Xhieda ta’ Victor Borg – 15 ta’ Lulju 2020

Xhieda ta’ Victor Borg – 15 ta’ Lulju 2020

Differita 28 ta’ Gunju 2006


L-Atti tal-Inkjesta datata 19 ta' Novembru 2019, rigward skont it-Termini ta’ Referenza ta’ l- Inkjesta Pubblika dwar l- Assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.


Seduta miżmuma llum l-Erbgha 15 ta’ Lulju 2020, fid-9:30 a.m. fit-Tieni Sular, Awla 20, il-Qorti.


Xhud Victor Borg iben il-mejtin Nazzareno u Frances nee` Galea, imwieled ir-Rabat Ghawdex u residenti x-Xaghra Ghawdex, fuq talba tieghu stess, bil- Malti u bil-gurament jghid :


Chairman Imhallef M Mallia :

Mela Sur Borg, ghidilna ftit informazzjoni personali dwarek, x’ taghmel inti, kemm ilek f’ dan ix-xoghol. Ghidilna xi haga dwarek ghax ahna ma nafux.


Ix-Xhud :

Mela, jien bdejt naghmel xoghol ta’ gurnalista ta’ tmintax (18)-il sena, illum ghandi tmienja u erbghin (48) sena, jigifieri tletin (30) sena ilu. Ghamilt zmien nahdem Malta, biss imbaghad kont ghamilt xi.. kemm?..xi sbatax (17)-il sena nahdem barra minn Malta. U hdimt f’ diversi pajjizi, hdimt l-Ingilterra, l- Awstralja, Thailand, u c-Cina, fejn ghext mhux fejn hdimt. F’ dawk il-pajjizi kont nghix jien. Dejjem kont self employed, dejjem kont freelance. Bhala xoghol xoghli nista’ nghid ippubblikat madwar id-dinja. Hdimt ma’ gazzetti, magazines f’ diversi partijiet tad-dinja. Minghalija l-Awstralja biss qatt ma gie ppubblikat xejn tieghi.


U hames snin ilu gejt lura Malta; bazikament u fl-2017 imbaghad ergajt bdejt naghmel il-gurnalizmu Malta. U bazikament wahda mir-ragunijiet ghalfejn dhalt iktar fil-gurnalizmu investigattiv huwa meta sar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Hemm jien hassejt li ghandi x’ nofri u allura huwa essenzjali li l-gurnalizmu investigattiv, u intfajt b’ ruhi fuqu, u ghalhekk qeghdin hawn illum.

Issa llum dak l-introduction fuqi, ma nahsibx li hemm bzonnha izjed. Bazikament jien kif tafu ghamilt is-sottomissjonijiet bil-miktub. Issa s- sottomissjonijiet orali xtaqt mhux biss nespandi, nitkellem fuq aspetti ohra li jghaqdu maghhom, u xtaqt, imma b’ mod konkret xtaqt nitkellem. Jigifieri ha nsemmi l-kazijiet specifici. Halli nifhmu x’ qed jigri u nifhmu x’ qed jigri fil- prezent; ghax dan il-Bord sema’ hafna x’ gara qabel il-qtil ta’ Daphne Caruana

Galizia. L-investigazzjonijiet li ma sarux qabel. Illum jien ser nitkellem fuq l- investigazzjonijiet li ma humiex isiru fil-prezent.

Bazikament xtaqt nitkellem fuq tliet punti, precizament tliet temijiet; tliet temijiet li ha jinghaqdu ma’ xulxin. L-ewwel wahda hu li – x’ jigri meta tkun gurnalist investigattiv Malta? Li jigrilek hu, l-ewwel haga tigi jibdew jaqtghulek l-access naqra naqra; jibdew jizolawk, u bazikament jaqtghulek l- access, jizolawk u t-tielet punt .. x’ kien? Insejt x’ inhu t-tielet punt, imma issa nigi .., eh!, u investigazzjonijiet ma jsirux fuq ix-xoghol li tkun qed taghmel. Allura tispicca tigi izolat u tispicca qed tiggieled wahdek kwazi. Mhux wahdek, ghax hemm il-qarrejja etc etc. Jigifieri ovvjament certu affarijiet qed nghidhom b’ mod drammatiku u forsi mhux daqshekk drammatiku; imma issa nigu ghaliha din. Jigifieri jien fuq dawn il-punti li xtaqt nitkellem.


Issa xtaqt nibda minn …, jien kont ghamilt investigazzjoni fuq proprjeta`; fuq proprjeta`, fejn sibt li kien hemm prima facie, hemm dikjarazzjonijiet foloz ta’ l-ownership ta’ l-art ta’ dik il-proprjeta`. U li seta’ il-…. circumstantial evidence huwa li saret ghal certu raguni.


Imhallef A Lofaro :

Meta kien dan?


Ix-Xhud :

Dan kien f’ Jannar li ghadda.


Imhallef A Lofaro :

Meta?


Ix-Xhud :

F’ Jannar li ghadda.


Imhallef A Lofaro :

Ok.


Ix-Xhud :

Issa mbaghad li gara.. u hargu l-permessi tal-proprjeta` u baqghu johorgu l- permessi. U jien bhala xoghol ta’ gurnalist waqt l-affarijiet li kont qed naghmel u nikteb l-Planning Authority u nghidilhom – isma’, mela hemm dan dan dan, x’ ha jigri? Ha tinvestigaw? X’ ha taghmlu? U r-risposta dejjem tigi lura.., u ha nghidilkom x’ inhi r-risposta jigifieri. Per ezempju wahda mir- risposta…u dan imbaghad kont ippubblikajt artikolu fejn tajt dettalji, dhalt fid- dettal fuq il-kaz fatti ovvjament u artikolu..kien ovvju li artikolu investigattiv bit-dettalji ..

Imhallef A Lofaro :

Liema gurnal?


Ix-Xhud :

Dan kien fit-Times. L-artikolu kien gie ppubblikat fit-13 ta’ Jannar. Dak inhar stess ktibt lil PRO – il-media spokes person tal-Planning Authority u staqsejtu l-fatt li kien hemm dan il-fatt li jidher li hemm dikjarazzjonijiet foloz ta’ ownership, x’ ha jaghmlu dwaru. Minhabba li anke kien hawn sentenza tal- Qorti. Kien hemm sentenza tal-Qorti minghalija fit-28 ta’ Novembru qieghda fuq.. jew fit-28 ta’ Novembru jew fit-28 ta’ Ottubru. Kienet sentenza ta’ l- Imhallef Mark Chetcuti fejn kien qal dak iz-zmien fuq dan li hija ovvja li l- Planning Authority trid ticcertifika li min qed jghid li dik l-art hija tieghu u veru hija tieghu; u jekk ma hemmx din ic-certifikazzjoni l-permess ma ghandux jinghata.


Allura ktibtlu u ghedtlu – isma’ mela ppubblikjat dan l-artikolu, qed nitkellmu fuq dawn il-kazi etc etc., u kiteb hekk : to date the Authority has receive no representations which in anyway affirm the assertions could forting your questions. Jigifieri jien staqsejtu – har tinvestigaw? Ha taghmlu xi haga? Dak inhar stess tawhom permess regghu. Ergajt ktibtlu; ergajt ktibtlu ghax kien hemm xi ittri minn Repubblika biex ma jippubblikawx il-permess etc etc., allura ergajt ktibtlu b’ iktar mistoqsijiet x’ ser jaghmlu u hux ser jippubblikawh il-permess, ghax permess johrog u mbaghad wara xahar jippubblikawh. U qabel jippubblikawh ma jidholx fis-sehh.


Rega’ kiteb hekk : all assertions express in your questions relate to matters which may or still can be brought forward and substantiated with information allegedly in the possession of whoever asserting. Jigifieri kwazi qed jghid – isma’, you are asserting something ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Sur Borg, kemm infakkrek ftit illi ma huwiex il-kompitu tal-Bord illi jinvestiga xi atti tal-Planning Authority.


Ix-Xhud :

Lanqas xejn, lanqas xejn, ok ha ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Qed tifhem?


Imhallef A Lofaro :

Ma nidhlux fid-dettal tal-kaz ..

Chairman Imhallef M Mallia :

Illimita ruhek ghas-suggett illi jikkoncerna l-Bord.


Imhallef A Lofaro :

Tidholx fid-dettalji please.


Ix-Xhud :

Ehe. Le le imma ghax jien nixtieq.. ghax din wahda mill-problemi. Mela jigifieri flok jinvestigaw – jiccekkjaw, qed jghidu li mela ghax xi hadd ippubblika artikolu – artikolu investigattiv kwazi qed jghidu isma’, dawn assertions tieghek. Ahna x’ ha naghmlu? Jigifieri dik l-attitudni.


Fl-istess zmien kien hemm il-kap tal-partit demokratiku u kien kiteb lill- Kummissarju dak iz-zmien fuq dan il-kaz u qallu li jidher li hemm hekk etc etc., u staqsih biex jinvestiga. U l-Kummissarju ghaddiha l-email tieghu lill- Assistant Commissioner Abdilla qallu – investigate and report please. Issa dan l-ahhar xi hmistax ilu x’ hin staqsejt lill-Pulizija x’ gara fuq dak il-kaz qaluli ma sibna xejn wrongdoing.

Jien mhux qed nidhol fil-mertu jekk hemmx wrongdoing issa at this stage min- naha tal-Pulizija jew le. Dak huwa.. qed nidhol fil-mertu, skuzawni, ghax inkella.


Imhallef A Lofaro :

Le ma nistghux nidhlu fiha din; ma nistghux.


Ix-Xhud :

Ehe ehe, imma l-punt li qed naghmel hu li meta tippubblika investigazzjonijiet wahda mill-problemi hi ma jigux investigati; jew jigu investigati b’ mod superficjali u qisu ma jinstab xejn. Jigifieri dik wahda mill-..; allura li jigri bhal ma smajtu fil-passat, meta ma jibdewx investigati allura jispicca l- gurnalizmu biss qieghed fin-nofs, li qieghda juri l-affarijiet – wrongdoing jew affarijiet hziena li qed jigru. Allura kull ma trid taghmel mela anke tara kif ser twaqqaf lil dak il-gurnalist. Ghax jekk twaqqaf li dan il-gurnaliast imbaghad hadd ma jaghmel xejn. Dik wiehed mill-punti li xtaqt naghmel.


Imbaghad tibda, jibdew jaqtghulek l-access naqra naqra; din xi hadd li tkellimt fuqha b’ mod naqra akkademiku astratt fis-sottomissjonijiet li ghamilt bil- miktub, u ha nsemmi kaz partikolari. Jien f’ investigazzjoni ohra, kont ghamil investigazzjoni fuq Ghawdex; xi xjuh li kienu haduhom f’ Hotel minhabba l- Covid, u mhux ser nidhol x’ kienet fl-investigazzjoni, imma investigazzjoni fuq dan l-aspett. Konna ippubblikajna artikolu, gejna, kien hemm il- mistoqsijiet u r-risposti tal-gvern; gejna ghal artikolu iehor, u x’ hin gejna ghat-tieni artikolu ktibt lill-Ministru ta’ Ghawdex xi mistoqsijiet ghal

reazzjoni immedjata, nara jekk iridx jaghmel kumment. Wara hdax (11)-il minuta cempilli xi hadd minn l-ufficcju tal-Prim Ministru li jismu Nigel Vella li huwa deputy head minghalija tal-Head tal-Communications, beda jghidli – trid ittini izjed hin; ippubblika l-artikolu ghada, etc etc.


Biex naghmel nara parantesi taghha din, ahna tajnihom xi saghtejn u nofs; kienet decizjoni tieghi u ta’ l-edituri, anzi l-edituri qaluli mexxi. Ghax diga` kien hemm risposti. Ahna ridna reaction fuq xi haga gdida immedjata. Imbaghad f’ hin minnhom qalli – qalli jekk ser timxi b’ dawn il-proceduri ahna mil-lum ‘il quddiem ser ninjorawk. Li fhimtha li jinjoraw il-mistoqsijiet tieghi.


Din hija metodu iehor kif jibdew jghalqulek l-access naqra naqra. Allura jekk tkun gurnalist li timxi ma’ dak li jixtiequ huma jew kif jaghmlu huma jifthulek l-access u jibdew jaghtuk l-affarijiet. Imma mbaghad tigi gurnalaist kalm habib taghhom. ‘Habib taghhom’ mhux habib, hbiberija; il-kliem qed igib hekk.


Eventwalment gie ppubblikat dak l-artikolu, gie ppubblikat, imbaghad gejna biex nippubblikaw artikolu iehor, l-edituri, kien hemm edituri li bdew isaqsuni nistghux ingibu ritratti minn gewwa tal-hotel u tal-postijiet li qed nitkellmu fuqhom. Kien hemm leak minn xi hadd ta’ ritratti minn gewwa ta’ post, ta’ post alternattiv kien, mhux il-post li konna qed nitkellmu fuqu, u mbaghad min-naha tat-Times ittiehdet decizjoni li dawn ir-ritratti ma jigux ippubblikati fuq data protection. Jien provajt niccelingjahom u min ha d-decizjoni li kien assistant editor qalli jiena ikkonsultajt. U fhimt li ikkonsulta lil ta’ fuqu, u din hi d-decizjoni. U din hija decizjoni stramba hafna. Decizjoni stramba ghax kieku nimxu hekk il-gazzetta hafna affarijiet ma jippubblikawx. Jekk inharsu f’ kaz ricenti per ezempju, ippubblikaw xi messaggi tal-WhatsApp tal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni dawk ukoll koperti bid-data protection. Jigifieri jien qatt ma sibtha din li…; jien rajtha … ..


Imhallef A Lofaro :

Hu pacenzja, nistghu nikkoncentraw fuq l-inkjesta li ghandna quddiemna?


Ix-Xhud :

Ha nikkoncentraw, u infatti ghalhekk gejt ..


Imhallef A Lofaro :

Ghax qeghdin immorru f’ suggetti li ma ..


Ix-Xhud :

Le le, lanqas xejn lanqas xejn; huwa importanti..

Imhallef A Lofaro :

M’ humiex mertu ta’ l-inkjesta.


Ix-Xhud :

Huwa importanti. U nahseb li huwa mertu ta’ l-inkjesta, u nahseb li huwa mertu ta’ l-inkjesta ghax dan process ta’ kif jghalqulek l-access, jizolawk, tispicca tahdem wahdek, ma jinvestigawx, allura tigi inti biss expose imbaghad. Imbaghad ir-riskju jaqa’ kollu fuqek.

L-ghada ta’ li gara dan ircivejt email minn Sunday Times qaluli – your literally service against payment are no longer enquired. Issa minhabba, qalu, is- sitwazjoni finanzjarja li ghandhom. Issa jien gibt wahda mill-punti li semmejt fuq is-sotomissjonijiet fil-miktub huwa ta’ kemm nithallsu ftit; li huwa minnu nnifsu riskju.

Xtaqt nurikom tabella jekk ma jimpurtax. Ta’ kemm l-ahhar erba’ xhur kemm qlajt flus jien; halli tkunu tafu b’ mod konkret kif fuq xiex qed nitkellmu.


Chairman Imhallef M Mallia :

Qed nerga’ nghidlek; ok, ma tithallsux, minthomx wehidkom taf voldieri! Across the board illi l-gurnalist ma jhallasx. Tifhem illi ma huwiex il-kompitu taghna li nghidu kemm ghandu jithallas ..


Imhallef A Lofaro :

Ma nistghux nidhlu f’ dawn l-affarijiet.


Ix-Xhud :

Le ghax dawn huma.. jien qed nghid x’ inhu t-theddid u x’ inhi l-problema ta’ l-investigatur..


Imhallef A Lofaro :

Imma inti gejt mhedded?


Ix-Xhud :

Kif?


Imhallef A Lofaro :

Gejt mhedded?


Ix-Xhud :

Imma dan huwa l-ambjent ta’ theddid. L-ambjent li johloq, li tigi izolat, wahda; tigi izolat, jinqataghlek l-access, tithallas ftit..

Imhallef A Lofaro :

Mhux ghax m’ ahniex nifhmuk. Qeghdin nifhmuk, imma ma nistghux inwessghu issa ta’ kemm qed tithallsu u kemm ma tithallsux, ma nistghux nidhlu fiha.


Ix-Xhud :

Jekk ma nitkellmuhiex b’ naqra mod konkret nispiccaw li qed nitkellmu b’mod akkademiku. Jekk nitkellmu b’ mod konkret nifhmu b’ mod tangibbli x’ inhuma l-issues. Biex naghti ezempju, per ezempju Jannar li ghadda erba’ artikolu tliet mija u hamsin Euro; Frar li ghadda seba’ artikoli erba’ mija u sittin Euro; Marzu li ghadda seba’ artikolu tliet mija u tmenin Euro.


Imhallef J Said Pullicino :

Ha nghidlek, inti bis-sottomissjoni bil-miktub tajt il-qafas ta’ l-argumenti tieghek


Ix-Xhud :

Ehe.


Imhallef J Said Pullicino :

U dawka ghandhom certa relevanza fil-kuntest ta’ kif jahdem u ma jahdimx gurnalista Malta


Ix-Xhud :

Ehe.


Imhallef J Said Pullicino :

Dika naqblu. L-ewwel punt tieghek ukoll jaghmel rifless pozittiv fuq l-inkjesta jekk l-informazzjoni li tghaddi minn l-amministrazzjoni l-gurnalisti tista’ tkun kawza ta’ tensjoni, ta’ nuqqas ta’ interess, kollox importanti dak. Imma l-izjed li jinteressana ahna apparti dak li hemm miktub u li ahna narawh jekk ghandekx xi fatti partikolari ghal din l-inkjesta, jew ghax gejt mhedded int, jew ghax xi hadd iehor gurnalista kien involut f’ xi incident. Dawn li jinteressawna; altrimenti l-affarijiet l-ohrajn huma affarijiet ta’ public knowledge li l-gurnalisti mhux trattati tajjeb u li ghandhom .. dan kollu veru, tajjeb?


Ix-Xhud :

Ehe.


Imhallef J Said Pullicino :

Imma ahna mhux qeghdin ghal pereferija, il-qalba tal-kwistjoni rridu, u l-qalba tal-kwistjoni hija s-serjeta` ta’ kemm tkun dik il-vessazzjoni fuq il-gurnalista

taffettwa l-operat taghhom. I mean you have to be focus ghax ikella ghalxejn qieghed ..


Ix-Xhud :

Ehe ok. Jekk tixtiequ ssaqsu xi mistoqsijiet intom..; il-punt li xtaqt naghmel jigifieri b’ mod konkret li jien nista’ naghmlu anke b’ mod astratt hu li dan huwa parti ta’ theddid. Meta inti tigi izolat, meta jigi maqtugh anke mill-media stess hix media stabilita jew ..


Imhallef J Said Pullicino :

Daka hadna nota tieghu u x’ hemmhekk naqblu.


Ix-Xhud :

Jigifieri tigi izolat, tispicca wahdek. U tispicca wahdek, u tispicca wahdek x’ iridu jaghmlu? Kemm jghalqu halq – lilek biss. Ghax wiehed biss qed jiggieled imbaghad. Wiehed jew xi tnejn – tlieta. Allura kemm naraw kif nghalqulhom halqhom lil dawn u hlisniha l-problema. Din nahseb li huwa issue krucjali li l-inkjesta tista’ tindirizza. Jekk l-inkjesta.., skuzawni, jien qed nitkellem…ovvjament jien qed niprova naghmel argument, jekk l-inkjesta qed tikkonsidra mela x’ jista’ jaghmel l-istat biex jipprotegi l-gurnalisti ma huwiex.., ahna mhux qed nitkellmu x’ jista’ jaghmel biex jipprotegihom minn reati kriminali biss! Ghax b’ reati kriminali ma tantx hemm izjed x’ jista’ jaghmel l-istat milli diga` qed jaghmel!


Xtaqt nitkellem naqra issa fil-maghluq fuqha…; imma b’ mod wiesgha x’ jista’ jaghmel izjed l-istat? Isahhah il-gurnalizmu. Isahhah il-gurnalizmu, jara li dan process ikun hawn awareness ukoll ta’ process ta’ isolation x’ qed jigrilu l-gurnalist. Ghax hekk ser jipprotegi l-gurnalist. Mhux ha ..; x’ ha jaghmel b’ mod reat kriminali b’ aspett …minn aspett ta’ biex iwaqqaf reat kriminali? B’ intelligenza ahjar? Dik issa ser nitkellmu fuqha. Imma b’ mod iktar wiesgha dan li qed nipprova.. il-punti li qed nipprova naghmel. Jien nahseb li huwa essenzjali.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ehe, dan rajnih ukoll f’ li bghattilna bin-noti li bghattilna fil-miktub.


Ix-Xhud :

Ehe.


Chairman Imhallef M Mallia :

Issa barra dan ghandek xi haga ohra x’ tghidilna inti?

Ix-Xhud :

Ehe.


Imhallef J Said Pullicino :

Bhala fatti.


Chairman Imhallef M Mallia :

Bhala fatti u dak li taf inti.


Imhallef J Said Pullicino :

Ghax ix-xhud qieghed hawn ghal fatt mhux ghal opinjoni


Ix-Xhud :

Le imma dan mhux opinjoni. Li ma jinvestigawx mhixopinjoni; il-fatti, qieghda bil-miktub. Li tigi izolat, li xi hadd jghidlek ‘ninjorawk’ dawn huma fatti..


Chairman Imhallef M Mallia :

U dak huwa proprju li gara lis-sinjura Daphne Caruana Galizia


Ix-Xhud :

Ezatt ehe; u dan ghadu jigri llum, ghadu jigri llum


Chairman Imhallef M Mallia :

U din kienet ilha tigi izolata; ilha tigi izolata, u ilha kienet tigi mhedda.


Imhallef A Lofaro :

U mwarrba


Chairman Imhallef M Mallia :

U mwarrba


Ix-Xhud :

Ehe …; dan qed jigri lili per ezempju. Dan qed jigri lili. Illum qed jigri lili. B’ mod progressiv, sadly qed jigri lili. Jaqtghuni minn hekk, jaghtuni minn hemm jaghtuni min hemm, u spiccajna.. taf kif spiccajna? Spiccajna jien u Caroline Muscat ghax lilha wikoll ghamluha hekk, niktbu ghax-Shift. Dawn it-tnejn jiggieldu ghal gurnal investigattiv; u hadd iehor kulhadd qisu jinnjorak; inkluz il-media l-orha qed nitkellmu ta! Jigifieri din media stabbilita. U mhux jinjorawk biss! Imbaghad il-media partegjana jibdew jattakkaw. Jibdew jattakkaw li inti partigjan, ghax hekk jaqblilhom; allura iktar ikabbru r-riskju li tkun qed taffaccja.

Mela jekk tixtiequ issa jien xtaqt nitkellem naqra fil-maghluq, u apparti minn hekk hekk jekk tixtiequ tistaqsu xi… ovvjament nixtieq insaqi jien ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghaliex thoss li trid taghmel bil-maghluq?


Imhallef A Lofaro :

Ghaliex bil-maghluq?


Ix-Xhud :

Ghax ha nitkellem fuq xi kwistjonijiet tas-sigurta` u li ma nistax nitkellem fuqhom fil-miftuh.


Chairman Imhallef M Mallia :

Sigurta` …!


Ix-Xhud :

Sigurta` minn aspett ta’ sigurta` diretta.


Chairman Imhallef M Mallia :

Skuzi? Ma smajtekx.


Ix-Xhud :

Ma hijiex…, sigurta`; kwistjonijiet ta’ sigurta`. Ta’ sigurta` fuqi


Imhallef J Said Pullicino :

Imma inti jigifieri gejt mhedded jew xi haga hekk?


Ix-Xhud :

Le le ma gejtx mhedded. Hija iktar xi haga xi …; mhix kwistjoni ta’ theddid. Kwistjoni ta’ xi diskussjonijiet li kelli li nahseb li tajjeb li l-Bord ikun aware taghhom; ghax dawn jolqtu wkoll l-istat x’ jista’ jaghmel sabiex jipprotegi minn reati kriminali. Imma din ovvjament ma hijiex xi haga li huwa ghaqli li jien nikxef dawn l-affarijiet fil-miftuh.


Imhallef A Lofaro :

Imma bil-maghluq?


Chairman Imhallef M Mallia :

Din hija inkjesta pubblika.


Imhallef A Lofaro :

Ma naqbilx li bil-maghluq ta.

Ix-Xhud :

Imma issa jekk jien kelli xi diskors..


Imhallef A Lofaro :

Ma gejtx mhedded sinjur.


Chairman Imhallef M Mallia :

Tista’ taghmilhomna bil-miktub?


Ix-Xhud :

Imma bil-miktub ..


Chairman Imhallef M Mallia :

Ikun ghandna biss.


Ix-Xhud :

Jekk tkun ghandkom biss mhix problema.


Chairman Imhallef M Mallia :

Ghandna biss,


Ix-Xhud :

Ehe, hekk ok ehe.


Chairman Imhallef M Mallia :

Tista’ taghmilhom.


Ix-Xhud :

Iva.


Imhallef J Said Pullicino :

Imbaghad jekk ikun hemm bzonn nergghu nsejthulek.


Chairman Imhallef M Mallia :

Imbaghad nergghu nsejhulek. Voldieri barra dan li ghamiltilna, li tajtna, aghmlilna dossier, aghmlilna noti ohra, all right?


Ix-Xhud :

Hekk hu; nota.


Chairman Imhallef M Mallia :

Dwar dak li inti li tixtieq tghidilna inti inconvenience ghalina biss.

Ix-Xhud :

Ehe, ok ok.


Chairman Imhallef M Mallia :

U dak jibghu hawn.


Ix-Xhud :

Ok; hekk ok.


Chairman Imhallef M Mallia :

Dak tista’ taghmlu.


Ix-Xhud :

Nista’ naghmlu; dak hu il-punt tieghi


Imhallef J Said Pullicino :

Jekk ikollna bzonn imbaghad nibaghtu ghalik.


Imhallef A Lofaro :

Ara, inti fuq is-Sinura Caruana Galizia fuq dak li gara qabel ma inqatlet tista’ tghidilna xi haga? Ghax dak huwa ir-remit ta’ l-inkjesta. Kont tafha per ezempju?


Ix-Xhud :

Kont nafha u hdimt maghha fil-passat; imma ..


Imhallef A Lofaro :

Gie li qaltlek li qed tigi mhedda?


Ix-Xhud :

Le passat jien qed nitkellem l-ahhar li hdimt maghha fil-mid-90s; le dan l- ahhar ukoll kont bghattilha xi artikoli jigifieri ..


Imhallef A Lofaro :

Kont ilek ma tahdem maghha.


Ix-Xhud :

Le xi hames snin – sitt snin ilu kont ukoll bghattilha xi artikolu, ehe kont ukoll, kienet tippubblika xi artikoli tieghi dak iz-zmien; kellha Magazines and Flair u Taste.


Imhallef A Lofaro :

Sewwa.

Ix-Xhud :

L-ahhar wiehed nahseb xi 2012 xi haga hekk? 2013? Ma kontx nghix Malta dak iz-zmien. Imma kont niftakar kont nghix ic-Cina, kont bghattilha xi haga fuq Tibet darba, fuq xi aspetti hekk; xi décor, affarijiet..mhux affarijiet gurnalistici. ‘Gurnalistici’ fis-sens mhux gurnalizmu investigattiv.


Imhallef A Lofaro :

Jigifieri qatt ma iddiskutejtu dwar is-sitwazzjonijiet illi kienet qieghda taffaccja


Ix-Xhud :

Le.


Imhallef A Lofaro :

L-investigazzjonijiet li kienet qieghda taghmel ..


Ix-Xhud :

Le le.


Imhallef A Lofaro :

Qatt ma tkellimtu dwar hekk.


Ix-Xhud :

Le.


Chairman Imhallef M Mallia :

Dwar is-sitwazzjoni tas-sigurta` tal-gurnalisti qatt tkellimtu?


Ix-Xhud :

Le.


Imhallef A Lofaro :

Qatt qaltlek xi haga? Qatt ilmentat fuq xi haga hi mieghek?


Ix-Xhud :

Fuq aspetti ta’ theddid le, jew aspetti ta’ riskji.


Imhallef A Lofaro :

Mela jekk ilmentat fuq xi haga mieghek li ghandu x’ jaqsam ma xoghlok ..


Ix-Xhud :

Le, le, paroli hekk fuq politikanti..

Imhallef A Lofaro :

Xejn?


Ix-Xhud :

Paroli fuq politikanti, hekk jigifieri. Xi korrispondenza per ezempju fuq politikanti, dik immaginarji mhux..


Imhallef A Lofaro :

Mhux fuq investigazzjonijiet


Ix-Xhud :

Le le le. Ma ghandha xejn x’ taqsam ma’ riskju gurnalistiku


Imhallef A Lofaro :

Le.


Chairman Imhallef M Mallia :

All right. Nibqghu hekk mela u nistennew minn ghandek li tibghatilna dan l- affidavit. Aghmlu bil-gurament eh!


Ix-Xhud :

Ehe.


Chairman Imhallef M Mallia :

B’ affidavit, all right?


Ix-Xhud :

Ma nahsibx li hemm bzonn affidavit ghax ma huwiex kwistjoni ta’..; qed nghid xi haga li qed tigri fuqi. Hija kwistjoni ta’.. jien kelli xi diskussjonijiet fuq aspetti proattivi ta’ sigurta`; li nahseb li dan il-Bord ghandu jikkonsidrahom.


Chairman Imhallef M Mallia :

All right; ara inti.


Ix-Xhud :

Ghax jista’ jaghmel certu rakkomandazzjonijiet, u ilni hafna nahseb fuqha. Ilni nahseb fuqha


Imhallef A Lofaro :

Id-diskussjonijiet kienu ma’ l-awtoritajiet Maltin?

Ix-Xhud :

Iva ehe.


Imhallef A Lofaro :

U ma kontx sodisfatt nimmagina.


Ix-Xhud :

Iva ehe; imma jien xtaqt.., ghandi kont sodisfatt u ..


Imhallef A Lofaro :

Kont sodisfatt?


Ix-Xhud :

Kont sodisfatt u imma ghandi xi rakkomandazzjonijiet li naghmel; jew apparti minn rakkomandazzjonijiet xi hsibijiet li nahseb li l-Bord jista’ jikkonsidra forsi thossu li ghandkom taghmlu xi rakkomandazzjonijiet partikolari biex il- gurnalisti jigu protetti b’ mod issa iktar attiv. Jigifieri b’ mod iktar attiv minn l-aspett tal-Pulizija.


Imhallef J Said Pullicino :

Dawk jistghu jkunu ta’ ghajnuna, iktibhomna u naraw, ok?


Ix-Xhud :

Iva.


Din hija s-sustanza tax-xhieda ta’ Victor Borg dettata minnu stess fil-prezenza ta’ l-istess xhud.


Niddikjara li traskrivejt bl-ahjar hila tieghi x-xhieda ta’ l-istess xhud.


Saviour Scicluna Traskrittur