Xhieda ta’ Saviour Balzan – 7 ta’ Ottubru 2020
Fl-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it- Termini ta’ Referenza ta’ l-Inkjesta Pubblika dwar l-Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Seduta miżmuma llum l-Erbgha 7 ta’ Ottubru, 2020. Saviour Balzan, riprodott bil-Malti bil-gurament jghid :
Imh. M. Mallia : Sur Balzan, ser insaqsik xi haga partikulari. Is-sinjura
Caruana Galizia kienet irrapurtat hawnhekk, illi kellha logs tieghek
. . .
Imh. A. Lofaro : Fuq il-Blog.
Imh. M. Mallia : . . . fuq il-Blog, kellha logs fejn inti kont cempilt lic-Chief of Staff, jew cempel hu c-Chief of Staff Keith Schembri fis-siegha (1:00) ta’ filghodu dakinhar illi ppublikat l-istorja ta’ l-Egrant. L- ewwel nett veru dan? Dak iz-zmien qatt ma chadtu. X’tghidilna fuqu?
Saviour Balzan : Le kont chadtu. Kont chadtu u mbaghad hadtha lura.
Imh. A. Lofaro : Kont ghidt li ha taghmel libell, le? Imbaghad hi ppublikat il- logs bit-telephone numbers, kien hemm zewg (2) telefonati, mhux wahda (1).
Saviour Balzan : Ehe. Qabel xejn nixtieq nghid xi haga mportanti jekk ma jimpurtax.
Imh. A. Lofaro : Iva mela le.
Saviour Balzan : L-ewwelnett inhossni daqsxejn disturbat, biex ma nghidx offiz li qed nigi mitlub fuq dan il-punt partiklari, b’mod specjali fid- dawl ta’ kemm tghajt spjegazzjonijiet dakinhar. Ovvjament dak iz- zmien twenty seventeen (2017), qabel bejn wiehed u iehor twenty seventeen (2017) tant kien hemm orgija ta’ ahbarijiet li hadd ma jaghti kaz. Jiena s-sinjura Caruana Galizia hrigt u ghidt, issa ha jkolli nizvela, gejt hawnhekk minn jeddi darbtejn, tghajt l- informazzjoni u stajt spegajt dik il-haga u rajtha insinifikanti.
Imma l-punt kardinali huwa li jiena min-ninety four (’94) ‘l hawn kellna relazzjoni pessima bejnietna, pessima. Tant hu hekk li jiena kont ghamilt disa’ (9) snin ma nsemmihiex b’isimha, nsemmiha b’isem iehor, hi ssemmini b’ismijiet differenti u ma kontx naqra l- blog taghha ghax kienet tikkawza hafna problemi u l-unika drabi li kont nirrejagixxi kont dejjem nispicca ssemmi, kont per ezempju nkellem lil Mario De Marco, kont inkellem per ezempju persuna mhux idonju biex ikellimha l-avukat tieghi Dr. Philip Manduca li dawn m’humiex vera u wara tant zmien kont qtajt qalbi. U jiena meta din wara li ghamlet snin u jiena nammetti, jiena kont nikkritikaha, kont nikkritikaha bl-ahrax, izda qatt ma kont naqbad mar-ragel taghha jew inkella, sakemm ma jkunx hemm affarijiet fid-dominju pubbliku. Jigifieri jiena kelli attitudni li fuq affarijiet personali ma kontx insemmi. Tant hu hekk li meta kien hemm l- attakk fuq l-Imhallef Consuelo Scerri Herrera hi kienet dahhlet f’rasha li jien kont se nsemmi xi haga, xi problemi matrimonjali li kellha dak iz-zmien. Dik ma kien veru xejn. Kien hemm dinner party fejn kien hemm Lou Bondi u bella kumpanija ghal xi ikla u dawn kienu qalu li jien kont se nippublika xi haga, fejn jien assolutament ma kont se nippublika xejn ghax lanqas kien jinteressani. Kullhadd ghandu problemi matrimonjali u l-ahhar haga li se naghmel hija fuq din. U kien hemm sensiela ta’ attakki fuq ohti, fuq ommi, fuq missieri, fuq il-hbieb tieghi, fuq il-mara li mietet, fuq il-mara li zzewwigt, fuq it-tfal tieghi etc, etc.
U jiena kont ghazilt – meta kitbet hekk jiena ccekkjajt mal-kuntatti tieghi jekk hux possiblili xi hadd mill-Vodafone jew il-Go jiddikjaraw li verament gara hekk u jiena kont chadtha. And I called her bluff. Chadtha. X’hemm hazin li jcempillek xi hadd? Prim Ministru? Chief of Staff? Jiena ilni tnejn u tletin (32) sena fil- gurnalizmu u kellimt lill-Prim Ministri kollha, c-Chief of Staffs kollha, l-Ministri kollha f’kull hin bhal ma kienet titkellem hi meta tista’. Jigifieri jiena hassejtni kompletament, ovvjament l-agenda taghha kien li tpingini bhala kieku jiena, u tista’ tghidli li kellha ftit ragun, li jien kont qisni l-forcina tal-Labour. U kienet tghid li jiena ma kontx nikteb, ahna ma konniex niktbu fuq il-problema, fuq il-
kwistjoni ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi. Meta jiena chadt, hi ppublikat in-numru, il-loggings . . .
Imh. A. Lofaro : Iva.
Saviour Balzan : Il-loggings. Li dawna gew zgur mhux mill-Vodafone u l-Go ghax impossibli ghax il-loggings ghalihom huma – jiena kont hsibt li l-loggings huma tal-Vodafone, gew minn xi, jiena naf li tinstema konspiratorja, hawnhekk qisni ta’ Rudolph – imma dawn gew mis- security services. Issa jekk hux barranin, lokali, u dawn ippublikawhom. Ovvjament jiena kelli to eat a humble pie. Imma l-punt huwa li Keith Schembri cempilli meta jiena kont qed naqsam b’dghajsa barra minn Malta fi gzira Franza, fil-hamsa u nofs (5:30) u mhux bhalma qalet three (3) days before, twenty three (23) seconds jekk mhux sejjer zball u jien ghidtlu mhux qed nisimghek. Cempilli meta nasal id-dar fejn kont. Jiena kienet gabet li anke kelli dar Franza bhal li kieku ghamilt xi haga hazina ghax jien kont mizzewweg barranija qabel, imma nsomma. U jiena ghidtlu cempel tard, fit-tard. Meta cempel fit-tard ghaddieli lil Prim Ministru. Il-Prim Ministru ried ikellimni dakinhar ta’ l-Egrant, bhal ma qal, ghandi nifhem, ma kontx naf lil Michaela Spiteri. Imma Daphne Caruana Galizia ma kitbitx fuq Michaela Spiteri ghal ragunijiet li taf hi biss. Jien nafhom ghaliex.
Imh. A. Lofaro : Gie li kitbet fuqha ta’.
Saviour Balzan : Le, le, le, le, le imma f’dan l-istanza partikulari li kien hemm, Sinjura Imhallef jiena naf ghalfejn ma kitbitx fuq Michaela Spiteri u ma kitbitx fuq Michaela Spiteri minhabba ragunijiet li jmorru oltre mill-politika. Imma jien anqas se nidhol fihom, anqas jinteressani. Jigifieri jiena – imbaghad kienet qalet li mhux biss jien forcina, li jien nipprotegi lil Keith Schembri u lil Konrad Mizzi. U meta kont ipprotestajt, u nista’ nurik l-ittri li dakinhar kont ktibt lill- Kummissarju tad-Data Commissioner, jiena elenkajt tramite l- avukatessa tieghi Veronique Dalli, n- numru ta’ drabi li konna tlabna ghar-rizenja ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi. Imma ghal grazzja tal-hanin Alla hadd ma kien jaghti kashom dawn. Front pages, editorials, jigifieri hemm madwar erbghin (40) sa hamsin
(50) talba mill-Panama Papers li dawn jirrezenjaw. Not fit for
purpose. Mhux hekk biss, tant kien hemm kwistjoni ma kelliex x’taqsam mal-gurnalizmu imma kienet kwistjoni ta’ pika u jien nammetti li jien ukoll kelli xi forma ta’ pika maghha, fis-sens li ahna dejjem konna wara l-istejjer tajbin, li dakinhar stess li qalet – kien is-Sibt filghaxija dan, kont Franza, jien dejjem nircievi l- gazzetti, nkellem lill-edituri, hu xogholi. L-edituri tieghi huma hielsa minn kull interferenza. Dakinhar stess li qalet li jiena – I interfiered in editorial bias, dan kien il-front page tal-Malta Today, end game on Panama, talba, kritika harxa fil-konfront ta’ Joseph Muscat. Ovvjament mhux hekk biss, billi din kienet tircievi tramite dak iz-zmien minn tal-media stations, konna nibghatu l- gazzetti ahna tramite digitali, kellha din l-istorja fuq Pilatus Bank u n-Nexia fuq money laundering. Qabdet l-istorja taghna u ppublikata fis-siegha (1:00) ta’ filghodu qabel ma tohrog taghna. Jigifieri jiena li qed nipprova nghid hawn hekk huwa li dan l-aaaa kollu kien marbut iktar ma’ kompettivita u forsi nuqqas ta’ apprezzament lejn xulxin milli the crocs of the story. Issa jekk nigi biex nirrispondi mall-ewwel ghalfejn cempilli l-Prim Ministru, l- Prim Ministru cempilli biex jipprova jikkonvincini dwar l-Egrant.
Imh. A. Lofaro : Dwar l-Egrant?
Saviour Balzan : Fuq l-Egrant. Kienet harget ta’ l-Egrant u dan cempilli u jiena smajtu. Ghidtlu – saqsejtu mistoqsijiet. Jien ovjament jekk kienx f’nofs il-lejl jew ma nafx xiex, zgur li ma kelli l-ebda possibilta, dawn il-Prim Ministru, l-politici, l-Ministri jaghmlu hekk mal- gurnalisti kollha. Jigifieri jien nista’ nsemmi sensiela ta’ dawn, Simon Busittil, ma’ Daphne ghax anke Daphne kienet iccempilli, hafna drabi twerzaq, imma kienet iccempilli.
Imh. A. Lofaro : Fis-siegha (1:00) ta’ filghodu?
Saviour Balzan : Jiena nahseb li din it-tip ta’, issa jiena gurnalist, jiena gurnalist u sid. Din t-tip ta’ attakkk bejnietna kien hazin imma lanqas – jiena dak iz- zmien il-familja tieghi, ghax kullhadd ihares lejn naha wahda, wkoll ghaddiet minn incertita. Jiena ghandi familja mhalta u jiena pinnur tal- prima klassi. Jigifieri l-attakki sfrenati dakinhar kienu ta’ l-istess l- ghamla kulturali f’dan il-pajjiz, ma jfissirx li ghandna tribu wiehed, ghandna hafna tribujiet li
hafna drabi jinfxew f’attakki. Jigifieri jiena dakinhar lill-Prim Ministru, ghidtlu I found it very difficult to believe li inti tghid, but I will give you the benefit of the doubt u dik ktibtha jien. U meta gew prezentati l-fatti dwar l-Egrant, Daphne ma kienetx on solid ground. Mhux billi nghidu. Ma kienetx on solid ground. U din minn ghaxar (10) stejjer kien ikollha tliet (3) stejjer stupendi, stupendi. Imbaghad ikollok seba’ (7) stejjer li hafna drabi ma setghetx tippruvahom u billi kellha certu anima u certu kultura, n- nies kienu jemmnuha. Imma jiena bhala gurnalist ma tistax tghid li xi hadd qieghed burdell meta jiena ma ghandix il-provi li qieghed burdell, ghax jiena qlajt iktar libelli mis-sinjura Caruana Galizia. U f’temp ta’ ghoxrin (20) sena minn dawn il-Qrati gejt immultat kwart ta’ miljun u qatt, hadd ma pprotesta u garanishee orders kelli wkoll kontra l-kumpanija tieghi u kelli nkecci n-nies. Jigifieri jiena li qed nipprova nghid huwa li jiena hadt ir-responsabilta’ u nirrispondi ghal ghemili u l-izbalji tieghi, imma jiena d-differenza dak iz-zmien kienet li jiena l-Egrant illum jekk issaqsini fuq Egrant nghidlek illum nahseb kienet immirata biex tinfetah ghal dak l- iskop li nsinwat Daphne Caruana Galizia. Ma kelliex il-provi, llum nemmen li dik qabditha ezatt kif kienet se tinghalaq u kien se jkollna l-prova. Jien illum nghidha. Imma din nghidha minghar l- ebda forma ta’ prova. Meta nara imma l-mod kif b’mod insidjuz, b’mod organizzat hasbu biex to enrich themselves il-Vitals, affarijiet zghar ohra, il-Vitals, il-kwistjoni ta’ progetti kbar, ma nsemmihomx kollha ghax inhali barra, llum nemminha. Imma minn naha ‘l ohra dakinhar, bhalma jaghmlu l-politici, jcemplu lil gurnalisti u jghidulhom ara din, din, niftakar kien halifli fuq it-tfal. Qalli: jien nahliflek fuq it-tfal, qalli din hija kollha hrafa. U jiena ovvjament ikolli nammetti, Joseph Muscat m’huwiex bniedem li mhux elekwenti. Mhux bniedem li ma temmnux u m’ghandi ebda prova llum li nipponta subghajja u nghid definittivament hija tieghu. U din hija d-differenza u hija sfortuna li llum ahna bhala gurnalisti spiccajna second rate ghax dak li nitkellmu hafna drabi ma nittiehdux bis-serjeta’. Jigifieri jiena li rrid nispjega huwa illi filwaqt li jiena qed nispjega dan kollu, ikolli nghid, nesprimi l-
anima, dan kollu ma jfissirx li ma kienx veru. Tal-Pilatus Bank imn’Alla kien hemm. Ifhimni l-enfasi taghha fuq il-Pilatus Bank, imma ma kienetx wehidha li tippublika fuq Pilatus Bank. Ahna kollha hdimna fuq Pilatus Bank. U l-Malta Today giet ukoll, il- Malta Today, Ivan Sant per ezempju u din ghidtha qabel, affacjani u heddidni bil-libelli, jrid inehhi dawn l-artikli kollha. U bid- differenza mit-Times of Malta u mill-Indipendent u mil-Loving, jiena nehhejt artiklu wiehed mill-mitejn (200) artiklu li bghatli, artiklu wiehed biss, l-ohrajn kollha nehhewhom u sfidajtu. Ghidtlu: jekk trid tellani – aghmel li trid m’iniex se nnehhihom. Jigifieri li qed nipprova nghid hawnhekk huwa li konna kollha fl-istess borma imma mbaghad ghal ragunijiet ta’ kompetittivita, certu amonizita storika mbaghad gara dak li gara. Imbaghad it-tragedja l-kbira fejn wasalna biex qtilna persuna, minkejja li stajna ma qbilniex maghha jew minkejja li ma konniex naqblu ma certi affarijiet, imma ovvjament hija naccettabli s-socjeta ovvjament socjeta moderna jew civilizzata. Nahseb ghidt kollox, mhux hekk.
Imh. J. Said Pullicino : Bghatna ghalik propju peress li hawnhekk fix-xiedha issa, mhux barra, fix-xiedha gie esebit log u hemm indikat ismek, il-hin tat-telefonata, qed naghtuk l-opportunita biex tispjega daqsxejn jew hekk, tissostanzja, ghamilt sew.
Imh. A. Lofaro : U kemm damet it-telefonata.
Imh. M. Mallia : Halli nghidlek kif qieghed hawn, fuq haga ohra pero’, fuq haga ohra. Inti gurnalist sewwa, u ilek fil-gurnalizmu ghexieren ta’ snin.
Saviour Balzan : Nahseb li necessarjament mhux l-iktar wiehed bravu.
Imh. M. Mallia : Wahda mill-kwistjonijiet illi ghandna x’nidditerminaw hija l- gurnalizmu. Il-gurnalisti kif qed jigu trattati, xi protezzjoni ghandhom bzonn, hemm bzonn xi improvements fil-Ligijiet ghal protezzjoni tal-gurnalisti? Int illum minn dan l-aspett thoss illi ghandu jkun hemm improvement, anke jekk hemm bzonn permezz ta’ legizlazzjoni, ghall- gurnalist? Thossok mhedded biex taghmel ix-xoghol tieghek int?
Saviour Balzan : Jiena nhoss li ahna – l-ewwel nett ejja nitkellem issa fuq il- media indipendenti, l-media li mhix marbuta . . .
Imh. M. Mallia : Il-media indipendenti.
Saviour Balzan : Il-media indipendenti llum qed tiltaqa’ bejniethom biex f’certi oqsma u f’certi inizjattivi jippublikaw, ghadha ma saritx imma nahseb li ser issir fil-futur qarib, biex jippublikaw stejjer, l- istess tip ta’ stejjer fl- istess mument. Ghaliex? Ghax hemm biza’ li jekk ma jkunx hemm din il-kollegjalita, t-theddida, ejja nitkellmu car, in-nies li ghamlu l- bomba ghadhom barra. In-nies li ghamlu l- bomba ghadhom barra. In-nies li ghamlu l-bomba jinghad li gabu zewg (2) bombi wahda minnhom ghadha ma ntuzatx. Tliet (3) bombi, tnejn (2) intuzaw u wahda (1) minnhom ma ntuzatx. Wahda (1) minnhom intuzat fil-kaz ta’ Bone, ta’ certu Bone u l- ohra f’Daphne u l-ohra ghadha ma ntuzatx. Issa jekk ahna niktbu fuq dawn in-nies, min se jipprotegina? Jigifieri din – il- problema qieghda u jiena lanqas qed nipprova nghid li l-Kummissarju tal- Pulizija mhux qed jaghmel xogholu, izda ma jistax ikun li jigri xi haga mbaghad naraw. Jigifieri ghandna problema u l- problema qieghda li ghandna sitwazzjoni fejn ghandna nies maghrufin li ssemmew f’dwn l-ahhar tliet (3) snin li dawn qeghdin jghixu ma xulxin, qeghdin jigru ma kullimkien. Jigifieri r-realta’ hija li jiena nifhem imbaghad il-gurnalist li hafna drabi jghid dan x’nikteb fuqu, ghalfejn ghandi nikteb fuq din il-persuna.
Imh. M. Mallia : Ghal dak jirrigwardja nformazzjoni li inti tkun trid iggib minn naha tal-gvern jew xi awtorita tal-gvern, inti ssib xi ostakoli?
Saviour Balzan : Ha nghidu hekk, ostakoli minn kwalunke gvern was the run of the mail, jigifieri hija vera. Jiena iktar milli nibza’ – jiena llum nixtieq nemmen u nahseb li ma nkunx qed nesagera li llum, qed nitkellem issa ghall-amministrazzjoni prezenti, ma hemmx nies li jaslu biex jaghmlu dawn it-tip ta’ affarijiet. Qed issaqsini jekk il- gvern ghandux bizzejjed trasparenza fuq certi affarijiet. Certament li le. Hemm certi affarijiet li ahna rridu nsibu mod kif ikun hemm jew PQ, imbaghad mill-PQ tipprova tiddeduci x’jigri, imbaghad forsi taghmel freedom of information request, imbaghad hafna drabi l-freedom of information request tigi rifjutata. Jigifieri hemm l-element hemm hafna affarijiet li hafna hurdles biex inti tasal fejn trid tasal. U nahseb il-gvern,
intrinsigament kull gvern intrinsigament irid izomm l-affarijiet kemm jista’ jkun ghalih. Certament jistghu jinbidlu l-affarijiet, certament jistghu jinbidlu l- affarijiet. Ha nsemmi xi haga. F’certi pajjizi Ewopej li jien niftah investigazzjoni kriminali fuq Saviour Balzan dik hija public domain. Fil-fatt f’pajjizna l-pulizija m’humiex obbligati, anzi ma jistghux jghidu li nfethet inkjesta kriminali kontra Saviour Balzan. Jigifieri ghandhom bzonn jinbidlu certi affarijiet. Tghidli imma kull min ikollu nvestigazzjoni kriminali ghandu jigi . . .
Imh. A. Lofaro : Imxandar.
Saviour Balzan : . . . ghandu jigi – kullhadd ikun jaf? Ir-realta hija li jekk irridu verament trasparenza ghandna bzonn inbidlu l-affarijiet. Issa qed jinbdlu ftit l-affarijiet? Jien nahseb li nbidlu. Qed jinbidlu. Imma jien nahseb li gralna bhala media, bhala media, hija li ahna minkejja kollox hadna daqqa ta’ harta, hadna daqqa ta’ harta rejali li n-nies llum minhabba l-fatt ha nitkellmu fuq il-korruzzjoni, imma mbaghad in-nies ma jivvutawx skont l-isem tal-korruzzjoni. Il- kredibilita taghna mhix qieghda hemm u ahna biex ikollna aktar kredibilita ghandna bzonn iktar ghodda f’idejna. Ghandna bzonn iktar accessibilita ghal l-informazzjoni, ghandna bzonn ikollna iktar kolleggjeta bejnietna. Jigifieri jekk ma gara xejn wara l-qtil ta’ Daphne huwa li ghal inqas gejna flimkien, li ghal inqas ftahna ghajnejna u Alla hares din tmut ghalxejn. Alla hares din tmut biex
– u nahseb li ghandna bonn ukoll nitghalmu mill-izbalji taghna. Jigifieri jien nahseb li ghandna bzonn li nkunu iktar precizi, ghandna bzonn ikollna iktar ricerka, ghandna bzonn ikollna . . .
Imh. M. Mallia : Imma ghandkom il-fakulta biex taghmluha din?
Saviour Balzan : Il-problema hija illi llum, illum biex insemmi punt il-media taghna hija l- uniku azjenda li per ezempju m’ghandiex ghajnuna fi zmien tal-Covid. Ghandha kull impjegat jircievi mija u sittin Ewro (€160). Jigifieri bhala organizazzjonijiet indipendenti hemm krizi, krizi ezistenzjali. Jigifieri jekk mhux qed nindunaw, jigifieri ahna dejjem konna nghidu Daphne kif tkompli ghaddejja? Ovvjament kien hemm dik il-passjoni, kwazi passjoni tibqa’ ghaddejja fuq il- blog biex ikollok in-nies iduru fuq il-blog, jirraportaw, biex ikollok l-
ahjar nies trid thallas u l-flus minn fejn jigu? Imbaghad hemm l- interessi. Ahna bhalissa u nahseb il-midja ndipendenti kollha hija dipendenti per ezempju fuq il- Gvern biex jitfa’ r-reklami. Jigifieri din hija wkoll problema. Jigifieri hemm hafna, din diskussjoni twila li jien ippruvajt inqajjem imma qisek qed titkellem mal-hajt. Jigifieri llum ir-realta’ hija li kieku ma jkunx hemm il-perseveranza ta’ min imexxi l-media u jghidu ejja ha nkomplu u dan nispiccaw, ahna nispiccaw b’kull rispett, bl-istazzjon tal-knisja, li ghandha l- agenda taghha, l-istazzjonijiet politici u l- istazzjon ta’ l-istat u s- social media. Jigifieri nafu fis-social media kullhadd jivvinta. Jigifieri din krizi ezistenzjali. Jiena, din hija ovvjament diskussjoni twila li niddubita, ma jidhirx li hemm il-hegga politika biex nindirizzaw din il-problema.
Imh. M. Mallia : Slap hemm il-hegga politika ghal dik?
Saviour Balzan : Ifhimni jiena esperjenzajt is-slap f’tul dawn l-ahhar ghoxrin
(20) sena u ovvjament tibda tghid – ifhimni kemm hu effettiv il- messagg tieghek ghax ovvjament l-uniku slap li mbaghad smajna meta konna smajna li l- Pilatus kienu marru go l-istat ta’ Arizzona jew ma nafx fejn u fetah ma nafx kemm il-kawza kontra, mbaghad it-Times u kontra l- Indipendent jew kontra Daphne sorry, kontra Daphne. U din kienet saret il-ligi Amerikana ma tistax tirraporta sakemm tigi depozitata nsomma. U mbaghad sibniha u rraportajniha. Il-punt kardinali huwa li l-istituzzjonijiet, hafna minn dawn l-istituzzjonijiet bankarji, finanzjarji kbar dawn anke go l-Ewropa huma protetti. Jigifieri kieku inti tillikja dokument bankarju go pajjiz iehor gurnalist jispicca l-habs. Il-Lux Leaks, l- editur tal-gazzetta, spicca l-habs. Jigifieri ahna m’ahniex sitwazzjoni unika f’din il-haga. Hemm bzonn nahseb li jkun hemm iktar. Il-problema taghna hija li hafna drabi qed jigu dawn it-tip ta’ stejjer ahna we withdraw, ghaliex? Ghax per ezempju jiena, mill- esperjenza tieghi l-kawzi kollha li kelli minn barra kienu kollha marbutin mal-Golden Passport. Per ezempju wrejna li Nigerjan li gie Malta li kien inghata passaport u xi hadd mis-Saudi Arabia. Dan kellu per ezempju a criminal record, due dilligence ma ghaddix minn dan, meta kull darba li dawn ippublikajnihom nircievu ittra
ovvjament minn avukati Amerikani jew avukati Inglizi u ahna l- ghazla taghna x’inhi mmorru niggilduhom go Qorti Londra? U nnehhu kollox. Jigifieri jiena nahseb li . . .
Imh. M. Mallia : Ghal dak li jirrigwardja, m’inhiex qed nghid illi l-gurnalist m’ghandux jigi mfittes ghal libell, mhux qed nghid dan, imma l-fatt illi tghamillu kawza barra minn Malta meta hu qieghed hawn, l- allegazzjoni saret Malta, l-effett taghha huwa Malta, ghax dan min se jaqra gazzetta l-Ingliterra? Il-Malta Today min se jaqraha go l- Ingliterra jew go l- Amerika? L-effett huwa hawn u tghamilli kawza l-Amerika meta l-effett hu hawnhekk hu tajjeb . . .
Saviour Balzan : Jien certament fuq dan il-punt ta’ gurisprudenza ma nafx x’inhi s- soluzzjoni. Ha nkun sincier.
Imh. M. Mallia : . . . illi l-gurnalist jigi nfaccat bil-qbid, bil-garnishee orders, bis-sekwestru?
Saviour Balzan : Jekk ma jimpurtax nghid xi haga zghira li hi mportanti li nsemmiha hawn la darba qed issemmi dan il-punt. Fil-press laws li gew – il-press law li gew riveduti ftit wara l-kaz tal-garnishee order ta’ Chris Cardona kontra Daphne, dak kien hemm qafas ta’ ligi li kienet giet prezentata mill-avukati dak iz-zmien ta’ The Times u l-Malta Today. Hadmu flimkien, indipendentiment mill-edituri, imma ahna tghajnihom, ippruvajna nixprunawhom ‘il quddiem biex dawn johorg b’qafas legali u kien hemm hafna suggerimenti. Wahda mis-suggerimenti li hemm fil- Ligi l imhux qed tigi applikata llum, ha ndur issa fuq is-sitwazzjoni Maltija, li meta jsir libell kontra editur, kontra gurnalist, irid ikun hemm attentat ta’ medjazzjoni. Jigifieri jekk jiena ktibt xi haga hazina fuqek u din tista’ tigi mill-ewwel irrangata mela jkun hemm multa nominali, ghax ovvjament hemm l-aspett ta’ zball, imma l-libell jaqa’. Din mhux qed tigi applikata llum fil-Qorti. Jigifieri din jiena kont ktibt lill-Prim Imhallef ta’ qabel, kont ktibt l-IGM, ma kien gara xejn. Jigifieri li wahda mill-affarijiet li ghandhom isiru ssir medjazzjoni. Jigifieri jekk hemm zball genwin mela ghandu jkun hemm ratifika mill-gurnalist, mill-media biex l-affarijiet jitrangaw. Jekk ikun hemm imbaghad zball intenzjonat u xi hadd irid ikompli bil-libell jien niftakar f’wahda mid-diskussjonijiet ta’ qabel ma harget il-Ligi
bl-ghaggla bhala rejazzjoni tal-garnishee order kienet li anke l- libell ghandu jitlaq. Jekk xi hadd ikisser il-persuna ghal xejn b’xejn ghandu jirrispondi ghaliha. Jigifieri dawn l-affarijiet kollha gew diskussi, l-problema hija dejjem l-implementazzjoni bhal f’hafna affarijiet ohra. U l-ahhar li nixtieq nghidlek hija fuq il- kwistjoni – semmejtli fuq is-sigurta’ tal-gurnalisti. Illum il-problema hija li minhabba l-biza’ li niktbu fuq certi nies, wara dak li gara, hafna gurnalisti qed jevitaw, qed jevitaw li jiktbu fuq certi suggetti. Jigifieri ahna nafu hafna stejjer dwar nies fil-crime. Ma niktbux fuqhom ghax hemm biza’ rejali u hemm biza’ rejali ghax hafna drabi nafu li dawn ghadhom jigru mas-saqajn.
Imh. M. Mallia : Ok grazzi.