huma mija u tletin storja fi tliet snin illijkjati minn nies fil-Partit Nazzjonalista kontra l-

amministrazzjoni ta’ dak iz-zmien immexxija minn Adrian Delia. Ahna kien ikollna leakages kontrina kuljum. Jien, illum in hindsight nghid – ara x’ ghamilt b’ idejja, ghax qieghed hawn inwiegeb ghaliha din, iddecidejt meta kont disprat illi niggieled fire with fire. U allura ma kellix wisq kuntatti tajbin iktar fejn ser jaccettaw storja fuq min kien fl-opinjoni tieghi qed ihejji l- affarijiet kontra l-partit, u ddisprat kif kont dort fuq dan il-bniedem u niftakar jidhirli f’ Jannar jew Frar, fuq Yorgen Fenech, u ghedtlu hawnhekk qed jinhema coup kontra l-kap, inti ghandek mezz kif din issib ruhha f’ xi media, partikolarment f’ media laburista? Ghax dak ma kellix kuntatt maghom jien. Dawn jiktbu kontrija kienu mhux..


Imhallef A Lofaro :

U fuq dan kollu kont ghedtlu lil Dr Adrian Delia inti?


Ix-Xhud :

No.


Imhallef A Lofaro :

Ghamiltha hekk min jeddek minghajr ma tghid lil hadd?


Ix-Xhud :

Iva; kont inhossni responsabbili li rrid nireagixxi. U l-istess gara mbaghad iktar ‘il quddiem meta gon-nies li kienu dak iz-zmien fl- MZPN illi fil-verita` ma kien hemm l-ebda referenza diretta ghal David Casa. Ir-referenza kienet ghal nies li jahdmu ghal David Casa.


Imhallef A Lofaro :

U lanqas ghall-occupy justice?


Ix-Xhud :

Occupy justice nahseb iva kien hemm referenza ghax l-occupy justice kienu kontinwament kontra Adrian Delia, il-hin kollu jattakkaw lil Adrian Delia. U allura ahna dik kienet il-problema li kellna. U jien ghaddejt lil dan Yorgen Fenech dawn iz-zewg stejjer..


Imhallef A Lofaro :

Kienet giet pubblikata?


Ix-Xhud :

Jidhirli wahda iva zgur ta’ L-Orrizont giet pubblikata. Pero` li hu interessanti hu illi dak illi ghedt fl-istejjer gara, forsi ma garax fil-perjodu li ghedtu jien, imma gara later on. Tant li mbaghad spiccajna marru ghand il-president u dan, sakemm fl-ahhar rajtu lil Adrian Delia. Jigifieri l-coup kien ilu jinhema zmien

twil. Jien kienu jkellmuni deputati, MPs nazzjonalisti; jghiduli isma’, baghtu ghalija biex..; jafu li nappoggija lil Adrian, pero` qed jipprovaw jigbduni biex izidu n-numri biex imorru ghand il-president. MP partikolari qaltli jew qla1li, halli ma nitfax dellijiet fuq il-persuna, li urew ritratt jew printout ta’ linja bajda fuq sink u lil dan l-MP qalulu jew qalulha din fl-ufficcju tal-kap, biex lil dan jew lil dan l-MP jikkonvincuha taqleb l-appogg. Lil dan jew lil din il-persuna jiena ghedtilha ejja fl-ufficcju tal-kap, hares lejn is-sink u ara jekk hux l-istess li urewk. Jigifieri tant kien hemm manuvri interni. U jien nerga’ nghid illum, inhares lura u nghid ara x’ ghamilt b’ idejja!, iddecidejt li niggieled in-nar bin- nar. U billi ggelidt in-nar bin-nar – fin-nar spiccajna.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma ghaliex hasejt..; ghax il-problema taghna ahna.. il-problemi taghkom interni fil-partit daka hija haga taghkom; hija storja. Imma ghalfejn hassejt dan il-bzonn li tirrikorri ghand xi hadd fin-negozju illi effettivament ma kien qatt fil-politika dan. U kif seta’ jghinek dan.., seta’ kien haddiehor ta, issa qed insemmu lil dan ghax inzerta dan, fthemna.


Imhallef A Lofaro :

Seta’ kien min kien.


Ix-Xhud :

Fil-fatt ma ghamilthiex mieghu biss. Ma ghamilthiex mieghu ..


Imhallef J Said Pullicino :

Appuntu, dak li kont ser nghidlek. Ghamiltha ma’ haddiehor ukoll.


Ix-Xhud :

Le le sorry; ghal flus qed nghid ma ghamilthiex mieghu biss jiena; ghal tal- pagi, ghal flus tal-pagi, mhux ghal..


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux ghal pagi qed nghid.


Ix-Xhud :

Ok ghandek ragun, skuzani; ghandek ragun


Imhallef J Said Pullicino :

Qed tifhem? Jien qed nghid ghal …


Ix-Xhud :

Ghandek ragun, skuzani. Le, ghax peress li hu kien ghaddieli stejjer fuq nies fil-Labour Party ..

Imhallef J Said Pullicino :

Imma ma tarahx stramba dik ukoll? Anke din stramba hu.


Ix-Xhud :

Ma tantx naraha stramba ta.


Imhallef J Said Pullicino :

Qed tinvolvi l-politika proprju fin-negozju


Ix-Xhud :

Ma narhiex stramba. Ghax hawn nies fin-negozju; hawn nies fin-negozju li jinvolvu ruhhom fil-politika, u hawn nies politici li huma involut fin-negozju. Jigifieri din hija nahseb komuni hafna. Jiena ma kellix veikolu. Jiena l-media indipendenti inkluz l-Independent li kont direttur tatgha jien ma kienx baqaghli sahha li nghaddi informazzjoni u jsegwuha ghaliex kien hemm prattikament block out kontra Adrian Delia dak iz-zmien. Mal-Media Laburista ma kellix zgur kuntatt ghax dawn kienu jiktbu fuqu u jghajruni. Fil- Kulhadd nahseb, fil-gazzetta tal-Labour Party kienu jpenguni fil- karikatura taghhom iktar milli kienu jpengu lil Adrian Delia; ghax l-attakk, u ghalhekk jiena dejjem hassejt li l-attakk gej minn Kastilja fejn kien hemm Keith Schembri, l-attakk dejjem kien fuqi, fuq Daphne, fuq Simon, fuq in-nies illi riedu jattakkaw. Anke l- manuvra, kienet cara l-manuvra. Ghalfejn joqghodu jappoggjaw taparsi u jaqbzu ghal Adrian Delia fil-pubbliku? Mhux biex jifirdu iktar lin-nazzjonalisti? Dik kienet l-intenzjoni.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma ghaliex ..


Ix-Xhud :

Kienu Adrian Delia tela’ fir-ratings ma kienux iktar jibqghu jiddefenduh. Kienu jibdew jarawh bhala threat.


Imhallef J Said Pullicino :

Sur Portelli, dana kollu interessanti u kif qed nghidu; imma ghal fini ta’ din l- inkjesta l-punt qieghed hawn; ahna qed nitkellmu fuq jekk il-politika u anke

….il-gurnalizmu tal-politika kienx b’ xi mod …. nuza l-klema.., man-negozju. Jigifieri n-negozju, u jirrizulta hawnhekk u jirrizulta anke fid-dominium pubbliku, in-negozju wahda mill-modi kif javanza bit-tajjeb u l-hazin, huwa billi jkun habib hafna.. ha nuza l-kelma ma’ politika. Issa din… u l-qarnita li ghandha ahna hekk tidher, u inti taf iktar minni ghax qieghed fil-politika.. fil- gurnalizmu. Dawn it-tip ta’ manuvri li wasslu ghal xiex wasslu proprju minhabba illi l-influwenza li kien hemm fuq kull settur tista’ tghid ta’ l-

amministrazzjoni, kienet…, u dan huwa li jinkwetana lilna. Jigifieri l-affarijiet l-ohrajn huma taghkom..


Ix-Xhud :

Jiena naqbel illi l-politika, in-negozju u l-media, u nistghu nibqghu sejrin u nsemmu istituzzjonijet ohrajn, huma qrib xulxin wisq f’Malta, wisq.


Imhallef J Said Pullicino :

..


Ix-Xhud :

U jekk.., l-uniku.., qed nipprova nghida din minghajr ma ninstema insensittiv; imma l-uniku silver lining li nistghu niehdu minn din l-istorja kerha fahxija hi illi issa l-affarijiet ma ghadniex nehduhom for granted iktar. So iva, nahseb li huma wis qrib xulxin. Pero` ma jfissirx li ghax huma qrib xulxin huma kollha korrotti u huma kollha hziena.


Imhallef J Said Pullicino :

Le le mhux hekk qed nghidu.


Ix-Xhud :

Jiena lili l-ebda persuna li ta donazjoni lill-partit lili biex nghaddiha lil partiti jew xi gbartha jien jew hrigt ircevuta jien ma talabni xi pjacir jew xi haga. Dan il-pjacir biex nghaddi storja fuq is-Sur James Piscopo intalab lili fil-kapcita` tieghi personali. Mhux fil-kapacita` tal- PN. U jien, biex zgur inzommu iktar ‘il boghod mill-PN ma ridtx nghaddih lil Media tal-PN imma ghaddejtu lil media indipendenti.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma tifhem inti li qeghdin fuq ix-xafra ta’ l-impunita`; tajjeb? Bejn hbiberija u..


Ix-Xhud :

Issa in hindsight inharsu lura u nghidu li qeghdin fuq ix-xafra ta’ l-impunita`, naqbel mieghek Sur Imhallef. Issa iva nharsu lura. Pero` meta konna qed naghmlu l-kampanja tar-referndum ta’ l- EU..


Imhallef J Said Pullicino :

Mhux qed nghid li din hija xi haga ta’ daqqa issa, .. issa


Ix-Xhud :

Naf naf..

Imhallef J Said Pullicino :

Anke fl-antik kien jigri hekk; hija l-kwistjoni grad u ta’ kif ikun intenzjonat biex jimmanipula s-sitwazzjoni kapaci jimmanipulha jekk isib in-naha l- ohra…..


Ix-Xhud :

Naf naf. Pero` ha intik ezempju jekk nista’; ma rridx intawwal ta. Meta konna qed naghmlu l-kampanja tar-referendum ghal EU, u jien kont invoult sew fiha dik, x’ konna naghmlu? Mhux nistiednu lin-negozjanti jigu taht it-tidna u jaghtu testimonial biex il-haddiema taghhom jghidu ara, la l-boss tieghi qed jghid li hija tajba l-EU, mela jien ha nivvota ghall-EU. Jigifieri dejjem uzajna lin-negozju.


Imhallef J Said Pullicino :

….u l-elezzjonijiet hekk jintrebhu wkoll. Imma mod taghmel hekk u mod taghmel hekk bil-hsieb li tiehu xi haga!


Ix-Xhud :

Appuntu. U jien hadd ma talabni xejn biex jiehu xi haga, lili. Imma jien fuqi nista’ nitkellem. U ma rajtx b’ ghajnejja lil xi hadd illi talab illi jiehu xi haga ghax jaghti donazzjoni u ma jaghtix donazzjoni, tatalment.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ma nafx tkellimniex fuq allegazzjoni ohra li saret illi Adrian Delia kien ha hamsin elf minn ghand Fenech biex jassigura li David Casa ma jigix elett fit- 2019 bhala MEP. Taf tghidilna xi haga fuqha din?


Ix-Xhud :

Jien li naf nafu mill-pubbliku, minn dak li qrajt fil pubbliku, meta ssemmiet. Meta ssemmiet l-ewwel darba jidhirli kien waqt il-programm Xarabank u semmiha David Thake li dak iz-zmien kien telaq mill-Partit Nazzjonalista u mbaghad meta giet l-opportunita` biex jidhol fil-parlament rega’ dahal lura, pero` dak inhar kien wiehed mill-panel; jien kont hemmhekk ghax kont mort, peress li kienu affarijiet tal-Media kont mort mal-kap tal-partit, kont fuq wara, u kien ghamel din l-allegazzjoni. U kien qal, qal ghax.., l-ewwel ghamel l- allegazzjoni tal-hamsin elf wehidha, u mbaghad zejjinha billi qal ghax Pierre Portelli u Kristy Debono huma hbieb ta’ Yorgen Fenech. U allura biex inti taqra wahda tara l-ohra, u taghmel l-assocjazzjoni. Jien immedjatament ktibt, dak il-hin jigifieri; qed narah quddiemi qed jghida hemmhekk, u jien bil- mobile f’ idi qed nikteb fuq il-facebook tieghi – jien nichad illi qatt xi hadd offrieli hamsin elf biex xi hadd ma jitlax.

Imhallef A Lofaro :

Imma mhux lilek l-allegazzjoni ..


Ix-Xhud :

Iva iva; imma jiena ghalija nista’ nitkellem.


Imhallef A Lofaro :

All right.


Ix-Xhud :

Pero` oltre minn hekk, meta regghet intqalet din id-darba minn Keith Schembri, jidhirli hux?, waqt it-testimonjanza tieghu, jien, dak inhar David Thake, li kien MP issa, kien talab illi ssir l-inkjesta; li ssir inkjesta interna fil- partit. Jien, minkejja li David Thake.., jien u David Thake dan l-ahhar ma kellniex relazzjoni tajba, pero` hrigt fil-pubbliku nghid mhux talli naqbel ma’ David Thake li ssir inkjesta interna fil-partit, pero` nahseb li ghandha titmexxa bhal ma ghamlu t-Times meta ghamlu l-inkjesta taghhom fuq Hillman minn imhallef emeritu, semmejt lil Giovanni Bonello dak iz-zmien, u jtugh full reign gol-partit. Mhux jindahlulu. Mhux issir inkjesta mill-partiti. Ghedta fil- pubbliku, ktibtielu personali jekk ser iressaqha f’ xi organu tal-partit jien nappoggjat fl-organu tal-partit. U ktibtha lill-ufficjali kollha tal-partit biex nghidilhom li jien nahseb li ghandha ssir din l-inkjesta. U ha nispjegalkom ghaliex. Ghaliex l-inkjesta l-ohra li qed issir fuq jekk inghatawx dawn il- hamsin elf ser tidhol nahseb jekk jien fuq jekk ghaddewx il-flus. Mhux ser tidhol fuq jekk l-elezzjoni ta’ l-MEPs u l-kampanja tal-PN saritx kif suppost. U allura jiena ppretendejt, pero` l-Partit Nazzjonalista qatt ma hadu dan is- suggeriment, illi ssir inkjesta interna biex tistabbilixxi jekk dik l-elezzjoni saritx xi haga hazina fil-konront ta’ Daivd Casa jew fil-konfront ta’ xi hadd iehor.


Ghax ahna, jien kont fl-istrategy team ta’ dik il-kampanja, ma ghamilna xejn illi b’ xi mod jew iehor li jista’ itellef lil xi hadd. U ha nzid maghha ghaliex ma stajniex naghmlu lanqas kieku kellna din l-intenzjoni. Ghax ahna s-surveys taghna kienu qed juruna..; mela qabel is-surveys. Ahna l-unika mezz kif stajna insalvaw wara l-MEPs, ghax tant kellna kritika kontra taghna minn kullimkien, interna, esterna, illi almenu intellghu tlieta biex inzommu t-tlieta li kellna qabel. Dik kienet l- unika target li stajna nipprovaw nilhqu. Is-surveys kienu qed juruna li l-unici tlieta l-iktar li kienu qrib li jistghu jitilghu kienu Roberta Mezzola, David Casa u Frank Psaila, jew gie li kienu jkunu Roberta Mezzola, Frank Psaila u David Casa. Jigifieri ahna ma stajniex immorru kontra t-target taghna biex insalvaw, ghax jien hekk kont nghid, biex insalvaw. Jien kont nghid wara l-MEPs, b’ rizultat dizastruz ma nsalawx. Diga` kien hemm kap qabilna li wara r-rizultat ta’ l-MEPs tieghu internament kienu qed

jipprovaw itajrulu rasu; u rnexxielu jirbaha dik. Jien kont qed naraha gejja. L- esperjenza tieghi fil-politika kienet isservi ghal xi haga. U allura t-target li intellghu tlieta kien importanti. U allura qatt ma stajna naghmlu xi haga biex David Casa ma jitlax internament! Ahseb u ara niehdu l-flus ghaliha li huwa att kriminali! Over and above dik ahna x’ kellna ma’ wiccna? Ahna kellna ma’ wiccna grupp ta’ nies illi ghamlu block vote, kienu jiktbu fuq il-facebook kontinwament u juzaw il-hin kollu l-mezzi kollha ghad-dispozizzjoni taghhom, blogs taghhom, biex jghidu ivvotaw biss Mezzola u Casa. U ahna konna qed nipprovaw nispjegaw lin-nies, lin-nazzjonalisti fuq il-media taghna, illi jekk tivvotaw tnejn biss il-Labour ser igawdi, u mhux ser jirnexxielkom izzommu lil haddiehor milli jitla’. Jigifieri dawn kienu r-ragunijiet li jien vociverament ridt illi jigu investigati mill-partit biex tohrog cara x’ tip ta’ kampanja ghamilna. Ahna ghamilna kampanja fqira hafna ghax ma kellniex flus; kampanja bi glied intern; bil-pressjoni illi l-Labour ser jerga’ izid fuq l- elezzjoni li kien ghadu kif rega’ rebhilna, u bil-biza.. ‘biza’!.., bl-inkwiet illi awtomatikament din ser tiskatta illi ser jerga’ ikollna leadership election. Leadership election kif il-partit ghamel l-istatut tieghu tehodlok minn l-inqas sitt xhur biex taghmilha. Sitt xhur wara l-MEPs until illi does settles tkun wasalt biex tigi l-elezzjoni generali, u dik ma ridnihiex. Jigifieri qatt ma stajna ahna nitenterjaw l-idea illi David Casa li kien l-iktar wiehed qrib ma jitlax. Issa dan apparti tar-relazzjoni li kelli jien ma’ David Casa ghal tul ta’ snin. Jigifieri jien bl-ebda mod ma stajt jew ridt, u anke waqt li kont jiena Chairman tal-Media kelli hafna affarijiet ghaddejjin ma’ David Casa bhala xoghol u bhala ghajnuna. Jigifieri dik kienet gibda ohra sfaccata.


Imhallef A Lofaro :

Issa intqal li inti li kellek.. inqalt minghalija fuq Lovin Malta, minhiex certa; li kellek hafna messaggi mas-Sur Fenech; veru dan?


Ix-Xhud :

Ehe fil-fatt jien ikkonfermajt li kelli dawn l-ammot ta’ messaggi meta mort ghand il-Pulizija. Jien fuq mohhi ma kellix li kelli dawn il-messaggi, pero` mbaghad irealizzajt illi dan biex jghid xi haga jiktibha; meta bdejt nara dawn tal-Pulizija ta, jiktibha f’ sitt messaggi. Zewg kelmiet sent, zewg kelmiet sent, kelma sent, u allura dawn itellghu l-ammont. Jigifieri dik hija wahda mir- ragunijiet. Hafna drabi most of the time kienu jkunu hu, jibghat jew ghax ikun irrabjat b’ xi haga, jew ra xi haga fil-media, jew mhux sew, jew mhux sew qed jaghmlukom; jipprova juri l-appogg, support. Jigifieri dawk kienu. Imbaghad dawk li semmejna diga`. Dawk kienu.


Imhallef A Lofaro :

Kien hemm xi haga biex inti tirranga forsi talbek Dr Delia biex tirranga ikla mas-Sur Fenech?

Ix-Xhud :

Le. Jien la Adrain …, u kont ghedta fil-pubbliku din. Hemm storja fil-Lovin Malta, pero` Lovin Malta interessani kif isemmu l-WhatsApp chat ta’ Adrian Delia li sar, pero` li cahda tieghi li tajtha lilhom li ghedta lilhom u gabuha huma dik ma jsemmuha qatt. Dik difnuha x’ imkien.


Imhallef A Lofaro :

Dr Delia kien qal I will tell Pierre to organize it.


Ix-Xhud :

Jien qrajtha bhalek.


Imhallef A Lofaro :

Jigifieri dik ma ghamilthiex inti.


Ix-Xhud :

La qatt ma talabni Adrian Delia biex norganizzaha u lanqas talabni Yorgen Fenech biex norganizzalu ikla f’ dak iz-zmien f’ dak il-perjodu.


Imhallef A Lofaro :

Ghax Dr Delia lilna qalilna li iltaqa’ mieghu ikliet.


Ix-Xhud :

Iltqajna konna, ilqajna jien kont mieghu. Iltqajna meta kien fit-2018 jidhirli kien hemm qisa ikla organizzata ma’ numru ta’ nies businessmen biex ..


Imhallef A Lofaro :

U fejn kienet? Fir-razzett jew ..


Ix-Xhud :

Fir-razzett Haz Zebbug.


Imhallef A Lofaro :

Ehe, u jigifieri inti kont hemm.


Ix-Xhud :

Jiena kont hemm iva.


Imhallef A Lofaro :

Darba biss jigifieri mortu hemm?

Ix-Xhud :

Jien ghandi f’ amment li jien mort darbtejn; ghax niftakarni darba kien hemm Ray Fenech ukoll.


Imhallef A Lofaro :

Darbtejn.


Ix-Xhud :

Pero` jien nahseb li darba , jigifieri b’ Adrian Delia nahseb li darba.


Imhallef A Lofaro :

Dr Delia darba mar.


Ix-Xhud :

Jigifieri dik kienet… kien ikollna hafna minn dawn; mhux hemmhekk biss; f’ postijiet differenti ma’ nies differenti. Grupp ta’ nies jixtiequ jiltaqghu biex jismghu, biex jitkellmu, biex igorru, biex jghidu x’ jahsbu li hemm hazin. U hafna drabi dawn il-laqghat kienu jispiccaw.. iddiskussjoni ddur fuq imma – l- PN ma jisatx jibqa’ sejjer hekk, b’ dan il hafna glied intern ta’ bejnietkom. Dejjem b’ dik is-suggett kien jispicca jkun.


Imhallef J Said Pullicino :

U dana kien wara li giet ippublikata l-istorja ta’ 17 Black?


Ix-Xhud :

Le qabel kien din il-laqgha.


Imhallef J Said Pullicino :

Qabel. wara 17 Black bqajtu b’ xi kuntatt mas-Sur Fenech?


Ix-Xhud :

Jien iva.


Imhallef J Said Pullicino :

Inti bqajt.


Ix-Xhud :

Jien iva. Fil-fatt dawn li semmejna graw wara. Wara li harget it-Times tghid illi 17 Black hija ta’ Yorgen Fenech.


Imhallef J Said Pullicino :

Mela allura kif bqajt kuntatt mieghu f’ haga bhal din?

Ix-Xhud :

Ghaliex jiena dejjem hassejtni li qieghed f’ kuntatt ma’ Tumas Group, u huwa s-CEO ta’ Tumas Group.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma inti taf x’ kienet l-allegazzjoni.


Ix-Xhud :

Iva imma…, u barra minn hekk hu wkoll, sorry din irrid nghid, hu wkoll kien baghat email jichad kategorikament li.., kien ra lid-Deputat Karol Aquilina x’ imkien fil-parlament jitkellem, fuq it-television, u baghatli email fejn jghidli isma’.., mhux chat dan, email fit-tul, .. dan mhux vera, dan kollu gideb. Li ahna ghandna hafna haddiema qed jaghmlulna l-hsara, mhux sew.


Imhallef A Lofaro :

Li mhux tieghu 17 Black.


Ix-Xhud :

Ehe kien giddibha. Pero` xorta; fl-opinjoni tieghi, issa jista’ wara tghid wara kulhadd bravu, imma fl-opinjoni tieghi t-Tumas Group ma ghalaqx ghal grazza t’ Alla, il-Hilton ma ghalqtix. Il-Hilton ma qalulhomx jien ma rridx li jkolli x’ naqsam maghkom iktar. Is-Seamen’s ma telqux. Hadd. Kulhadd baqa’ jahdem mal-Grupp. Issa jekk dan huwa s-CEO, qabel inehhuh minn CEO .., mas-CEO trid titkellem.


Imhallef J Said Pullicino :

Ghax tifhem inti, wara Panama Papers ma gara; fejn fid-dinja kollha gara, barra hawn, tajjeb? Wara 17 Black ma gara xejn. 17 Black m ahijeix cajta! 17 Black allegazzjoni cara, tajjeb? ghad trid tigi provata, imma allegazzjoni cara li ser ikun hemm il-kickbacks u lil min hu!


Ix-Xhud :

U ktibna hafna fuqha fl-Independent jien jigifieri. U mhux fl-Independent biss.


Imhallef J Said Pullicino :

Jigifieri tafu kemm hi serja.


Ix-Xhud :

U mhux fl-Independent biss. Il-PN, ghax dawn ma jissemmewx dawn l- affarijiet sfortunatament. Mar fil-parlament talab illi jieqaf ix-xoghol tal- parlament biex issir diskussjoni immedjata fuq dik ir-revelazzjoni, taht Adrian Delia dan. Imma kien min ihobb jghattihom dawn l-affarijiet u ma jaghtihomx prominenza dak iz-zmien. U kien hemm min ghandu kuntatti tajbin fil-Media

biex l-oppozizzjoni twaqqaf il-parlament u tghidlu – ha nitlaq ‘il barra, ma jaghmilhiex fil-fornt page bhal ma kien jaghmel drabi ohra, imma jahbiha x’ imkien go page 4 jew page 5. Dawn kollha kienu l- grievances taghna l-hin kollu. Konna nghidu imma kif jista’ ikun hawn min qed jghamlilna hekk?! Mhux qed nipprovaw naghmlu l-istess glieda? Ma ninsewx, illi kull rapport tat-telfa tal-PN dejjem kien jistipula illi…, u dawn akkademici jigifieri kienu jaghmluhom dawn r-rapporti, imma anke s-surveys kienu jghidu hekk; illi l- PN arroganti, il-PN mhux qrib in-nies, il-PN il-hin kollu jitkellem fuq l-istess affarijiet, il-PN jitkellem biss fuq il-korruzzjoni. So ahna dhalna hemmhekk wara dawn it-telfiet enormi, nipprovaw nibbilancjaw il-perception u nipprovaw…, kienu drejndjawna li ahna negattivi. Issa llum kulhadd ihares lura u jghid u zgur li kellu ragun Simon Busuttil. Illum kulhadd ihares lura u jghid u zgur ma kienux negattivi l-PN. U zgur. Issa iva. Issa qed immissu l- affarijiet b’ idejna. Imma dak iz-zmien..! Immagina, trid tipprova tkabbar il- base ta’ partit illi tilef dak l-ammonti kbar ta’ voti; u kull fejn tmur, kull fejn tmur, jigifieri tmur go Kazin Nazzjonalista u n-nazzjonalisti jigu fuqek u jghidulek – aqtghuha fuq il-korruzzjoni, fuq hekk biss titkellmu! In- nazzjonalisti ta’ dawn! Mhux il-laburisti; jew mhux is-surveys. Il-hin kollu l- hin kollu. Allura konna nipprovaw nibbilancjawha. Imma meta graw l- affarijiet ma qghadniex idejna f’ idejna! Hadna azzjoni. Imma unfortunately dik l-azzjoni billi nghamilha fuq il-front page ta’ Il-Mument u ta’ In-Nazzjon? U billi naghmilha l-ewwel item fuq Net News? Imma dik hija l-media tal- partit. Imma konna nghaddu minnha dik. Issa mhux qed niggudika ta jigifieri! Kull media ghandha ..


Imhallef J Said Pullicino :

Imma l-kwistjoni kollha hi li dawn in-negozjanti, u mhux qed nillimitaha biss ghas-Sur Fenech, tajjeb? ghax hemm ohrajn; ghandhom sahha kbira fil-pajjiz. U sahha li kapaci tbiddel id-direzzjoni ta’ politika.


Ix-Xhud :

Ehe; u jiena fil-fatt jekk nista inzid ma’ li qed tghid Eccellezna, ara x’ gara, u llum nafu x’ gara lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Ara, mur lura, ghax jien ghamiltu dan l-ezercizzju ghax jien gej mill-media u nhobb il-politika u hdimt fil-politika; mur ara t-Times dak iz-zmien fi zmien Lawrence Gonzi kif kieten tkissru. Kull bus ta’ l-Arriva li tahbat jaghmluha front page. U issa niskopru li Adrian Hillman – hu u Keith Schembri kienu flimkien fin-negozju.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma hemm differenza bejn il-gurnalizimu li jista’ ikollu wkoll l-agenda tieghu ta; imma bejn il-gurnalizmu u n-negozju..

Ix-Xhud :

Iva..


Imhallef J Said Pullicino :

Ghax in-negozju hemm l interess qawwi ….hu


Ix-Xhud :

Iva imma llum jekk inharsu lura lejn x’ gara lil Lawrence Gonzi, jigifieri dan qed isallva lill-pajjiz fi krizi ekonomika, qed jihhendilja s-sitwazzjoni gravi.., Malta qatt ma rajna gwerra hlief mit-Tieni Gwerra Dinjija; tal-Libja qed jghidulna li ha jinvaduna; u dawn igibulu fil-front page dak iz-zmien lill- busses ta’ l-Arriva qed jahbtu, il-hin kollu. Dik kienet il-claimet. U llum niskopru, ghax wara.., jien dan l-argument li qed nipprova naghmel, illum niskopru li Adrian Hillman kellu l-kumpaniji ma’ Keith Schembri. Keith Schembri kien dak illi kien l-assistent ta’ Joseph Muscat illi lili l-ewwel wiehed hadha kontrija ghaliex ma tajux ir-ritratti li ried jiehu


Imhallef J Said Pullicino :

Ifhimni, l-intricci huma reverendi ..


Ix-Xhud :

Appuntu..


Imhallef J Said Pullicino :

U l-problema taghna dik hi fil-fatt.


Ix-Xhud :

Appuntu.


Imhallef A Lofaro :

Issa l-Lovin Malta kienet irrapportat ukoll li kien hemm xi kuntatti bejnek u bejn is-Sur Fenech fejn inti allegament tlabtu biex isolvilek xi problema ghaliex f’ xi xahar partikolari ma stajtx thallas is-salarju; veru dan? Kien hemm ukoll xi rapport dwar xi storja fuq kontra Dr Chris Said.


Ix-Xhud :

Le ta’ Chris Said hija l-istess wahda tal-coup li dehert fl-Orizzont.


Imhallef A Lofaro :

..


Ix-Xhud :

U ma kinetx kontra Chris Said ghax unfortunately ..

Imhallef A Lofaro :

Iva ssemma Chris Said


Ix-Xhud :

Le imma dan li qed jigri. Mela Lovin Malta.. ghax huma f’ dan il-kaz ta’ kienu..


Imhallef A Lofaro :

Iva huma huma kienu.


Ix-Xhud :

Mela Lovin Malta jinterpretaw dak li qalilhom xi hadd li hemm fil- messaggi. Il-messaggi m’ ghandhomx ghax ma jistax ikollhom ghax hemm diviet u ma jistghux jghidu illi ghandhom il-messaggi ghax hemm diviet; ghax attenti kieku minn daqshekk li ma jmurx jinkriminaw lilhom infushom! U qed jinterpretaw jew qed jieklu dak li haddiehor qed jinterpretalhom. Fuq Chris Said, ma kienx hemm storja konrta Chris Said, anzi l-istorja kienet .


Imhallef A Lofaro :

Imma issemma b’ xi mod Chris Said ..


Ix-Xhud :

Le ha nghidlek; l-istorja kienet illi ser isir coup qed jigi mhejji u ser ipoggu lil Chris Said interim kap ghax kienu hu dak li hareg ghall-ellezzjoni. Dik ma hijiex storja kontra Chris Said. Number 1


Imhallef A Lofaro :

Eh ok.


Ix-Xhud :

L-ohra, hija mizinterpretazzjoni ..


Imhallef A Lofaro :

…imma vera kienet? Jigifieri vera li kien issemma Chris Said b’ dan il-mod?


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef A Lofaro :

Veru.


Ix-Xhud :

Iva. Imma mhux kif poggiet il-Lovin Malta illi …

Imhallef A Lofaro :

Ok; kif qed tghid inti.


Ix-Xhud :

..illi inkitbet storja kontra Chris Said. Jew giet lijkjajta f’ dan il-kaz


Imhallef A Lofaro :

Fhimtek fhimtek. Issa fuq li tlabtu …


Ix-Xhud :

Fil-kaz tal-flus, il-line li kont nuza jien ma’ kulhadd u kull negozjant li qed isegwi forsi din l-inkjesta, u li kellimt, huwa dejjem l-istess. Ghax kien vera, ahna ghandna problema bil-pagi, ghajnuna bid-donazzjonijet.


Imhallef A Lofaro :

Imma kien hemm xi xahar partikolari, allegatament dejjem ghax..


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef A Lofaro :

Veru dan?


Ix-Xhud :

F’ Marzu tat-2019 kien hemm donation li kellha tingabar hafna qabel, jidhirli xi Novembru jew Dicembru, u li qatt ma ngabret…


Imhallef A Lofaro :

Minn Tumas Group.


Ix-Xhud :

Minn Tumas Group. U jien biex nigborha ghax konna iddisprati, gejja elezzjoni ta’ l-MEPs, ma ghandiex flus; jien bghatt messagg lil Yorgen Fenech u ghedtlu – isma’ ghini daqsxejn ghax ghandi problema bil-pagi l-istess li dan…; biex nigbor din id-donation. Jigifieri imma dik kienet donation illi kienet earmarked illi tkun fil-maratona ta’ Novembru.


Imhallef A Lofaro :

U hallastu s-salarji biha din.


Ix-Xhud :

Le mhux hekk. Mhux hekk.

Imhallef A Lofaro :

Ma nafx.


Ix-Xhud :

Le mhux hekk. Qed nispjegalek, le mhux hekk. Jien dejjem kont nghid lil kulhadd li din hija l-problema. Imma mbaghad id-donations mhux imorru gol- kumpanija; id-donations imorru ghand it-tezorier tal-partit; pero` jiena ghand il-financial controller tal-partit immur biex jaghmilli t-top-up biex inhallas il- pagi. Jigifieri jien, mhux dan tani l-flus u jien mort u hallast il-paga! Is-sistema mhux hekk. Is-sistema hi li jien ghandi shareholder li jismu Partit Nazzjonalista, li ghandu rrid immur biex nitlob l- obbligazzjonijet.


Imhallef A Lofaro :

…biex thallas il-pagi tal- haddiema..


Ix-Xhud :

Sorry?


Imhallef A Lofaro :

Biex thallas il-pagi tal-haddiema


Ix-Xhud :

Fost l-ohrajn. Fost l-ohrajn biex inhallsu l-pagi tal-haddiema u ghal affarijiet ohra. Anke affarijiet tal-kampanja. Jiena l-load illi ntefa’ fuq il-Media Link – fuq il-kumpanija biex naghmlu l-affarijiet tal-kampanja kien esagerat. L- overtime kien ser jibda johrogli mis-saqaf! tal-haddiema. Ghax bdejt innaqas il-haddiema, mela ma kellix bizzejjed haddiema, ma ghandix flus biex inqabbad il-haddiema minn barra..


Chairman Imhallef M Mallia :

Cirku vizzjuz.


Imhallef A Lofaro :

Da zgur hekk hu.


Ix-Xhud :

Cirku vizzjuz. Cirku vizzjuz.


Imhallef J Said Pullicino :

U allura meta marru jkellmu jew ipprovaw ikellmu lil Yorgen Fenech, Kristy Debono u s-Sur Schiavone daka fi zmienek kien jew warajk?

Ix-Xhud :

Jien kont il-PN dak iz-zmien pero` ma kelli l-ebda hjiel taghha dak il-meeting.


Imhallef A Lofaro :

Jigifieri mhux Dr Delia qalilhom biex imorru.


Ix-Xhud :

Jien ma nafx qalilhomx Dr Delia; imma ..


Imhallef J Said Pullicino :

Le, jekk l-iskop kienx ukoll minhbaba d-dejn li kien hemm forsi wiehed..


Ix-Xhud :

Le fil-fatt huma kienu qalu jidhirli fil-pubbliku illi riedu jaghmlu konfernza u marru jitolbu s-sala tal-Hilton.


Imhallef A Lofaro :

Is-sala jidhirli li kienet ehe.


Ix-Xhud :

Hekk kienu qalu fil-pubbliku. Ma nafx; lili ma qalulix


Imhallef J Said Pullicino :

Again il-problema kollha hi f’ liema mument. Ghax dak jekk isiru f’ mument fejn in-negozjant partikolari jkun taht certu dell trid toqghod attent hu! Ghax imbaghad..


Ix-Xhud :

Ehe, pero` thares lejha min hawn lura mod, thares lejha dak iz-zmien meta dan ma ttiehed l-ebda azzjoni, qed jinnega li hi tieghu l-kumpanija..


Imhallef J Said Pullicino :

Imma inti gurnalista, u taf x’ jigifieri meta jkollok inti email jew.. li tkun awtentika jew tiedher li hi awtentika! Mhux l-arja kienet din! Tajjeb?


Ix-Xhud :

Imma tinsiex illi l-banek, jidhirli jiena, mill-memorja ta qed niftakar, il-banek ta’ Dubai ghandu jkun ma riedux jikkopraw dak iz-zmien. Jigifieri u anke t- Times vera gabitha dik l-istorja pero` nahseb minghajr ir-Reuters u minghar il- flus tar-Reuters ma nafx kienux igibuha dik l-informazzjoni.

Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Pierre Portelli kif giet dettata minnu stess fil-prezenza ta’ l-istess xhud.


Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Saviour Scicluna Traskrittur