Xhieda ta’ Sandro Chetcuti – 13 ta’ Jannar 2020

Xhieda ta’ Sandro Chetcuti – 13 ta’ Jannar 2020

13.01.20 xhud sandro chetcuti

Fl-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum it-Tnejn 13 ta’ Jannar, 2020.


Sandro Chetcuti, iben Joe Chetcuti u Gladys nee’ Caruana, imwieled Attard u residenti Marsaskala bil-Malti bil-gurament jghid:


Imh. M. Mallia: Sur Chetcuti, nahseb taf ghalfejn qieghed hawnhekk. Xhud: Iva.

Imh. M. Mallia: Tista’ timmagina ghal xiex. Xhud: Iva.

Imh. M. Mallia: Ghax intqal minn xhud precedenti illi kien hemm zmien meta inti kellek desk, kellek ufficcju, kellek pozizzjoni, x’imkien fil- Headquarters tal-Malta Labour Party.

Xhud: Yes.

Imh. M. Mallia: Tista’ tghidilna xi haga dwarha din?

Xhud: Mela, jiena malli smajt, malli rajt ir-rapport ta’ x’kien qed jinghad, x’kien qed jintqal, li kelli ufficcju fir-raba’ (4) sular tal-Kwartieri tal- Partit Laburista, stqarret, nista’ nipprezentha lilkom din, b’affidavit bin-nutar Sam Abela, li jiena qatt ma kelli l-ebda ufficcju, l-ebda desk la fir-raba' (4) sular u fl-ebda sular tal-Kwartieri tal-Partit Laburista.

Imh. M. Mallia: Dik hija l-istatement . . . Imh. A. Lofaro: L-affidavit.

Imh. M. Mallia: Affidavit? Xhud: Yes.

Imh. M. Mallia: All right. Ok. Tista’ tpoggiha fil-file? Are you aware x’qal dan l-ahhar Chris Fearne fuqha din? Lill-gazzetta lokali?

Xhud: No.

Imh. M. Mallia: Eee?

Xhud: No. Din tal-ufficcju? Imh. M. Mallia: Ehe.

Xhud: Ma nafx li ghamel xi kumment Dr. Fearne fuqha. Imh. M. Mallia: Ma tafx.

Xhud: Le.

Imh. M. Mallia: Ok. Vicin il-Labour Party kont dak iz-zmien?

Xhud: Iva kont volontier dak iz-zmien. Kont facilitator bejn il-Kap ta’ l- Oppozizzjoni dak iz-zmien Dr. Joseph Muscat u diversi nies fil- business community, fin-negozju. Kont inlaqqa’ nies diversi minn setturi differenti mal-Kap tal-Oppozizzjoni ta’ dak inhar.

Imh. M. Mallia: Voldieri kellek . . . . Xhud: B’mod volontarju.

Imh. M. Mallia: Kellek access, allura kellek access ghall-Kap tal-Oppozizzjoni dak iz-zmien?

Xhud: Dr. Muscat kien baghat ghalija u xtaq li nghinu f’dan ir-rigward. Imh. M. Mallia: Issa, kellek access ghar-raba’ (4) sular ukoll?

Xhud: Ir-raba’ (4) sular jiena qatt ma dhalt qabel it-two thousand and thirteen (2013).

Imh. M. Mallia: Ghal dak iz-zmien qeghdin nghidu. Qatt ma dhalt? Xhud: Ghal dak iz-zmien le.

Imh. M. Mallia: Two thousand and thirteen (2013) qabel l-elezzjoni qed nghidlek.

Xhud: Qabel l-elezzjoni tat-two thousand and thirteen (2013) qatt ma tlajt fir-raba’ (4) sular.

Imh. M. Mallia: Imma jekk inti qed issemmi l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni fit-two thousand and thirteen (2013) kien ghax f’Marzu mbaghad sar Prim Ministru.

Xhud: Imma l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni kien fit-third (3) floor. Kien fit-third

  1. floor u meta kont imsejjah biex nattendi xi laqghat li kien mal- Kap ta’ l-Oppozizzjoni jiena kont inkun fit-third (3) floor, mhux fir- raba’ (4) sular.

    Imh. M. Mallia: All right.

    Imh. J. Said Pullicino: Jigifieri meta l-Onorevoli Speaker qalilna illi inti kont kwazi fixture hemm hekk, kien qed jirreferi ghat-tielet (3) sular? Mhux ghar-raba’ (4)? Ghax hu r-raba’ (4) qal.

    Xhud: Jiena x’qal l-Ispeaker ma nafx, pero’ jiena li qed nghid huwa l- verita’.

    Imh. J. Said Pullicino: Ghax imbaghad iggibuna f’pozizzjoni li jkollna naghmlu l-konfronti. U nixtiequ nevitawhom dawn.

    Xhud: Mela le.

    Imh. J. Said Pullicino: U . . . ghalina immaterjali. Xhud: Sewwa.

    Imh. J. Said Pullicino: Pero’ l-verita’ hi illi l-Ispeaker qalilna illi fit-tielet (3) sular hu kien imur, kien hemm u jaf min kien ikun hemm. Fir-raba’

  2. sular qatt ma dahal, u kien hemm hekk li jghid li inti kont tkun u li inti hemm hekk kont taghmel certi laqghat. Issa, jekk hux it- tielet (3) jew ir-raba’ (4) ghidilna inti imma ahjar inkunu cari fuq hekk hux.

Xhud: Jiena kont immur biss fil-Kwartieri tal-Partit meta kont imsejjah mill-Ufficcjali gholja tal-Partit u mill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni.

Imh. J. Said Pullicino: Jigifieri qatt ma ghamilt laqghet fir-raba’ (4) sular inti qabel it-two thousand and thirteen (2013), hux hekk?

Xhud: Jiena l-laqghat illi kien ikolli meta kont inlaqqa’ xi negozjanti . . .

Imh. J. Said Pullicino: Le, le. Irrispondi d-domanda Sur – id-domanda hija jekk inti qattx ghamilt laqghat fir-raba’ (4) sular qabel l-elezzjoni. Dik id-domanda hija.

Xhud: Sorry? Fir-raba’ (4) sular ghidtli? Imh. J. Said Pullicino: Fir-raba’ (4) sular.

Xhud: No, no, no.

Imh. J. Said Pullicino: Qatt ma ltqajt ma’ hadd hemm hekk. Xhud: Lanqas qatt ma tlajt fir-raba’ (4) sular.

Imh. J. Said Pullicino: Qatt ma kellek access u qatt ma kellek . . . Xhud: Qatt ma kelli access u qatt ma tlajt fih. Yes.

Imh. J. Said Pullicino: All right. Issa naraw. Inti dak iz-zmien kont – kellek mieghek, f’idejk insomma, d-Developers Association hux hekk? Il- Malta Developers Association.

Xhud: Jiena fit-two thousand and eleven (2011) iffurmajna l-Malta Developers Association li jiena kont bdejt naghti – naghmel dawk il-laqghat mal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni bejn two thousand and eleven (2011) pero’ mhux – il-laqghat li kienu jsiru mhux through Malta Developers Association, kienu jsiru ma nies fin-negozju minn kull qasam tas-socjeta’.

Imh. J. Said Pullicino: Jigifieri din kienet inizjattiva propja tieghek? Xhud: Kienet inizjattiva personali tieghi.

Imh. J. Said Pullicino: Ma kellha x’taqsam xejn ma’ l-Association.

Xhud: Kont mitlub minn Dr. Muscat biex nghinu jiltaqa’ ma’ nies fin- negozju.

Imh. J. Said Pullicino: Ifhimni, ahna ma ghandna xejn kontra li jsir dan it-tip ta’ diskors bejn il-politiku u n-negozjant. Biex ma tohodnix hazin ta’ jigifieri.

Xhud: To be fair, gieli ghamiltha wkoll ma’ Dr. Simon Busuttil din wara t- two thousand and thirteen (2013).

Imh. J. Said Pullicino: Dawn mhux oggetti li . . .

Xhud: Ghax meta tela’ Dr. Simon Busuttil bhala Kap tal-Partit Nazzjonalista, bdejna dak ir-rapport ukoll u niftakar illi bis-sahha ta’ Dr. Busuttil kellna relazzjoni tajba jigifieri.

Imh. J. Said Pullicino: Mhux haga hazina, hi fiha nnifisha hija haga tajba. Imma ahna peress li gie allegat illi dan l-avvicinament bejn in- negozju u l-politika holoq certu problemi, allura rridu naraw dawn ic-cirkostanzi partikolari – qed tifhem?

Xhud: Nifhem, nifhem.

Imh. M. Mallia: Semmejt illi inti kont tintroduci nies fil-business lill- Kap ta’ l- Oppozizzjoni. Ghal li jista’ jkun, fost dawn in-nies li inti ntroducejt, kien hemm Yorgen Fenech?

Xhud: No.

Imh. A. Lofaro: Jew xi hadd mill-familjari tieghu? Imh. M. Mallia: Jew xi hadd mill-familjari tieghu? Xhud: No.

Imh. M. Mallia: Le. Xhud: No.

Imh. M. Mallia: Keith Schembri?

Xhud: Keith Schembri sirt nafu . . . Imh. M. Mallia: X’tista’ tghidli?

Xhud: Keith Schembri sirt nafu meta lahaq Chief of Staff tal-Prim Ministru. Mhux qabel.

Imh. M. Mallia: Jigifieri wara l-elezzjoni? Xhud: Yes.

Imh. A. Lofaro: Qatt ma kien ikun prezenti ghal xi meeting li kien ikollkom? Xhud: No.

Imh. J. Said Pullicino: Again, kull darba qed nigbor pozizzjoni difficli. L- Ispeaker qalilna hawn hekk illi n-nies li kien jara – mhux qed nghidlek – ha nifmhu ahna din, in-nies li kien jara fir-raba’ (4) sular kienu nies li jinkwetawh. U tant inkwetawh illi spicca spicca li kellu xi jghid fuqhom dawn. Inti fuq dawn ma taf xejn?

Xhud: Jiena fir-raba’ (4) sular qatt ma tlajt pre two thousand and thirteen (2013).

Imh. J. Said Pullicino: Allura n-nies li kont tlaqqaghhom mal-Kap ta’ l- Oppozizzjoni dak iz-zmien, x’kienu? X’kienu? Min kienu?

Xhud: Jiena kont inlaqqa’ nies minn diversi – minn negozju fuq talba ta’ Dr. Muscat.

Imh. J. Said Pullicino: Mhux biss b’konnessjoni mal-kostruzzjoni anke . . . Xhud: Le, le, le, anke kienu importaturi . . .

Imh. J. Said Pullicino: Importaturi.

Xhud: Lukandiera, fil-manifattura, in-nies li kelli kuntatt personali jiena maghhom.

Imh. J. Said Pullicino: Ehe. U l-iskop ta’ dawn il-meetings x’kien allura?

Xhud: Isma, dak iz-zmien kien hawn diffikultajiet kbar pre two thousand and thirteen (2013) fil-business u kien hemm hafna nies li kienu jitkellmu mieghi b’mod socjali – b’mod hekk jigifieri, socially jigifieri, kienu anke f’xifer il-falliment u meta ltqajt ma’ Dr. Musact kont ghidtlu bil-problema. Imma kien hemm hafna nies fin- negozju li kienu qeghdin iweggghu.

Imh. J. Said Pullicino: U allura n-nies li kont tlaqqghu maghhom inti lill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni kienu jigu bil-progetti jew bil-problemti personali taghhom?

Xhud: Kien hemm min jghidlu l-problemi personali tieghu pero’ l-iskop kien, ghax gieli kont prezenti f’dawn il-laqghat, nahseb kienu l- iktar fuq policies.

Imh. J. Said Pullicino: Fuq policies. Xhud: Fuq a way forward.

Imh. J. Said Pullicino: Mhux fuq progetti?

Xhud: Jiena dejjem fuq policies tkellimt. Hajti kollha jigifieri.

Imh. J. Said Pullicino: . . . ma kienux jitkellmu fuq il-problemi li kellhom fin- negozju?

Xhud: Gieli kien hemm min fetah qalbu mieghu iva.

Imh. J. Said Pullicino: U ma kienx hemm xi attegjament ta’ kif ser insolvuhom il-problemi?

Xhud: Jiena lill-Prim Ministru qatt ma smajtu jwieghed xi haga personali lil xi hadd.

Imh. J. Said Pullicino: Ghadni ma staqsejtiex dik. Dik id-domanda ma staqsejtiex. Pero’ kien ikun hemm dan it-tip ta’ diskors fuq kif ser isolvu l-problemi ta’ dak li jkun?

Imh. A. Lofaro: Direzzjoni?

Xhud: Per ezempju wahda mill-policies li konna ghamilniha kemm lill- Oppozizzjoni pre two thousand and thirteen (2013) u pruvajt nitkellimha wkoll mal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, kienet l-iskema tal- first time buyers, illi fi zmien l-amministrazzjoni ‘l ohra ma kienetx intlaqghet pero’ lill-Prim Ministru kienet ghogbitu dak iz-zmien il- Kap ta’ l-Oppozizzjoni, kienet ghogibtu u kien qed jahseb fuqha.

Imh. J. Said Pullicino: Jigifieri inti qed tghidilna li dejjem iltqajt mieghu fuq policies.

Xhud: Jiena iva. Hundred per cent (100%).

Imh. A. Lofaro: Issa, wara l-elezzjoni, komplew dawn il-laqghat? Xhud: Iva komplew.

Imh. A. Lofaro: Komplew. U mbaghad bdejt tara lis-Sur Schembri allura fir- raba’ (4) sular hux hekk?

Xhud: Gieli ltqajt mas-Sur Keith Schembri fir-raba’ (4) – mhux fir-raba’

(4) sular, f’Kastilja.

Imh. A. Lofaro: Ghax jigifieri inti mbaghad anke wara l-elezzjoni ma tlajt qatt ir-raba’ (4) sular?

Xhud: Le kien hemm. L-ewwel darba li tlajt fir-raba’ (4) sular kienet dak inhar stess ta’ l-elezzjoni.

Imh. A. Lofaro: Ehe u mbaghad bdejt tara negozjanti hemm hekk ir-raba’ (4) sular?

Xhud: Ma jidhirlix illi r-raba’ (4) sular tlajt iktar minn dak inhar ‘l hawn, pero’ ma niftakarx.

Imh. A. Lofaro: Il-kwartieri generali tal-partit.

Xhud: Le fil-kwartieri ma tantx kont immur jiena. Ma tantx kont immur hafna mbaghad wara l-elezzjoni tat-two thousand and thirteen (2013). Iktar kelli laqghat ma’ Dr. Muscat bhala Prim Ministru tal- pajjiz.

Imh. A. Lofaro: F’Kastilja?

Xhud: U through l-Malta Developers Association imbaghad ghax imbaghad kont ilhaqt President jiena tal-Malta Developers Association wara two thousand and thirteen (2013) u ddiskattajt kompletament mill-politika partigjana.

Imh. J. Said Pullicino: Imma inti gieli kellek laqghat ukoll barra mill-Kwartieri Generali hux hekk, gieli kellek ghal ikel mieghu, mort hadthom jieklu x’imkien.

Xhud: In two thousand and thirteen (2013).

Imh. J. Said Pullicino: In two thousand and thirteen (2013) ehe.

Xhud: Yes. In two thousand and thirteen (2013) fil-fatt il-laqghat li konna naghmlu hafna drabi kienu jkunu jew go restaurants, jew per ezempju konna naghmlu xi reception go xi lukanda jew go xi kafeterija, jigifieri kienu jkunu fid-deher, qatt ma ghamilna – ma ltqajna x’imkien bil-mohbi.

Imh. J. Said Pullicino: Imma jigifieri, allura dawn jekk jien ghandi problema jien naf fuq permess tal-bini ma kienux igibu pjanta biex jghidulu x’qed jagmlu? Il-progetti li kien ikun hemm . . .

Xhud: Hafna nies – min kien serju, min kien serju fl-opinjoni tieghi ried jiltaqa’ biex ikun jaf min hu Dr. Muscat. Daqshekk. Hu kien jiltaqa’ maghhom. Jien ovvjament meta kien jitkellem one to one kont inwarrab u ma kontx inkun naf x’qed jintqal.

Imh. M. Mallia: Voldieri dawn il-laqghat tkomplew anke wara li sar Prim Ministru pero’ kienu jsiru Kastilja.

Xhud: Le jiena gie laqqajt negozjanti, nies fin-negozju illi per ezempju x’imkien bhal Girgenti per ezempju, meta gie li xtaq jaghmel laqgha mal-Business Community. Jigifieri baqa’ in touch Dr. Muscat man- neis. Mhux wara li tela’ jigifieri ma riedx jiltaqa’ iktar.

Imh. A. Lofaro: Kien hemm kontinwita.

Xhud: Kien hemm ftit kontinwita. Mhux bhal qabel ovvjament – naqsu hafna, hafna.

Imh. A. Lofaro: Imbaghad meta gejna ghall-elezzjoni ta’ wara, ta’ l- elfejn u sbatax (2017) kien hemm forsi iktar intensita f’dawn il-laqghat?

Xhud: Jiena nghidlek il-verita peress li kont ilhaqt bnejt ukoll rapport tajjeb ma Dr. Simon Busuttil u jiena kelli rwol ta’ President ta’ Malta Developers Association kien hemm stampa differenti. Allura qghadt lura hafna u ma ppartecipajtx fit-tellieqa partigjana. Anke b’rispett ukoll ta’ Dr. Busuttil illi hadem biex jibni l-pontijiet mieghi.

Imh. J. Said Pullicino: Inti taf dak iz-zmien il-Partit Laburista qabel l- elezzjoni kellu bhala l-kapanja principali tieghu l-kwistjoni ta’ l- energija tajjeb?

Imh. A. Lofaro: Tat-two thousand and thirteen (2013) issa qed jghidlek. Imh. J. Said Pullicino: Tat-two thousand and thirteen (2013). Issa ghal din l-

okkazjoni inti kont b’xi mod involut jew interessat . . .

Xhud: No.

Imh. J. Said Pullicino: Mhux jigifieri li tressaq lil xi hadd jew whatever, ma kont taf xejn fuq il-progett?

Xhud: Assolutament xejn.

Imh. J. Said Pullicino: Jigifieri kompletament . . . Xhud: Xejn. Mhux il-linja tieghi.

Imh. J. Said Pullicino: Mhux il-linja tieghek. Imma allura n-nies li kienu jiltaqghu mieghu x’tip ta’ nies kienu? Ta’ liema livell kienu? Jien naf kienu negozjanti li jafhom kullhadd, maghrufin Malta? Kbar jew inkella anke dawk iz-zaghar?

Xhud: Kienu nies jew bil-lukandi, jew kienu nies importaturi, jew kienu nies bil-hwienet.

Imh. J. Said Pullicino: Jekk insemmilek id-DB Group tlaqqaghhom int jew imorru huma . . .

Xhud: Qatt ma laqqajt id-DB Group ma . . .

Imh. J. Said Pullicino: Jekk iltaqghu mieghu iltaqghu on their own . . .

Xhud: Naf min huma. Naf min huma imma qatt ma kont jiena l- interlokotur biex inlaqqa’ . . .

Imh. J. Said Pullicino: Jigifieri dawn in-nies kollha li ssemmew f’diversi ncidenti hawnhekk li huma tajbin u min li huma hziena – inti generalmet ma dawn ma . . .

Xhud: Jekk tista’ ssemmili n-nies inkun iktar car ghax semmejtli d-DB Group zgur li mhux jien.

Imh. J. Said Pullicino: Tal-Café Premier per ezempju? Xhud: Gie li ltqajt mieghu fit-triq pero’ . . .

Imh. J. Said Pullicino: Le, le, le. Jekk laqqajtux mal-Prim Ministru id- domanda?

Xhud: Le, le, ma laqqajtux.

Imh. J. Said Pullicino: Jew inkella lil Gaffarena? Xhud: Lanqas ma laqqajtux.

Imh. J. Said Pullicino: Tumas Group?

Xhud: Tumas Group ma kellix kuntatti. Laqas huma membri taghna biss. Imh. A. Lofaro: Polidano kien hemm imbaghad.

Imh. J. Said Pullicino: Lil Polidano?

Xhud: Lil Polidano, Charles Polidano, darba ghamel ikla d-dar tieghu jew il-farmhouse tieghu u kien stedinni u kien hemm hafna nies. Pero’ kienet fuq inizjattiva tieghu mhux fuq tieghi.

Imh. J. Said Pullicino: Li qed tinkwetana din tar-raba’ (4) sular lina. Xhud: Sorry?

Imh. J. Said Pullicino: Tar-raba’ (4) sular qed tinkwetana ghax tar-raba’ (4) sular gie l-Ispeaker hawn qalilna semma lilek u semma lil Dr. Toni Abela llum Imhalle. Issa all right ma . . . impressjoni hazina. Pero’ nixtiequ niccarawha din.

Xhud: Ghandek ragun. Imma jiena nixhed . . .

Imh. J. Said Pullicino: U qed nerga ngidlek gie l-Ispeaker qalilna kien hemm nies li hu apparentament jista’ jidentifikahom imma kien daqsxejn

– illi nkwetawh lilu . . .

Xhud: Imma taf xi . . . .

Imh. J. Said Pullicino: U jekk minn dawk li semmejna kollha nahseb li jekk xi hadd minn dawk kien hemm kienu jinkwetawh, ma nafx jien.

Xhud: U jiena, sa fejn naf jiena, m’ghandi xejn hazin biex ma niltaqax ma xi hadd.

Imh. J. Said Pullicino: Le, le, assolutament. Jiena, assolutament. Jiena rrid inkun naf il-verita. Ma jinteressanix.

Xhud: Le, le, jiena kif ghidt . . .

Imh. J. Said Pullicino: Ifhimni minn naha tal-Bord mhux qed jghid li gara xi haga hazina.

Xhud: Ehe.

Imh. J. Said Pullicino: Qed jghid kien hemm dawn l-allegazzjonijiet. Irridu naraw sa fejn waslu l-allegazzjonijiet.

Xhud: Jiena fir-raba’ (4) sular, jigifieri naf, I mean qed nixhed bil- gurament hux veru?

Imh. J. Said Pullicino: Hekk hu.

Xhud: Kieku tlajt hemmhekk u kieku kelli laqghat, ma kontx niddejjaq li nghid illi tlajt, pero’ qatt ma tlajt. Ma kellix opportunita li nitla’ qabel it-two thousand and thirteen (2013).

Imh. A. Lofaro: Qabel l-elezzjoni. Xhud: Qabel l-elezzjoni.

Imh. A. Lofaro: Ghax wara iva mbaghad.

Xhud: Ghax wara mbaghad tlajt u naf kif inhu r-raba’ (4) sular. Jigifieri rajtu r-raba’ (4) sular. Dhalt go fih. Qatt ma kelli laqghat pero’.

Imh. A. Lofaro: Fl-ufficini?

Xhud: Pero’ qatt ma kelli laqghat lanqas sal-gurnata ta’ llum. Imh. A. Lofaro: Hemm hafna ufficini, hemm xi board room?

Xhud: Le huwa sempliciment floor u jidhirli, issa mill-memorja tieghi sewwa, kien hemm kamra fuq wara kbira, kbira, board room, kien hemm xi tliet (3) ikmamar jew erbgha (4) cubicles jew ma nafx, ma niftakarx ezatt. Pero’ dik l-impressjoni li ghandi, kien qisu dipartiment ta’ ufficini.

Imh. J. Said Pullicino: U inti kont sempliciment tlaqqa’ n-nies. Xhud: Pero’ mhux fir-raba’ (4) sular.

Imh. A. Lofaro: Mhux hemm hekk.

Imh. J. Said Pullicino: Le, le, all right. Imh. A. Lofaro: Fit-tielet sular.

Imh. J. Said Pullicino: Kollox sew. Kont tlaqqa’ n-nies . . . Xhud: Mal-kap ta’ l-oppozizzjoni.

Imh. J. Said Pullicino: U ma kont bl-ebda mod involut fin-negozjati u dak li kienu qed jitkellmu fuqu.

Xhud: Le jiena r-rwol tieghi nerga’ nghid . . . Imh. J. Said Pullicino: . . . policies.

Xhud: Sewwa Sur Imhallef, jiena r-rwol tieghi dak iz-zmien kien illi nipprova naghti kontribut biex l-ekonomija in generali tikber. Jigifieri avolja ma kontx President ta’ l-MDA, imma dejjem kelli dik id-drive illi l-ekonomija tista’ tikber u l-industrija tal-bini tista’ tinghata l-attenzjoni xierqa, jigifieri on those lines dejjem.

Imh. J. Said Pullicino: Ma kont tikkonsulta lil Labour Business Forum jigifieri?

Xhud: L-anqas kont fil-Business Forum tal-Partit Laburista. Imh. J. Said Pullicino: Le, le, inti kontx konsulent . . .

Xhud: Le, jiena kull ma kont u gie li tkellimt dak iz-zmien jekk kien bil- Business Forum minghalija kien Dr. Manuel Mallia, illi gie li tajtu xi opinjoni ‘l hemm jew ‘l hawn.

Imh. J. Said Pullicino: Ghal li jista’ jkun, jekk kellekx xi ndikazzjoni minhabba li inti kont qrib ukoll tal-Partit Laburista l-kontribut li setghu jaghtu negozjanti ghall-kampanja elettorali, mhux sempliciment ghal kampanja elettorali tal-Partit Laburista ta’, anke tal-Partit Nazzjonalista whatever. Inti ghandek xi ndikazzjoni, taghrif x’taghtina u kif kienet qed tigi organizzata dan it-tip ta’ . . . illi l- Business Community jista’ jaghti jew seta’ jaghti lil partiti politici, ghax dik tinteressana wkoll.

Xhud: B’mod volontarju?

Imh. J. Said Pullicino: Ovvjament.

Xhdu: Jiena dak iz-zmien fit-two thousand and thirteen (2013) meta kien ikun hemm il-maratona gbir ta’ fondi, niftakar nibghat lil certu nies li jridu jaghtu donazzjoni mas-CEO tal-partit. Ma kelli l-ebda rwol li niehu hsieb jiena.

Dr. Azzopardi: Fil-fatt ridt insaqsik fuq is-CEO tal-Partit. Qed nitkellmu ghal James Piscopo?

Xhud: Iva.

Dr. Azzopardi: Issa xtaqt insaqsik sur Chetcuti.

Imh. J. Said Pullicino: Pre two thousand thirteen (2013) qed nitkellmu?

Dr. Azzopardi: Pre March two thousand thirteen (2013). Mela halli tifhem lili fejn qieghed bhala zmien. Qabel Marzu elfejn u tlettax (2013) is-CEO tal-Partit Laburista kien James Piscopo.

Xhud: Iva.

Dr. Azzopardi: Issa, f’liema cirkostanza jekk kien hemm, f’laqghat illi inti kellek bejn il-Business Community individwali jew le mal-kap tal- Partit Laburista dak iz-zmien, allura kap ta’ l-oppozizzjoni Dr. Muscat kien prezenti James Piscopo jew wara li spiccat il-laqgha ma Joseph Muscat gew channelled biex jiltaqghu ma James Piscopo? Jekk tafx cirkostanzi partikolari?

Xhud: Gie li kien hemm cirkostanzi fejn James Piscopo kien fil-laqgha mal-kap ta’ l-oppozizzjoni wkoll pero’ iktar kont niltaqa’ mal-kap ta’ l-oppozizzjoni milli mas-CEO.

Dr. Azzopardi: Mela stabbilit illi James Piscopo kien ikun prezenti, u nfakkrek, dejjem bil-permess tal-Bord, illi ghal certu twegibiet ta’ certu domandi li jekk jaghtuni permess il-Qorti naghmel tista’ twiegeb fil-maghluq. Fuq talba tieghek il-Bord jista’ jilqaghha din it-talba. Wara illi jkun hemm inkontru bejn negozjant, u dawn mhux negozjanti kbar hafna ghax il-kbar m’ghandhomx bzonn lilek biex jiltaqghu ma’ Joseph Muscat mhux hekk?

Xhud: Hekk hu.

Dr. Azzopardi: Ta’ Tumas mhux ha jghidlek isma’ laqqani ma Joseph Muscat, Malta nafuha.

Xhud: Iktar – to be fair iktar kont inlaqqa’ negozjanti li kienu medum to dan jigifieri.

Dr. Azzopardi: Precizament. Qed tghidha inti. Mhux hekk? Xhud: Iva.

Dr. Azzopardi: Il-medum mhux the top.

Xhud: Kien hemm ukoll ta’ nies li huma ta’ certu portata li ma kienux close tal-partiti jew tal-politiku jigifieri.

Dr. Azzopardi: Imma l-maggoranza kienu l-medium mhux the top five (5)? Xhud: Iva.

Imh. J. Said Pullicino: U mhux dawn li semmejna l-ewwel. Dr. Azzopardi: No.

Xhud: No, no, no.

Dr. Azzopardi: Dawk m’ghandhomx bzonn lil Sandro Chetcuti biex jiltaqghu mal-kap tal-partit. Dawk jibghatulu direttament. Issa stabbilit illi jkun hemm inkontru bejn negozjant, imprenditur u l-kap tal-Partit Laburista dak iz-zmien fl-oppozizzjoni, ara jekk tiftakarx kien hemm drabi fejn wara li spiccat il-laqgha u tkellmu fuq il-policy, proposta, skema, whatever, gie suggerit illi l-persuna tiltaqa’ ma James Piscopo f’cirkostanza jew f’gurnata ohra?

Xhud: Ma niftakarx.

Dr. Azzopardi: Ma tiftakarx? Xhud: Le.

Imh. J. Said Pullicino: Sorry Dottore. Dawn il-laqghat li kellek inti li qed nifhem kienu mhux hazin, ma kienux wahda (1) jew tnejn (2), kienu diversi, l-laqghat li kien ikollok mal-kap ta’ l-oppozizzjoni ma kienx jinzamm record taghhom hux?

Xhud: Ma jidhirlix li kien jinzamm record le.

Imh. J. Said Pullicino: Imma xi hadd kien izomm – jigifieri kien ikun hemm xi hadd prezenti jghid ara jekk inti tmur tkellem lil Papa jkollu segretaru u jghidlu “ara din inti.” Dan it-tip ta’ diskors kien isir? Il- Prim Ministru jew il-kap ta’ l-oppozizzjoni kellimtini fuq proposta issa li smajtek issa . . . it-tali.

Xhud: Gie li ttiehdu noti ta’ xi proposti li jkunu qeghdin jghidu. Imh. J. Said Pullicino: Gie Ii ttiehdu dawn?

Xhud: Gie li ttiehdu.

Imh. J. Said Pullicino: U ghand min kienu jghaddu mbaghad? Xhud: Ma nkunx naf hux.

Imh. J. Said Pullicino: Ma tafx. Mhux quddiemek dan? Xhud: Iva mbaghad x’jigri wara ma nafx hux.

Imh. J. Said Pullicino: X’jigri wara naf li ma tafx.

Xhud: Kienu jittiehdu noti, gie li rajt lil xi hadd jikteb xi haga waqt il- meetings, imma mbaghad nieqaf hemm hu. Jiena kont nitlaq maghhom.

Imh. J. Said Pullicino: Tifhem x’inhu l-iskop tad-domanda? Xhud: Ehe fhimtek, fhimtek.

Imh. J. Said Pullicino: Jekk kienx hemm follow up. Tista’ tkun genwina ma fiha xejn hazin ta’.

Xhud: Probabilment jigifieri . . . .

Imh. J. Said Pullicino: Ma fiha xejn hazin. Follow up biss. Xhud: Ma nafx, ma nafx . . . .

Dr. Azzopardi: Huwa fatt u inti tghix f’pajjizna u ghext din ir-realta’, l- kampanja elettorali ta’ l-elfejn u tlettax (2013), Jannar sa Marzu, kienet kampanja li l-Partit Laburista kien ghamilha b’sahhitha hafna. Kienet well oiled. Tafx jew smajtx illi parti sostanzjali mil- flus minfuqa, li kienu miljuni, ghal dik il-kampanja gew grazzi ghal dawk il-laqghat ta’ certu kuntratturi, ta’ certu membri tal-Business Community ma’ Joseph Muscat.

Xhud: Iva naf illi hafna minn nies illi kont inlaqqaghhom ma Dr. Muscat kienu jigu, kienu jghiduli hafna affarijiet posittivi u xtaqu li jikkontribwixxu meta kien ikun hemm maratona gbir ta’ fondi. Issa kemm huma l-ammonti ma nafx pero’ li nista’ nghid ghalija jiena. Jiena l-ewwel wiehed bhala businessman on a small scale, dejjem tajt kontribut liz-zewg (2) partiti, mhux lil wiehed biss u dejjem tajthom indaqs.

Imh. J. Said Pullicino: Kien jinzamm record ta’ dan?

Xhud: Jiena zammejt record u dejjem tawni l-ircevuta kemm naha u kemm ohra.

Imh. J. Said Pullicino: Le tieghek niehdu pjacir nisimghuha. Pero’ bhala regola.

Dr. Azzopardi: Mhux fuqek Sandro.

Imh. J. Said Pullicino: Sur Chetcuti bhala regola, bhala regola, kien jinzamm record ta’ dawn id-donazzjonijiet?

Xhud: Kullhadd kull min kien jaghti donation bhal ma gie li tajt jiena dejjem jinghata rcevuta miz-zewg (2) partiti to be fair. Jigifieri dejjem inghatat ircevuta.

Dr. Azzopardi: Issa jiena sur Chetcuti biex ma tifhimnix hazin mhux ghalik kont qed insaqsi.

Xhud: Sorry skuzani.

Dr. Azzopardi: Pero’ naf li inti vicin il-Business Community u Malta zghira u n-nies jitkellmu u n-nies maghrufa.

Xhud: Sewwa.

Dr. Azzopardi: Inti taf illi uhud minn dawk illi ltaqghu ma allura kap ta’ l- oppozizzjoni, ghenu fil-kampanja elettorali tal-Partit Laburista ghal Marzu elfejn u tlettax (2013). Taf b’donazzjoni ta’ miljun Euro?

Xhud: U zgur li le.

Dr. Azzopardi: Zgur li le. Xhud: Zuuu.

Dr. Azzopardi: Taf b’donazzjoni ta’ imprenditur marbuta ma’ progett kapitali, progett nazzjonali li meta l-Partit Laburista jkun fil-Gvern, ma kienx jinvolvi lilek ta’ biex ma tifhimnix hazin, il-Partit Laburista jwieghdu li jiehu dan il-progett sostanzjali hafna?

Xhud: Nahseb kieku kont naqbad u nitlaq u ma nergax nersaq ‘l hemm. Dr. Azzopardi: Ma kontx?

Xhud: Le.

Dr. Azzopardi: Ma kontx. Cirkostanza wara Marzu elfejn u tlettax (2013) fejn persuna, imprendituri, SMEs li nghataw kuntratti tal-Gvern fl- ilma ta’ kwart ta’ miljun u kellhom telefonata biex wara li jiehdu l- kuntratt, persentagg ta’ dak it-tender jghadduh lil Partit Laburista. Dan id-diskors sar fi hdan il-Business Community. Inti bhala persuna vicin il-Business Community, kariga ta’ l-MDA wkoll, tafx jew qattx smajt, taf tghidli isma dettalji ma nafx nghidlek pero’ gie li smajt xi hadd jirreferi ghal xi haga simili?

Xhud: Le.

Dr. Azzopardi: Le. Xhud: Le.

Dr. Azzoaprdi: Le. Is-Sur Imhallef Mallia f’domanda tieghu semma lil Vici Prim Ministru Dr. Fearne u l-gimgha li ghaddiet, tippermettili nsaqsik, kienet fil-public domain, kien hemm attivita, m’hemm xejn hazin, attendejt, assolutament, issa jekk attendejtx fil-vesti personali jew bhala MTA, mhux se nidhol fiha, pero’ dhert tilqa’

b’certu mod mill-qalb lil ex Ministru Konrad Mizzi. Issa, ahna nghixu Malta u ghandek persuna politiku illi kien involut f’allegazzjonijiet ta’ certu agir mhux sabih, mhux etiku, jekk mhux ukoll kriminali. Domanda li xtaqt insaqsik hija, verament trid izzomm rapport tajjeb mal-Gvern ghan-nom tal- izviluppaturi, ghan-nom tas-settur li qed tirraprezenta, pero’ persuna li kien involut, inqabad jixxahham, b’allegazzjonijiet serji ta’ tixhim, ejja nghidu hekk halli nkun teknikament korrett u lejali ma kullhadd, kif ghandek dan ir-rapport mieghu minflok toqghod il-boghod minnu daqs il-bard ta’ Jannar?

Xhud: Mela l-ewwel nies jiena dejjem ikkundannajt l-agir ta’ certu nies mhux il-persuni. Dika tghallimta minn San Alwigi and I’m very happy li jiena nimxi ma dawk il-valuri li tghallimt bihom u 2, jiena l- Ministru Konrad Mizzi jew l-ex Ministru Konrad Mizzi ghamilna hafna xoghol tajjeb mieghu bhala Malta Developers Association, konna ghamilna – waqqafna kumpanija fi renewable section. Ghamilna hafna affarijiet li huma pozittivi u r-relazzjoni li kelli ma Konrad Mizzi bhal m’ghandi ma hafna ohrajn inkluz ukoll to be fair Dr. Azzopardi, anke ma’ Dr. Marthese Portelli ghandi relazzjoni tajba hafna wkoll.

Dr. Azzopardi: Portelli m’ghandiex kumpanija fil-Panama, ejja ma naghmlux paraguni.

Xhud: Le, le jiena mhux qieghed hawnhekk . . .

Dr. Azzopardi: Ma bdietx tixxahham Marthese Portelli. Ma naghmlux dawn il-paraguni.

Imh. J. Said Pullicino: Dottore!

Dr. Azzopardi: Ministru qed jixxahham b’hamest elef (5,000) kulljum.

Imh. J. Said Pullicino: Dr. Azzopardi domanda biss, irrispondi d-domanda u ieqaf.

Xhud: Ezatt jiena huwa l-mod tieghi kif nifrah b’dak li jkun. Jiena forsi I over react meta niltaqa’ ma xi hadd li huwa habib tieghi, nghanqu jew inkella nghafsu ftit mieghi jew nghafaslu wiccu, huwa n- natural tieghi hekk jigifieri.

Dr. Azzopardi: In-natural.

Imh. M. Mallia: Imbaghad mhux kullhadd ghal konkluzjoni tieghu Dr.

Azzopardi.

Dr. Azzopardi: Grazzi Sur Imhallef fhimtni. L-ahhar domand bil-permess tas- Sinjoriji Taghkom, innotajt meta kont qed tixhed fuq domanda tal-Bord uzajt il-frazi ghax ktibtha ha nkun fidili lejn il-kliem tieghek: Min kien serju kien ikun irid jiltaqa’ ma Joseph Muscat biex isir jaru, kliem li ghidt inti.

Xhud: Min kien serju?

Dr. Azzopardi: Min kien serju.

Imh. A. Lofaro: Ehe, qalha dik il-kelma.

Dr. Azzopardi: Allura min ma kienx serju ghalxiex kien jiltaqa’ mieghu? Xhud: Le ma nafx kif ghidt hekk.

Dr. Azzopardi: Le hekk ghidt ghax ktibtha jien.

Xhud: Ehe imma tista’ tghidli f’liema kuntest ghidtha imma, imma l- kuntest x’inhu? Le, jiena ma nafx f’liema kuntest ghidtha. Tista’ terga tfakarni f’liema kuntest ghidtha?

Imh. A. Lofaro: Ma niftakarx sincerament. Dr. Azzopardi: Skuzani?

Imh. M. Mallia: Le, qalha, imma f’liema kuntest? Fil-kuntest tal-laqghat li kienu qed isiru ma’ Dr. Muscat. Fil-laqghat . . .

Xhud: Le mhux min kien serju li jrid jiltaqa ma’ Dr. Muscat. Dr. Azzopardi: Biex isir jafu, rightly sew.

Xhud: Le serju li ma jitkellimx fuq l-affarijiet individwali tieghu ghidt. Dr. Azzopardi: Ma kienx sorry?

Xhud: Ma kienx jitkellem fuq individual cases ghidt, mhux biex jiltaqa’ mieghu, biex jitkellem fuq general policies. Hekk ghidt.

Dr. Azzopardi: Biex isir jafu ghidtha.

Xhud: Imma mhux min kien serju. Ghidt li hafna nies riedu jkunu jafuh. Imh. A. Lofaro: M’inhiex certa.

Xhud: Jigifieri min kien serju ma kienx jitkellem fuq il-kazijiet personali tieghu, fhimt?

Dr. Azzopardi: Ok.

Imh. A. Lofaro: Imma sur Chetcuti jekk jien negozjant u jien serja u ghandi xi progett f’mohhi, imbilli nkellmu fuq hekk il-kap ta’ l-oppozizzjoni jfisser li m’iniex serja?

Xhud: Le mhux mhux serju imma min hu professional, fl-opinjoni tieghi, ma jitkellimx fuq individual item. Ahna mdorrijin nitkellmu fuq policies. Meta jkollok policy tajba jekk inti negozzjant jew fin- negozju u inti professjonali mbaghad timrah skont il-policies u l- criterias li jkun hemm ghaddejjin fil-pajjiz jigifieri.

Imh. A. Lofaro: Ejja nassumi li jien ridt inressaq il-progett ta’ l-Electrogas. Xhud: Sewwa.

Imh. A. Lofaro: Progett kbir eee. Xhud: Hafna.

Imh. A. Lofaro: Ma rridx inkun naf forsi l-futur Prim Ministru ta’ Malta jekk jaqbilx mieghi?

Xhud: Ghalhekk nemmen illi ghandek titkellem . . . Imh. A. Lofaro: Din kbira. Haga kbira.

Xhud: Ghalhekk nemmen illi wiehed ghandu jitkellem iktar jekk ghandniex bzonn power station jew le.

Imh. A. Lofaro: Jigifieri fuq hekk kieku nkellmu . . .

Xhud: Imma mhux jiehdu hu. Jew inkella li jixtieq jaghmlu hu.

Imh. A. Lofaro: Le, imma jekk nipproponih, nista’ nkellmu. Ma jfissirx li m’inhiex serja.

Xhud: U ma neskludix illi kien hemm nies illi tkellmu fuq l-affarijiet personali taghhom ghaliex gieli kien hemm nies illi tkellmu fuq il- problemi taghhom.

Imh. A. Lofaro: Din xi haga kbira li qed insemmi jiena, kienet kbira hux. Xhud: Imma fuq tal-power station qatt ma kelli diskussjoni.

Imh. A. Lofaro: Inti qatt ma kellek imma – jew ha nibni lukanda per ezempju. Five (5) star, kbira, per ezempju. Jew ha nizviluppa x’imkien bhal Manoel Island.

Xhud: Iktar kien hemm per ezempju, fil-lukanda, iktar kien hemm diskussjonijiet ta’ kif il-lukandi jistghu jigu aktar vijabbli, milli wiehed jiehu lukanda.

Imh. A. Lofaro: Biex ibieghu per ezempju iktar turisti . . . Xhud: Biex jissahhah is-settur innifsu.

Imh. A. Lofaro: Forsi xi turizmu ta’ certu kwalita’.

Xhud: Imbaghad bhala Malta Developers Association, wara illi kien hemm – meta kien tela’ fil-gvern Joseph – Dr. Joseph Muscat,

konna ddiskutejna mieghu, konna ahna li hrigna biha, s-sulari izjed fuq l-exisiting hotels.

Imh. A. Lofaro: Kemm jitilghu sulari.

Xhud: U kienet intalqghet ukoll mill-gvern dak iz-zmien.

Imh. A. Lofaro: U ma tafx li kien hemm diskussjonijiet dwar kemm ghandhom jitilghu s-sulari tal-propjetajiet skont iz-zoni forsi qabel l-elezzjoni?

Xhud: Ahna konna proponejna tlieta (3) bhala association. Imh. A. Lofaro: Jigifieri giet diskussa.

Xhud: Iva.

Imh. A. Lofaro: Il-proposal saret. Xhud: Pero’ generali. Mhux . . . Imh. A. Lofaro: Proposal.

Xhud: Mhux lukanda partikolari. Kulhadd. Imh. A. Lofaro: Kienet proposta.

Xhud: Yes.

Imh. J. Said Pullicino: Jekk qed nifhem tajjeb jigifieri, qabel it-two thousand and thirteen (2013) il-policy ta’ l-oppozizzjoni ta’ dak iz-zmien, li kienet tajba, kwazi rizultat li kienet tat frott, li ttargitja setturi partikolari, jara x’jixtiequ, jara x’ghandhom bzonn u jipprova jghidilhom li dan ser naghmluha jew mhux ser naghmluha. Din kienet il-policy mhux fil-konfront tieghek biss, generali. U policy li hadmet fil-fatt.

Xhud: Ma kienx hemm commitment qabel l-elezzjoni.

Imh. J. Said Pullicino: Ma staqsejtx ghal din, ma staqsejtx. Jigifieri l-policy tidher li kienet dik. Tant hu hekk, li rnexxiet. Per ezemepju, fejn naf, fuq l-LGBTIQ. Daka ovvjament kien hemm certu commitment mill-gvern u – jigifieri dik hija mod kif inti takkwista l-voti. Issa – ma hemm xejn hazin f’dan ghaliex il-gvern ghalhekk jaghmel u l- oppozizzjoni jaghmlu programmi bbazati fuq dak li jixtiequ n-nies u jippruvaw jikkuntentawhom. Il-problema hija jekk spiccatx bhala .

. . jiena nghinek jekk inti tghenni. U hawn hekk id-domanda taghna kbira jiena.

Xhud: Agreed.

Imh. J. Said Pullicino: To what extent, tajjeb, seta’ kien hemm dan it-tip ta’

– mhux qed nghid biss ma dak il-partit – jista’ jigi ghada partit iehor. Jigifieri mhux il-kwistjoni.

Xhud: Fil-fatt . . .

Imh. J. Said Pullicino: Ghax dak huwa lobbying illi . . .

Xhud: Fil-fatt wahda mill-ikbar inkwiet li kelli ma dan il-gvern kien illi anke f’isem il-Malta Developers Assosiation u kelli l-backing tat- team kollu, kien illi meta l-gid komuni konna jidhrilna li kien ikun under valued, ahna konna ninkwetaw hafna u konna nargumentaw hafna iktar milli jidher hemm barra fil-verita’. Jigfieri anke internament mal-gvern konna preokkupati mmens meta kienet tinholoq xi tip ta’ distortion fis-suq u gieli anke argumentajt ma’ Dr. Muscat innifsu jien, personali, fejn nipprova nikkonvincih illi l-propjeta’ ta’ l-istat ghandha l-istess valur ghal inqas tal-propjeta’ privata. Il-problema tal-bord hija . . . ta’ trasparenza u kontabilita’, jigifieri sakemm in-negozjati jsiru b’mod trasparenti, miftuhin, ma hemmx kwistjoni li huwa validu, li huwa legittimu. Tajjeb? Il-problema meta ma jkunux. Meta jsiru negozjati qabel xi elezzjoni, jkun sar certu ftehim, dak il-ftehim ikun registrat bejn il-partijiet anke informalment, pero’ hadd ma jkun jaf bih. Allura dak jigi kwistjoni ta’ voti u mhux voti.

Xhud: Agreed.

Imh. J. Said Pullicino: Din hija l-issue. U jekk inti tista’ tghinna f’din ‘il bicca xoghol, tikkontribwixxi fuq dan l-aspett, ahna niehdu pjacir.

Xhud: Jiena nwieghdkom, nwieghdkom, illi fil-prezenza tieghi qatt ma kien hemm diskussjonijiet ta’ dan it-tip Sur Imhallef. U li kieku kien hemm, jigifieri nassigurak illi jiena allavolja forsi portrayed, il- media tispinja certu affarijiet biex – to put me in the bad light, ghax anke dan Dr. Angelo Farrugia, minn dawk il-businesses kollha imbierek Alla, Sandro Chetcuti biss ftakar? Jigifieri hija mistoqsija li nixtieq naghmilielu.

Imh. J. Said Pullicino: Impressjonajtu eee. Xhud: Sorry?

Imh. J. Said Pullicino: Impressjonajtu. Bil-prezenza. Bil-prezenza.

Xhud: Jigifieri jiena dejjem hdimt above board, ghandi l-unur nghid illi nahdem above board dejjem u nixtieq illi l-business ikun above board. Meta ma jkunx hemm l-affarijiet above board, dawk l- ingredjenti jkunu kollha anti business. Jigifieri l-businessmen, specjalment lil dawk kollha li nirrapprezentaw ahna, l-maggoranza taghhom, jghiduli lili, ahna policies, tenders kif suppost, level playing field u mbaghad min hu l-aqwa jhawwel. Dik hija l-policy tal-businessmen in generali.

Imh. J. Said Pullicino: Meta ma jsirux above board jigri dak li gara. Xhud: Meta ma jsirux above board, kulhadd ibaghti.

Imh. J. Said Pullicino: Jigri dak li gara.

Xhud: Ma naqblux ahna ma l-affarijiet li ma jkunux above board. Gejjin minn fejn gejjin.

Imh. A. Lofaro: Pero’ tad-donazzjonijiet kienet above board?

Xhud: Iva ta. Jiena tad-donazzjonijiet, kull meta tghajt donazzjonijiet jiena . . . .

Imh. A. Lofaro: Mhux inti. Mhux inti.

Xhud: Ma nafx xi hadd iehor. Jien ghalija nista’ nitkellem. Imh. A. Lofaro: Mhux fuqek qeghdin nistaqsuk.

Xhud: Imma jekk tinaghta l-ircevuta, nahseb jien, u bniedem jaghti elf (1000) Ewro jew elfejn (2000) Ewro, la jkun jista’ – dan ahna, sorry Sinjura Imhallef, ahna – nies li ahna fin-negozju, inkluz il-membri tieghi, l-hin kollu kulljum jibaghtu ghalina biex nghinuhom. Kemm il-partiti, kemm il-kazini tal-baned, kemm tal-festi, kemm tal-club tal-bocci, kemm ta’ Puttinu u kemm tad-Dar tal-Provvidenza. Issa ghall-karita’ tiehu pjacir taghti izjed, veru.

Imh. A. Lofaro: Ghall-karita hux . . .

Xhud: Ghax nghidlek li ghall-karita jkunu minn tal-ewwel in-nies illi jaghtu d-donations taghhom. Imma anke – imma – tismaghhom gejjin ghad-donations u hafna drabi nirrejalizzaw illi trid taghti donations ghax inkella ma jimxux l-affarijiet. Anke f’sempliciment kazini tal- football. Jigifieri jekk il-kazin tal-football hadd ma jaghtih donation ezempju – jispjegawlna li dawn ma jistghux ifendu, l-operat taghhom.

Imh. J. Said Pullicino: Imma allura inti qed tghidilna li dana jaghtu donazzjonijiet biex l-affarijiet jimxu hux.

Xhud: Le, l-affarijiet jimxu fis-sens illi biex l-operat ta’ dik l-attivita’ tibqa’ ghaddejja regolari, per ezempju fejn ikollhom l-ispejjez tad-dawl u tal-ilma u tat-telefonati u tan-nies li jahdmu maghhom. Jigifieri ahna nifmuhom ghax ahna wkoll bhala MDA association, li hija volontarja, u naghmlu hekk ahna biex nigbru certu donations biex inkunu nistghu noperaw, biex inkunu nistghu naghmlu s- submissions taghna u nhallsu l-konsulenti taghna biex jaghmlulna per ezempju submission fuq public consultation, fuq policy. Hadd ma ha jaghmilielek b’xejn.

Imh. J. Said Pullicino: L-ircevuta li kont tircievi minn ghand il-Partit Laburista kienet ufficcjali?

Xhud: Iva, jiena tat-tnejn (2) li huma dejjem jaghtuni l-ircevuti. Imh. J. Said Pullicino: Ufficcjali jigifieri tal-partit jew whatever?

Xhud: Nista’ nissottomettihom ta.

Imh. J. Said Pullicino: Le, le ma hemmx ghalfejn. Imh. A. Lofaro: Le, le, le, le.

Imh. J. Said Pullicino: Imma ufficcjali.

Xhud: Ufficcjali. U dejjem tghajthom l-istess, indaqs jiena personali.

Kemm naghti lil wiehed, naghti lil iehor.

Imh. J. Said Pullicino: U l-istess – biex forsi nieqfu wkoll. Inti qabel two thousand and thirteen (2013) qed nitkellmu ghalissa, ghalik iz- zewg (2) partiti kont titratthom l-istess?

Xhud: Le, pre two thousand and thirteen (2013) le. Pre two thousand and thirteen (2013) jekk irridu nitkellmu, u jiena ma niddejjaqx nghid, kont ftit mugugh mill-Partit Nazzjonalista illi kienu uzani ballun politiku meta kelli incident personali tieghi, pero’ dik passe’ ghax imbaghad Dr. Simon Busuttil illi hadem hafna fuqi biex u anke kwazi tani apologija pubblika darba minnhom fejn . . . partikolari, fejn fehem illi l-Partit Nazzjonalista kien naqas fil-konfront tieghi.

Imh. J. Said Pullicino: U jien nahseb illi two thousand and thireen (2013) kien hareg bil-politika again legittima illi jkun business friendly l- Partit Laburista. Ma jidhirx illi l-partit ‘l iehor kellu l-istess policy, almenu . . . . u nahseb illi n-negozjant kien iktar ihossu komdu at

that stage illi jinnegozja u jitkellem mal-Partit Laburista ghall-futur milli mal-Partit Nazzjonalista.

Xhud: U nista’ nikkonfermalek ghaliex jiena, anke kont Vici President tal- MDA dak iz-zmien, pre two thousand and thirteen (2013), l-istess schemes jew policies jew incentivi xorta nghadduhom lill- Partit Nazzjonalista. Pero’ esponenti ufficcjali gholja fil-Partit Nazzjonalista dak iz-zmien, kien qalilna, out right jigifieri, iddiversifikaw ghax l-industrija tal-kostruzzjoni u tal-bini ma ghadx hawn lokha fil-pajjiz.

Imh. J. Said Pullicino: U dik . . .

Xhud: It puts you off, qed tifhem, jigifieri dik hi.

Imh. J. Said Pullicino: Taht dak l-aspett ovvjament imbaghad il-business community tal-kostruzzjoni almenu, jiggravitaw favur min jista’ jghinhom ‘il quddiem.

Xhud: U to be fair anke mhux fil-kostruzzjoni ghax ahna nemmnu illi – u fil-fatt anke fi studju li ghamlet il-KPMG dan l-ahhar, nafu li l- industrija tal-bini hija l-iktar industrija li tifrex gid fost l-industriji ‘l ohra. Thank you so much.

Imh. M. Malli: Tista’ tmur. Imh. A. Lofaro: Grazzi.


Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Sandro Chetcuti dettata minnu stess.


Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Margaret De Battista Traskrittrici